2007/842/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid tal- Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5898)

Official Journal L 332 , 18/12/2007 P. 0080 - 0080


20071206

Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas- 6 ta’ Diċembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra t-tixrid tal-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward ta’ l-Eġittu

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5898)

(2007/842/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat- 8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti fil-Komunità [1], b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/4/KE [2], it-tuberi tal-Solanum tuberosum L., li joriġinaw fl-Eġittu, bi prinċipju m’għandhomx jiġu introdotti fil-Komunità. Madankollu, għall-istaġun ta’ l-importazzjoni 2006/2007 id-dħul fil-Komunità ta’ tuberi bħal dawn kien permess minn dawk "iż-żoni li huma ħielsa minn annimali jew insetti qerrieda" u kien suġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi.

(2) Matul l-istaġun ta’ l-importazzjoni 2006/2007 ġiet irreġistrata interċettazzjoni waħda ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith.

(3) L-Eġittu rreaġixxa għal din l-interċettazzjoni b’mod sodisfaċenti. Iż-żona rispettiva tneħħiet mil-lista taż-"żoni li huma ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara" għall-istaġun ta’ l-importazzjoni 2007/2008.

(4) Fid-dawl ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Eġittu, il-Kummissjoni stabbilixxiet li m’hemmx riskju li jinfirex il-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith meta jidħlu t-tuberi tas-Solanum tuberosum L. fil-Komunità minn żoni fl-Eġittu li huma "ħielsa minn organiżmi qerrieda". Dan sakemm ikunu rispettati kundizzjonijiet speċifiċi.

(5) Id-dħul fil-Komunità tat-tuberi ta’ Solanum tuberosum L., li joriġina "f"żoni ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara fl-Eġittu, għandhom għalhekk jiġu permessi għall-istaġun ta’ l-importazzjoni ta’ l-2007-2008.

(6) Id-Deċiżjoni 2004/4/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/4/KE hija emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1, "2006/2007" tinbidel b’ "2007/2008".

(2) Fl-Artikolu 4, "il- 31 ta’ Awwissu 2007" tinbidel b’ "il- 31 ta’ Awwissu 2008".

(3) Fl-Artikolu 7, "it- 30 ta’ Settembru 2007" tinbidel b’ "it- 30 ta’ Settembru 2008".

(4) L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a) fil-punt 1(b)(iii), "2006/2007" tinbidel b’ "2007/2008",

(b) fit-tieni inċiż tal-punt 1(b)(iii), "l- 1 ta’ Jannar 2007" tinbidel b’ "l- 1 ta’ Jannar 2008";

(ċ) fil-punt 1(b)(xii), "l- 1 ta’ Jannar 2007" tinbidel b’ "l- 1 ta’ Jannar 2008".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).

[2] ĠU L 2, 6.1.2004, p. 50. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/749/KE (ĠU L 302, 1.11.2006, p. 47).

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet