Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE tad- 29 ta’ Ġunju 2007 dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (Verżjoni kodifikata) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 172 , 30/06/2007 P. 0071 - 0082
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/42/KE tad- 29 ta’ Ġunju 2007 dwar materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (Verżjoni kodifikata) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KEE tal- 15 ta’ Marzu 1993 dwar il-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel [2] ġiet emendata kemm-il darba [3] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata. (2) Il-miżuri tal-Komunità kkunsidrati minn din id-Direttiva mhumiex biss meħtieġa imma wkoll indispensabbli biex jintlaħqu l-objettivi tas-suq intern. Dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu individwalment mill-Istati Membri. Barra minn dan, it-twettiq tagħhom fil-livell tal-Komunità huwa diġà previst mir-Regolament (KE) Nru 1935/2004. (3) Biex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 fil-każ ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża, l-istrument xieraq kien direttiva speċifika fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004. (4) Kisi sintetiku ta’ ċelluloża riġenerata għandu jkun is-suġġett ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi. (5) Il-metodu biex jiddetermina n-nuqqas ta’ ċaqliq ta’ sustanzi koloranti għandu jkun stabbilit fi stadju aktar avvanzat. (6) Sakemm jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ purità u metodi ta’ l-analiżi, id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jibqgħu fis-seħħ. (7) Lista ta’ sustanzi approvati, flimkien mal-limiti ta’ kwantitajiet li għandhom jintużaw, f’dan il-każ speċifiku huwa biżżejjed biex fil-prinċipju jintlaħaq l-iskop stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. (8) Madankollu, il-bis(2-hydroxyethyl)ether (= diethyleneglycol) u ethanediol (= monoethyleneglycol), jistgħu jiċċaqalqu estensivament lejn ċertu ikel u għalhekk biex tiġi evitata din il-possibiltà, bħala miżura preventiva, huwa aktar xieraq li tkun stabbilita definittivament il-kwantità massima awtorizzata ta’ sustanzi bħal dawn fl-ikel li kienu f’kuntatt ma’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża. (9) Biex tkun protetta s-saħħa tal-konsumatur, kuntatt dirett bejn l-ikel u superfiċji stampati ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għandu jkun evitat. (10) Id-dikjarazzjoni bil-miktub li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 għandha tkun prevista fil-każ ta’ l-użu professjonali ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għal materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel, apparti minn dawk li, fin-natura tagħhom, huma intiżi għal dan l-użu. (11) Ir-regoli li jridu jiġu applikati għat-tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża għandhom ikunu speċifiċi għan-natura tas-saff f’kuntatt ma’ l-oġġett ta’ l-ikel. Għal din ir-raġuni, il-ħtiġijiet għal tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati miksija b’kisi li jikkonsisti mill-plastik, għandhom ikunu differenti minn dawk previsti għal tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati mhux miksija jew miksija b’kisi li joriġina miċ-ċelluloża. (12) Sustanzi awtorizzati biss għandhom jintużaw fil-fabbrikazzjoni tat-tipi kollha ta’ tertuqa taċ-ċelluloża riġenerati, inkluż tertuqa taċ-ċelluloża riġenerati miksija bil-plastik. (13) Fil-każ ta’ tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati miksija b’kisi li jikkonsisti mill-plastik, is-saff f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel jikkonsisti minn materjali simili għal materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel. Għalhekk huwa xieraq li r-regoli previsti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE tas- 6 ta’ Awwissu 2002 li għandhom x’jaqsmu ma’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel [4] japplikaw ukoll għal dawn it-tertuqi. (14) Fl-interess ta’ konsistenza ta’ leġislazzjoni Komunitarja, il-kontroll ta’ konformità ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża miksija bil-plastik mal-limiti ta’ ċaqliq stabbiliti mid-Direttiva 2002/72/KE għandha titwettaq skond ir-regoli preskritti fid-Direttiva tal-Kunsill 82/711/KEE tat- 18 ta’ Ottubru 1982 li tippreskrivi r-regoli bażiċi meħtieġa għat-testjar taċ-ċaqliq tal-kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel [5] u d-Direttiva tal-Kunsill 85/572/KEE tad- 19 ta’ Diċembru 1985 li tippreskrivi l-lista ta’ simulanti li jridu jintużaw għall-ittestjar taċ-ċaqliq ta’ kostitwenti ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel [6]. (15) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali. (16) Id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 1. Din id-Direttiva hija direttiva speċifika fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, 2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża fit-tifsira mogħtija fl-Anness I, intiża biex tiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel jew li, minħabba l-iskop tagħha, tiġi f’dan it-tip ta’ kuntatt, u li jew: (a) tikkostitwixxi prodott lest fiha nnifsha, jew (b) tifforma parti minn prodott lest li fih materjali oħra. 3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kisi sintetiku ta’ ċelluloża riġenerata. Artikolu 2 It-tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża msemmija fl-Artikolu 1(2) għandhom jappartjenu għal wieħed minn dawn it-tipi li ġejjin: (a) tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża mhux miksi; (b) tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksi bil-kisi li joriġina miċ-ċelluloża; jew (ċ) tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksi bil-kisi li jikkonsisti mill-plastik. Artikolu 3 1. Tertuqi taċ-ċelluloża riġenerati msemmija f’punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jiġu fabbrikati biss permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-Anness II bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih. 2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, is-sustanzi apparti dawk elenkati fl-Anness II, jistgħu jkunu użati meta dawn is-sustanzi jkunu maħsuba bħala sustanzi koloranti (kuluri u pigmenti) jew bħala adesivi, sakemm ma jkun hemm l-ebda traċċa ta’ ċaqliq tas-sustanzi fi jew fuq l-ikel, li jistgħu jkunu osservati b’metodu validat. Artikolu 4 1. Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jiġu fabbrikati biss, qabel il-kisi, permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-ewwel parti ta’ l-Anness II, bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih. 2. Il-kisi li jrid jiġi applikat lit-tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi fabbrikat biss permezz ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi mniżżla f’lista fl-Annessi II sa VI mad-Direttiva 2002/72/KE, bla ħsara għar-restrizzjonijiet dikjarati fih. 3. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża msemmija fil-punt (c) ta’ l-Artikolu 2 għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikoli 2, 7 u 8 tad-Direttiva 2002/72/KE. Artikolu 5 Superfiċji stampati ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża m’għandhomx jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel. Artikolu 6 1. Fl-istadji tat-tqegħid fis-suq li m’humiex stadji ta’ bejgħ bl-imnut, il-materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża li huma intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel għandhom ikunu akkumpanjati b’dikjarazzjoni bil-miktub bi qbil mal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal materjali u oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża li fin-natura tagħhom huma intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel. 3. Fil-każ li kondizzjonijiet speċjali ta’ l-użu huma indikati, il-materjal jew l-oġġett magħmul minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża għandu jkun immarkat kif xieraq. Artikolu 7 Id-Direttiva 93/10/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B. Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV. Artikolu 8 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 9 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso [1] ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4. [2] ĠU L 93, 17.4.1993, p. 27. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/14/KE (ĠU L 27, 30.1.2004, p. 48). [3] Ara l-Anness III, Parti A. [4] ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/19/KE (ĠU L 91, 31.3.2007, p. 17). [5] ĠU L 297, 23.10.1982, p. 26. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 97/48/KE (ĠU L 222, 12.8.1997, p. 10). [6] ĠU L 372, 31.12.1985, p. 14. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/19/KE. -------------------------------------------------- ANNESS I DESKRIZZJONI TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża hija folja rqiqa ta’ materjal miksub minn ċelluloża raffinata li ġejja minn injam jew qoton mhux riċiklat. Biex jintlaħqu l-ħtiġiet tekniċi, sustanzi xierqa jistgħu jiżdiedu jew fil-massa jew fuq is-superfiċji. Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża tista’ tkun miksija fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat. -------------------------------------------------- ANNESS II LISTA TA’ SUSTANZI AWTORIZZATI FIL-MANIFATTURA TA’ TERTUQA RIĠENERATA TAĊ-ĊELLULOŻA NB: - Il-persentaġġi f’dan l-Anness, fl-ewwel u t-tieni parti, huma espressi f’piż/piż (w/w) u huma kkalkolati b’relazzjoni mal-kwantità ta’ tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża anidra mhux miksi. - Id-denominazzjonijiet tekniċi tas-soltu huma mogħtija fil-parentesi. - Is-sustanzi użati għandhom ikunu ta’ kwalità teknika tajba f’dak li għandu x’jaqsam mal-kriterji ta’ purità. L-EWWEL PARTI Tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża mhux miksija Denominazzjonijiet | Restrizzjonijiet | A.Ċelluloża riġenerata | Mhux inqas minn 72 % (w/w) | B.Addittivi 1.Softeners | Mhux iktar minn 27 % (w/w) bħala total | —Bis(2-hydroxyethyl) ether [= diethyleneglycol]) | Biss għal tertuqa intiża biex tiġi miksija u imbagħad użata għall-ikel li mhux niedi, jiġifieri li ma fihx ilma li huwa fiżikament ħieles fil-wiċċ. L-ammont totali ta’ bis(2 hydroxyethyl)ether u ethanediol preżenti fl-ikel li kien f’kuntatt mat-tertuqa ta’ dan it-tip ma jistax jeċċedi 30 mg/kg ta’ l-ikel. | —Ethanediol [= monoethyleneglycol] | —1,3-butanediol | | —Glycerol | | —1,2-propanediol [= 1,2 propyleneglycol] | | —Polyethylene oxide [= polyethyleneglycol] | Piż molekolari medju bejn 250 u 1200 | —1,2-polypropylene oxide [= 1,2 propyleneglycol] | Piż molekolari medju mhux akbar minn 400 u kontenut ħieles ta’ 1,3-propanediol mhux akbar minn 1 % (w/w) fis-sustanza | —Sorbitol | | —Tetraethyleneglycol | | —Triethyleneglycol | | —Urea | | 2.Addittivi oħra | Mhux aktar minn 1 % (w/w) bħala total | L-ewwel klassi | Il-kwantità tas-sustanza jew tal-grupp tas-sustanzi f’kull inċiż ma tistax teċċedi 2 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija | —Aċidu aċetiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu | | —Aċidu askorbiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu | | —Aċidu benżojku u sodium benzoate | | —Aċidu formiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu | | —Aċidi tax-xaħmijiet lineari, niedja jew mhux niedja b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u wkoll aċidi behenic u ricinoleic u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K, Na, Al, Zn ta’ dawn l-aċidi | | —Aċidi ċitriċi, d u 1 lattiċi, malejċi, 1-tartariċi u l-imluħa Na u K tagħhom | | —Aċidu sorbiku u l-imluħa NH4, Ca, Mg, K u Na tiegħu | | —Aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u wkoll l-amidi ta’ aċidi behemic u ricinoleic | | —Lamtu u dqiq naturali li jittiekel | | —Lamtu u dqiq li jittiekel modifikat bi trattament kimiku | | —Amylose | | —Karbonati u kloruri tal-kalċju u l-manjeżju | | —Esteri tal-glycrol b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u/jew b’aċidi adipiċi, ċitriċi, 12-hydroxystearic (oxystearin), ricinoleic | | —Esteri tal-polyoxyethylene (8 sa 14 gruppi ta’ oxyethylene) b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv | | —Esteri ta’ sorbitol b’aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv | | —Mono- u/jew di-esteri ta’ aċidu stearic b’ethanediol u/jew bis(2-hydroxyethyl) ether u/jew triethylene glycol | | —Osidi u idro-ossidi ta’ l-aluminju, tal-kalċju, tal-manjeżju u tas-silikon u tas-silikati u silikati idrati ta’ l-aluminju, l-kalċju, l-manjeżju u l-potassju. | | —Polyethylene oxide [= polyethyleneglycol] | Piż molekolari medju bejn 1200 u 4000 | —Sodju propjoniku | | It-tieni klassi | Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija u l-kwantità tas-sustanza jew grupp ta’ sustanzi f’kull inċiż ma tistax teċċedi 0,2 mg/dm2 (jew limitu aktar baxx meta wieħed huwa speċifikat) tat-tertuqa mhux miksija. | —Sodju alkiliku (C8 sa C18) benzene sulphonate | | —Sodju isopropiliku naphthalene sulphonate | | —Sodju alkiliku (C8 sa C18) sulfat | | —Sodju alkiliku (C8 sa C18) sulfonat | | —Sodju diocytlsulphosuccinate | | —Distearate ta’ dihydroxyethyl diethylene triamine monoacetate | Mhux aktar minn 0,05 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija | —Sulfati lawrili ta’ l-ammonju, tal-manjeżju u tal-potassium | | —N,N′-distearoyl diaminoethane, N,N′-dipalmitoyl diaminoethane u N,N′-dioleoyl diaminoethane | | —2-heptadKEyl-4,4-bis(methylene-stearate) oxazoline | | —Polyethylene-aminostearamide ethylsulphate | Mhux aktar minn 0,1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija | It-tielet klassi – Aġent li jorbot | Il-kwantità totali tas-sustanzi ma tistax teċċedi 1 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija | —Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ melamine-formaldehyde mhux modifikat, jew li jista’ jkun immodifikat b’wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti li ġejjin:Butanol, diethylenetriamine, ethanol, triethlyenetetramine, tetraethylenepentamine, tri-(2-hydroxyethyl) amine, 3,3′-diaminodipropylamine, 4,4′-diaminodibutylamine | Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Kontenut ħieles ta’ melamine mhux akbar minn 0,3 mg/dm2 ta’ tertuqa mhux miksija | —Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ melamine-urea-formaldehyde modifikat b’tris-(2-hydroxyethyl)amine | Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija Kontenut ħieles ta’ melamine mhux akbar minn 0,3 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija | —"Cross-linked" cationic polyalkyleneamines:(a)reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq diaminopropylmethylamine u epichlorhydrin(b)reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq epichlorhydrin, aċidu adipiku, caprolactam, diethylenetriamine u/jew ethylenediamine(c)reżina polyamide-epichlorhydrin ibbażata fuq aċidu adipiku, diethylenetriamine u epichlorhydrin, jew taħlita ta’ epichlorhydrin u ammonja(d)reżina polyamide-polyamine-epichlorhydrin ibbażata fuq epichlorhydrin, dimethyl, adipate u diethylenetriamine(e)reżina polyamide-polyamine-epichlorhydrin ibbażat fuq epichlorhydrin, adipamide u diaminopropylmethylamine | Bi qbil mad-direttivi tal-Komunità u fin-nuqqas tagħhom, mal-leġislazzjoni nazzjonali, pendenti fuq l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Komunità | —Polyethyleneamines u polyethyleneimines | Mhux aktar minn 0,75 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija | —Prodott ta’ kondensazzjoni ta’ urea-formaldehyde mhux modifikat, jew li jista’ jkun modifikat b’wieħed jew iżjed minn dawn il-prodotti li ġejjin:aċidu aminomethylsulphonic, aċidu sulphanillic, butanol, diaminobutane, diaminodiethylamine, diaminodipropylamine, diaminopropane, diethylenetriamine, ethanol, guanidine, methanol, tetraethylenepentamine, triethylenetetramine, sodium sulphite | Kontenut ħieles ta’ formaldehyde mhux akbar minn 0,5 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija | Ir-raba’ klassi | Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 0,01 mg/dm2 tat-tertuqa mhux miksija | —Prodotti li jirriżultaw mir-reazzjoni ta’ l-amini taż-żjut ta’ l-ikel ma’ polyethylene oxide | | —Monoethanolamine lauryl sulphate | | TIENI PARTI Tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża miksija Denominazzjonijiet | Restrizzjonijiet | A.Ċelluloża riġenerata | Ara l-ewwel parti | B.Addittivi | Ara l-ewwel parti | C.Kisi 1.Polimeri | Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 50 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | —Ethyl, hydroxyethyl, hydroxypropyl u methyl ethers ta’ ċelluloża | | —Nitrat taċ-ċelluloża | Mhux aktar minn 20 mg/dm2 ta’ kisi tat-tertuqa fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel; kontenut ta’ nitroġenu bejn 10,8 % (w/w) u 12,2 % (w/w) fin-nitrat taċ-ċelluloża | 2.Reżini | Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax taqbeż 12,5 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel u biss għat-tħejjija ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża b’kisi bil-bażi ta’ nitrat taċ-ċelluloża | —Kaseina | | —Kolofonija u/jew il-prodotti tagħha ta’ polimerizzazzjoni, idroġenizzazzjoni, jew disproporizzazzjoni u l-esteri tagħhom ta’ methyl, ethyl, jew C2 sa C6 polyvalent alkoħol, jew taħlitiet ta’ dawn l-alkoħol | | —Kolofonija u/jew il-prodotti tagħha ta’ polimerizzazzjoni, idroġenizzazzjoni, jew disproporizzazzjoni ikkondensati b’aċidi alryliċi, maleic, citric, fumaric u/jew phthalic u/jew 2,2 bis (4-hydroxyphenyl) propane formaldehyde u "esterified" b’methyl ethyl jew C2 sa C6 polyvalent alkoħols, jew taħlit ta’ dawn l- alkoħol | | —Esteri derivati minn bis(2-hydroxyethyl) ether bi prodotti addizzjonali ta’ betapinene u/jew dipentene u/jew diterpene u maleic anhydride | | —Ġelatina li tittiekel | | —Żejt tar-rignu u l-prodotti tiegħu ta’ deidratazzjoni jew idroġenizzazzjoni u l-prodotti tiegħu ta’ kondensazzjoni ma’ polyglycerol, aċidi adipic, citric, maleic, phthalic u sebacic | | —Gomma naturali [= damar] | | —Poly-beta-pinene [= reżini terpenic] | | —Reżini urea-formaldehyde (ara "anchoring agents") | | 3.Plasticizers | Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 6 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | —Acetyl tributyl citrate | | —Acetyl tri(2-ethylhexyl) citrate | | —Di-isobutyl adipate | | —Di-n-butyl adipate | | —Di-n-hexyl azelate | | —Dicyclohexyl phthalate | Mhux aktar minn 4,0 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | —2-ethylhexyl diphenyl phosphate (sinonimu: phosphoric acid diphenyl 2-ethylhexyl ester) | L-ammont ta’ 2-ethylhexyl diphenyl phosphate m’għandux jaqbeż: (a)2,4 mg/kg ta’ l-oġġett ta’ l-ikel f’kuntatt ma’ dan it-tip ta’ film, jew(b)0.4 mg/dm2 fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | —Glycerol monoacetate [= monoacetin] | | —Glycerol diacetate [= diacetin] | | —Glycerol triacetate [= triacetin] | | —Di-butyl-sebacate | | —Di-n-butyl tartrate | | —Di-isobutyl tartrate | | 4.Addittivi oħra | Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax teċċedi 6 mg/dm2 fit-tertuqa riġenerata ta’ ċelluloża, inkluż fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | 4.1.Addittivi mniżżla fl-ewwel parti: | L-istess restrizzjonijiet bħal fl-ewwel parti (però l-kwantitajiet f’mg/dm2 jirreferu għal tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża mhux miksi, inkluż fil-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel) | 4.2.Additivi speċifiċi tal-kisi: | Il-kwantità tas-sustanza jew grupp ta’ sustanzi f’kull inċiż m’għandhiex taqbeż iż-2 mg/dm2 (jew limitu inqas meta wieħed ikun speċifikat) tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-ikel. | —1-hexadecanol u 1-octadecanol | | —Esteri ta’ aċidi tax-xaħam lineari, niedja jew mhux niedja, b’numru biż-żewġ ta’ atomi tal-karbonju minn 8 sa 20 inklusiv u ta’ aċidu ricinoleic ma’ ethyl, butyl, amyl, oleyl linear alkoħols | | —Xemgħa montan, li tikkomprendi aċidi montanic purifikati (C26 sa C32) u/jew l-esteri tagħhom b’ethanediol u/jew 1,3 butanediol u/jew l-imluħa tal-kalċju u potassju tagħhom | | —Xemgħa karnawba | | —Xemgħa tan-naħal | | —Xemgħa esparto | | —Xemgħa kandelilla | | —Dimethylpolysiloxane | Mhux aktar minn 1 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | —Żejt tal-fażola tas-soya epossidat (kontenut ta’ oxirane 6 sa 8 %) | | —Paraffina raffinata u xemgħa mikrokristallina | | —Pentaerythritol tetrastearate | | —Mono u bis(octadKEyldiethyleneoxide)-phosphates | Mhux aktar minn 0,2 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | —Aċidi alifatiċi (C8 sa C20) "esterifikati" b’mono- jew di-(2-hydroxyethyl)amine | | —2- u 3-tert.butyl-4-hydroxyanisole – [= [butylated hydroxyanisole – BHA] | Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | —2,6-di-tert.butyl-4-methylphenol [= butylated hydroxytoluene - BHT] | Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | —Di-n-octyltin-bis(2-ethylhexyl) maleate | Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | 5.Solventi | Il-kwantità totali ta’ sustanzi ma tistax taqbeż 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | —Butyl acetate | | —Ethyl acetate | | —Isobutyl acetate | | —Isopropyl acetate | | —Propyl acetate | | —Acetone | | —1-butanol | | —Ethanol | | —2-butanol | | —2-propanol | | —1-propanol | | —Cyclohexane | | —Ethyleneglycol monobutyl ether | | —Ethyleneglycol monobutyl ether acetate | | —Methyl ethyl ketone | | —Methyl isobutyl ketone | | —Tetrahydrofuran | | —Toluene | Mhux aktar minn 0,06 mg/dm2 tal-kisi fuq in-naħa f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel | -------------------------------------------------- ANNESS III PARTI A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmija fl-Artikolu 7) Direttiva tal-Kummissjoni 93/10/KEE | (ĠU L 93, 17.4.1993, p. 27). | Direttiva tal-Kummissjoni 93/111/KE | (ĠU L 310, 14.12.1993, p. 41). | Direttiva tal-Kummissjoni 2004/14/KE | (ĠU L 27, 30.1.2004, p. 48). | PARTI B Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmija fl-Artikolu 7) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni | 93/10/KEE | fl- 1 ta’ Jannar 1994. | l- 1 ta’ Jannar 1994 [1] l- 1 ta’ Jannar 1994 [2] l- 1 ta’ Jannar 1995 [3] | 93/111/KE | — | — | 2004/14/KE | fid- 29 ta’ Lulju 2005. | id- 29 ta’ Lulju 2005 [4] id- 29 ta’ Jannar 2006 [5] | [1] Skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 93/10/KEE: "L-Istati Membri għandhom jippermettu, mill- 1 ta' Jannar 1994, il-kummerċ u l-użu ta' tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiża biex jiġu f'kuntatt ma' l-oġġetti ta' l-ikel li huma konformi ma' din id-Direttiva." [2] Skond it-tieni inċiż ta' l-Artikolu 5(1)tad-Direttiva 93/10/KEE: "L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, mill- 1 ta' Jannar 1994, il-kummerċ u l-użu ta' tertuqa taċ-ċelluloża riġenerata li hija ntiża biex tiġi f'kuntatt mal-oġġetti ta' l-ikel u li la hija konformi ma' din id-Direttiva u lanqas mad-Direttiva 83/229/KEE, apparti mit-tertuqa li d-Direttiva 92/15/KEE tipprojbixxi mill- 1 ta' Lulju 1994." [3] Skond it-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 93/10/KEE: "L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu, mill- 1 ta’ Jannar 1995, il-kummerċ u l-użu ta’ materjali u l-oġġetti magħmula minn tertuqa riġenerata taċ-ċelluloża intiżi biex jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel li ma humiex konformi ma’ din id-Direttiva imma li kienu konformi mad-Direttiva 83/229/KEE." [4] Skond il-punt (a) ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/14/KE: "L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b’tali mod illi jippermettu l-kummerċ u l-użu ta’ tertuqi riġenerati taċ-ċelluloża li huwa maħsub sabiex jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva, mid- 29 ta’ Lulju 2005." [5] Skond il-punt (b) ta’ l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2004/14/KE: "L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b’tali mod illi jipprojbixxu l-fabbrikazzjoni u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ tertuqa taċ-ċelluloża riġenerat li huwa maħsub sabiex jiġi f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel u li ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva mid- 29 ta’ Jannar 2006." -------------------------------------------------- ANNESS IV Tabella ta’ korrelazzjoni Direttiva 93/10/KEE | Din id-Direttvia | Artikolu 1(1) u (2) | Artikolu 1(1) u (2) | Artikolu 1(3), kliem tal-bidu, punt (b) | Artikolu 1(3) | Artikolu 1a | Artikolu 2 | Artikolu 2 | Artikolu 3 | Artikolu 2a | Artikolu 4 | Artikolu 3 | Artikolu 5 | Artikolu 4 | Artikolu 6 | Artikolu 5 | — | Artikolu 6 | — | — | Artikolu 7 | — | Artikolu 8 | Artikolu 7 | Artikolu 9 | Anness I | Anness I | Anness II | Anness II | Anness III | — | — | Anness III | — | Anness IV | --------------------------------------------------