Direttiva tal-Kummissjoni 2007/57/KE tas- 17 ta’ Settembru 2007 li temenda ċertu Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għad- dithiocarbamates Test b’relevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 243 , 18/09/2007 P. 0061 - 0070
20070917 Direttiva tal-Kummissjoni 2007/57/KE tas- 17 ta’ Settembru 2007 li temenda ċertu Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għad-dithiocarbamates (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat- 23 ta’ Novembru 1976 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq frott u ħaxix [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas- 27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-iffissar tal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha, Billi: (1) Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwu jkun l-iżgħar ammont prattikabbli u tossikoloġikament aċċettabbli, b'mod partikolari fit-termini ta’ stima ta’ konsum fid-dieta. (2) L-MRLs għall-pestiċidi jinżammu taħt reviżjoni u jinbidlu sabiex titqies l-informazzjoni ġdida, inklużi użi ġodda jew mibdula. L-informazzjoni dwar użi ġodda jew mibdula ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni, li b’hekk għandha twassal għal tibdil fil-livelli tar-residwi tal-maneb, mancozeb, metiram, propineb u thiram. (3) Is-sostanza attiva, ziram, ġiet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE [5] bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/81/KE [6]. L-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE kienet ibbażata fuq il-valutazzjoni ta’ l-informazzjoni mressqa dwar l-użu propost. It-tagħrif disponibbli ġie rivedut u huwa biżżejjed sabiex jippermetti li jiġu ffissati ċerti MRLs. (4) Jeżitu diġà MRLs Komunitarji fid-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għall-maneb, mancozeb, metiram, propineb u thiram. Dawk il-livelli ttieħdu in konsiderazzjoni meta ġew adattati l-MRLs kkonċernati minn din id-Direttiva. Partikolarment, peress li waqt monitoraġġ ta’ rutina ir-residwi tal-maneb, mancozeb, metiram, propineb, thiram u ziram ma jistgħux jiġu identifikati individwalment, l-MRLs huma ffissati għall-grupp kollu ta’ dawk il-pestiċidi li huma magħrufin ukoll bħala d-dithiocarbamates. Madanakollu għall-propineb, thiram u ziram jeżistu methodi singoli, minkejja li mhux fuq bażi ta’ rutina. Dawk il-metodi għandhom jintużaw fuq bażi ta’ każ każ, meta kwantifikazzjoni speċifika tal-propineb, ziram u/jew thiram tkun meħtieġa. (5) Ir-rapporti ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni li tħejjew għall-inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi kkonċernati, iffissaw id-Doża Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) u jekk meħtieġ, id-Doża Akuta ta’ Referenza (ARfd) għal dawn is-sustanzi. L-espożizzjoni tal-konsumaturi għall-prodotti ta’ l-ikel ittrattati bis-sustanza attiva kkonċernata ġiet assessjata u vvalutata bi qbil mal-proċeduri tal-Komunità. Ittieħdu wkoll f’kunsiderazzjoni l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [7] u l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti [8] dwar il-metodoloġija użata. Ġie konkluż li l-MRLs proposti mhux ser iwasslu biex dawk l-ADI jew ARfD jkunu misbuqa. (6) Fejn l-użu awtorizzat ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultax f’livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa jew fuq il-prodott alimentari, jew fejn ma hemmx użu awtorizzat, jew fejn l-użu li jkun ġie awtorizzat mill-Istati Membri ma jkunx ġie sostnut bid-data meħtieġa, jew fejn l-użu f'pajjiżi terzi li jirriżulta f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti alimentari li għandhom mnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunx ġie sostnut bit-tali data meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell l-iktar baxx tad-determinazzjoni analitika. (7) Għalhekk jeħtieġ li jiġu modifikati l-MRLs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE, sabiex jista' jkun hemm sorveljanza xierqa u kontroll tal-projbizzjoni ta’ l-użu tagħhom u jipproteġu lill-konsumatur. Fejn l-MRLs diġà ġew definiti fl-Annessi ta’ dawk id-Direttivi, huwa xieraq li jiġu mmodifikati. Fejn l-MRLs għadhom ma ġewx definiti, huwa xieraq li jitfasslu għall-ewwel darba. (8) Id-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan. (9) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE, l-entrata dwar it-thiram hija mħassra. Artikolu 2 Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva. Artikolu 3 Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness II ta’ din id-Direttiva. Artikolu 4 Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness III ta’ din id-Direttiva. Artikolu 5 L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit- 18 ta’ Marzu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu fi qbil ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid- 19 ta’ Marzu 2008. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din. Artikolu 6 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 7 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007. Ghall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/8/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 9). [2] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 31). [3] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE (ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6). [4] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 25). [5] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3). [6] ĠU L 224, 6.9.2003, p. 29. [7] Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), mħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7). [8] L-Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw l-emendar ta’ l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Parir espress mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti, ta’ l- 14 ta’ Lulju 1998) (http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/index_en.html). -------------------------------------------------- 20070917 ANNESS I Fil-parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/362/KEE, il-linji "għall-Maneb, mancozeb, metiram, propineb, zineb (espressi bħala CS2)" huma sostitwiti b’dan li ġej: "Residwi tal-Pestiċida | Livelli massimi f’mg/kg | Dithiocarbamates, espressi bħala CS2, inklużi maneb, mancozeb, metiram, propineb, thiram u ziram [1], [2] | 1 Qamħ, Segala, Triticale, Spelt (ma, mz) 2 Xgħir, Ħafur (ma, mz) 0,05 [4] Ċereali oħrajn | Propineb (espressi bħala propilendiammine) [3] | 0,05 [4] ĊEREALI | Thiram (espress bħala Thiram) [3] | 0,1 [4] ĊEREALI | Ziram (espress bħala Ziram) [3] | 0,1 [4] ĊEREALI | [1] L-MRLs espressi bħala CS2 jistgħu jinħolqu minn Dithiocarbamates differenti u b’hekk dawn ma jirriflettux Prassi Agrikola Tajba (GAP) singola. Huwa għalhekk mhux xieraq li jintużaw dawn l-MRLs biex jiċċekkjaw il-konformità mal-GAP. [2] Fil-parentesi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb; mz: mancozeb; me: metiram; pr: propineb; t: thiram z: ziram). [3] Minħabba li d-Dithiocarbamates kollha jirriżultaw fir-residwu finali CS2, diskriminazzjoni bejniethom hija ġeneralment impossibbli. Madanakollu metodi ta’ residwu singolu huma disponibbli għall-propineb, ziram u thiram. Dawn il-metodi għandhom jiġu implimentati fuq bażi ta’ każ każ, meta kwantifikazzjoni speċifika tal-propineb, ziram u/jew thiram tkun meħtieġa. [****] Tindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika." -------------------------------------------------- 20070917 ANNESS II Fil-Parti B ta’ l-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEE, il-linji "għall-Maneb, mancozeb, metiram, propineb, zineb (espressi bħala CS2)" huma sostitwiti b’dan li ġej: | Livelli massimi f’mg/kg | Residwi ta' pestiċidi | tal-laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602 | għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri. 0401, 0402, 040500 u 0406 | ta’ bajd frisk bla qoxra, ta’ bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 040700 u 0408 | "Dithiocarbamates, espressi bħala CS2, inklużi maneb, mancozeb, metiram, propineb, thiram u ziram | 0,05 [1] | 0,05 [1] | 0,05 [1] | [*] tindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika." -------------------------------------------------- 20070917 ANNESS III Fil-parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE, il-linja "għall-Maneb, mancozeb, metiram, propineb, zineb (espressi bħala CS2)" hija sostitwita b’dan li ġej: | "Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwu massimu (mg/kg) | Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-LMRs | Dithiocarbamates, espressi bħala CS2, inklużi maneb, mancozeb, metiram, propineb, thiram u ziram [1], [2] | Propineb (espressi bħala propilendiammine) [3] | Thiram (espress bħala thiram) [3] | Ziram (espress bħala ziram) [3] | 1.Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġewż (i)IL-FROTT TAĊ-ĊITRU | 5 (mz) | 0,05 [4] | 0,1 [4] | 0,1 [4] | Grejpfruut | | | | | Lumi | | | | | Lajm | | | | | Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra) | | | | | Larinġ | | | | | Pomelos | | | | | Oħrajn | | | | | (ii)ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha) | | 0,05 [4] | 0,1 [4] | 0,1 [4] | Lewż | | | | | Ġewż tal-Brażil | | | | | Ġewż ta’ l-anakardju | | | | | Qastan | | | | | Ġewż ta’ l-Indi’ | | | | | Ġellewż | | | | | Makadamja | | | | | Ġwież tal-Pekan | | | | | Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts) | | | | | Pistaċċi | | | | | Ġewż | 0,1 (mz) | | | | Oħrajn | 0,05 [4] | | | | (iii)FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT) | 5 (ma, mz, me, pr, t, z) | 0,3 | | | Tuffieħ | | | 5 | 0,1 [4] | Lanġas | | | 5 | 1 | Sfarġel | | | | | Oħrajn | | | 0,1 [4] | 0,1 [4] | (iv)FROTT TA’ L-GĦADMA | | | | | Berquq | 2 (mz, t) | | 3 | | Ċirasa | 2 (mz, me, pr, t, z) | 0,3 | 3 | 5 | Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) | 2 (mz, t) | | 3 | | Għanbaqar | 2 (mz, me, t, z) | | 2 | 2 | Oħrajn | 0,05 [4] | 0,05 [4] | 0,1 [4] | 0,1 [4] | (v)FROTT ŻGĦIR | | | | 0,1 [4] | (a)Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid | 5 (ma, mz, me, pr, t) | | | | Għeneb tal-mejda | | 1 | 0,1 [4] | | Għeneb ta’ l-inbid | | 1 | 3 | | (b)Frawli (għajr dak selvaġġ) | 10 (t) | 0,05 [4] | 10 | | (ċ)Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ) | 0,05 [4] | 0,05 [4] | 0,1 [4] | | Tut | | | | | Dewberries | | | | | Loganberries | | | | | Lampun | | | | | Oħrajn | | | | | (d)Frott żgħir u berries (għajr dawk selvaġġi) | | 0,05 [4] | 0,1 [4] | | Bilberries | | | | | Cranberries | | | | | Passolina (ħamra, sewda u bajda) | 5 (mz) | | | | Gooseberries | | | | | Oħrajn | 0,05 [4] | | | | (e)Frott u berries salvaġġi | 0,05 [4] | 0,05 [4] | 0,1 [4] | | (vi)DIVERSI | | | 0,1 [4] | 0,1 [4] | Avokado | | | | | Banana | 2 (mz, me) | | | | Tamal | | | | | Tin | | | | | Kiwi | | | | | Kumquats | | | | | Litchis | | | | | Mango | 2 (mz) | | | | Żebbuġ (konsum domestiku) | 5 (mz, pr) | 0,3 | | | Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) | 5 (mz, pr) | 0,3 | | | Papaja | 7 (mz) | | | | Passion fruit | | | | | Ananas | | | | | Rummien | | | | | Oħrajn | 0,05 [4] | 0,05 [4] | | | 2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin | | | | 0,1 [4] | (i)ĦXEJJEX F’SURA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ | | | 0,1 [4] | | Pitrava zokkrija | 0,5 (mz) | | | | Zunnarija | 0,2 (mz) | | | | Cassava | | | | | Krafes | 0,3 (ma, me, pr, t) | 0,3 | | | Fiġel | 0,2 (mz) | | | | Qaqoċċ ta' Ġerusalemm | | | | | Zunnarija bajda | 0,2 (mz) | | | | Għeruq tat-tursin | 0,2 (mz) | | | | Ravanell | | | | | Sassefrika | 0,2 (mz) | | | | Patata ħelwa | | | | | Swedes | | | | | Pjanta tal-ġenus Brassica | | | | | Yam | | | | | Oħrajn | 0,05 [4] | 0,05 [4] | | | (ii)ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL | | 0,05 [4] | 0,1 [4] | | Tewm | 0,1 (mz) | | | | Basal | 1 (ma, mz) | | | | Shallots | 1 (ma, mz) | | | | Spring onions | 1 (mz) | | | | Oħrajn | 0,05 [4] | | | | (iii)ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA | | | 0,1 [4] | | (a)Solanacea | | | | | Tadam | 3 (mz, me, pr) | 2 | | | Bżar | 5 (mz, pr) | 1 | | | Brunġiel | 3 (mz, me) | | | | Okra | 0,5 (mz) | | | | Oħrajn | 0,05 [4] | 0,05 [4] | | | (b)Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel | 2 (mz, pr) | | | | Ħjar | | 2 | | | Gherkins | | | | | Qarabali | | | | | Oħrajn | | 0,05 [4] | | | (ċ)Kukurbiti bil-qoxra li ma tittikilx | 1 (mz, pr) | | | | Bettieħ | | 1 | | | Squashes | | | | | Dulliegħ | | 1 | | | Oħrajn | | 0,05 [4] | | | (d)Qamħirrum | 0,05 [4] | 0,05 [4] | | | (iv)ĦXEJJEX BRASSICA | | 0,05 [4] | 0,1 [4] | | (a)Brassica li tagħmel il-fjuri | 1 (mz) | | | | Brokkli (inkluża l-Calabrese) | | | | | Pastard | | | | | Oħrajn | | | | | (b)Brassica tar-ras | | | | | Brussels sprouts | 2 (mz) | | | | Kaboċċa tar-ras | 3 (mz) | | | | Oħrajn | 0,05 [4] | | | | (ċ)Brassica mwerrqa | 0,5 (mz) | | | | Kaboċċa taċ-Ċina | | | | | Kale | | | | | Oħrajn | | | | | (d)Qarabali | 1 (mz) | | | | (v)ĦXEJJEX IMWERRQA U ĦAXIX AROMATIKU FRISK | | 0,05 [4] | | | (a)Ħass u simili | 5 (mz, me, t) | | | | Krexxuni | | | | | Ħass tal-ħaruf | | | | | Ħass | | | 2 | | Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa) | | | 2 | | Insalata | | | | | Weraq u zkuk tal-brassika, inkluża l-brassika ħadra | | | | | Oħrajn | | | 0,1 [4] | | (b)Spinaċi u simili | 0,05 [4] | | 0,1 [4] | | Spinaċi | | | | | Weraq tal-pitravi (chard) | | | | | Oħrajn | | | | | (ċ)Krexxuni ta’ l-ilma | 0,3 (mz) | | 0,1 [4] | | (d)Witloof | 0,5 (mz) | | 0,1 [4] | | (e)Ħxejjex aromatiċi | 5 (mz, me) | | 0,1 [4] | | Maxxita | | | | | Kurrat salvaġġ | | | | | Tursin | | | | | Weraq tal-karfus | | | | | Oħrajn | | | | | (vi)ĦXEJJEX LEGUMI (friski) | | 0,05 [4] | 0,1 [4] | | Fażola (bl-imżiewed) | 1 (mz) | | | | Fażola (mingħajr imżiewed) | 0,1 (mz) | | | | Piżelli (bl-imżiewed) | 1 (ma, mz) | | | | Piżelli (mingħajr imżiewed) | 0,1 (mz) | | | | Oħrajn | 0,05 [4] | | | | (vii)ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski) | | 0,05 [4] | 0,1 [4] | | Asparagu | 0,5 (mz) | | | | Kardun | | | | | Karfus | | | | | Bużbież | | | | | Qaqoċċ | | | | | Kurrat | 3 (ma, mz) | | | | Rabarbru | 0,5 (mz) | | | | Oħrajn | 0,05 [4] | | | | (viii)FUNGI | 0,05 [4] | 0,05 [4] | 0,1 [4] | | (a)Faqqiegħ ikkoltivat | | | | | (b)Faqqiegħ salvaġġ | | | | | 3.Żrieragħ imnixxfin | | 0,05 [4] | 0,1 [4] | 0,1 [4] | Fażola | 0,1 (mz) | | | | Għads | | | | | Piżelli | 0,1 (mz) | | | | Lupini | | | | | Oħrajn | 0,05 [4] | | | | 4.Żjut ta’ żrieragħ | | 0,1 [4] | 0,1 [4] | 0,1 [4] | Żerriegħa tal-kittien | | | | | Karawett | | | | | Żerriegħa tal-peprin | | | | | Ġulġlien | | | | | Żerriegħa tal-ġirasol | | | | | Żerriegħa tal-lift | 0,5 (ma, mz) | | | | Żerriegħa tas-sojja | | | | | Żerriegħa tal-mustarda | | | | | Żerriegħa tal-qoton | | | | | Żerriegħa tal-qanneb | | | | | Żerriegħa tal-qara' ħamra | | | | | Oħrajn | 0,1 [4] | | | | 5.Patata | 0,3 (ma, mz, me, pr) | 0,2 | 0,1 [4] | 0,1 [4] | Patata bikrija | | | | | Varjazzjonijiet ta’ patata | | | | | 6.Te (weraq u zkuk imnixxfa, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis) | 0,1 [4] | 0,1 [4] | 0,2 [4] | 0,2 [4] | 7.Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat | 25 (pr) | 50 | 0,2 [4] | 0,2 [4] | [1] L-MRLs espressi bħala CS2 jistgħu jinħolqu minn Dithiocarbamates differenti u b’hekk dawn ma jirriflettux Prassi Agrikola Tajba (GAP) waħda. Huwa għalhekk mhux xieraq li jintużaw dawn l-MRLs biex jiċċekkjaw il-konformità mal-GAP. [2] Fil-parenteżi l-oriġini tar-residwu (ma: maneb; mz: mancozeb; me: metiram; pr: propineb; t: thiram z: ziram). [3] Minħabba li d-Dithiocarbamates kollha jirriżultaw fir-residwu finali CS2, diskriminazzjoni bejniethom hija ġeneralment impossibbli. Madanakollu metodi ta’ residwu singolu huma disponibbli għall-propineb, ziram u thiram. Dawn il-metodi għandhom jiġu implimentati fuq bażi każ każ, meta kwantifikazzjoni speċifika tal-propineb, ziram u/jew thiram tkun meħtieġa. [****] Tindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika." --------------------------------------------------