Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata
Official Journal L 300 , 17/11/2007 P. 0047 - 0048
20071113 Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(2)(g) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [1], Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2], Billi: (1) Il-linji politiċi Komunitarji dwar Regolamentazzjoni Aħjar, b’mod partikolari dawk stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolati rispettivament "Valutazzjoni strateġika għal Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea" tal- 14 ta’ Novembru 2006 u "Il-Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea" ta’ l- 24 ta’ Jannar 2007 jisħqu l-importanza tat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi imposti fuq l-impriżi bil-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ element kruċjali għat-titjib tal-kompetittività ta’ tali impriżi u għall-kisba ta’ l-għanijiet ta’ l-aġenda ta’ Liżbona. (2) Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpaniji ta’ responsabbiltà limitata [3] tipprovdi għal eżenzjoni mill-obbligu li l-abbozz tat-termini ta’ l-għaqda jiġi eżaminat minn esperti indipendenti u mit-tfassil ta’ rapport minn tali esperti għall-azzjonisti tal-kumpaniji involuti fl-għaqda, jekk l-azzjonisti kollha jaqblu li tali rapport mhuwiex meħtieġ. (3) Id-Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE [4] dwar l-għaqda ta’ kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata ma fihiex eżenzjoni simili fir-rigward tat-termini abbozzati ta’ l-għaqda, filwaqt li d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE [5] dwar id-diviżjoni ta’ kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata tħalli f’idejn l-Istati Membri jekk jipprovdux jew le għal tali eżenzjoni fir-rigward ta’ l-abbozz tat-termini ta’ diviżjoni. (4) M’hemm l-ebda raġuni li jiġi rikjest tali eżami minn espert indipendenti għall-azzjonisti indipendenti jekk l-azzjonijisti kollha jaqblu li dan jista’ ma jsirx. Kwalunkwe modifika tad-Direttivi 78/855/KEE u 82/891/KEE li tippermetti tali ftehim mill-azzjonisti għandha tkun mingħajr ħsara għas-sistemi ta’ ħarsien ta’ l-interessi ta’ kredituri tal-kumpaniji involuti, li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri skond dawk id-Direttivi, kif ukoll għal kwalunkwe regoli maħsuba sabiex jiggarantixxu l-provvista ta’ l-informazzjoni lill-impjegati tal-kumpaniji involuti. (5) Id-Direttivi 78/855/KEE u 82/891/KEE għaldaqstant għandhom jiġu emendati kif meħtieġ, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li temenda d-Direttivi 78/855/KEE u 82/891/KEE fir-rigward tar-rekwiżit ta’ rapport ta’ espert indipendenti fl-okkażjoni ta’ għaqda jew diviżjoni ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata. Artikolu 2 Id-Direttiva 78/855/KEE hija b’dan emendata kif ġej: (1) Fl-Artikolu 10, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: "4. La eżami ta’ l-abbozz tat-termini ta’ l-għaqda u lanqas rapport ta’ espert m’għandu jkun meħtieġ jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta’ titoli oħra, li jagħtuhom id-dritt li jivvutaw, ta’ kull wieħed mill-kumpaniji involuti fl-għaqda ikunu qablu hekk." (2) Fl-Artikolu 11(1), il-punt (e) għandu jinbidel b’dan li ġej: "(e) fejn applikabbli, ir-rapporti previsti fl-Artikolu 10." Artikolu 3 Id-Direttiva 82/891/KEE hija b’dan emendata kif ġej: 1. Fl-Artikolu 9(1), il-punt (e) għandu jinbidel b’dan li ġej: " (e) fejn applikabbli, ir-rapporti previsti fl-Artikolu 8." 2. L-Artikolu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej: "Artikolu 10 1. La eżami ta’ l-abbozz tat-termini tad-diviżjoni u lanqas rapport ta’ espert kif previst fl-Artikolu 8(1) m’għandu jkun meħtieġ jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta’ titoli oħra, li jagħtuhom d-dritt li jivvutaw, ta’ kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni jkunu qablu hekk. 2. L-Istati Membri jistgħu jippermettu n-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikoli 7 u 9(1)(ċ) u (d) jekk l-azzjonisti kollha u d-detenturi ta’ titoli oħra, li jagħtuhom id-dritt li jivvutaw, ta’ kull waħda mill-kumpaniji involuti fid-diviżjoni jkunu qablu hekk." Artikolu 4 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal- 31 ta’ Diċembru 2008. Huma għandhom minnufih jikkomukaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn il-miżuri u tabella ta’ korrelazzjoni bejnhom u din id-Direttiva. Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandhom jikkontjenu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 5 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 6 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Strasburgu, 13 ta’ Novembru 2007. Għall-Parlament Ewropew Il-President H.-G. Pöttering Għall-Kunsill Il-President M. Lobo Antunes [1] ĠU C 175, 27.7.2007, p. 33. [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal- 11 ta’ Lulju 2007 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta’ Ottubru 2007. [3] ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1. [4] It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE tad- 9 ta’ Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar l-għaqda ta’ kumpaniji b’responsabbiltà pubblika limitata (ĠU L 295, 20.10.1978, p. 36) Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/99/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137). [5] Is-sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas- 17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54 (3)(g) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpaniji b'responsabbilta pubblika limitata (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47). --------------------------------------------------