2007/709/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta' Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5284) Test b’relevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 287 , 01/11/2007 P. 0029 - 0036


20071031

Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal- 31 ta' Ottubru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5284)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/709/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal- 11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1) Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad- 9 ta’ Awissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit [3] biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad- 29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [4].

(2) Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistipula regoli applikabbli għad-dispaċċ minn żoni b’riskju għoli u baxx fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li jew ġew prodotti qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja prima li nkisbet barra minn dawn iż-żoni ristretti, inkella li sarilhom trattament li huwa ppruvat effettiv fl-inattivazzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li possibbilment ikun fihom.

(3) Permezz ta’ l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/664/KE l-Kummissjoni stipulat ir-regoli għad-dispaċċ ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam minn ċerti żoni elenkati fl-Anness III addizzjonali fejn ma ġewx irreġistrati tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal 90 jum qabel il-qtil u li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati.

(4) Fuq il-bażi tat-tagħrif mogħti mir-Renju Unit, issa huwa mument xieraq, aktar minn perjodu ta’ inkubazzjoni wara l-aħħar tifqigħa kkonfermata, sabiex jitneħħew b'mod ulterjuri ċerti restrizzjonijiet applikati fuq il-laħam u s-semen, l-ova u l-embrijuni, prodotti minn annimali li kienu residenti f'żoni li ma esperjenzawx tifqigħa tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fl-2007.

(5) Minkejja dan, fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika fir-Renju Unit u r-reġjonalizzazzjoni tiegħu, u jekk jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-kondizzjonijiet għall-irkupru ta’ status ta’ ħelsien mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, jeħtieġ li d-Deċiżjoni 2007/554/KE tiġi estiża sal- 15 ta’ Diċembru 2007.

(6) Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(7) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/554/KE hija emendata kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

"4. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ma għandhiex tapplika għal laħmijiet li jkollhom l-marka tas-saħħa skond il-Kapitolu III tat-Taqsima I ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, sakemm:

(a) il-laħam ikun identifikat b'mod ċar, u jkun ġie trasportat u jkun inħażen mid-data tal-produzzjoni separatament minn laħam mhux eliġibbli, skond din id-Deċiżjoni, għad-dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I;

(b) il-laħam ikun konformi ma’ waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) ikun inkiseb qabel il- 15 ta’ Lulju 2007; jew

(ii) ikun inkiseb minn annimali mrobbija għallinqas għal 90 jum qabel id-data tal-qatla u maqtula; jew fil-każ ta’ laħam miksub minn speċi selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ("speċi selvaġġi tal-kaċċa") maqtula, barra miż-żoni elenkati fl-Anness I u II; jew

(iii) ikun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (c), (d) u (e);

(c) il-laħam ikun inkiseb minn ungulati domestiċi jew minn speċi mrobbija tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ("speċi mrobbija tal-kaċċa"), kif speċifikat għall-kategorija rispettiva ta’ laħam fil-kolonna xierqa mill-kolonni 4 sa 7, fl-Anness III, u jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) l-annimali jkunu trabbew għallinqas għal 90 jum qabel id-data tal-qatla fuq ażjendi li jinsabu fiż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta’ l-Anness III, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas f’dak il-perjodu;

(ii) matul il-21 jum qabel id-data tat-trasport mill-biċċerija, jew fil-każ ta’ speċi mrobbija tal-kaċċa qabel id-data tal-qtil fl-ażjenda stess, l-annimali nżammu taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet veterinarji kompetenti fuq stabbiliment wieħed li jkun jinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku madwar l-istabbiliment b’raġġ ta’ għallinqas 10 km, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, għallinqas matul 30 jum qabel id-data ta’ tagħbija;

(iii) ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ma ddaħħal fl-ażjenda msemmija fil-punt (ii) matul il-21 jum qabel id-data tat-tagħbija, jew fil-każ ta’ speċi mrobbija għall-kaċċa, qabel id-data tal-qtil fl-istabbiliment stess, ħlief fil-każ ta’ ħnieżer li jkunu ġejjin minn stabbiliment tal-provvista li jkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii), f’liema każ, il-perjodu ta’ 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 ijiem;

Minkejja dan, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-introduzzjoni fl-ażjenda msemmija fil-punt (ii) ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (i) u (ii) u li

- ġejjin minn ażjenda fejn l-ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ma ddaħħal matul il-21 jum qabel id-data ta’ trasport fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii), ħlief fil-każ ta’ ħnieżer li jkunu ġejjin minn stabbiliment tal-provvista li fil-każ tiegħu l-perjodu ta’ 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 ijiem; jew

- kienu soġġetti b'riżultati negattivi għal test għall-antikorpi kontra l-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer mwettaq fuq kampjun tad-demm li ttieħed fi żmien 10 ijiem qabel id-data ta’ trasport lejn l-ażjenda msemmija fil-punt (ii); jew

- ġejjin minn ażjenda li kienet soġġetta b'riżultati negattivi għal servej seroloġiku skond il-protokoll tat-teħid ta’ kampjuni adattat sabiex jiżvela 5 % prevalenza tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer b'mill-inqas 95 % livell ta’ kunfidenza;

(iv) l-annimali jew, fil-każ ta’ speċi mrobbija għall-kaċċa maqtula fl-ażjenda, il-karkassi jkunu ġew ittrasportati taħt kontroll uffiċjali f'mezzi tat-trasport li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel it-tagħbija mill-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii) direttament lejn il-biċċerija magħżula;

(v) l-annimali jkunu nqatlu inqas minn 24 siegħa wara l-ħin tal-wasla fil-biċċerija u separatament minn annimali li l-laħam tagħhom mhux eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I;

(d) il-laħam, jekk ikun immarkat pożittivament fil-kolonna 8 ta’ l-Anness III, li jkun miksub minn speċi selvaġġi tal-kaċċa li nqatlu f’żoni fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal perjodu ta’ 90 jum qabel id-data tal-qtil u f'distanza ta’ għallinqas 20 km minn żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta’ l-Anness III;

(e) laħam imsemmi fil-punti (c) u (d) għandu jikkonforma wkoll mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) id-dispaċċ ta’ laħam tali għandu jkun biss awtorizzat mill-awtorità veterinarja tar-Renju Unit, jekk

- l-annimali msemmija fil-punt (c)(iv) ġew ittrasportati lejn l-istabbiliment mingħajr kuntatt ma’ l-ażjendi li jinsabu f'żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta’ l-Anness III; kif ukoll

- l-istabbiliment ma jinsabx fil-kontea ta’ Surrey;

(ii) il-laħam ikun f’kull ħin identifikat b’mod ċar, u jkun imqandel, ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I;

(iii) fl-ispezzjoni post-mortem mill-veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment tad-dispaċċ, jew fil-każ ta’ qtil fl-istabbiliment stess imsemmi fil-punt (c)(ii), jew fil-każ ta’ speċi selvaġġi tal-kaċċa, fl-istabbiliment fejn jiġu mqandla l-ispeċi tal-kaċċa, ma jkunu ġew stabbiliti ebda sinjali kliniċi jew evidenza post-mortem tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer;

(iv) il-laħam ikun baqa' fl-istabbilimenti jew fl-ażjendi msemmija fil-punt (e)(iii) għallinqas għal 24 siegħa wara l-ispezzjoni post-mortem ta’ l-annimali msemmija fil-punt (c) u (d);

(v) kull preparazzjoni ulterjuri tal-laħam għad-dispaċċ barra ż-żona elenkata fl-Anness I għandha tiġi sospiża:

- fil-każ fejn il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer tkun ġiet djanjostikata fi stabbilimenti jew ażjendi msemmija fil-punt (e)(iii), sakemm jitlestew kompletament il-qatla ta’ l-annimali kollha preżenti u t-tneħħija tal-laħam u l-annimali mejta kollha, u mhux qabel ma jkunu għaddew 24 siegħa wara t-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni ta’ dawk l-istabbilimenti u l-ażjendi taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali, u

- fil-każ ta’ qatla fl-istess stabbiliment ta’ annimali suxxettibbli għal marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li toriġina minn ażjendi fiż-żoni fl-Anness I li ma jikkonformawx mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 4(c) jew (d), sakemm jitlestew kompletament il-qatla ta’ l-annimali kollha preżenti u t-tneħħija tal-laħam u l-annimali mejta kollha taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali;

(vi) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni lista ta’ dawk l-istabbilimenti u l-ażjendi li jkunu approvaw għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tal-punti (c), (d) u (e)".

(2) Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

"2. Il-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a) semen, ova u embrijuni prodotti qabel il- 15 ta’ Lulju 2007;

(b) semen u embrijuni ffriżati, semen iffriżat tal-porċina, u semen u embrijuni ffriżati tal-kaprini importati fir-Renju Unit skond il-kondizzjonijiet stipulati fid-Direttivi 88/407/KEE, 89/556/KEE, 90/429/KEE jew 92/65/KEE rispettivament, u li, minn żmien l-introduzzjoni fir-Renju Unit, inħażnu u ġew ittrasportati separatament minn semen, ova u embrijuni li mhumiex eliġibbli għad-dispaċċ skond il-paragrafu 1;

(c) semen u embrijuni ffriżati li nkisbu minn annimali bovini, porċini, ovini u kaprini miżmuma mill-inqas 90 jum qabel id-data tal-ġabra u matulha fi ħdan iż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2, u 3 ta’ l-Anness III u li:

(i) huma maħżuna f'kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-data ta’ dispaċċ, u

(ii) inġabru minn annimali donaturi li jinsabu f'ċentri jew ażjendi li ilhom ħielsa mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer mill-inqas tliet xhur qabel id-data ta’ ġabra tas-semen u 30 jum wara d-data ta’ ġabra u li jinsabu fiċ-ċentru ta’ żona ta’ raġġ ta’ 10 kilometri li fihom ma kien hemm l-ebda każ ta’ marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għal mill-inqas 30 jum qabel id-data ta’ ġabra.

Qabel id-dispaċċ tas-semen imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni lista ta’ ċentri u timijiet approvati għall-għan ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu."

(3) Fl-Artikolu 17, " 15 ta’ Novembru 2007" tinbidel bi " 15 ta’ Diċembru 2007".

(4) L-Anness III jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

[2] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

[3] ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2007/664/KE (ĠU L 270, 13.10.2007, p. 21).

[4] ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar permezz tad-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

--------------------------------------------------

20071031

ANNESS

"

20071031

"L-ANNESS III

ADNS = Animal Disease Notification System Code (il-Kodiċi għan-Notifika tal-Mard ta’ l-Annimali) (id-Deċiżjoni 2005/176/EC)

B = laħam tal-bovini

S/G = laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż

P = pig meat (laħam tal-majjal)

FG = farmed game of species susceptible to foot-and-mouth disease (speċi mrobbija tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer)

WG = wild game of species susceptible to foot-and-mouth disease (speċi selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer)"

1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 |

GRUPP | ADNS | Unità Amministrattiva | B | S/G | P | FG | WG |

Il-Gżejjer Skoċċiżi | 131 | Shetland Islands | + | + | + | + | + |

123 | Orkney Islands | + | + | + | + | + |

124 | NA H-Eileanan An Iar | + | + | + | + | + |

L-Iskozja | 121 | Highland | + | + | + | + | |

122 | Moray | + | + | + | + | |

126 | Aberdeenshire | + | + | + | + | |

128 | Aberdeen City | + | + | + | + | |

79 | Angus | + | + | + | + | |

81 | Dundee City | + | + | + | + | |

80 | Clackmannanshire | + | + | + | + | |

90 | Perth & Kinross | + | + | + | + | |

127 | Fife | + | + | + | + | |

85 | Falkirk | + | + | + | + | |

88 | Midlothian | + | + | + | + | |

96 | West Lothian | + | + | + | + | |

129 | City of Edinburgh | + | + | + | + | |

130 | East Lothian | + | + | + | + | |

92 | Scottish Borders | + | + | + | + | |

94 | Stirling | + | + | + | + | |

125 | Argyll and Bute | + | + | + | + | |

83 | East Dunbartonshire | + | + | + | + | |

84 | East Renfrewshire | + | + | + | + | |

86 | City of Glasgow | + | + | + | + | |

87 | Inverclyde | + | + | + | + | |

89 | North Lanarkshire | + | + | + | + | |

91 | Renfrewshire | + | + | + | + | |

93 | South Lanarkshire | + | + | + | + | |

95 | West Dunbartonshire | + | + | + | + | |

82 | East Ayrshire | + | + | + | + | |

132 | North Ayrshire | + | + | + | + | |

133 | South Ayrshire | + | + | + | + | |

134 | Dumfries & Galloway | + | + | + | + | |

L-Ingilterra | 141 | Cumbria | + | + | + | + | |

169 | Northumberland | + | + | + | + | |

10 | Gateshead | + | + | + | + | |

16 | Newcastle upon Tyne | + | + | + | + | |

17 | North Tyneside | + | + | + | + | |

26 | South Tyneside | + | + | + | + | |

29 | Sunderland | + | + | + | + | |

144 | Durham | + | + | + | + | |

52 | Darlington | + | + | + | + | |

55 | Hartlepool | + | + | + | + | |

58 | Middlesbrough | + | + | + | + | |

64 | Redcar and Cleveland | + | + | + | + | |

69 | Stockton-on-Tees | + | + | + | + | |

151 | Lancashire | + | + | + | + | |

38 | Blackburn with Darwen | + | + | + | + | |

39 | Blackpool | + | + | + | + | |

176 | North Yorkshire minbarra Selby | + | + | + | + | |

177 | Selby District | + | + | + | + | |

78 | York | + | + | + | + | |

53 | East Riding of Yorkshire | + | + | + | + | |

45 | City of Kingston upon Hull | + | + | + | + | |

60 | North East Lincolnshire | + | + | + | + | |

61 | North Lincolnshire | + | + | + | + | |

| West Yorkshire li tikkonsisti minn | | | | | |

32 | Wakefield District | + | + | + | + | |

11 | Kirklees District | + | + | + | + | |

6 | Calderdale District | + | + | + | + | |

4 | Bradford | + | + | + | + | |

13 | Leeds | + | + | + | + | |

| South Yorkshire li tikkonsisti minn | | | | | |

1 | Barnsley District | + | + | + | + | |

8 | Doncaster District | + | + | + | + | |

20 | Rotherham District | + | + | + | + | |

24 | Sheffield District | + | + | + | + | |

| Greater Manchester li tikkonsisti minn | | | | | |

30 | Tameside District | + | + | + | + | |

18 | Oldham District | + | + | + | + | |

19 | Rochdale District | + | + | + | + | |

5 | Bury District | + | + | + | + | |

3 | Bolton District | + | + | + | + | |

21 | Salford District | + | + | + | + | |

31 | Trafford District | + | + | + | + | |

15 | Manchester District | + | + | + | + | |

27 | Stockport District | + | + | + | + | |

34 | Wigan District | + | + | + | + | |

| Merseyside li tikkonsisti minn | | | | | |

12 | Knowsley District | + | + | + | + | |

14 | Liverpool District | + | + | + | + | |

23 | Sefton District | + | + | + | + | |

28 | St. Helens District | + | + | + | + | |

74 | Warrington | + | + | + | + | |

140 | Cheshire County | + | + | + | + | |

54 | Halton | + | + | + | + | |

35 | Wirral District | + | + | + | + | |

142 | Derbyshire County | + | + | + | + | |

44 | City of Derby | + | + | + | + | |

157 | Nottinghamshire County | + | + | + | + | |

47 | City of Nottingham | + | + | + | + | |

153 | Lincolnshire | + | + | + | + | |

159 | Shropshire | + | + | + | + | |

71 | Telford and Wrekin | + | + | + | + | |

161 | Staffordshire County | + | + | + | + | |

50 | City of Stoke-on-Trent | + | + | + | + | |

170 | Devon County | + | + | + | + | |

73 | Torbay | + | + | + | + | |

136 | Plymouth | + | + | + | + | |

171 | Cornwall County | + | + | + | + | |

143 | Dorset County | + | + | + | | |

62 | Poole | + | + | + | | |

40 | Bournemouth | + | + | + | | |

160 | Somerset County | + | + | + | | |

120 | North Somerset | + | + | + | | |

37 | Bath and North East Somerset | + | + | + | | |

43 | City of Bristol | + | + | + | | |

68 | South Gloucestershire | + | + | + | | |

51 | Herefordshire County | + | + | + | | |

167 | Worcestershire County | + | + | + | | |

9 | Dudley District | + | + | + | | |

2 | Birmingham District | + | + | + | | |

22 | Sandwell District | + | + | + | | |

36 | Wolverhampton District | + | + | + | | |

33 | Walsall District | + | + | + | | |

25 | Solihull District | + | + | + | | |

7 | Coventry District | + | + | + | | |

152 | Leicestershire County | + | + | + | | |

46 | City of Leicester | + | + | + | | |

65 | Rutland | + | + | + | | |

48 | City of Peterborough | + | + | + | | |

154 | Norfolk County | + | + | + | | |

162 | Suffolk County | + | + | + | | |

172 | Isles of Scilly | + | + | + | + | |

114 | Isle of Wight | + | + | + | + | |

Wales | 115 | Sir Ynys Mon — Isle of Anglesey | + | + | + | + | |

116 | Gwynedd | + | + | + | + | |

103 | Conwy | + | + | + | + | |

108 | Sir Ddinbych-Denbigshir | + | + | + | + | |

111 | Sir Y Fflint-Flintshire | + | + | + | + | |

113 | Wrecsam-Wrexham | + | + | + | + | |

173 | North Powys | + | + | + | + | |

174 | South Powys | + | + | + | + | |

118 | Sir Ceredigion-Ceredigion | + | + | + | + | |

110 | Sir Gaerfyrddin — Carmarthen | + | + | + | + | |

119 | Sir Benfro-Pembrokeshire | + | + | + | + | |

97 | Abertawe-Swansea | + | + | + | + | |

102 | Castell-Nedd Port Talbot-Neath Port Talbot | + | + | + | + | |

105 | Pen-y-Bont Ar Ogwr — Bridgend | + | + | + | + | |

107 | Rhondda/Cynon/Taf | + | + | + | + | |

99 | Bro Morgannwg-The Valee of Glamorgan | + | + | + | + | |

98 | Bleanau Gwent | + | + | + | + | |

112 | Tor-Faen – Tor Faen | + | + | + | + | |

101 | Casnewydd — Newport | + | + | + | + | |

104 | Merthyr Tudful-Merthyr Tydfil | + | + | + | + | |

100 | Caerffili — Caerphilly | + | + | + | + | |

117 | Caerdydd — Cardiff | + | + | + | + | |

109 | Sir Fynwy — Monmouthshire | + | + | + | + | |

"

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet