Direttiva tal-Kummissjoni 2007/56/KE tas- 17 ta’ Settembru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal azoxystrobin, chlorothalonil, deltamethrin, hexachlorobenzene, ioxynil, oxamyl u quinoxyfen Test b’relevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 243 , 18/09/2007 P. 0050 - 0060


20070917

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/56/KE

tas- 17 ta’ Settembru 2007

li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għal azoxystrobin, chlorothalonil, deltamethrin, hexachlorobenzene, ioxynil, oxamyl u quinoxyfen

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi ġewwa u fuq iċ-ċereali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi ta' pestiċidi ġewwa u fuq affarijiet ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas- 27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta' livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti, inkluż il-frott u l-ħaxix [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal- 15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f), tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għall-użu fuq ħxejjex speċifiċi huma r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet ta' dan it-tip għandhom ikunu bbażati fuq l-evalwazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-influwenza fuq l-ambjent. L-elementi li għandhom jitqiesu f'dawn l-evalwazzjonijiet jinkludu l-espożizzjoni ta’ l-operaturi u ta’ persuni fil-qrib u l-impatt fuq l-ambjenti ta' l-art, l-ilma u l-arja, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin u l-annimali mill-konsum ta’ residwi fuq ħxejjex li jkunu ġew ittrattati.

(2) Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwi jkun l-iżgħar ammont prattikabbli u jkun tossikoloġikament aċċettabbli, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-istima tal-konsum fid-dieta.

(3) L-MRLs għall-pestiċidi koperti mid-Direttiva 90/642/KEE għandhom jinżammu taħt reviżjoni u jistgħu jiġu mmodifikati sabiex jitqiesu użi li ġew mibdula jew użi ġodda. Tagħrif dwar użi ġodda jew mibdula ġie kkomunikat lill-Kummissjoni, li għandu jwassal għal bidliet fil-livelli ta' residwi ta' azoxystrobin, chlorothalonil, ioxynil u quinoxyfen.

(4) Għal hexachlorobenzene, ingħadda tagħrif lill-Kummissjoni li dan il-pestiċida, minħabba kontaminazzjoni ambjentali, jista’ jinstab fiż-żerriegħa tal-qargħa ħamra, prodott li jiġi kkunsmat bħala ikel f’bosta Stati Membri, f’livelli ogħla mil-limitu tad-determinazzjoni analitika. Għaldaqstant, jinħtieġ li "żerriegħa tal-qargħa ħamra" tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 90/642/KEE u li jiġu ffissati MRLs għaż-żerriegħa tal-qargħa ħamra biex il-konsumaturi jitħarsu minn residwi eċċessivi ta’ hexachlorobenzene.

(5) Għal oxamyl, ġew stabbiliti MRLs temporanji fid-Direttiva 90/642/KEE mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/59/KE [5], sakemm titressaq id-data tal-provi. Konsegwentement, id-data tal-provi għal oxamyl tressqet u ġiet evalwata. B’riżultat ta’ dan, l-MRLs temporanji għall-oxamyl jistgħu jiġu kkonfermati.

(6) Għad-deltamethrin, ġew stabbiliti wkoll MRLs temporanji fid-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE mid-Direttiva 2006/59/KE, sakemm issir ir-reviżjoni tad-dossier ta' l-Anness III skond id-Direttiva 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjonijiet tad-deltamethrin fil-livell ta' l-Istat Membru. Wara eżaminazzjoni ulterjuri, deher li għandu jingħata aktar żmien sabiex ikun żgurat li l-użi tad-deltamethrin awtorizzati fil-livell ta’ l-Istat Membru jingħataw kunsiderazzjoni xierqa. Għaldaqstant, jixraq li tiġi estiża l-validità ta’ l-MRLs temporanji għad-deltamethrin.

(7) L-espożizzjoni tul il-ħajja tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta’ prodotti alimentari li jista’ jkun fihom ir-residwi ta’ dawk il-pestiċidi, ġiet assessjata u evalwata skond il-proċeduri u l-prassi użati fi ħdan il-Komunità, filwaqt li tqiesu l-Linji Gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [6]. Skond dawk l-istimi u l-evalwazzjonijiet, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx il-limitu aċċettabbli ta’ konsum ta’ kuljum fid-dieta.

(8) Fil-każ ta' chlorothalonil u ioxynil li għalihom teżisti doża ta' referenza akuta (ARfD), l-espożizzjoni akuta tal-konsumaturi minn kull wieħed mill-prodotti alimentari li għandhom imnejn ikun fihom residwi ta' dawn il-pestiċidi, ġiet assessjata u evalwata skond il-proċeduri u l-prassi użati attwalment fi ħdan il-Komunità, filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (SCP – Scientific Committee on Plants), b’mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti alimentari li jkunu ġew ittrattati bil-pestiċidi [7], ġew meqjusa. Skond l-istima tal-konsum fid-dieta, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx l-ARfD. Fil-każ tas-sustanzi l-oħra, l-istima tat-tagħrif disponibbli wriet li l-ebda ARfD mhi meħtieġa u li għaldaqstant mhix neċessarja stima fuq perjodu ta' żmien qasir.

(9) Fejn l-użi awtorizzati ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx f’livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa jew fuq il-prodott alimentari, jew fejn ma hemmx użi awtorizzati, jew fejn l-użi li jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri ma jkunux ġew sostnuti bid-data meħtieġa, jew fejn l-użi f'pajjiżi terzi li jirriżultaw f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti alimentari li għandhom imnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunux ġew sostnuti bit-tali data meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell minimu tad-determinazzjoni analitika.

(10) L-iffissar jew il-modifika ta' MRLs proviżorji fil-livell Komunitarju ma jżommx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu MRLs proviżorji għal ioxynil u quinoxyfen skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI ta' dik id-Direttiva. Huwa meqjus li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jiġu permessi aktar użi ta’ dawn is-sustanzi. L-MRLs proviżorji tal-Komunità għandhom imbagħad isiru definittivi.

(11) Għalhekk jeħtieġ li jiġu modifikati l-MRLs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE, sabiex ikun jista' jkun hemm sorveljanza u kontroll xierqa ta' l-użi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernati u biex jitħares il-konsumatur. Fejn l-MRLs diġà ġew definiti fl-Annessi ta' dawk id-Direttivi, huwa xieraq li jiġu mmodifikati. Fejn l-MRLs għadhom ma ġewx definiti, huwa xieraq li jiġu ffisstati għall-ewwel darba.

(12) Id-Direttivi 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għalhekk jiġu emendati skond dan.

(13) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata kif ġej:

(1) fl-Anness I, fil-grupp 4 "Żerriegħa taż-żejt", tiżdied l-entrata "Żerriegħa tal-qargħa ħamra".

(2) L-Anness II huwa emendat skond l-Anness III ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit- 18 ta’ Diċembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid- 19 ta’ Diċembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 31).

[2] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE (ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6).

[3] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 25).

[4] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

[5] ĠU L 175, 29.6.2006, p. 61.

[6] Il-Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[7] L-opinjoni tirrigwarda l-kwistjonijiet konnessi ma' l-emendar ta' l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l- 14 ta’ Lulju 1998). L-opinjoni tirrigwarda r-residwi tal-pestiċidi varjabbli fil-frott u l-ħxejjex (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l- 14 ta’ Lulju 1998) http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scp/outcome_ppp_en.html

--------------------------------------------------

20070917

ANNESS I

Fil-Parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE, il-linja għal "Deltamethrin" tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

Residwi tal-Pestiċida | Livelli massimi f’mg/kg |

"Deltamethrin (cis-deltamethrin) [1] | 2 ĊEREALI |

[1] MRLs temporanji validi sa l- 1 ta’ Novembru 2008, fl-istennija ta' reviżjoni tad-dossier ta' l-Anness III skond id-Direttiva 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjonijiet tad-deltamethrin fil-livell ta' l-Istati Membri."

--------------------------------------------------

20070917

ANNESS II

Fil-Parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE, il-linja għal "Deltamethrin (cis-deltamethrin)" tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

| Livelli massimi f’mg/kg |

Residwi tal-Pestiċida | tax-xaħam fil-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-ġewwieni ta’ l-annimali u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 0205, 0206, 0207, ex0208, 0209, 0210, 1601 u 1602 (1) (4) | ta' ħalib tal-baqra u l-krema tal-ħalib tal-baqra sħiħ elenkat fl-Anness I taħt l-intestatura Nru 0401; għal oġġetti ta' l-ikel oħra fl-intestaturi Nri. 0401, 0402, 040500 u 0406 skond (2) (4) | ta’ bajd frisk mingħajr qoxra, ta’ bajd u isfar tal-bajd tat-tjur elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 u 0408 (3) (4) |

"Deltamethrin (cis-deltametrin) [2] | fwied u kliewi 0.03 [1], tjur tar-razzett u prodotti tagħhom 0,1, oħrajn 0.5 | 0,05 | 0,05 [1] |

[*] jindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika

[2] MRL temporanju validu sa l- 1 ta’ Novembru 2008, fl-istennija ta' reviżjoni tad-dossier ta' l-Anness III skond 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjonijiet tad-deltamethrin fil-livell ta' l-Istati Membri."

--------------------------------------------------

20070917

ANNESS III

Fil-parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, il-kolonni għal azoxystrobin, chlorothalonil, deltamethrin, hexachlorobenzene, ioxynil, oxamyl u quinoxyfen jinbidlu b’dan li ġej:

| "Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwi massimu (mg/kg) |

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs | Azoxystrobin | Chlorothalonil | Deltamethrin (cis-deltamethrin) [2] | Hexachlorobenzene | Ioxynil inklużi l-esteri espressi bħala loxynil | Oxamyl | Quinoxyfen |

1.Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież | | | | 0,01 [1] | 0,05 [1] [3] | | |

(i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 1 | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | | | 0,02 [1] [3] |

Grejpfrut | | | | | | | |

Lumi | | | | | | | |

Lajm | | | | | | | |

Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra) | | | | | | 0,02 [1] [3] | |

Larinġ | | | | | | | |

Pomelos | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | 0,01 [1] [3] | |

(ii)ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha) | 0,1 [1] | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

Lewż | | | | | | | |

Ġewż tal-Brażil | | | | | | | |

Ġewż ta’ l-anakardju | | | | | | | |

Qastan | | | | | | | |

Ġewż ta' l-Indi | | | | | | | |

Ġellewż | | | | | | | |

Makadamja | | | | | | | |

Ġwież tal-Pekan | | | | | | | |

Ġwież ta’ l-arznu | | | | | | | |

Pistaċċi | | | | | | | |

Ġewż | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(iii)FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT) | 0,05 [1] | 1 | | | | 0,01 [1] [3] | |

Tuffieħ | | | 0,2 | | | | 0,05 [3] |

Lanġas | | | | | | | |

Sfarġel | | | | | | | |

Oħrajn | | | 0,1 | | | | 0,02 [1] [3] |

(iv)FROTT TA’ L-GĦADMA | 0,05 [1] | | | | | 0,01 [1] [3] | |

Berquq | | 1 | | | | | 0,05 [3] |

Ċirasa | | | 0,2 | | | | 0,3 [3] |

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) | | 1 | | | | | 0,05 [3] |

Għanbaqar | | | | | | | |

Oħrajn | | 0,01 [1] | 0,1 | | | | 0,02 [1] [3] |

(v)BERRIES U FROTT ŻGĦIR | | | | | | 0,01 [1] [3] | |

(a)Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid | 2 | | 0,2 | | | | 1 [3] |

Għeneb tal-mejda | | 1 | | | | | |

Għeneb ta' l-inbid | | 3 | | | | | |

(b)Frawli (ħlief dak selvaġġ) | 2 | 3 | 0,2 | | | | 0,3 [3] |

(c)Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ) | | 0,01 [1] | | | | | 0,02 [1] [3] |

Tut | 3 | | 0,5 | | | | |

Dewberries | | | | | | | |

Loganberries | | | | | | | |

Ċawsli | 3 | | | | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | | 0,05 [1] | | | | |

(d)Frott u berries żgħar oħra (ħlief dak selvaġġ) | 0,05 [1] | | | | | | 2 [3] |

Bilberries | | | | | | | |

Cranberries | | 2 | | | | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | 10 | 0,5 | | | | |

Gooseberries | | 10 | 0,2 | | | | |

Oħrajn | | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | | | |

(e)Berries u frott salvaġġ | 0,05 [1] | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | | | 0,02 [1] [3] |

(vi)MIXXELLANJA | | | | | | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

Avokado | | | | | | | |

Banana | 2 | 0,2 | | | | | |

Tamal | | | | | | | |

Tin | | | | | | | |

Kiwi | | | 0,2 | | | | |

Kumquats | | | | | | | |

Litchis | | | | | | | |

Mango | 0,2 | | | | | | |

Żebbuġ (konsum domestiku) | | | 1 | | | | |

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) | | | 1 | | | | |

Papaja | 0,2 | 20 | | | | | |

Passion fruit | | | | | | | |

Ananas | | | | | | | |

Rummien | | | | | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | | | |

2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin | | | | 0,01 [1] | | | |

(i)ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ | | | 0,05 [1] | | | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

Pitrava zokkrija | | | | | | | |

Zunnarija | 0,2 | 1 | | | 0,2 [3] | | |

Cassava | | | | | | | |

Krafes | 0,3 | 1 | | | | | |

Horseradish | 0,2 | | | | | | |

Artiċokks | | | | | | | |

Zunnarija bajda | 0,2 | | | | 0,2 [3] | | |

Tursin ta’ l-għeruq | 0,2 | | | | | | |

Ravanell | 0,2 | | | | | | |

Sassefrika | 0,2 | | | | | | |

Patata ħelwa | | | | | | | |

Swedes | | | | | | | |

Turnips | | | | | | | |

Jam | | | | | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | 0,01 [1] | | | 0,05 [1] [3] | | |

(ii)ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL | | | | | | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

Tewm | | 0,5 | 0,1 | | 0,2 [3] | | |

Basal | | 0,5 | 0,1 | | 0,2 [3] | | |

Shallots | | 0,5 | 0,1 | | 0,2 [3] | | |

Il-basal żgħir | 2 | 5 | 0,1 | | 3 [3] | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | 0,05 [1] [3] | | |

(iii)ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA | | | | | 0,05 [1] [3] | | |

(a)Solanacea | 2 | 2 | | | | | 0,02 [1] [3] |

Tadam | | | 0,3 | | | 0,02 [3] | |

Bżar | | | | | | 0,02 [3] | |

Brunġiel | | | 0,3 | | | 0,02 [3] | |

Okra | | | 0,3 | | | | |

Oħrajn | | | 0,2 | | | 0,01 [1] [3] | |

(b)Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel | 1 | | 0,2 | | | | 0,02 [1] [3] |

Ħjar | | 1 | | | | 0,02 [3] | |

Gherkins | | 5 | | | | 0,02 [3] | |

Qarabagħli | | | | | | 0,03 [3] | |

Oħrajn | | 0,01 [1] | | | | 0,01 [1] [3] | |

(c)Kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx | 0,5 | 1 | 0,2 | | | 0,01 [1] [3] | 0,05 [3] |

Bettieħ | | | | | | | |

Squashes | | | | | | | |

Dulliegħ | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(d)Qamħirrum ħelu | 0,05 [1] | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(iv)ĦXEJJEX BRASSIKA | | | | | 0,05 [1] [3] | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(a)Brassika li tagħmel il-fjuri | 0,5 | 3 | 0,1 | | | | |

Brokkli (inkluża l-Calabrese) | | | | | | | |

Pastard | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(b)Brassika bir-ras | 0,3 | | 0,1 | | | | |

Brussels sprouts | | 3 | | | | | |

Kaboċċa tar-ras | | 3 | | | | | |

Oħrajn | | 0,01 [1] | | | | | |

(c)Brassika bil-weraq | 5 | 0,01 [1] | 0,5 | | | | |

Kaboċċa taċ-Ċina | | | | | | | |

Kale | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(d)Ġidra | 0,2 | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | | | |

(v)ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL U ĦAXIX AROMATIKU FRISK | | | | | 0,05 [1] [3] | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(a)Ħass u simili | 3 | 0,01 [1] | 0,5 | | | | |

Krexxuni | | | | | | | |

Ħass tal-ħaruf | | | | | | | |

Ħass | | | | | | | |

Scarole (endive tal-werqa wiesgħa) | | | | | | | |

Rukola | | | | | | | |

Weraq u zkuk tal-brassika, inklużi l-weraq tat-turnip | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(b)Spinaċi u simili | 0,05 [1] | 0,01 [1] | 0,5 | | | | |

Spinaċi | | | | | | | |

Weraq tal-pitravi (chard) | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(c)Krexxuni ta’ l-ilma | 0,05 [1] | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | | | |

(d)Witloof | 0,2 | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | | | |

(e)Ħaxix aromatiku | 3 | 5 | 0,5 | | | | |

Maxxita | | | | | | | |

Kurrat salvaġġ | | | | | | | |

Tursin | | | | | | | |

Weraq tal-karfus | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

(vi)ĦXEJJEX LEGUMI (friski) | | | 0,2 | | 0,05 [1] [3] | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

Fażola (bl-imżiewed) | 1 | 5 | | | | | |

Fażola (mingħajr imżiewed) | 0,2 | 2 | | | | | |

Piżelli (bl-imżiewed) | 0,5 | 2 | | | | | |

Piżelli (mingħajr imżiewed) | 0,2 | 0,3 | | | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | 0,01 [1] | | | | | |

(vii)ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski) | | | | | | 0,01 [1] [3] | |

Asparagu | | | | | | | |

Kardun | | | | | | | |

Karfus | 5 | 10 | | | | | |

Bużbież | 5 | | | | | | |

Qaqoċċ | 1 | | 0,1 | | | | 0,3 [3] |

Kurrat | 2 | 10 | 0,2 | | 3 [3] | | |

Rabarbru | | | | | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | 0,01 [1] | 0,05 [1] | | 0,05 [1] [3] | | 0,02 [1] [3] |

(viii)FAQQIEGĦ | 0,05 [1] | | 0,05 | | 0,05 [1] [3] | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

(a)Faqqiegħ ikkoltivat | | 2 | | | | | |

(b)Faqqiegħ selvaġġ | | 0,01 [1] | | | | | |

3.Żrieragħ imnixxfin | 0,1 | 0,01 [1] | 1 | 0,01 [1] | 0,05 [1] [3] | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] [3] |

Fażola | | | | | | | |

Għazz | | | | | | | |

Piżelli | | | | | | | |

Lupini | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | |

4.Żjut ta’ żrieragħ | | | | | 0,1 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,05 [1] [3] |

Żerriegħa tal-kittien | | | | | | | |

Karawett | | 0,05 | | | | | |

Żerriegħa tal-peprin | | | | | | | |

Ġulġlien | | | | | | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | | | | | | |

Żerriegħa tal-lift | 0,5 | | 0,1 | | | | |

Żerriegħa tas-sojja | 0,5 | | | | | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | | 0,1 | | | | |

Żerriegħa tal-qoton | | | | | | | |

Żerriegħa tal-qanneb | | | | | | | |

Żerriegħa tal-qargħa ħamra | | | | 0,05 | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | 0,01 [1] | 0,05 [1] | 0,02 [1] | | | |

5.Patata | 0,05 [1] | 0,01 [1] | 0,05 [1] | 0,01 | 0,05 [1] [3] | 0,01 [1] [3] | 0,02 [1] |

Patata bikrija | | | | | | | |

Varjazzjonijiet ta’ patata | | | | | | | |

6.Te (weraq u zkuk imnixxfa, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis) | 0,1 [1] | 0,1 [1] | 5 | 0,02 [1] | 0,1 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,05 [1] [3] |

7.Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat | 20 | 50 | 5 | 0,02 [1] | 0,1 [1] [3] | 0,02 [1] [3] | 0,5 [3] |

[*] Tindika l-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika.

[2] MRLs temporanji validi sa l- 1 ta' Novembru 2008, fl-istennija ta' reviżjoni tad-dossier ta' l-Anness III skond id-Direttiva 91/414/KEE u r-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-formolazzjonijiet tad-deltamethrin fil-livell ta' l-Istati Membri.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet