Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE tas- 26 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għad-diazinon Test b’relevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 165 , 27/06/2007 P. 0025 - 0032
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE tas- 26 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għad-diazinon (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas- 27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha, Billi: (1) L-Istat Membru rapporteur informa lill-Kummissjoni li jista’ jkun neċessarju li jiġu riveduti l-MRLs għad-diazinon fid-Direttiva 90/642/KEE fid-dawl tad-dubji fil-konsum tal-konsumatur. Proposti għar-reviżjoni tal-livelli massimi ta’ residwi tal-Komunità tressqu quddiem il-Kummissjoni. (2) L-MRLs u l-livelli li huma rrakkomandati mill-Codex Alimentarius huma stabbiliti u evalwati skond proċeduri simili. Hemm numru ta’ Codex MRLs għad-diazinon. L-MRLs Komunitarji li huma bbażati fuq il-Codex MRLs ġew ukoll ivvalutati mill-Istat Membru rapporteur fid-dawl ta’ l-informazzjoni l-ġdida dwar riskju għall-konsumaturi. (3) L-esponiment tal-konsumaturi matul ħajjithom kif ukoll għal perjodu qasir għad-diazinon, permezz tal-prodotti ta’ l-ikel, ġie studjat mill-ġdid u vvalutat skond il-proċeduri u l-prattiki Komunitarji, filwaqt li tqiesu l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [2]. Fuq din il-bażi, huwa xieraq li jiġu ffissati livelli massimi ġodda ta’ residwi, li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda esponiment inaċċettabbli tal-konsumatur. (4) Fejn huwa rilevanti, l-esponiment akut tal-konsumaturi għad-diazinon permezz ta’ kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel li jista’ jkun fihom residwi ġie studjat u evalwat skond il-proċeduri u l-prattiki tal-Komunità, filwaqt li tqiesu l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Il-konklużjoni hija li l-preżenza ta’ residwi ta’ pestiċidi fil-livelli massimi ġodda ta’ residwi jew taħthom mhijiex se tikkawża effetti tossiċi qawwija. (5) Għaldaqstant huwa neċessarju li jkunu mmodifikati l-MRLs stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, sabiex jippermettu sorveljanza u kontroll xierqa tal-projbizzjoni ta’ l-użi tagħhom u għall-ħarsien tal-konsumatur. (6) Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, is-sħab kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar il-livelli massimi ġodda ta’ residwi u tqiesu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli. (7) L-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE għandu, għalhekk, jiġi emendat kif imiss. (8) Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness ta’ din id-Direttiva. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis- 27 ta’ Diċembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jipprovdu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit- 28 ta’ Diċembru 2007. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din. Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2007. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE (ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6). [2] Il-Linji ta’ Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7). -------------------------------------------------- ANNESS Fil-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE, il-linji għad-diazinon jinbidlu b’dan li ġej: Residwi ta’ Pestiċida u livelli massimi ta’ residwu (mg/kg) | "Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw il-livelli massimi ta’ residwu | Diazinon | 1.Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippreżervat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġewż (i)FROTT TAĊ-ĊITRU | 0,01 [1] | Grejpfrut | | Lumi | | Lajm | | Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra) | | Larinġ | | Pomelos | | Oħrajn | | (ii)ĠEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew mingħajrha) | | Lewż | 0,05 | Ġewż tal-Brażil | | Ġewż ta’ l-anakardju | | Qastan | | Ġewż ta’ l-Indi | | Ġellewż | | Makadamja | | Ġewż tal-Pekan | | Ġewż ta’ l-arżnu | | Pistaċċi | | Ġewż | | Oħrajn | 0,01 [1] | (iii)FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA | 0,01 [1] | Tuffieħ | | Lanġas | | Sfarġel | | Oħrajn | | (iv)FROTT TA’ L-GĦADMA | 0,01 [1] | Berquq | | Ċiras | | Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili) | | Għanbaqar | | Oħrajn | | (v)BERRIES U FROTT ŻGĦIR | | (a)Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid | 0,01 [1] | Għeneb tal-mejda | | Għeneb ta’ l-inbid | | (b)Frawli (ħlief dak selvaġġ) | 0,01 [1] | (ċ)Frott tal-qasab (għajr dak selvaġġ) | 0,01 [1] | Tut | | Dewberries | | Loganberries | | Lampun | | Oħrajn | | (d)Frott żgħir ieħor u berries (ħlief dak selvaġġ) | | Bilberries | | Cranberries | 0,2 | Passolina (aħmar, iswed u abjad) | | Gooseberries | | Oħrajn | 0,01 [1] | (e)Berries u frott żgħir selvaġġ | 0,01 [1] | (vi)DIVERSI | | Avokado | | Banana | | Tamal | | Tin | | Kiwi | | Kumquats | | Litchis | | Mango | | Żebbuġ (konsum domestiku) | | Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) | | Papaja | | Passion fruit | | Ananas | 0,3 | Rummien | | Oħrajn | 0,01 [1] | 2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin (i)ĦXEJJEX F’SURA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ | | Pitrava zokkrija | | Karrotti | | Cassava | | Krafes | | Mustarda użata għaz-zalza | | Qaqoċċ | | Zunnarija bajda | | Parsley root | | Ravanell | 0,1 | Sassefrika | | Patata ħelwa | | Swedes | | Turnips | | Jam | | Oħrajn | 0,01 [1] | (ii)ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL | | Tewm | | Basal | 0,05 | Shallots | | Spring onions | | Oħrajn | 0,01 [1] | (iii)ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA | | (a)Solanacea | | Tadam | | Bżar | 0,05 | Brunġiel | | Okra | | Oħrajn | 0,01 [1] | (b)Kukurbiti - tal-qoxra li tittiekel | 0,01 [1] | Ħjar | | Gherkins | | Qarabali | | Oħrajn | | (ċ)Kukurbiti tal-qoxra li ma tittikilx | 0,01 [1] | Bettieħ | | Squashes | | Dulliegħ | | Oħrajn | | (d)Qamħirrum | 0,02 | (iv)ĦXEJJEX BRASSICA | | (a)Brassica li tagħmel il-fjuri | 0,01 [1] | Brokkoli | | Pastard | | Oħrajn | | (b)Brassica bir-ras | | Kaboċċi ta’ Brussell | | Kaboċċi tar-ras | 0,5 | Oħrajn | 0,01 [1] | (ċ)Brassica bil-weraq | | Kaboċċi taċ-Ċina | 0,05 | Kale | | Oħrajn | 0,01 [1] | (d)Ġdur | 0,2 | (v)ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL U ĦWAWR FRISK | 0,01 [1] | (a)Ħass u simili | | Krexxuni | | Ħass tal-ħaruf | | Ħass | | Scarole (endive tal-werqa wiesgħa) | | Insalata | | Weraq u zkuk tal-brassica | | Oħrajn | | (b)Spinaċi u simili | | Spinaċi | | Weraq tal-pitravi | | Oħrajn | | (ċ)Krexxuni ta’ l-ilma | | (d)Witloof | | (e)Ħwawar | | Maxxita | | Kurrat selvaġġ | | Tursin | | Weraq tal-karfus | | Oħrajn | | (vi)ĦXEJJEX LEGUMI (friski) | 0,01 [1] | Fażola (bl-imżiewed) | | Fażola (mingħajr imżiewed) | | Piżelli (bl-imżiewed) | | Piżelli (mingħajr imżiewed) | | Oħrajn | | (vii)ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski) | 0,01 [1] | Asparagu | | Kardun | | Karfus | | Bużbież | | Qaqoċċ | | Kurrat | | Rabarbru | | Oħrajn | | (viii)FAQQIEGĦ | 0,01 [1] | (a)Faqqiegħ ikkoltivat | | (b)Faqqiegħ selvaġġ | | 3.Żrieragħ imnixxfin | 0,01 [1] | Fażola | | Għazz | | Piżelli | | Lupini | | Oħrajn | | 4.Żejt taż-żrieragħ | 0,02 [1] | Żerriegħa tal-kittien | | Karawett | | Żerriegħa tal-peprin | | Ġulġlien | | Żerriegħa tal-ġirasol | | Żerriegħa tal-lift | | Żerriegħa tas-sojja | | Żerriegħa tal-mustarda | | Żerriegħa tal-qoton | | Żerriegħa tal-qanneb | | Oħrajn | | 5.Patata | 0,01 [1] | Patata bikrija | | Varjazzjonijiet ta’ patata | | 6.Te (weraq u zkuk, imnixxef, iffermentat jew ieħor, mill-weraq tal-Camellia sinensis) | 0,02 [1] | 7.Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma trab mhux ikkonċentrat | 0,5 | [*] Jindika l-limitu l-iktar baxx għad-determinazzjoni analitika" --------------------------------------------------