2007/746/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5533) Test b’relevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 303 , 21/11/2007 P. 0024 - 0036


20071119

Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad- 19 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5533)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/746/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal- 11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad- 29 ta' Settembru 2003 fuq miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li tħassar id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE [3], u b'mod partikolari l-Artikolu 60(2) u l-Artikolu 62(1) u (3) tagħha,

Billi:

(1) Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad- 9 ta’ Awissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit [4] biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE.

(2) Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistipula regoli applikabbli għad-dispaċċ miż-żoni ta’ riskju għoli, elenkati fl-Anness I, u ż-żoni ta' riskju baxx elenkati fl-Anness II, ta’ dik id-Deċiżjoni ("żoni ristretti"), fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li, jew ġew prodotti qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja prima li nkisbet barra minn dawn iż-żoni ristretti, inkella sarilhom trattament li huwa ppruvat effettiv għall-inattivazzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li possibbilment ikun fihom.

(3) Fid-Deċiżjoni 2007/664/KE, kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/664/KE, il-Kummissjoni stipulat ir-regoli għad-dispaċċ ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam minn ċerti żoni elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/554/KE, kif emendata, fejn ma ġewx irreġistrati tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal perjodu ta' 90 jum qabel il-qtil u li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati.

(4) Fuq il-bażi ta' l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni sanitarja ta’ l-annimali fir-Renju Unit, id-Deċiżjoni 2007/554/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2007/709/KE, u l-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/554/KE ġie mibdul, sabiex tkun tista’ titkabbar iż-żona li minnha huma permessi l-esportazzjonijiet tal-laħam frisk, u d-data ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni ġiet estiża sal- 15 ta’ Diċembru 2007.

(5) Ir-Renju Unit issa ddefinixxa żona ta’ riskju għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ta’ madwar 150 km madwar l-ewwel tifqigħa li hija s-suġġett ta’ sorveljanza intensifikata biex jiġi vverifikat in-nuqqas ta’ l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer f’dak l-Istat Membru. Din ma tinkludix żoni li bħalissa huma elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2004/554/KE. Dik iż-żona ta’ 150 km għandha tiġi elenkata bħala żona ta’ riskju għoli fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni wara l-implimentazzjoni ta’ reġjonalizzazzjoni fejn iż-żoni elenkati fl-Anness II ġew definiti b’mod distint minn "Gran Brittanja".

(6) L-emendi tal-listi ta’ żoni ristretti fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2007/554/KE jinħtieġu sabiex ikun permess id-dispaċċ minn dawk iż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, bħal laħam, prodotti tal-laħam, ħalib, prodotti tal-ħalib u prodotti oħra ta’ l-annimali, filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni fir-rigward tal-projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ annimali ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom mill-Gran Brittanja kollha kemm hi, inkluż iż-żoni elenkati kemm fl-Anness I kif ukoll fl-Anness II.

(7) Fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza, jixraq ukoll li jiġu kkoreġuti ommissjonijiet żgħar fir-rigward ta’ l-embrijuni fl-Artikolu 6 u biex id-diċitura ta’ l-Artikolu 7 tiġi preċiżata aktar fir-rigward tal-prodotti mediċinali.

(8) Wara t-tlestija b'riżultati sodisfaċenti tas-sorveljanza klinika u seroloġika mwettqa fiż-żona ta’ sorveljanza biex tiġi kkonfermata l-assenza ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, ir-Renju Unit neħħa l-miżuri implimentati fiż-żona ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat ikkonfermati fil- 5 ta’ Novembru 2007 skond l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2003/85/KE.

(9) L-Artikolu 60 tad-Direttiva 2003/85/KE jipprovdi li Stat Membru jista’ jieħu lura l-istat ta' ħelsien mill-infezzjoni u l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ladarba jitlestew ċerti miżuri stipulati f’dik id-Direttiva, u għallinqas wara li jkunu għaddew tliet xhur mill-aħħar tifqigħa rreġistrata ta’ dik il-marda, u n-nuqqas ta' infezzjoni tkun ġiet ikkonfermata skond id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(10) Fl-istess ħin, l-Artikolu 62 tad-Direttiva jippermetti modifika tal-miżuri meħtieġa biex jittieħed lura l-istat ta’ ħelsien filwaqt li jinżammu biss restrizzjonijiet fuq iċ-ċaqliq ta’ annimali ħajjin. Għalhekk, jixraq li dawk id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2007/554/KE li jirrigwardaw iċ-ċaqliq ta' annimali ħajjin, u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, jibqgħu applikabbli sakemm il-kundizzjonijiet rilevanti ta' l-Artikolu 60 tad-Direttiva 2003/85/KE jkunu ġew sodisfatti.

(11) Il-perjodu ta’ applikabilità tad-Deċiżjoni 2007/554/KE għandu għalhekk jittawwal sal- 31 ta' Diċembru 2007, tliet xhur wara t-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni preliminari wara l-aħħar tifqigħa rreġistrata fit- 30 ta’ Settembru 2007. Fl-istess waqt, għandhom ikunu fis-seħħ dispożizzjonijiet li jillimitaw l-applikazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali sad-data tal- 15 ta' Diċembru 2007 kif kien maħsub qabel.

(12) Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(13) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/554/KEE hija emendata kif ġej:

(1) Il-paragrafi (8), (9), u (10) li ġejjin jiżdiedu ma' l-Artikolu 1:

"8. B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu jawtorizzaw it-trasport ta' annimali ħajjin ta’ l-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u bijungulati oħrajn minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness II lejn stabbilimenti jew biċċeriji li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I.

9. B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu jawtorizzaw it-trasport ta' annimali ħajjin ta’ l-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u bijungulati oħrajn minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I direttament, jew minn mhux iktar minn ċentru ta’ assemblaġġ wieħed, taħt kontroll uffiċjali lejn biċċeriji deżinjati li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness II.

10. B’deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu jawtorizzaw it-trasport ta' annimali ħajjin ta’ l-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u bijungulati oħrajn minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I direttament u taħt kontroll uffiċjali lejn stabbilimenti deżinjati li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness II mingħajr ma jkollhom kuntatt ma’ annimali bi stat sanitarju aktar baxx, bil-kundizzjoni li

(a) l-annimali ma juru ebda sinjal kliniku tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fi spezzjoni immedjatament qabel jitgħabbew u jew:

(i) kienu soġġetti b'riżultati negattivi għal test għall-antikorpi kontra l-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer imwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 10 ijiem qabel id-data ta' trasport; jew

(ii) ġejjin minn stabbiliment li kien soġġett b'riżultati negattivi għal stħarriġ seroloġiku skond protokoll xieraq għat-teħid tal-kampjuni biex jindividwa prevalenza ta’ 5 % tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer b’livell ta' fiduċja ta’ mill-inqas 95 %; or

(iii) ġejjin minn stabbiliment li jinsab f’żona elenkata fl-Anness III u jkunu konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

- l-annimali jkunu trabbew għallinqas għal 90 jum, jew mit-twelid jekk ikollhom inqas minn 90 jum, fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta' l-Anness III, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas f’dak il-perjodu;

- matul il-21 jum qabel id-data tat-trasport l-annimali nżammu taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet veterinarji kompetenti fi stabbiliment wieħed li jkun jinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku madwar l-istabbiliment b’radju ta’ għallinqas 10 km, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, għallinqas għal 30 jum qabel id-data tat-tagħbija.

- l-ebda annimal ta' speċi suxxettibli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ma ġie introdott fl-istabbiliment imsemmi fit-tieni inċiż matul il-21 jum qabel id-data tat-tagħbija, għajr fil-każ ta' ħnieżer li ġejjin minn stabbiliment ta' forniment li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni inċiż, u f'dan il-każ il-perjodu ta' 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 ijiem;

(iv) ikunu annimali ħajjin ta' l-ispeċi porċina li jiċċaqilqu fi ħdan il-qafas ta' struttura piramida ta' riproduzzjoni minn stabbilimenti approvati għall-iskop ta’ din id-Deċiżjoni mill-awtorità kompetenti u li jinsabu fiċ-ċentru ta’ ċirku madwar l-istabbiliment b’radju ta’ għallinqas 10 km, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal 30 jum qabel id-data tat-tagħbija."

(2) L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 2

Laħmijiet

1. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "laħmijiet" jinkludu "laħam frisk", "laħam ikkapuljat", "laħam isseparat mekkanikament" u "preparazzjonijiet tal-laħam" kif definiti fil-punti 1.10, 1.13, 1.14 u 1.15 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.

2. Ir-Renju Unit ma għandux jibgħat laħmijiet ta' l-ispeċi bovina, ovina, kaprina jew porċina u bijungulati oħrajn li ġejjin jew li nkisbu minn annimali li joriġinaw miż-żoni elenkati fl-Anness I.

3. Laħmijiet li mhumiex eliġibbli biex jintbagħtu mir-Renju Unit skond id-Deċiżjoni għandhom jiġu mmarkati fi qbil mat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1), tad-Direttiva 2002/99/KE jew fi qbil mad-Deċiżjoni 2001/304/KE.

4. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal laħmijiet li jkollhom marka sanitarja fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 854/2004, bil-kundizzjoni li:

(a) il-laħam ikun identifikat b'mod ċar, u ġie ttrasportat u maħżun mid-data tal-produzzjoni separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli, skond din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b) il-laħam ikun konformi ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) ikun inkiseb qabel il- 15 ta' Lulju 2007; jew

(ii) ikun inkiseb minn annimali mrobbija għallinqas għal 90 jum qabel id-data tal-qtil, jew mit-twelid jekk ikollhom inqas minn 90 jum, u maqtula barra miż-żoni elenkati fl-Annessi I u II; jew fil-każ ta’ laħam miksub minn speċi selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ("speċi selvaġġi tal-kaċċa") maqtula, barra minn dawk iż-żoni; jew

(iii) ikun jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (ċ), (d) u (e) u l-paragrafu 6;

(ċ) il-laħam inkiseb minn ungulati domestiċi jew minn annimali tal-kaċċa mrobbija ta' speċi suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ("annimali tal-kaċċa mrobbija"), kif speċifikat għall-kategorija rispettiva tal-laħam f'waħda mill-kolonni xierqa 4 sa 7 fl-Anness III, u jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) l-annimali trabbew għal mill-inqas 90 jum qabel id-data tal-qtil, jew mit-twelid jekk ikollhom inqas minn 90 jum, fi stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta' l-Anness III, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer matul mill-inqas dak il-perjodu;

(ii) matul il-21 jum qabel id-data ta' trasport lejn il-biċċerija, jew fil-każ ta' annimali tal-kaċċa mrobbija qabel id-data tal-qtil fir-razzett, l-annimali baqgħu taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet veterinarji kompetenti fi stabbiliment wieħed li jinsab fiċ-ċentru ta' ċirku b’radju ta' mill-inqas 10 km madwar l-istabbiliment, fejn ma kienx hemm tifqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer matul mill-inqas 30 jum qabel id-data tat-tagħbija;

(iii) l-ebda annimal ta' speċi suxxettibli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ma ġie introdott fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii) matul il-21 jum qabel id-data tat-tagħbija, jew fil-każ ta' annimali tal-kaċċa mrobbija qabel id-data tal-qtil fl-istabbiliment, minbarra fil-każ ta' annimali porċini li ġejjin minn stabbiliment ta' forniment li jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii), u f'dan il-każ il-perjodu ta' 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 ijiem;

Madankollu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-introduzzjoni fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii) ta' annimali ta' speċi suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (i) u (ii) u li

- ġejjin minn stabbiliment fejn l-ebda annimal ta' speċi suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer ma ġie introdott matul il-21 jum qabel id-data tat-trasport lejn l-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii), ħlief fil-każ ta' annimali porċini li ġejjin minn stabbiliment ta' forniment u f'dan il-każ il-perjodu ta' 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 ijiem; jew

- kienu soġġetti b'riżultati negattivi għal test għall-antikorpi kontra l-virus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer imwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 10 ijiem qabel id-data tat-trasport lejn l-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii); jew

- ġejjin minn stabbiliment li kien soġġett b'riżultati negattivi għal stħarriġ seroloġiku skond protokoll xieraq għat-teħid tal-kampjuni biex jindividwa prevalenza ta’ 5 % tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer b'livell ta' fiduċja ta’ mill-inqas 95 %;

(iv) l-annimali jew, fil-każ ta' annimali tal-kaċċa mrobbija li nqatlu fl-istabbiliment, il-karkassi ġew ittrasportati taħt kontroll uffiċjali f'mezzi tat-trasport li tnaddfu u ġew diżinfettati qabel it-tagħbija mill-isatbbiliment imsemmi fil-punt (ii) lejn il-biċċerija deżinjata;

(v) l-annimali nqatlu f'inqas minn 24 siegħa wara l-ħin ta' wasla fil-biċċerija u separatament minn annimali li laħamhom mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I;

(d) il-laħam, jekk immarkat b'mod pożittiv fil-kolonna 8 ta' l-Anness III, inkiseb minn annimali tal-kaċċa selvaġġi, li nqatlu f'żoni fejn ma kien hemm l-ebda tifqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għal perjodu ta' mill-inqas 90 jum qabel id-data tal-qtil u f'distanza ta' mill-inqas 20 km miż-żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta' l-Anness III;

(e) Laħam imsemmi fil-punti (ċ) u (d) irid ukoll jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) id-dispaċċ ta’ laħam bħal dan għandu jiġi awtorizzat biss mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti tar-Renju Unit, jekk l-annimali msemmija fil-punt (ċ)(iv) ġew ittrasportati lejn il-biċċerija mingħajr kuntatt ma' stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta’ l-Anness III;

(ii) il-laħam ikun f'kull mument identifikat b’mod ċar, ipproċessat, ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żoni elenkati fl-Anness I;

(iii) fl-ispezzjoni post-mortem mill-veterinarju uffiċjali fil-biċċerija tad-dispaċċ, jew fil-każ ta’ qtil fl-istabbiliment stess għal annimali mrobbija tal-kaċċa fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (c)(ii), jew fil-każ ta’ annimali selvaġġi tal-kaċċa fl-istabbiliment li jipproċessa l-ispeċi tal-kaċċa, ma jkunux ġew stabbiliti sinjali kliniċi jew evidenza post-mortem tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer;

(iv) il-laħam ikun baqa' fil-biċċerija jew l-istabbiliment imsemmija fil-punt (e)(iii) għal mill-inqas 24 siegħa wara l-ispezzjoni post-mortem ta' l-annimali msemmija fil-punti (ċ) u (d),

(v) kull preparazzjoni ulterjuri tal-laħam għad-dispaċċ ’il barra miż-żona elenkata fl-Anness I għandha tiġi sospiża:

- fil-każ fejn il-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer tkun ġiet dijanjostikata fil-biċċerija jew l-istabbilimenti msemmija fil-punt (e)(iii), sakemm jitlestew kompletament il-qtil ta' l-annimali kollha preżenti u t-tneħħija tal-laħam u l-annimali kollha, u jkunu għaddew mill-inqas 24 siegħa mit-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni totali ta' dawk l-istabbilimenti taħt kontroll ta' veterinarju uffiċjali, u

- fil-każ ta' qtil fl-istess stabbiliment ta' annimali suxxettibbli għal marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I u li ma jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 4(ċ) jew (d), sakemm jitlestew it-tbiċċir ta' dawn l-annimali u t-tindif u d-diżinfestazzjoni ta' dawk il-biċċeriji jew l-istabbilimenti taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali;

(vi) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' dawk l-istabbilimenti u l-biċċeriji li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-punti (ċ), (d) u (e).

5. Il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 3 u 4 għandha tiġi ċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-superviżjoni ta' l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

6. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk minn annimali ta’ l-ispeċi bovina, ovina, kaprina u porċina u bijungulati oħrajn imrobbija barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u ttrasportati, b’deroga mill-Artikolu 1(2) u (3), direttament u taħt ikontroll uffiċjali mingħajr kuntatt ma' stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I lejn biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkati fl-Anness I għall-qtil immedjat, sakemm il-laħam ikun jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-laħam kollu bħal dan jeħtieġlu jkollu fuqu l-marka sanitarja fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004/KE;

(b) il-biċċerija

(i) tkun operata taħt kontroll veterinarju strett;

(ii) tissospendi kull preparazzjoni ulterjuri ta' laħam għal dispaċċ 'il barra miż-żoni elenkati fl-Anness I fil-każ fejn fl-istess biċċerija jinqatlu annimali suxxettibbli għal marda ta' l-ilsien u d-dwiefer li ġejjin minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness I, sakemm jitlestew il-qtil ta' dawn l-annimali u t-tindif u d-diżinfezzjoni ta' l-istabbiliment taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali;

(ċ) il-laħam frisk ikun identifikat b’mod ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra mir-Renju Unit.

Il-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista ta’ l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.

7. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal-laħam frisk miksub minn impjanti tat-tqattigħ li jinsabu barra miż-żoni elenkati fl-Anness I bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) fl-istess jum, f'dak l-impjant tat-tqattigħ jiġi pproċessat biss laħam frisk kif deskritt fil-paragrafu 4(b) u l-paragrafu 6. Wara l-ipproċessar ta' kwalunkwe laħam li ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti, għandhom isiru t-tindif u d-diżinfezzjoni;

(b) il-laħam kollu għandu jkollu fuqu l-marka sanitarja fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004/KE;

(ċ) l-impjant tat-tqattigħ ikun imħaddem taħt kontroll veterinarju strett,

(d) il-laħam frisk ikun identifikat b’mod ċar, u jkun ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli biex jintbagħat barra miż-żoni elenkati fl-Anness I.

Il-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

8. Laħam mibgħut mir-Renju Unit lejn Stati Membri oħra għandu jkun akkumpanjat minn ċertifikat uffiċjali, li jkollu l-kliem li ġejjin:

"Laħam konformi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad- 9 ta’ Awissu 2007 rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit.""

(3) Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

"2. Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal prodotti tal-laħam li jkollhom il-marka sanitarja fi qbil mal-Kapitolu III tas-Sezzjoni I ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, bil-kundizzjoni li l-prodotti tal-laħam:

(a) ikunu identifikati b'mod ċar u jkunu ġew ittrasportati u maħżuna mid-data tal-produzzjoni separatament minn prodotti tal-laħam li mhumiex eliġibbli, skond din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b) ikunu konformi ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) jew ikunu magħmula minn laħmijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4)(b) jew (6), jew

(ii) ikunu għaddew minn talanqas wieħed mit-trattamenti rilevanti stipulati għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fil-Parti 1 ta' l-Anness III tad-Direttiva 2002/99/KE.

Il-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ċċekkjata mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji ċentrali.

L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu."

(4) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

"2. Il-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a) semen, ova u embrijuni prodotti qabel il- 15 ta' Lulju 2007;

(b) semen u embrijuni ffriżati tal-bovini, semen iffriżat tal-porċini, u semen u embrijuni ffriżati ta’ l-ovini u l-kaprini impurtati fir-Renju Unit skond il-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE jew 92/65/KEE rispettivament, u li, minn żmien l-introduzzjoni tagħhom fir-Renju Unit, inħażnu u ġew ittrasportati separatament minn semen, ova u embrijuni li mhumiex eliġibbli għad-dispaċċ skond il-paragrafu 1;

(ċ) semen u embrijuni ffriżati miksuba minn annimali bovini, porċini, ovini u kaprini li, għal mill-inqas 90 jum qabel id-data tal-ġbir u waqtu, inżammu fiż-żoni elenkati fl-Anness II jew ġew imċaqilaq lejn żoni elenkati fl-Anness II minn żoni barra l-Anness I matul id-90 jum qabel id-data tal-ġbir u li:

(i) inħażnu f'kundizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta' 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ; u

(ii) inġabru minn annimali donaturi li kienu f'ċentri jew fi stabbilimenti li:

- kienu ħielsa mill-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għal perjodu ta' għallinqas 90 jum qabel u sa għallinqas 30 jum wara d-data tal-ġbir tas-semen jew l-embrijuni; u

- jkunu jinsabu fiċ-ċentru ta’ ċirku madwar iċ-ċentru jew l-istabbiliment b’radju ta’ għallinqas 10 km li fih ma kien hemm ebda każ tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal 30 jum qabel id-data tal-ġbir.

Qabel id-dispaċċ tas-semen jew l-embrijuni msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni lista ta' ċentri u timijiet approvati għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu."

(5) Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

"2. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal ġlud li:

(a) jkunu ġew prodotti fir-Renju Unit qabel il- 15 ta' Lulju 2007; jew

(b) ikunu konformi mar-rekwiżiti skond il-punt (2)(ċ) jew (d) tal-Parti A tal-Kapitolu VI ta' l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; jew

(ċ) kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u mill-introduzzjoni nħażnu u ġew ittrasporatati separatament minn ġlud li mhumiex eliġibbli għal dispaċċ skond il-paragrafu 1; jew

(d) kienu prodotti minn annimali maqtula f’biċċerija, jew fil-każ ta' annimali tal-kaċċa mrobbija maqtula fi stabbiliment, jew fil-każ ta' annimali tal-kaċċa selvaġġi maqtula, għall-produzzjoni tal-laħam skond l-Artikolu 2(4)(b) jew l-Artikolu 2(6),

Ġlud ittrattati għandhom jiġu sseparati minn ġlud mhux ittrattati."

(6) Fl-Artikolu 8(2), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a) prodotti ta' l-annimali li:

(i) kienu soġġetti għal trattament tas-sħana:

- trattament bis-sħana f'kontenitur ermetikament issiġillat b'valur Fo ta' 3.00 jew aktar, jew

- trattament bis-sħana li fih it-temperatura ċentrali titla' sa talanqas 70 °C; jew

(ii) kienu prodotti barra ż-żoni elenkati fl-Anness I skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u minn mill-introduzzjoni nħażnu u ġew ittrasportati separatament minn prodotti ta’ l-annimali mhux eliġibbli għal dispaċċ skond il-paragrafu 1; or

(iii) kienu prodotti minn annimali maqtula f’biċċerija, jew fil-każ ta' annimali tal-kaċċa mrobbija maqtula fi stabbiliment, jew fil-każ ta' annimali tal-kaċċa selvaġġi maqtula, għall-produzzjoni tal-laħam skond l-Artikolu 2(4)(b) jew l-Artikolu 2(6), u

- konformi mar-rekwiżiti tal-Parti A(1) tal-Kapitolu II tà l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u

- inħażnu u ġew ittrasportati separatament minn prodotti ta’ l-annimali li mhumiex eliġibbli għad-dispaċċ skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 2(2);"

(7) Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej:

"7. B'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 2(i) u (j), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali li jiddikjara li l-prodotti jkunu għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro tal-laboratorju, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku, bil-kundizzjoni li l-prodotti jkollhom tikketta li tgħid ċar "għall-użu dijanjostiku in-vitro biss" jew "għall-użu fil-laboratorju biss" bħala "prodotti mediċinali" jew bħala "tagħmir mediku"."

(8) L-ewwel sentenza ta' Artikolu 9(2) tindidel b'dan li ġej:

"2. Fil-każ ta' prodotti għal bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, l-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit jistgħu jawtorizzaw kunsinni konsolidati ta' prodotti ta' l-annimali, li kull wieħed minnhom ikun eliġibbli għal dispaċċ skond din id-Deċiżjoni, li jkunu akkumpanjati minn dokument kummerċjali approvat bl-hemża ta' kopja ta' ċertifikat veterinarju uffiċjali li jikkonferma li:"

(9) L-Artikolu 17 jinbidel b’dan li ġej:

"Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal- 31 ta' Diċembru 2007.

Madankollu, il-projbizzjonijiet fuq id-dispaċċ stipulati fl-Artikoli 2, 3, 4, 5, 7 u 8 kif ukoll id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 9 u 11 marbuta ma’ dawn il-projbizzjonijiet u d-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 14 għandhom japplikaw sal- 15 ta’ Diċembru 2007."

(10) L-Annessi I, II u III jinbidlu bit-test fl-Anness.

Artikolu 2

Implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.

Artikolu 3

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13, id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

[2] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

[3] ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

[4] ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2007/709/KE (ĠU L 287, 1.11.2007, p. 29).

--------------------------------------------------

20071119

ANNESS

"

"

20071119

ANNESS I

Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit:

1 | 2 | 3 |

GRUPP | ADNS | Unità Amministrattiva |

L-Ingilterra | 41 | Bracknell Forest |

42 | Brighton and Hove |

49 | City of Southampton |

56 | Luton |

57 | Medway |

59 | Milton Keynes |

63 | Reading |

66 | Slough |

67 | Southend-on-Sea |

70 | Swindon |

72 | Thurrock |

75 | West Berkshire |

76 | Windsor and Maidenhead |

77 | Wokingham |

135 | City of Portsmouth |

137 | Bedfordshire County |

138 | Buckinghamshire County |

139 | Cambridgeshire County |

145 | East Sussex County |

146 | Essex County |

147 | Gloucestershire County |

148 | Hampshire County |

149 | Hertfordshire County |

150 | Kent |

155 | Northamptonshire County |

158 | Oxfordshire County |

163 | Surrey |

164 | Warwickshire County |

165 | West Sussex County |

166 | Wiltshire County |

168 | London |

""

20071119

ANNESS II

Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit:

1 | 2 | 3 |

GRUPP | ADNS | Unità Amministrattiva |

Il-Gżejjer Skoċċiżi | 131 | Shetland Islands |

123 | Orkney Islands |

124 | NA H-Eileanan An Iar |

L-Iskozja | 121 | Highland |

122 | Moray |

126 | Aberdeenshire |

128 | Aberdeen City |

79 | Angus |

81 | Dundee City |

80 | Clackmannanshire |

90 | Perth & Kinross |

127 | Fife |

85 | Falkirk |

88 | Midlothian |

96 | West Lothian |

129 | City of Edinburgh |

130 | East Lothian |

92 | Scottish Borders |

94 | Stirling |

125 | Argyll and Bute |

83 | East Dunbartonshire |

84 | East Renfrewshire |

86 | City of Glasgow |

87 | Inverclyde |

89 | North Lanarkshire |

91 | Renfrewshire |

93 | South Lanarkshire |

95 | West Dunbartonshire |

82 | East Ayrshire |

132 | North Ayrshire |

133 | South Ayrshire |

134 | Dumfries & Galloway |

L-Ingilterra | 141 | Cumbria |

169 | Northumberland |

10 | Gateshead |

16 | Newcastle upon Tyne |

17 | North Tyneside |

26 | South Tyneside |

29 | Sunderland |

144 | Durham |

52 | Darlington |

55 | Hartlepool |

58 | Middlesbrough |

64 | Redcar and Cleveland |

69 | Stockton-on-Tees |

151 | Lancashire |

38 | Blackburn with Darwen |

39 | Blackpool |

176 | North Yorkshire excluding Selby |

177 | Selby District |

78 | York |

53 | East Riding of Yorkshire |

45 | City of Kingston upon Hull |

60 | North East Lincolnshire |

61 | North Lincolnshire |

| West Yorkshire consisting of |

32 | Wakefield District |

11 | Kirklees District |

6 | Calderdale District |

4 | Bradford |

13 | Leeds |

| South Yorkshire consisting of |

1 | Barnsley District |

8 | Doncaster District |

20 | Rotherham District |

24 | Sheffield District |

| Greater Manchester consisting of |

30 | Tameside District |

18 | Oldham District |

19 | Rochdale District |

5 | Bury District |

3 | Bolton District |

21 | Salford District |

31 | Trafford District |

15 | Manchester District |

27 | Stockport District |

34 | Wigan District |

| Merseyside consisting of |

12 | Knowsley District |

14 | Liverpool District |

23 | Sefton District |

28 | St. Helens District |

74 | Warrington |

140 | Cheshire County |

54 | Halton |

35 | Wirral District |

142 | Derbyshire County |

44 | City of Derby |

157 | Nottinghamshire County |

47 | City of Nottingham |

153 | Lincolnshire |

159 | Shropshire |

71 | Telford and Wrekin |

161 | Staffordshire County |

50 | City of Stoke-on-Trent |

170 | Devon County |

73 | Torbay |

136 | Plymouth |

171 | Cornwall County |

143 | Dorset County |

62 | Poole |

40 | Bournemouth |

160 | Somerset County |

120 | North Somerset |

37 | Bath and North East Somerset |

43 | City of Bristol |

68 | South Gloucestershire |

51 | Herefordshire County |

167 | Worcestershire County |

9 | Dudley District |

2 | Birmingham District |

22 | Sandwell District |

36 | Wolverhampton District |

33 | Walsall District |

25 | Solihull District |

7 | Coventry District |

152 | Leicestershire County |

46 | City of Leicester |

65 | Rutland |

48 | City of Peterborough |

154 | Norfolk County |

162 | Suffolk County |

172 | Isles of Scilly |

114 | Isle of Wight |

Wales | 115 | Sir Ynys Mon — Isle of Anglesey |

116 | Gwynedd |

103 | Conwy |

108 | Sir Ddinbych-Denbigshir |

111 | Sir Y Fflint-Flintshire |

113 | Wrecsam-Wrexham |

173 | North Powys |

174 | South Powys |

118 | Sir Ceredigion-Ceredigion |

110 | Sir Gaerfyrddin-Carmarthen |

119 | Sir Benfro-Pembrokeshire |

97 | Abertawe-Swansea |

102 | Castell-Nedd Port Talbot-Neath Port Talbot |

105 | Pen-y-Bont Ar Ogwr — Bridgend |

107 | Rhondda/Cynon/Taf |

99 | Bro Morgannwg — The Valee of Glamorgan |

98 | Bleanau Gwent |

112 | Tor-Faen — Tor Faen |

101 | Casnewydd — Newport |

104 | Merthyr Tudful-Merthyr Tydfil |

100 | Caerffili — Caerphilly |

117 | Caerdydd — Cardiff |

109 | Sir Fynwy — Monmouthshire |

""

20071119

ANNESS III

Iż-żoni li ġejjin elenkati fl-Anness I għandu jkollhom l-istatus ta’ żoni elenkati fl-Anness III:

ADNS = Animal Disease Notification System Code - Kodiċi ta' Sistema ta' Notifikazzjoni għall-Mard ta' l-Annimali (Deċiżjoni 2005/176/KE)

B = laħam tal-bovini

S/G = laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż [laħam ta’ annimali ovini u kaprini]

P = laħam tal-majjal [laħam ta’ annimali porċini]

FG = annimali tal-kaċċa mrobbija suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer

WG = annimali slavaġ tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |

GRUPP | ADNS | Unità Amministrattiva | B | S/G | P | FG | WG |

L-Ingilterra | 42 | Brighton and Hove | + | + | + | + | |

56 | Luton | + | + | + | + | |

57 | Medway | + | + | + | + | |

59 | Milton Keynes | + | + | + | + | |

67 | Southend-on Sea | + | + | + | + | |

72 | Thurrock | + | + | + | + | |

75 | West Berkshire | + | + | + | + | |

137 | Bedfordshire | + | + | + | + | |

145 | East Sussex County | + | + | + | + | |

146 | Essex County | + | + | + | + | |

149 | Hertfordshire County | + | + | + | + | |

150 | Kent | + | + | + | + | |

158 | Oxfordshire County | + | + | + | + | |

166 | Wiltshire County | + | + | + | + | |

147 | Gloucestershire County | + | + | + | + | |

139 | Cambridgeshire County | + | + | + | + | |

155 | Northamptonshire County | + | + | + | + | |

164 | Warwickshire County | + | + | + | + | |

70 | Swindon | + | + | + | + | |

"

"

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet