2007/796/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5890) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 322 , 07/12/2007 P. 0037 - 0040
20071205 Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 5 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5890) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/796/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal- 11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad- 29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tħassar id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE, u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 60(2) u l-Artikoli 62(1) u (3) tagħha, Billi, (1) Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad- 9 ta’ Awwissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit li tħassar id-Deċiżjoni 2007/552/KE [4] biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE. (2) Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistipula regoli applikabbli għad-dispaċċ miż-żoni ta’ riskju għoli, elenkati fl-Anness I, u ż-żoni ta’ riskju baxx elenkati fl-Anness II, ta’ dik id-Deċiżjoni ("żoni ristretti"), fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li, jew ġew prodotti qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja prima li nkisbet barra minn dawn iż-żoni ristretti, inkella sarilhom trattament li huwa ppruvat effettiv għall-inattivazzjoni tal-virus tal-marda possibbli ta’ l-ilsien u d-dwiefer. (3) Fid-Deċiżjoni 2007/554/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/664/KE, il-Kummissjoni stipulat ir-regoli għad-dispaċċ ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam minn ċerti żoni elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/554/KE, kif emendata, fejn ma ġewx irreġistrati tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal perjodu ta’ 90 jum qabel il-qtil u li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati. (4) Fuq il-bażi ta’ l-evoluzzjoni tal-qagħda tas-saħħa ta’ l-annimali fir-Renju Unit, u b’mod partikolari r-riżultati tas-sorveljanza attwali, issa huwa possibbli li jitkabbru aktar iż-żoni elenkati fl-Anness II u li titnaqqas iż-żona li tikkonsisti minn unitajiet amministrattivi elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2007/554/KE. (5) Id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. (6) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2007/554/KE jinbidlu bit-test fl-Anness. Artikolu 2 Implimentazzjoni L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li huma japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih. Artikolu 3 Destinatarji Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2007. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13, id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33). [2] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14). [3] ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352). [4] ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/746/KE (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 24). -------------------------------------------------- 20071205 ANNESS " 20071205 ANNESS I Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit: 1 | 2 | 3 | GRUPP | ADNS | Unità Amministrattiva | L-Ingilterra | 41 | Bracknell Forest Borough | 66 | Slough | 76 | Windsor and Maidenhead | 77 | Wokingham | 138 | Buckinghamshire County, id-distretti ta’: South Buckinghamshire | 148 | Hampshire County, id-distretti ta’: HartRushmoor | 163 | Surrey | 168 | L-Awtorità ta’ Greater London, il-boroughs ta’: HillingdonHounslowRichmond upon ThamesKingston upon ThamesEalingHarrowBrentHammersmith and FulhamWandsworthMertonSutton | 20071205 ANNESS II Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit: Il-Gran Britanja bl-eċċezzjoni taż-żoni elenkati fl-Anness I 20071205 ANNESS III Iż-żoni li ġejjin elenkati fl-Anness I għandu jkollhom l-istatus ta’ żoni elenkati fl-Anness III: ADNS = Animal Disease Notification System Code – Kodiċi ta’ Sistema ta’ Notifikazzjoni għall-Mard ta’ l-Annimali (Deċiżjoni 2005/176/KE) B = laħam tal-bovini S/G = laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż [laħam ta’ annimali ovini u kaprini] P = laħam tal-majjal [laħam ta’ annimali porċini] FG = annimali tal-kaċċa mrobbija suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer WG = annimali selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | GRUPP | ADNS | Unità Amministrattiva | B | S/G | P | FG | WG | L-Ingilterra | 41 | Bracknell Forest | + | + | + | + | | 66 | Slough | + | + | + | + | | 76 | Windsor and Maidenhead | + | + | + | + | | 77 | Wokingham | + | + | + | + | | 138 | Buckinghamshire County, id-distretti ta’: | | | | | | South Buckinghamshire | + | + | + | + | | 148 | Hampshire County, id-distretti ta’: | | | | | | Hart | + | + | + | + | | Rushmoor | + | + | + | + | | 163 | Surrey County | + | + | + | + | | 168 | L-Awtorità ta’ Greater London, il-boroughs ta’: | | | | | | Hillingdon | + | + | + | + | | Hounslow | + | + | + | + | | Richmond upon Thames | + | + | + | + | | Kingston upon Thames | + | + | + | + | | Ealing | + | + | + | + | | Harrow | + | + | + | + | | Brent | + | + | + | + | | Hammersmith and Fulham | + | + | + | + | | Wandsworth | + | + | + | + | | Merton | + | + | + | + | | Sutton | + | + | + | + | | " --------------------------------------------------