Direttiva tal-Kummissjoni 2007/55/KE tas- 17 ta’ Settembru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal azinphos-methyl Test b’relevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 243 , 18/09/2007 P. 0041 - 0049


20070917

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/55/KE

tas- 17 ta’ Settembru 2007

li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 76/895/KEE, 86/362/KEE u 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal azinphos-methyl

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/895/KEE tat- 23 ta’ Novembru ta’ l-1976 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għar- residwi ta’ pestiċidi ġewwa l-frott u ħaxix u fuqhom, [1] u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi ġewwa ċ-ċereali u fuqhom [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi ġewwa affarijiet ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali u fuqhom [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas- 27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa ċerti prodotti oriġinarji mill-pjanti u fuqhom, inkluż il-frott u l-ħaxix [4], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1) Il-Kummissjoni kienet mgħarrfa li għal azinphos-methyl l-MRLs (Livelli Massimi ta’ Residwi) attwali jista’ jkun li jeħtieġu li jiġu riveduti fid-dawl tad-disponibilità ta’ tagħrif ġdid dwar it-tossikoloġija u l-konsum tal-konsumatur. Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri li qagħdu bħala rapporteur għal azinphos-methyl skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE [5], sabiex jagħmlu proposta għar-reviżjoni ta’ l-MRLs tal-Komunità. Proposta bħal din tressqet quddiem il-Kummissjoni.

(2) L-MRLs tal-Komunità u l-livelli rrakkomandati mill-Codex Alimentarius huma stabbiliti u evalwati skond proċeduri simili. Hemm numru ta’ MRLs tal-Codex għal azinphos-methyl. L-MRLs tal-Komunità bbażati fuq l-MRLs tal-Codex ġew evalwati wkoll mill-Istat Membru Rapporteur fid-dawl tat-tagħrif ġdid dwar ir-riskji għall-konsumaturi.

(3) Is-soġġettar ta’ matul il-ħajja u dak fuq terminu ta’ żmien qasir tal-konsumaturi għal azinphos-methyl permezz tal-prodotti ta’ l-ikel ġie evalwat mill-ġdid skond il-proċeduri u l-prattiċi tal-Komunità, filwaqt li jitqiesu l-Linji Gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [6]. Fuq din il-bażi, huwa xieraq li jiġu ffissati livelli massimi ġodda ta’ residwi, li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda soġġettar inaċċettabbli tal-konsumatur.

(4) Sabiex ikun żgurat li l-konsumatur jitħares kif xieraq mis-soġġettar għar-residwi li jirriżultaw mill-użu mhux awtorizzat tal-prodotti tal-ħarsien tal-pjanti, livelli massimi ta’ residwi għandhom ikunu stabbiliti għall-permutazzjonijiet ta’ prodotti/perstiċidi rilevanti fil-limitu minimu tad-determinazzjoni analitika.

(5) Għalhekk jinħtieġ li jitbiddlu l-livelli massimi ta’ residwi stipulati fl-Annessi tad-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/EEC, sabiex jippermettu sorveljanza u kontroll xierqa tal-projbizzjoni ta’ l-użi tagħhom u sabiex iħarsu l-konsumatur.

(6) Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, l-imsieħba kummerċjali tal-Komunità kienu mgħarrfa dwar il-livelli massimi ġodda ta’ residwi u se jitqiesu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli.

(7) Għalhekk id-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom jiġu emendati skond dan.

(8) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 76/895/KEE, titħassar l-entrata relatata ma’ azinphos-methyl.

Artikolu 2

Id-Direttiva 86/362/KEE hija emendata skond l-Anness I ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 4

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness III ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit- 18 ta’ Marzu 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid- 19 ta’ Marzu 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza tali meta jiġu uffiċjalment ippubblikati. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din it-tip ta’ referenza.

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Settembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 340, 9.12.1976, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/8/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 9).

[2] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 37. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE (ĠU L 128, 16.5.2007, 31).

[3] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE (ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6).

[4] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 25).

[5] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/52/KE (ĠU L 214, 17.8.2007, p. 3).

[6] Il-Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex dwar ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

--------------------------------------------------

20070917

ANNESS I

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/362/KEE, tiżdied il-linja li ġejja:

Residwi tal-Pestiċida | Livelli massimi f’mg/kg |

"Azinphos-methyl | 0,05 (*) ĊEREALI" |

--------------------------------------------------

20070917

ANNESS II

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE, tiżdied il-linja li ġejja:

| Livelli massimi f'mg/kg (ppm) |

Residwi tal-Pestiċida | tax-xaħam fil-laħam, preparazzjonijiet tal-laħam, il-ġewwieni u xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602 (1) (4) | għal ħalib tal-baqra u ħalib tal-baqra sħiħ elenkat fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0401; għal oġġetti ta' l-ikel oħra fl-intestaturi Nri. 0401, 0402, 040500 u 0406 skond (2) (4) | ta’ bajd frisk mingħajr qoxra, ta’ bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 040700 u 0408 (3) (4) |

"Azinphos-methyl | 0,01 [1] | 0,01 [1] | 0,01 [1] |

[*] tindika l-aktar limitu baxx tad-determinazzjoni analitika"

--------------------------------------------------

20070917

ANNESS III

Fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, tiżdied il-kolonna li ġejja:

"Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs | Azinphos-methyl |

1.Frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippreżervat bl-iffriżar, li ma fihx zokkor miżjud, ġewż

(i)IL-FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,05 [1] |

Grejpfrut | |

Lumi | |

Lajm | |

Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra) | |

Larinġ | |

Pomelos | |

Oħrajn | |

(ii)ĠEWŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha) | 0,5 |

Lewż | |

Ġewż tal-Brażil | |

Ġewż ta’ l-anakardju | |

Qastan | |

Ġewż ta' l-Indi | |

Ġellewż | |

Makadamja | |

Ġewż tal-Pekan | |

Ġewż ta’ l-arznu (pine nuts) | |

Pistaċċi | |

Ġewż | |

Oħrajn | |

(iii)FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT) | 0,5 [2] |

Tuffieħ | |

Lanġas | |

Sfarġel | |

Oħrajn | |

(iv)FROTT TA’ L-GĦADMA | 0,5 [2] |

Berquq | |

Ċirasa | |

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) | |

Għanbaqar | |

Oħrajn | |

(v)BERRIES U FROTT ŻGĦIR | |

(a)Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid | 0,05 [1] |

Għeneb tal-mejda | |

Għeneb ta' l-inbid | |

(b)Frawli (ħlief dak selvaġġ) | 0,5 [2] |

(ċ)Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ) | 0,5 [2] |

Tut | |

Dewberries | |

Loganberries | |

Ċawsli | |

Oħrajn | |

(d)Frott żgħir ieħor u berries (ħlief dak selvaġġ) | |

Bilberries | |

Cranberries | 0,1 |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | 0,5 [2] |

Gooseberries | 0,5 [2] |

Oħrajn | 0,05 [1] |

(e)Berries u frott salvaġġ | 0,05 [1] |

(vi)MĦALLTIN | 0,05 [1] |

Avokado | |

Banana | |

Tamal | |

Tin | |

Kiwi | |

Kumquats | |

Litchis | |

Mango | |

Żebbuġ (konsum domestiku) | |

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) | |

Papaja | |

Passion fruit | |

Ananas | |

Rummien | |

Oħrajn | |

2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin

(i)ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ | 0,05 [1] |

Pitrava zokkrija | |

Zunnarija | |

Cassava | |

Krafes | |

Fiġel | |

Artiċokks | |

Zunnarija bajda | |

Għeruq tat-tursin | |

Ravanell | |

Sassefrika | |

Patata ħelwa | |

Swedes | |

Ġdur | |

Ġamm | |

Oħrajn | |

(ii)ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL | 0,05 [1] |

Tewm | |

Basal | |

Shallots | |

Spring onions | |

Oħrajn | |

(iii)ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA | |

(a)Solanacea | 0,05 [1] |

Tadam | |

Bżar | |

Brunġiel | |

Okra | |

Oħrajn | |

(b)Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel | |

Ħjar | 0,2 |

Gherkins | |

Qarabali | |

Oħrajn | 0,05 [1] |

(ċ)Kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx | 0,05 [1] |

Bettieħ | |

Squashes | |

Dulliegħ | |

Oħrajn | |

(d)Qamħirrum ħelu | 0,05 [1] |

(iv)ĦXEJJEX BRASSIKA | 0,05 [1] |

(a)Brassika li tagħmel il-fjuri | |

Brokkli (inkluża l-Calabrese) | |

Pastard | |

Oħrajn | |

(b)Brassika bir-ras | |

Brussels sprouts | |

Kaboċċa tar-ras | |

Oħrajn | |

(ċ)Brassika bil-weraq | |

Kaboċċa taċ-Ċina | |

Kale | |

Oħrajn | |

(d)Ġidra | |

(v)ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL U ĦAXIX AROMATIKU FRISK | 0,05 [1] |

(a)Ħass u simili | |

Krexxuni | |

Ħass tal-ħaruf | |

Ħass | |

Scarole (spinaċi tal-werqa wiesa) | |

Insalata | |

Weraq u zkuk tal-brassika, inklużi l-ħxejjex tal-ġidra | |

Oħrajn | |

(b)Spinaċi u simili | |

Spinaċi | |

Weraq tal-pitravi (chard) | |

Oħrajn | |

(ċ)Krexxuni ta’ l-ilma | |

(d)Witloof | |

(e)Ħaxix aromatiku | |

Maxxita | |

Il-kurrat salvaġġ | |

Tursin | |

Weraq tal-karfus | |

Oħrajn | |

(vi)ĦXEJJEX LEGUMI (friski) | 0,05 [1] |

Fażola (bl-imżiewed) | |

Fażola (mingħajr imżiewed) | |

Piżelli (bl-imżiewed) | |

Piżelli (mingħajr imżiewed) | |

Oħrajn | |

(vii)ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski) | 0,05 [1] |

Asparagu | |

Kardun | |

Karfus | |

Bużbież | |

Qaqoċċ | |

Kurrat | |

Ir-Rabarbru | |

Oħrajn | |

(viii)FAQQIEGĦ | 0,05 [1] |

(a)Faqqiegħ ikkoltivat | |

(b)Faqqiegħ salvaġġ | |

3.Żrieragħ imnixxfin | 0,05 [1] |

Fażola | |

Għads | |

Piżelli | |

Lupini | |

Oħrajn | |

4.Żjut ta’ żrieragħ

Żerriegħa tal-kittien | |

Karawett | |

Żerriegħa tal-pepprin | |

Ġulġlien | |

Żerriegħa tal-ġirasol | |

Żerriegħa tal-lift | |

Żerriegħa tas-sojja | |

Żerriegħa tal-mustarda | |

Żerriegħa tal-qoton | 0,2 |

Żerriegħa tal-qanneb | |

Oħrajn | 0,05 [1] |

5.Patata | 0,05 [1] |

Patata bikrija | |

Varjazzjonijiet ta’ patata | |

6.Te (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis) | 0,1 [1] |

7.Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat | 0,1 [1] |

[*] Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet