Direttiva tal-Kummissjoni 2007/62/KE ta’ l- 4 ta’ Ottubru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ residwi għal bifenazate, pethoxamid, pyrimethanil u rimsulfuron Test b’relevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 260 , 05/10/2007 P. 0004 - 0012


20071004

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/62/KE

ta’ l- 4 ta’ Ottubru 2007

li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ residwi għal bifenazate, pethoxamid, pyrimethanil u rimsulfuron

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi ġewwa ċ-ċereali u fuqhom [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas- 27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal- 15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Is-sustanzi attivi li ġejjin ġew inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE: pyrimethanil, pethoxamid, bifenazate u rimsulfuron bid-Direttivi tal-Kummissjoni 2006/74/KE [4], 2006/41/KE [5], 2005/58/KE [6], u 2006/39/KE [7] rispettivament.

(2) L-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni tat-tagħrif ippreżentat dwar l-użu propost. It-tagħrif dwar dan l-użu ġie ppreżentat minn ċerti Stati Membri skond l-Artikolu 4(1)f ta’ din id-Direttiva. It-tagħrif disponibbli ġie rivedut u huwa biżżejjed biex jippermetti li jiġu ffissati ċerti livelli massimi ta’ residwi (MRLs).

(3) Meta ma jkun jeżisti l-ebda MRL tal-Komunità jew MRL provviżorju, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu MRL nazzjonali provviżorju skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE qabel prodotti ta’ ħarsien tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi attivi jkunu jistgħu jiġu awtorizzati.

(4) L-MRLs tal-Komunità u l-livelli rrakkomandati mill-Codex Alimentarius huma stabbiliti u evalwati skond proċeduri simili. Hemm għadd ta’ MRLs tal-Codex għal bifenazate. L-MRLs ibbażati fuq l-MRLs tal-Codex ġew evalwati fid-dawl tar-riskji għall-konsumaturi. Ma ġie stabbilit l-ebda riskju meta ntużaw l-end points tossikoloġiċi li kienu bbażati fuq l-istudji disponibbli għall-Kummissjoni.

(5) Ir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni li tħejjew għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati, iffissaw id-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) u jekk meħtieġ, id-Doża Akuta ta’ Referenza (ARfd) għal dawn is-sustanzi. L-espożizzjoni tal-konsumaturi għal prodotti ta’ l-ikel ittrattati bis-sustanzi attivi kkonċernati ġiet ivvalutata skond il-proċeduri tal-Komunità. Ittieħdu wkoll f’kunsiderazzjoni l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [8] u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti [9] dwar il-metodoloġija użata. Il-konklużjoni hija li l-MRLs proposti mhumiex se jwasslu li jinqabżu l-ADIs jew l-ARfD.

(6) Sabiex jiġi żgurat li l-konsumatur ikun imħares b'mod xieraq mill-espożizzjoni tar-residwi li jirriżultaw minn użu mhux awtorizzat ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, l-MRLs provviżorji għandhom jitfasslu għall-kombinazzjonijiet rilevanti ta’ prodott/pestiċida fl-iktar livell baxx tad-determinazzjoni analitika.

(7) It-tfassil fil-livell tal-Komunità ta’ MRLs provviżorji bħal dawn ma jwaqqafx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu livelli ta’ MRLs provviżorji għas-sustanzi kkonċernati skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI ta’ din id-Direttiva. Huwa kkunsidrat li perjodu ta’ erba' snin huwa biżżejjed sabiex jippermetti iktar utilizzazzjoni tas-sustanzi attivi kkonċernati. L-MRLs provviżorji għandhom imbagħad isiru definittivi.

(8) Għalhekk jeħtieġ li jiġu modifikati l-MRLs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE, sabiex jista' jkun hemm sorveljanza u kontroll xierqa tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u jitħares il-konsumatur.

(9) Id-Direttivi 86/362/KEE u 90/642/KEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati skond dan.

(10) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE huwa emendat skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE huwa emendat skond l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill- 5 ta’ April 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mis- 6 ta’ April 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Ottubru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/57/KE (ĠU L 243, 18.9.2007, p. 61).

[2] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/57/KE.

[3] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

[4] ĠU L 235, 30.8.2006, p. 17.

[5] ĠU L 187, 8.7.2006, p. 24.

[6] ĠU L 246, 22.9.2005, p. 17.

[7] ĠU L 104, 13.4.2006, p. 30.

[8] Il-Linji ta’ Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[9] L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti rigward kwistjonijiet marbuta ma’ l-emendar ta’ l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, 14 ta’ Lulju 1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html).

--------------------------------------------------

20071004

ANNESS I

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE, jiżdiedu l-linji li ġejjin għal bifenazate, pethoxamid, pyrimethanil u rimsulfuron:

"Residwi ta' pestiċidi | Livelli massimi f’mg/kg |

Bifenazate | 0,01 [1] [2] ĊEREALI |

Pethoxamid | 0,01 [1] [2] ĊEREALI |

Pyrimethanil | 0,05 [1] [2] ĊEREALI |

Rimsulfuron | 0,05 [1] [2] ĊEREALI |

[*] jindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika.

--------------------------------------------------

20071004

ANNESS II

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għal bifenazate, pethoxamid, pyrimethanil u rimsulfuron:

| "Residwi ta’ Pestiċida u livelli massimi ta’ residwu (mg/kg) |

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs | Bifenazate | Pethoxamid | Pyrimethanil | Rimsulfuron |

1.Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież | | 0,01 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] |

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,01 [1] [2] | | 10 [2] | |

Grejpfrut | | | | |

Lumi | | | | |

Lajm | | | | |

Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra) | | | | |

Larinġ | | | | |

Pomelos | | | | |

Oħrajn | | | | |

(ii)ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha) | 0,01 [1] [2] | | | |

Lewż | | | 0,2 [2] | |

Ġewż tal-Brażil | | | | |

Ġewż ta’ l-anakardju | | | | |

Qastan | | | | |

Ġewż ta' l-Indi | | | | |

Ġellewż | | | | |

Makadamja | | | | |

Ġwież tal-Pekan | | | | |

Ġwież ta’ l-arznu | | | | |

Pistaċċi | | | 0,2 [2] | |

Ġewż | | | | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | |

(iii)FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT) | 0,01 [1] [2] | | 5 [2] | |

Tuffieħ | | | | |

Lanġas | | | | |

Sfarġel | | | | |

Oħrajn | | | | |

(iv)FROTT TA’ L-GĦADMA | 0,01 [1] [2] | | | |

Berquq | | | 3 [2] | |

Ċirasa | | | | |

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) | | | 10 [2] | |

Għanbaqar | | | 3 [2] | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | |

(v)BERRIES U FROTT ŻGĦIR | | | | |

(a)Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid | 0,01 [1] [2] | | 5 [2] | |

Għeneb tal-mejda | | | | |

Għeneb ta' l-inbid | | | | |

(b)Frawli (ħlief dak salvaġġ) | 2 [2] | | 5 [2] | |

(ċ)Frott tal-qasab (ħlief dak salvaġġ) | 0,01 [1] [2] | | | |

Tut | | | 10 [2] | |

Dewberries | | | | |

Loganberries | | | | |

Ċawsli | | | 10 [2] | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | |

(d)Frott żgħir ieħor u berries (ħlief dak salvaġġ) | 0,01 [1] [2] | | 5 [2] | |

Bilberries | | | | |

Cranberries | | | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | | | |

Gooseberries | | | | |

Oħrajn | | | | |

(e)Berries u frott salvaġġ | 0,01 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | |

(vi)MIXXELLANJA | 0,01 [1] [2] | | | |

Avokado | | | | |

Banana | | | 0,1 [2] | |

Tamal | | | | |

Tin | | | | |

Kiwi | | | | |

Kumquats | | | | |

Litchis | | | | |

Mango | | | | |

Żebbuġ (konsum domestiku) | | | | |

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) | | | | |

Papaja | | | | |

Passion fruit | | | | |

Ananas | | | | |

Rummien | | | | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | |

2.Ħxejjex, friski jew nejjin, iffriżati jew imnixxfin | | 0,01 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] |

(i)ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ | 0,01 [1] [2] | | | |

Pitrava zokkrija | | | | |

Zunnarija | | | 1 [2] | |

Cassava | | | | |

Krafes | | | | |

Horseradish | | | | |

Artiċokks | | | | |

Zunnarija bajda | | | | |

Għeruq tat-tursin | | | | |

Ravanell | | | | |

Sassefrika | | | | |

Patata ħelwa | | | | |

Swedes | | | | |

Turnips | | | | |

Jam | | | | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | |

(ii)ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL | 0,01 [1] [2] | | | |

Tewm | | | | |

Basal | | | 0,1 [2] | |

Shallots | | | | |

Spring onions | | | | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | |

(iii)ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA | | | | |

(a)Solanacea | | | | |

Tadam | 0,5 [2] | | 1 [2] | |

Bżar | 2 [2] | | 2 [2] | |

Brunġiel | 0,5 [2] | | 1 [2] | |

Okra | | | | |

Oħrajn | 0,01 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | |

(b)Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel | 0,3 [2] | | 1 [2] | |

Ħjar | | | | |

Gherkins | | | | |

Qarabali | | | | |

Oħrajn | | | | |

(ċ)Kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx | 0,01 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | |

Bettieħ | | | | |

Squashes | | | | |

Dulliegħ | | | | |

Oħrajn | | | | |

(d)Qamħirrum ħelu | 0,01 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | |

(iv)ĦXEJJEX BRASSIKA | 0,01 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | |

(a)Brassika li tagħmel il-fjuri | | | | |

Brokkli (inkluża l-Calabrese) | | | | |

Pastard | | | | |

Oħrajn | | | | |

(b)Brassika bir-ras | | | | |

Brussels sprouts | | | | |

Kaboċċa tar-ras | | | | |

Oħrajn | | | | |

(ċ)Brassika bil-weraq | | | | |

Kaboċċa taċ-Ċina | | | | |

Kale | | | | |

Oħrajn | | | | |

(d)Ġidra | | | | |

(v)ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL & ĦAXIX AROMATIKU FRISK | 0,01 [1] [2] | | | |

(a)Ħass u simili | | | | |

Krexxuni | | | | |

Ħass tal-ħaruf | | | | |

Ħass | | | 10 [2] | |

Scarole (endive tal-werqa wiesa) | | | | |

Insalata | | | | |

Weraq u zkuk tal-brassika, inklużi l-ħxejjex tat-turnip | | | | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | |

(b)Spinaċi u simili | | | 0,05 [1] [2] | |

Spinaċi | | | | |

Weraq tal-pitravi (chard) | | | | |

Oħrajn | | | | |

(ċ)Krexxuni ta’ l-ilma | | | 0,05 [1] [2] | |

(d)Witloof | | | 0,05 [1] [2] | |

(e)Ħaxix aromatiku | | | 3 [2] | |

Maxxita | | | | |

Il-kurrat salvaġġ | | | | |

Tursin | | | | |

Weraq tal-karfus | | | | |

Oħrajn | | | | |

(vi)ĦXEJJEX LEGUMI (friski) | 0,01 [1] [2] | | | |

Fażola (bl-imżiewed) | | | 2 [2] | |

Fażola (mingħajr imżiewed) | | | | |

Piżelli (bl-imżiewed) | | | | |

Piżelli (mingħajr imżiewed) | | | 0,2 [2] | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | |

(vii)ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski) | 0,01 [1] [2] | | | |

Asparagu | | | | |

Kardun | | | | |

Karfus | | | | |

Bużbież | | | | |

Qaqoċċ | | | | |

Kurrat | | | 1 [2] | |

Rabarbru | | | | |

Oħrajn | | | 0,05 [1] [2] | |

(viii)FAQQIEGĦ | 0,01 [1] [2] | | 0,05 [1] [2] | |

(a)Faqqiegħ ikkoltivat | | | | |

(b)Faqqiegħ salvaġġ | | | | |

3.Żrieragħ imnixxfin | 0,01 [1] [2] | 0,01 [1] [2] | 0,5 [2] | 0,05 [1] [2] |

Fażola | | | | |

Għads | | | | |

Piżelli | | | | |

Lupini | | | | |

Oħrajn | | | | |

4.Żjut ta’ żrieragħ | 0,02 [1] [2] | 0,01 [1] [2] | 0,1 [1] [2] | 0,05 [1] [2] |

Żerriegħa tal-kittien | | | | |

Karawett | | | | |

Żerriegħa tal-peprin | | | | |

Ġulġlien | | | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | | | |

Żerriegħa tal-lift | | | | |

Żerriegħa tas-sojja | | | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | | | |

Żerriegħa tal-qoton | | | | |

Żerriegħa tal-qanneb | | | | |

Żerriegħa tal-qargħa ħamra | | | | |

Oħrajn | | | | |

5.Patata | 0,01 [1] [2] | 0,01 [1] [2] | 0,05 [1] [2] | 0,05 [1] [2] |

Patata bikrija | | | | |

Varjazzjonijiet ta’ patata | | | | |

6.Te (weraq u zkuk imnixxfa, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis) | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,1 [1] [2] | 0,1 [2] |

7.Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat | 0,02 [1] [2] | 0,02 [1] [2] | 0,1 [1] [2] | 0,1 [1] [2] |

[*] tindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet