Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 760/2007 tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li jemenda għat-80 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001
Official Journal L 172 , 30/06/2007 P. 0050 - 0051
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 760/2007 tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li jemenda għat-80 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerta merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża ta' fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan [1], u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu, Billi: (1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, gruppi u entitajiet li jaqgħu taħt l-iffriżar ta' fondi u riżorsi finanzjarji skond dak ir-Regolament. (2) Fit- 8 ta' Ġunju 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandha tapplika l-friża ta' l-assi u tar-riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu għalhekk ikun emendat b'dan. (3) Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007. Għall-Kummissjoni Eneko Landáburu Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni [1] ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 732/2007 (ĠU L 166, 28.6.2007, p. 13). -------------------------------------------------- ANNESS L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej: L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu miżjuda taħt l-intestatura "Persuni naturali": (1) Salem Nor Eldin Amohamed Al-Dabski (alias (a) Abu Al-Ward, (b) Abdullah Ragab, (ċ) Abu Naim). Indirizz: Bab Ben Ghasheer, Tripli, il-Libja. Data tat-twelid: 1963. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Nazzjonalità: Libjan. Numru tal-passaport: 1990/345751 (passaport Libjan). Informazzjoni oħra: Ommu jisimha Kalthoum Abdul Salam Al-Shaftari. (2) Said Youssef Ali Abu Aziza (alias Abdul Hamid, Abu Therab). Data tat-twelid: 1958. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Nazzjonalità: Libjan. Numru tal-passaport: 87/437555 (passaport Libjan). Informazzjoni oħra: Miżżewweġ lil Sanaa Al-Gamei’i. (3) Aly Soliman Massoud Abdul Sayed (alias (a) Ibn El Qaim, (b) Mohamed Osman, (ċ) Adam). Indirizz: Ghout El Shamal, Tripli, il-Libja. Data tat-twelid: 1969. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Nazzjonalità: Libjan. Numru tal-passaport: 96/184442 (passaport Libjan). Informazzjoni oħra: Miżżewweġ lil Safia Abdul El Rahman (ċittadina Sudaniża). --------------------------------------------------