2007/664/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4674) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 270 , 13/10/2007 P. 0021 - 0026
20071012 Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4674) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/664/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal- 11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha, Billi: (1) Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad- 9 ta’ Awwissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit [3] biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad- 29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [4]. (2) Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistabbilixxi regoli applikabbli għad-dispaċċ minn żoni b’riskju għoli u baxx fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li jew ġew prodotti, qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja li kellha s-sors tagħha barra minn dawn iż-żoni ristretti, jew li sarilhom trattament li huwa ppruvat effettiv fl-inattivazzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li possibbilment ikun fihom. (3) Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni mogħtija mir-Renju Unit, issa jixraq li jiġu stabbiliti regoli għad-dispaċċ ta’ ċerti kategoriji ta’ laħam minn ċerti żoni fejn ma ġewx irreġistrati tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal 90 jum qabel il-qtil u li jikkonformaw ma’ ċerti kundizzjonijiet speċifikati. Skond dan, għandu jiżdied Anness ġdid mad-Deċiżjoni 2007/554/KE li jelenka dawk iż-żoni bħala l-Anness III tagħha. (4) Barra minn hekk, inqalgħu problemi bil-provvista ta’ ċerti mezzi mediċi mmanifatturati skond id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ta’ l- 14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi [5] minn tessuti ta’ l-annimali li ġew soġġetti għal trattamenti li jirrendihom mhux vijabbli u fi stat li ma jistgħux jittrażmettu l-mard. Għalhekk, dan l-apparat mediku ma għandux jiġi soġġett għall-projbizzjoni stipulata fl-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni 2007/554/KE. (5) Fl-interessti tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/176/KE ta’ l- 1 ta’ Marzu 2005 li twaqqaf l-għamla kkodifikata u l-kodiċijiet għan-notifika tal-mard ta' l-annimali skond id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE [6] għandha tintuża għad-deskrizzjoni taż-żoni elenkati fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/554/KE, miżjuda mid-Deċiżjoni preżenti. (6) Fid-dawl tal-qagħda fir-Renju Unit fir-rigward tal-marda, jixraq li l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/554/KE tiġi estiża sal- 15 ta’ Novembru 2007. (7) Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha tiġi emendata skond dan. (8) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2007/554/KE hija emendata kif ġej: (1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej: "4. Il-projbizzjoni mniżżla fil-paragrafu 2 m’ għandhiex tapplika għal laħmijiet li jkollhom marka tas-saħħa fi qbil mal-Kapitolu III tat-Taqsima I ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, sakemm: (a) il-laħam ikun identifikat b'mod ċar, u jkun ġie ttrasportat u maħżun mid-data tal-produzzjoni separatament minn laħam mhux eliġibbli, fi qbil ma' din id-Deċiżjoni, għal dispaċċ barra ż-żoni elenkati fl-Anness I. (b) il-laħam ikun konformi ma' waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) ikun inkiseb qabel il- 15 ta’ Lulju 2007; jew (ii) ikun inkiseb minn annimali mrobbija għallinqas għal 90 jum qabel id-data tal-qatla u maqtula; jew fil-każ ta’ laħam miksub minn speċi selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ("speċi selvaġġi tal-kaċċa") maqtula, barra miż-żoni elenkati fl-Anness I u II; jew (iii) ikun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (ċ), (d) u (e); (ċ) il-laħam ikun inkiseb minn ungulati domestiċi jew minn speċi mrobbija tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ("speċi mrobbija tal-kaċċa"), kif speċifikat għall-kategorija rispettiva ta’ laħam fil-kolonna xierqa mill-kolonni 4 sa 7, fl-Anness III, u jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) l-annimali jkunu ġew imrobbija għallinqas għal 90 jum qabel id-data tal-qatla fuq stabbilimenti fiż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta' l-Anness III, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas f’dak il-perjodu; (ii) matul it-30 jum qabel id-data tat-trasport mill-biċċerija, jew fil-każ ta' speċi mrobbija tal-kaċċa qabel id-data tal-qtil fl-istabbiliment stess, l-annimali nżammu taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet veterinarji kompetenti fuq stabbiliment wieħed li jkun jinsab fiċ-ċentru ta’ ċirku madwar l-istabbiliment b’radju ta’ għallinqas 10 km, fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, għallinqas f'dak il-perjodu. (iii) ebda annimal ta’ speċi suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ma ddaħħal fl-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii) matul il-21 jum qabel id-data tat-tagħbija, jew fil-każ ta' speċi mrobbija għall-kaċċa, qabel id-data tal-qtil fl-istabbiliment stess, ħlief fil-każ ta' ħnieżer li jkunu ġejjin minn stabbiliment tal-provvista li jkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (ii), f’liema każ, il-perjodu ta' 21 jum jista' jitnaqqas għal 7 ijiem; (iv) l-annimali jew, fil-każ ta' speċi mrobbija għall-kaċċa maqtula fl-istabbiliment, il-karkassi jkunu ġew ittrasportati taħt kontroll uffiċjali f'mezzi tat-trasport li jkunu tnaddfu u ġew diżinfettati qabel it-tagħbija mill-istabbiliment imsemmi fil-punt (ii) direttament lejn il-biċċerija ddeżinjata; (v) l-annimali jkunu ġew maqtula inqas minn 24 siegħa wara l-ħin tal-wasla fil-biċċerija u separatament minn annimali li l-laħam tagħhom mhux eliġibbli għad-dispaċċ miż-żona elenkata fl-Anness I; (d) laħam frisk, jekk ikun immarkat pożittivament fil-kolonna 8 ta’ l-Anness III, li jkun miksub minn speċi selvaġġi tal-kaċċa li nqatlu f’żoni fejn ma kienx hemm tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għallinqas għal perjodu ta’ 90 jum qabel id-data tal-qtil u f'distanza ta' għallinqas 20 km minn żoni mhux speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta' l-Anness III; (e) Laħam imsemmi fil-punti (ċ) u (d) għandu jikkonforma wkoll mal-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) id-dispaċċ ta’ laħam bħal dan għandu jiġi awtorizzat biss mill-awtoritajiet veterinarji kompetenti tar-Renju Unit, jekk l-istabbiliment tad-dispaċċ ikun jinsab fiż-żoni speċifikati fil-kolonni 1, 2 u 3 ta’ l-Anness III; (ii) il-laħam frisk ikun f’kull ħin identifikat b’mod ċar, u jkun amministrat, ittrasportat u maħżun separatament minn laħam li mhuwiex eliġibbli għad-dispaċċ miż-żoni elenkati fl-Anness I; (iii) fl-ispezzjoni post-mortem mill-veterinarju uffiċjali fl-istabbiliment tad-dispaċċ, jew fil-każ ta’ qtil fl-istabbiliment stess imsemmi fil-punt (ċ)(ii), jew fil-każ ta' speċi selvaġġi tal-kaċċa, fl-istabbiliment fejn jiġu kkaċċati l-ispeċi tal-kaċċa, ma jkunu ġew stabbiliti ebda sinjali kliniċi jew evidenza post-mortem tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer; (iv) il-laħam ikun baqa' fl-istabbilimenti msemmija fil-punt (iii) ta’ dan il-paragrafu għallinqas għal 24 siegħa wara l-ispezzjoni post-mortem ta’ l-annimali msemmija fil-punt (ċ) u (d); (v) fil-każ fejn il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer tkun ġiet djanjostikata fi stabbilimenti msemmija fil-punt (iii) ta’ dan il-paragrafu, kwalunkwe preparazzjoni oħra tal-laħam għad-dispaċċ 'il barra miż-żona msemmija fl-Anness I għandha tiġi awtorizzata biss wara l-qtil ta’ l-annimali l-oħra kollha preżenti, it-tneħħija tal-laħam u l-annimali mejta kollha u mhux qabel 24 siegħa wara t-tlestija tat-tindif u d-diżinfezzjoni totali ta' dawk l-istabbilimenti taħt il-kontroll ta' veterinarju uffiċjali; (vi) l-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni lista ta' dawk l-istabbilimenti li jkunu approvaw għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tal-punti (ċ), (d) u (e)". (2) L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej: (a) Fil-paragrafu 2, il-punt (j) jinbidel b'dan li ġej: "(j) prodotti mediċinali kif definiti fid-Direttiva 2001/83/KE, tagħmir mediku mmanifatturat bl-użu ta’ tessuti ta’ l-annimali li jsiru mhux vijabbli kif imsemmi fl-Artikolu 1(5)(g) tad-Direttiva 93/42/KEE, il-prodotti mediċinali kif definiti fid-Direttiva 2001/82/KE, u l-prodotti mediċinali investigattivi kif definiti fid-Direttiva 2001/20/KE." (b) Il-Paragrafu 7 jinbidel b’dan li ġej: "7. B'deroga mill-paragrafu 3, fil-każ ta' prodotti msemmija fil-paragrafu 2(i) u (j), għandu jkun biżżejjed li jkunu akkumpanjati b'dokument kummerċjali li jiddikjara li l-prodotti jkunu għall-użu bħala reaġenti dijanjostiċi in-vitro jew tal-laboratorju, prodotti mediċi jew tagħmir mediku bil-kundizzjoni li l-prodotti jkollhom tikketta li tgħid ċar "għall-użu dijanjostiku in-vitro biss" jew "għall-użu fil-laboratorju biss", bħala "prodotti mediċinali" jew bħala "tagħmir mediku"." (3) Fl-Artikolu 17, "il- 15 ta’ Ottubru 2007" tinbidel bi "il- 15 ta’ Novembru 2007"; (4) Jiżdied Anness III ġdid, li t-test tiegħu huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Ottubru 2007. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12). [2] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14). [3] ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/608/KE (ĠU L 241, 14.9.2007, p. 26). [4] ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352). [5] ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). [6] ĠU L 59, 5.3.2005; p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/924/KE (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 48). -------------------------------------------------- 20071012 ANNESS 20071012 "L-ANNESS III ADNS = Animal Disease Notification System Code (il-Kodiċi għan-Notifika tal-Mard ta’ l-Annimali) (id-Deċiżjoni 2005/176/KE) B = bovine meat (laħam tal-bovini) S/G = laħam tan-ngħaġ u l-mogħoż P = pig meat (laħam tal-majjal) FG = farmed game of species susceptible to foot-and-mouth disease (speċi mrobbija għall-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer) WG = wild game of species susceptible to foot-and-mouth disease (speċi selvaġġi tal-kaċċa suxxettibbli għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer)" 1 | 2 | 3 | 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | GRUPP | ADNS | Unità Amministrattiva | B | S/G | P | FG | WG | Il-Gżejjer Skoċċiżi | 131 | Shetland Islands | + | + | + | | | 123 | Orkney Islands | + | + | + | | | 124 | NA H-Eileanan An Iar | + | + | + | | | L-Iskozja | 121 | Highland | + | + | + | | | 122 | Moray | + | + | + | | | 126 | Aberdeenshire | + | + | + | | | 128 | Aberdeen City | + | + | + | | | 79 | Angus | + | + | + | | | 81 | Dundee City | + | + | + | | | 80 | Clackmannanshire | + | + | + | | | 90 | Perth & Kinross | + | + | + | | | 127 | Fife | + | + | + | | | 85 | Falkirk | + | + | + | | | 88 | Midlothian | + | + | + | | | 96 | West Lothian | + | + | + | | | 129 | City of Edinburgh | + | + | + | | | 130 | East Lothian | + | + | + | | | 92 | Scottish Borders | + | + | + | | | 94 | Stirling | + | + | + | | | 125 | Argyll and Bute | + | + | + | | | 83 | East Dunbartonshire | + | + | + | | | 84 | East Renfrewshire | + | + | + | | | 86 | City of Glasgow | + | + | + | | | 87 | Inverclyde | + | + | + | | | 89 | North Lanarkshire | + | + | + | | | 91 | Renfrewshire | + | + | + | | | 93 | South Lanarkshire | + | + | + | | | 95 | West Dunbartonshire | + | + | + | | | 82 | East Ayrshire | + | + | + | | | 132 | North Ayrshire | + | + | + | | | 133 | South Ayrshire | + | + | + | | | 134 | Dumfries & Galloway | + | + | + | | | L-Ingilterra | 141 | Cumbria | + | + | + | | | 169 | Northumberland | + | + | + | | | 10 | Gateshead | + | + | + | | | 16 | Newcastle upon Tyne | + | + | + | | | 17 | North Tyneside | + | + | + | | | 26 | South Tyneside | + | + | + | | | 29 | Sunderland | + | + | + | | | 144 | Durham | + | + | + | | | 52 | Darlington | + | + | + | | | 55 | Hartlepool | + | + | + | | | 58 | Middlesbrough | + | + | + | | | 64 | Redcar and Cleveland | + | + | + | | | 69 | Stockton-on-Tees | + | + | + | | | 151 | Lancashire | + | + | + | | | 38 | Blackburn with Darwen | + | + | + | | | 39 | Blackpool | + | + | + | | | 176 | North Yorkshire minbarra Selby | + | + | + | | | 177 | Selby District | + | + | + | | | 78 | York | + | + | + | | | 53 | East Riding of Yorkshire | + | + | + | | | 45 | City of Kingston upon Hull | + | + | + | | | 60 | North East Lincolnshire | + | + | + | | | 61 | North Lincolnshire | + | + | + | | | | West Yorkshire li tikkonsisti minn | | | | | | 32 | Wakefield District | + | + | + | | | 11 | Kirklees District | + | + | + | | | 6 | Calderdale District | + | + | + | | | 4 | Bradford | + | + | + | | | 13 | Leeds | + | + | + | | | | South Yorkshire li tikkonsisti minn | | | | | | 1 | Barnsley District | + | + | + | | | 8 | Doncaster District | + | + | + | | | 20 | Rotherham District | + | + | + | | | 24 | Sheffield District | + | + | + | | | | Greater Manchester li tikkonsisti minn | | | | | | 30 | Tameside District | + | + | + | | | 18 | Oldham District | + | + | + | | | 19 | Rochdale District | + | + | + | | | 5 | Bury District | + | + | + | | | 3 | Bolton District | + | + | + | | | 21 | Salford District | + | + | + | | | 31 | Trafford District | + | + | + | | | 15 | Manchester District | + | + | + | | | 27 | Stockport District | + | + | + | | | 34 | Wigan District | + | + | + | | | | Merseyside li tikkonsisti minn | | | | | | 12 | Knowsley District | + | + | + | | | 14 | Liverpool District | + | + | + | | | 23 | Sefton District | + | + | + | | | 28 | St. Helens District | + | + | + | | | 74 | Warrington | + | + | + | | | 140 | Cheshire County | + | + | + | | | 54 | Halton | + | + | + | | | 35 | Wirral District | + | + | + | | | 142 | Derbyshire County | + | + | + | | | 44 | City of Derby | + | + | + | | | 157 | Nottinghamshire County | + | + | + | | | 47 | City of Nottingham | + | + | + | | | 153 | Lincolnshire | + | + | + | | | 159 | Shropshire | + | + | + | | | 71 | Telford and Wrekin | + | + | + | | | 161 | Staffordshire County | + | + | + | | | 50 | City of Stoke-on-Trent | + | + | + | | | 170 | Devon County | + | + | + | | | 73 | Torbay | + | + | + | | | 136 | Plymouth | + | + | + | | | 171 | Cornwall County | + | + | + | | | 172 | Isles of Scilly | + | + | + | | | 114 | Isle of Wight | + | + | + | | | Wales | 115 | Sir Ynys Mon – Isle of Anglesey | + | + | + | | | 116 | Gwynedd | + | + | + | | | 103 | Conwy | + | + | + | | | 108 | Sir Ddinbych-Denbigshir | + | + | + | | | 111 | Sir Y Fflint-Flintshire | + | + | + | | | 113 | Wrecsam-Wrexham | + | + | + | | | 173 | North Powys | + | + | + | | | 174 | South Powys | + | + | + | | | 118 | Sir Ceredigion-Ceredigion | + | + | + | | | 110 | Sir Gaerfyrddin-Carmarthen | + | + | + | | | 119 | Sir Benfro-Pembrokeshire | + | + | + | | | 97 | Abertawe-Swansea | + | + | + | | | 102 | Castell-Nedd Port Talbot-Neath Port Talbot | + | + | + | | | 105 | Pen-y-Bont Ar Ogwr – Bridgend | + | + | + | | | 107 | Rhondda/Cynon/Taf | + | + | + | | | 99 | Bro Morgannwg-The Valee of Glamorgan | + | + | + | | | 98 | Bleanau Gwent | + | + | + | | | 112 | Tor-Faen – Tor Faen | + | + | + | | | 101 | Casnewydd – Newport | + | + | + | | | 104 | Merthyr Tudful-Merthyr Tydfil | + | + | + | | | 100 | Caerffili – Caerphilly | + | + | + | | | 117 | Caerdydd – Cardiff | + | + | + | | | 109 | Sir Fynwy – Monmouthshire | + | + | + | | | --------------------------------------------------