2007/608/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4301) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 241 , 14/09/2007 P. 0026 - 0027
20070913 Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4301) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/608/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal- 11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żutekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad- 9 ta’ Awissu 2007 ċerti miżuri ta' protezzjoni kontra l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit [3] ġiet adottata wara t-tifqigħat riċenti ta’ dik il-marda f’dak l-Istat Membru. Dik id-Deċiżjoni għandha tapplika sal- 15 ta' Settembru 2007. (2) Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tiddefinixxi ż-żoni ta’ riskju għoli u baxx fl-Istati Membri affettwati u tipprovdi għal projbizzjoni fuq id-dispaċċ ta’ annimali suxxettibbli miż-żoni ta’ riskju għoli u baxx u fuq id-dispaċċ ta' prodotti li joriġinaw minn annimali suxxettibbli fiż-żona ta' riskju għoli. Id-Deċiżjoni tipprovdi wkoll għar-regoli applikabbli għad-dispaċċ minn dawk iż-żoni ta' prodotti sikuri li jew kienu prodotti qabel ir-restrizzjonijiet, minn materja prima li oriġinat minn barra ż-żoni ristretti jew li għaddew minn trattament li kien ippruvat effettiv f'li jinattiva l-possibilità tal-varjrus tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer. (3) Sal- 15 Settembru 2007, l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2007/554/KE jillimitaw iż-żoni ta’ riskju għoli u baxx rispettivament għall-perimetri taż-żona konsolidata ta’ sorveljanza madwar iż-żewġ tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ikkonfermati fil-bidu ta’ Awissu 2007, li sat-8 ta’ Settembru kienet tinżamm skond l-Artikolu 44 tad-Direttiva 2003/85/KE tad- 29 ta’ Settembru 2003 dwar il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka id-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE [4]. (4) Wara tifqigħa ġdida tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fit- 12 ta’ Settembru 2007 fil-Gran Brittanja barra miż-żoni deskritti fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2007/554/KE, ir-Renju Unit ħa miżuri fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE u introduċa iktar miżuri fiż-żoni milquta. (5) Is-sitwazzjoni tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit tista' tipperikola l-merħliet fl-Istati Membri l-oħra fid-dawl tal-kummerċ f’annimali bijungulati ħajjin u tat-tqegħid fis-suq ta’ ċerti prodotti tagħhom. (6) Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-marda fir-Renju Unit, jinħtieġ li jiġi żgurat li d-Deċiżjoni 2007/554/KE tiġi emendata qabel il- 15 ta’ Settembru 2007 sabiex l-applikazzjoni tagħha tiġi estiża għallinqas sal- 15 ta’ Ottubru 2007 u biex iż-żoni taħt ir-restrizzjoni jitkabbru fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoliġika. (7) Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha tiġi emendata skond dan. (8) Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2007/554/KE hija emendata kif ġej: (1) F'Artikolu 17, "il- 15 ta' Settembru 2007" tinbidel bi "il- 15 ta' Ottubru 2007"; (2) L-Annessi I u II jinbidlu bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma' din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Settembru 2007. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12). [2] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14). [3] ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/588/KE (ĠU L 220, 25.8.2007, p. 27). [4] ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352). -------------------------------------------------- 20070913 ANNESS " 20070913 ANNESS I Iż-żoni li ġejjin fir-Renju Unit: Il-Gran Brittanja 20070913 ANNESS II Il-Gran Brittanja " --------------------------------------------------