Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 722/2007 tal- 25 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi II, V, VI, VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered Test b’relevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 164 , 26/06/2007 P. 0007 - 0023


Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 722/2007

tal- 25 ta’ Ġunju 2007

li jemenda l-Annessi II, V, VI, VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Mejju 2001, li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (EST) fl-annimali. Hija tapplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ oriġini mill-annimali u f’ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjoni tagħhom.

(2) L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-istat ta’ l-enċefalopatija sponġiformi tal-bovini ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom ("pajjiżi jew reġjuni") għandu jiġi determinat mill-klassifikazzjoni f’waħda minn tliet kategoriji. L-Anness II ta’ dak ir-Regolament jistipula regoli għad-determinazzjoni ta’ l-istat ta’ ESB ta’ pajjiżi jew reġjuni. L-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament jistipula wkoll eżaminazzjoni ulterjuri tal-kategorizzazzjoni Komunitarja tal-pajjiżi wara t-twaqqif ta’ proċedura għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi skond il-kategorija mill-Organizzazzjoni Dinjija għas-saħħa ta’ l-Annimali (OIE).

(3) L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għall-ġbir u r-rimi ta’ materjali speċifiċi ta’ riskju u l-Anness IX ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ħajjin, embrijuni, bajd, u prodotti ta’ oriġini mill-annimali.

(4) Waqt is-Sessjoni Ġenerali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija għas-saħħa ta’ l-Annimali (OIE) f’Mejju 2005, ġiet adottata proċedura ġdida ssemplifikata bbażata fuq tliet kategoriji għall-klassifikazzjoni tal-pajjiżi skond kemm jinsabu fir-riskju ta’ ESB.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 kien emendat mir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 biex jittrasponi lis-sistema ssemplifikata l-ġdida ta’ kategorizzazzjoni fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Wara dik l-emenda, l-Annessi II, V, u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jiġu emendati biex iqisu s-sistema l-ġdida ta’ kategorizzazzjoni.

(6) Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-pajjiżi b’konformità ma’ l-Artikolu 5(2) jew (4) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 9 u l-Anness VI ma kinux japplikaw. Fid-dawl tal-fatt li s-sistema l-ġdida ta’ kategorizzazzjoni għandha tapplika mill- 1 ta’ Lulju 2007 u biex dan l-Anness jiġi allineat mar-regoli applikabbli skond il-miżuri tranżitorji bbażati fuq evidenza xjentifika u bl-emendi li saru lill-Artikoli, l-Anness VI għandu jiġi emendat.

(7) L-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u l-esportazzjoni ta’ annimali ħajjin, is-semen, l-embrijuni, bajd u prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Il-Kapitolu C ta’ dak l-Anness jistipula l-kundizzjonijiet għall-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti prodotti ta’ oriġini mill-annimali. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu emendati biex iqisu s-sistema ta’ kategorizzazzjoni l-ġdida.

(8) Il-Punt 5 tal-Parti D ta’ l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula l-miżuri li jikkonċernaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini mwielda u mrobbija fir-Renju Unit qabel l- 1 ta’ Awwissu 1996 u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tal-laħam li ġejjin minn annimali tal-familja taċ-ċriev. Għal raġunijiet ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali, dawn il-miżuri għandhom jibqgħu japplikaw wara l- 1 ta’ Lulju 2007.

(9) Għal raġunijiet ta’ ċarezza u konsistenza d-dispożizzjonijiet rigward il-kummerċ intra-Komunitarju u l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta’ annimali bovini mwielda u mrobbija fir-Renju Unit qabel l- 1 ta’ Awwissu 1996 għandhom jitniżżlu fl-Anness VIII u d-dispożizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam li ġejjin minn annimali tal-familja taċ-ċriev għandhom jitniżżlu fl-Anness IX.

(10) Il-miżuri tranżitorji li jikkonċernaw materjal ta’ riskju speċifiku li jinsabu fl-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jieqfu japplikaw fir-rigward ta’ kull pajjiż jew reġjun immedjatament wara d-data ta’ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż jew reġjun. L-Anness XI għandu għalhekk jitħassar.

(11) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(12) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat kif ġej:

1. L-Annessi II, V, VI, VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1923/2006 (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Annessi II, V, VI, VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huma emendati kif ġej:

(1) L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

"

"ANNESS II

DETERMINAZZJONI TA’ L-ISTAT TA’ ESB

KAPITOLU A

Kriterji

L-istat ta’ l-ESB ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew ir-reġjuni tagħhom, (minn hawn ‘il quddiem imsejħa "pajjiżi jew reġjuni"), għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) sa (e).

Fil-pajjiżi jew reġjun:

(a) titwettaq analiżi tar-riskju skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu B, li tidentifika l-fatturi potenzjali kollha ta’ okkorrenza ta’ ESB u l-perspettiva storika tagħhom fil-pajjiż jew reġjun;

(b) tinsab fis-seħħ sistema ta’ sorveljanza u monitoraġġ kontinwu ta’ l-ESB marbutin b’mod partikolari mar-riskji deskritti fil-Kapitolu B u li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ sorveljanza stipulati fil-Kapitolu D;

(ċ) jinsab fis-seħħ u għaddej programm ta’ għarfien għall-veterinarji, il-bdiewa, u l-ħaddiema involuti fit-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-qtil ta’ annimali bovini, biex jitħeġġeġ ir-rappurtar tal-każijiet kollha li juru sinjali kliniċi konsistenti ma’ l-ESB f’sotto-popolazzjonijiet fil-mira kif definit fil-Kapitolu D ta’ dan l-Anness;

(d) jinsab fis-seħħ obbligu li ssir notifika u li jkunu investigati l-annimali bovini kollha li juru sinjali kliniċi konsistenti ma’ l-ESB;

(e) l-eżami tal-moħħ jew tessuti oħra miġbura fi ħdan il-qafas tas-sistema tas-sorveljanza u monitoraġġ imsemmi fil-punt (b) jitwettaq f’laboratorju approvat.

KAPITOLU B

Analiżi tar-riskju

1. L-istruttura ta’ l-analiżi tar-riskju

L-analiżi tar-riskju għandha tinkludi analiżi tar-rilaxx u analiżi ta’ l-espożizzjoni.

2. Analiżi tar-rilaxx (sfida esterna)

2.1. L-analiżi tar-rilaxx għandha tikkonsisti fl-analiżi tal-probabilità li l-aġent ta’ l-ESB jew ġie introdott fil-pajjiż jew reġjun permezz ta’ kommoditajiet potenzjalment ikkontaminati b’aġent ESB, jew huwa diġà preżenti fil-pajjiż jew reġjun.

Għandhom jitqiesu l-fatturi ta’ riskju li ġejjin:

(a) il-preżenza jew l-assenza ta’ l-aġent ta’ l-ESB fil-pajjiż jew reġjun u, jekk l-aġent huwa preżenti, il-prevalenza tiegħu bbażata fuq ir-riżultat ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza;

(b) il-produzzjoni ta’ ikel minn laħam u għadam imfarrak jew gambal minn popolazzjoni ruminanti indiġena ta’ l-ESB;

(ċ) ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal importati;

(d) annimali bovini, ovini u kaprini importati;

(e) għalf għall-annimali u ingredjenti ta’ l-għalf importati;

(f) prodotti importati ta’ oriġini ruminanti għall-konsum mill-bniedem, li seta’ kien fihom tessuti elenkati fil-punt 1 ta’ l-Anness V u li setgħu ġew mitmugħa lill-annimali bovini;

(g) prodotti importati ta’ oriġini ruminanti għal użu in vivo fl-annimali bovini.

2.2. Għandhom jitqiesu fit-twettiq ta’ l-analiżi tar-rilaxx skemi speċjali ta’ eradikazzjoni, sorveljanza u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi oħrajn (speċjalment sorveljanza għal ESB li saret fuq il-popolazzjoni ta’ l-annimali bovini) rilevanti għall-fatturi tar-riskju elenkati fil-punt 2.1.

3. Analiżi ta’ l-espożizzjoni

L-analiżi ta’ l-espożizzjoni għandha tikkonsisti f’analiżi tal-probabilità ta’ l-espożizzjoni ta’ l-annimali bovini għall-aġent ta’ l-ESB, billi jitqies dan li ġej:

(a) riċiklaġġ u amplifikazzjoni ta’ l-aġent ta’ l-ESB permezz ta’ konsum minn annimali bovini ta’ ikel b’laħam u għadam imfarrak, jew gambal ta’ oriġini ruminanti jew għalf jew ingredjenti ta’ l-għalf oħrajn ikkontaminati b’dawn;

(b) l-użu ta’ karkassi ruminanti (inklużi minn stokk li miet), prodotti sekondarji u skart tal-biċċerija, il-parametri tal-proċessi ta’ rendiment u l-metodi ta’ manifattura ta’ l-għalf ta’ l-annimali;

(ċ) it-tmigħ jew le ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak u gambal li ġejjin minn ruminanti, inklużi miżuri ta’ inter-kontaminazzjoni ta’ għalf ta’ l-annimali;

(d) il-livell ta’ sorveljanza għall-ESB li saret fuq il-popolazzjoni ta’ l-annimali bovini sa dakinhar u r-riżultati ta’ dik is-sorveljanza.

KAPITOLU C

Definizzjoni tal-kategoriji

I. PAJJIŻ JEW REĠJUN B’RISKJU FTIT LI XEJN TA’ ESB

Pajjiż jew reġjun:

(1) fejn tkun twettqet analiżi tar-riskju konformi mal-Kapitolu B biex jiġu identifikati l-fatturi ta’ riskju storiċi u eżistenti;

(2) li wera li ttieħdu miżuri speċifiċi xierqa għall-perjodu taż-żmien rilevanti definiti hawn isfel għall-ġestjoni ta’ kull riskju identifikat;

(3) li wera li s-sorveljanza tat-Tip B tinsab fis-seħħ, b’konformità mal-Kapitolu D, u l-mira tal-punti rilevanti, skond it-Tabella 2 tiegħu ntlaħqu; u

(4) li hu:

(a) jew fis-sitwazzjoni li ġejja:

(i) fil-pajjiż jew reġjun ma kien hemm l-ebda każ ta’ l-ESB, jew, intwera li kull każ ta’ ESB kien importat u nqered kompletament;

(ii) mexa mal-kriterji fil-punti (c), (d) u (e) tal-Kapitolu A ta’ dan l-Anness għal mill-inqas seba’ snin, u

(iii) intwera f’livell xieraq ta’ kontroll u verifika li għal ta’ l-anqas tmien snin la ikel b’laħam u għadam imfarrak u lanqas gambal li ġew minn ruminanti ma ġew mitmugħa lil ruminanti;

(b) jew fis-sitwazzjoni li ġejja:

(i) kien hemm każ indiġenu ta’ ESB jew iktar fil-pajjiż jew reġjun imma kull każ indiġenu ta’ ESB nibet iktar minn 11-il sena ilu;

(ii) mexa mal-kriterji fil-punti (c) (d) u (e) tal-Kapitolu A għal mill-inqas seba’ snin;

(iii) intwera f’livell xieraq ta’ kontroll u verifika li għal ta’ l-anqas tmien snin la ikel b’laħam u għadam imfarrak u lanqas gambal li ġew minn ruminanti ma ġew mitmugħa lil ruminanti;

(iv) l-annimali li ġejjin, jekk ħajjin fil-pajjiż jew reġjun, huma identifikati b’mod permanenti, u ċ-ċaqliq tagħhom ikkontrollat, u, meta jinqatlu jew mal-mewt, jinqerdu kompletament:

- kull każ ta’ ESB,

- l-annimali bovini kollha, matul l-ewwel sena ta’ ħajjithom, li trabbew mal-każijiet ta’ ESB matul l-ewwel sena ta’ ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li kkonsmaw l-istess għalf potenzjalment ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew

- jekk ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni msemmija fit-tieni inċiż ma jkunux konklussivi, l-annimali bovini kollha mweldin fl-istess merħla mal-każijiet ta’ l-ESB u fi żmien 12-il xahar minn meta rriżultaw il-każijiet ta’ l-ESB.

II. PAJJIŻ JEW REĠJUN B’RISKJU KKONTROLLAT TA’ ESB

Pajjiż jew reġjun

(1) fejn tkun twettqet analiżi tar-riskju bbażata fuq it-tagħrif tal-Kapitolu B biex jiġu identifikati l-fatturi ta’ riskju storiċi u eżistenti;

(2) li wera li ttieħdu miżuri xierqa għall-ġestjoni tar-riskji identifikati, imma dawk il-miżuri ma tteħdux għall-perjodu taż-żmien rilevanti;

(3) li wera li s-sorveljanza tat-Tip A tinsab fis-seħħ, b’konformità mal-Kapitolu D, u l-miri tal-punti rilevanti, skond it-Tabella 2 ntlaħqu. Is-sorveljanza tat-Tip B tista’ tieħu post is-sorveljanza tat-Tip A ladarba l-punti fil-miri rilevanti jkunu ntlaħqu; u

(4) li hu:

(a) jew fis-sitwazzjoni li ġejja:

(i) fil-pajjiż jew reġjun ma kien hemm l-ebda każ ta’ ESB, jew, kwalunkwe każ ta’ ESB intwera li kien importat u nqered kompletament, mexa mal-kriterji fil-punti (c), (d) u (e) tal-Kapitolu A, u dan jista’ jintwera permezz ta’ livell xieraq ta’ kontroll u verifika li la ikel b’laħam u għadam imfarrak u lanqas gambal li ġej minn ruminanti ma ntema’ lil ruminanti,

(ii) mexa mal-kriterji fil-punti (c) (d) u (e) tal-Kapitolu A għal perjodu ta’ mhux inqas minn seba’ snin, u/jew

(iii) ma jistax jintwera li kontrolli fuq it-tmigħ ta’ ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġejjin minn ruminanti lil ruminanti ilhom fis-seħħ għal tmien snin;

(b) jew fis-sitwazzjoni li ġejja:

(i) fil-pajjiż jew reġjun ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ ESB, jew, mexa mal-kriterji fil-punti (c) (d) u (e) tal-Kapitolu A, u dan jista’ jintwera permezz ta’ livell xieraq ta’ kontroll u verifika li la ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġej minn ruminanti ma ġew mitmugħa lil ruminanti,

(ii) mexa mal-kriterji fil-punti c) sa e) tal-Kapitolu A ta’ dan l-Anness għal perjodu ta’ mhux inqas minn seba’ snin; u/jew

(iii) ma jistax jintwera li kontrolli fuq it-tmigħ ta’ ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal ġejjin minn ruminanti lil ruminanti ilhom fis-seħħ għal tmien snin,

(iv) l-annimali li ġejjin, jekk ħajjin fil-pajjiż jew reġjun, huma identifikati b’mod permanenti, u ċ-ċaqliq tagħhom ikkontrollat, u, meta jinqatlu jew mal-mewt, jinqerdu kompletament:

- kull każ ta’ ESB, u

- l-annimali bovini li, matul l-ewwel sena ta’ ħajjithom, trabbew mal-każijiet ta’ ESB matul l-ewwel sena ta’ ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li kkonsmaw l-istess għalf potenzjalment ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew

- jekk ir-riżultati ta’ l-investigazzjoni msemmija fit-tieni inċiż ma jkunux konklussivi, l-annimali bovini kollha mweldin fl-istess merħla mal-każijiet ta’ l-ESB u fi żmien 12-il xahar minn meta rriżultaw każijiet ta’ l-ESB.

III. PAJJIŻ JEW REĠJUN B’RISKJU INDETERMINAT TA’ ESB

Pajjiż jew reġjun li għalih id-determinazzjoni ta’ l-istat ta’ ESB ma kinitx konkluża, jew li ma tilħaqx il-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-pajjiż jew reġjun biex ikun ikklassifikat f’wieħed mill-kategoriji l-oħra.

KAPITOLU D

Rekwiżiti minimi ta’ sorveljanza

1. Tipi ta’ sorveljanza

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) Sorveljanza tat-Tip A

L-applikazzjoni tat-Tip A se tippermetti s-sejbiet ta’ ESB bi prevalenza prevista [1] ta’ mill-inqas każ kull 100000 fil-popolazzjoni adulta ta’ l-annimali bovini fil-pajjiż jew reġjun ikkonċernat, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %;

(b) Sorveljanza tat-Tip B

L-applikazzjoni tat-Tip B se tippermetti s-sejbiet ta’ ESB bi prevalenza prevista ta’ mill-inqas każ kull 50000 fil-popolazzjoni adulta ta’ l-annimali bovini fil-pajjiż jew reġjun ikkonċernat, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.

Is-sorveljanza tat-Tip B tista’ titwettaq mill-pajjiżi jew reġjuni fi stat ta’ riskju ftit li xejn ta’ ESB biex jikkonfermaw il-konklużjonijiet ta’ l-analiżi tar-riskju, per eżempju billi juru l-effettività tal-miżuri li jnaqqsu kull fattur ta’ riskju identifikat, permezz ta’ sorveljanza mmirata biex timmassimizza l-probabilità ta’ identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ miżuri bħal dawn.

Is-sorveljanza tat-Tip B għandha titwettaq mill-pajjiżi jew ir-reġjuni fi stat ta’ riskju kkontrollat ta’ ESB, wara l-ilħuq tal-punti rilevanti bl-użu ta’ sorveljanza tat-Tip A, biex iżomm il-fiduċja fl-għarfien miksub permezz ta’ sorveljanza tat-Tip A.

Għall-fini ta’ dan l-Anness, l-erba’ sotto-popolazzjonijiet ta’ annimali bovini ġew identifikati għal finijiet ta’ sorveljanza:

(a) annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li qegħdin juru sinjali kliniċi jew ta’ mġiba konsistenti ma’ l-ESB (suspetti kliniċi);

(b) annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li ma jkunux ambulatorji, mimduda, mhux kapaċi jqumu fuq riġlejhom jew jimxu mingħajr għajnuna; annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar mibgħuta għal qatla ta’ emerġenza jew b’osservazzjonijiet anormali fi spezzjoni ante-mortem (qatla ta’ emerġenza jew mewt aċċidentali);

(ċ) annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li jinstabu mejta jew maqtula fir-razzett, waqt it-trasport jew f’biċċerija (stokk li miet);

(d) annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 36 xahar fi qtil ta’ rutina.

2. Strateġija ta’ sorveljanza

2.1. L-istrateġija ta’ sorveljanza għandha titfassal b’tali mod li tiżgura li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-merħla tal-pajjiż jew reġjun, u jinkludi l-konsiderazzjoni ta’ fatturi demografiċi bħat-tip ta’ produzzjoni u l-lok ġeografiku, u l-influwenza possibbli ta’ prattiċi kulturalment uniċi ta’ trobbija. L-approċċ użat u l-assunzjonijiet li saru għandhom ikunu dokumentati fis-sħiħ, u d-dokumentazzjoni tinżamm għal seba’ snin.

2.2. Biex tiġi implimentata l-istrateġija ta’ sorveljanza ta’ l-ESB, pajjiż għandu juża reġistri dokumentati jew stimi affidabbli tat-tqassim ta’ l-età tal-popolazzjoni ta’ l-annimali bovini adulti u l-għadd ta’ annimali bovini ittestjati għall-ESB maqsuma skond l-età u s-sottopopolazzjoni fi ħdan il-pajjiż jew reġjun.

3. Valuri tal-punti u miri tal-punti

Kampjuni ta’ sorveljanza jridu jilħqu l-miri tal-punti stabbiliti fit-tabella 2, abbażi tal-"valuri tal-punti" ffissati fit-Tabella 1. Is-suspetti kliniċi kollha għandhom jiġu investigati, irrispettivament mill-għadd tal-punti akkumulati. Pajjiż għandu jiġbor kampjuni ta’ mill-inqas tlieta mill-erba’ sottopopolazzjonijiet. Il-punti totali għall-kampjuni miġbura għandhom jiġu akkumulati matul il-perjodu ta’ massimu ta’ seba’ snin konsekuttivi biex tintlaħaq il-mira ta’ l-għadd ta’ punti. L-akkumulazzjoni totali tal-punti għandha tkun perjodikament imqabbla ma’ l-għadd fil-mira tal-punti għal pajjiż jew reġjun.

Tabella 1

Il-valuri tal-punti ta’ sorveljanza miġbura mill-annimali fil-kategorija ta’ l-età u sottopopolazzjoni

Sottopopolazzjoni ta’ sorveljanza |

Qatla ta’ rutina [2] | Stokk li miet [3] | Qatla aċċidentali [4] | Suspett kliniku [5] |

Età ≥ sena u < sentejn |

0,01 | 0,2 | 0,4 | N/A |

Età ≥ sentejn u < 4 snin (adult żgħir) |

0,1 | 0,2 | 0,4 | 260 |

Età ≥ 4 snin u < 7 snin (adult tan-nofs) |

0,2 | 0,9 | 1,6 | 750 |

Età ≥ 7 snin u < 9 snin (adult ixjeħ) |

0,1 | 0,4 | 0,7 | 220 |

Età ≥ 9 snin (xjuħ) |

0,0 | 0,1 | 0,2 | 45 |

Tabella 2

Miri tal-punti għal daqsijiet differenti ta’ popolazzjonijiet ta’ annimali bovini adulti f’pajjiż jew reġjun

Miri tal-punti għall-pajjiżi jew reġjuni |

Daqs tal-popolazzjoni ta’ l-annimali bovini adulti (24 xahar u ixjeħ) | Sorveljanza tat-Tip A | Sorveljanza tat-Tip B |

≥ 1000000 | 300000 | 150000 |

800000 – 1000000 | 240000 | 120000 |

600000 – 800000 | 180000 | 90000 |

400000 – 600000 | 120000 | 60000 |

200000 – 400000 | 60000 | 30000 |

100000 – 200000 | 30000 | 15000 |

50000 – 100000 | 15000 | 7500 |

25000 – 50000 | 7500 | 3750 |

4. Miri speċifiċi

Fi ħdan kull waħda mis-sottopopolazzjonijiet f’pajjiż jew reġjun, pajjiż jista’ jkollu fil-mira annimali bovini identifikabbli bħala importati minn pajjiżi jew reġjuni fejn instabet l-ESB u l-annimali bovini li kkonsmaw għalf potenzjalment ikkontaminat minn pajjiżi jew reġjuni fejn instabet l-ESB.

5. Il-mudell ta’ sorveljanza ta’ l-ESB

Pajjiż jista’ jagħżel li juża l-mudell BSurvE kollu jew metodu alternattiv ibbażat fuq il-mudell BSurvE biex jistima l-preżenza/prevalenza ta’ ESB tiegħu.

6. Iż-żamma tas-sorveljanza

Ladarba l-miri tal-punti jkunu ntlaħqu, u sabiex jitkompla jiġi kklassifikat l-istat ta’ pajjiż jew reġjun bħala ta’ riskju ta’ ESB kkontrollat jew ta’ ftit li xejn, is-sorveljanza tista’ titnaqqas għal sorveltjanza tat-Tip B (sakemm l-indikaturi kollha jibqgħu pożittivi). Madankollu, biex titkompka l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, trid titkompla sorveljanza annwali kontinwa biex tinkludi ta’ l-inqas tlieta mill-erba’ sottopopolazzjonijiet preskritti. Barra minn hekk, l-annimali bovini kollha suspettati klinikament li huma infettati bl-ESB għandhom jiġu investigati irrispettivament mill-għadd tal-punti akkumulati. Is-sorveljanza annwali f’pajjiż jew reġjun wara l-ilħuq tal-miri tal-punti mitluba, m’għandux ikun inqas mill-ammont mitlub għal wieħed minn sebgħa tat-total tal-mira tas-sorveljanza tat-Tip B."

"

(2) L-Anness V qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

"

"ANNESS V

MATERJAL RISKJUŻ SPEĊIFIKAT

1. Definizzjoni ta’ materjal riskjuż speċifikat

It-tessuti li ġejjin għandhom ikunu kklassifikati bħala materjal ta’ riskju speċifikat jekk jiġu minn annimali li l-oriġini tagħhom huwa fi Stat Membru jew pajjiż terz jew f’wieħed mir-reġjun tagħhom b’riskju ta’ ESB ikkontrollat jew mhux determinat:

(a) fir-rigward ta’ annimali bovini

(i) il-kranju ħlief ix-xedaq u inklużi l-moħħ u l-għajnejn, u n-nerv tas-sinsla ta’ annimali li għandhom iktar minn 12-il xahar;

(ii) il-kolonna vertebrali ħlief il-vertebri tad-denb, l-apofisi tas-sinsla u t-trasversi tal-vertebri ċervikali, toraċiċi u tal-ġenbejn u l-krinjiera sakrali medjana u l-ġnub tas-sakrali, imma inklużi l-gangliji ta’ l-ispina tal-bovini li għandhom iktar minn 24 xahar; u

(iii) it-tunsilli, l-imsaren mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil tal-bovini ta’ kull età.

(b) fir-rigward ta’ annimali ovini u kaprini

(i) il-kranju inkluż il-moħħ u l-għajnejn, it-tunsilli, in-nerv tas-sinsla ta’ annimali ta’ età ta’ aktar minn 12-il xahar jew li għandhom is-sinna ta’ quddiem li ħarġet mill-ħanek, u

(ii) il-milsa u l-ilju ta’ annimali ta’ kull età.

2. Deroga għall-Istati Membri

Bħala deroga mill-punt 1, it-tessuti elenkati f’dak il-punt li l-oriġini tagħhom huwa minn Stati Membri b’riskju ftit li xejn ta’ ESB għandu jibqa’ jitqies bħala materjal riskjuż speċifikat.

3. Markament u rimi

Materjal riskjuż speċifikat għandu jittebba’ biż-żebgħa jew, kif ikun xieraq, jiġi mmarkat b’mod ieħor, immedjatament mat-tneħħija, u jintrema skond id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, u b’mod partikolari fl-Artikolu 4(2) tiegħu.

4. It-tneħħija ta’ materjal riskjuż speċifikat

4.1. Il-materjal riskjuż speċifikat għandu jitneħħa fi:

(a) biċċeriji, jew, kif xieraq, postijiet oħra ta’ qtil;

(b) impjanti tat-tqattigħ, fil-każ tal-kolonna vertebrali ta’ l-annimali bovini;

(ċ) fejn xieraq, f’impjanti intermedji msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jew utenti u ċentri ta’ ġbir awtorizzati u rreġistrati skond l-Artikolu 23(2)(c)(iv), (vi) u (vii) tar-Regolament (KE) Nru 1744/2002.

4.2. Bħala deroga mill-punt 4.1., l-użu ta’ test alternattiv għat-tneħħija ta’ marterjal riskjuż speċifikat jista’ jiġi awtorizzat bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-testijiet iridu jitwettqu f’biċċeriji fuq kull annimal eliġibbli għat-tneħħija ta’ materjal riskjuż speċifikat;

(b) l-ebda prodotti bovini, ovini jew kaprini maħsuba għall-konsum tal-bniedem jew għall-għalf ta’ l-annimali ma jista’ jitlaq mill-biċċerija qabel ma l-awtorità kompetenti tkun irċeviet u aċċettat ir-riżultati tat-testijiet fuq kull annimal maqtul potenzjalment ikkontaminat jekk ġiet ikkonfermata l-ESB f’wieħed minnhom;

(ċ) meta test alternattiv jagħti riżultat pożittiv, kull materjal bovin, ovin u kaprin li hu potenzjalment ikkontaminat fil-biċċerija jinqered skond il-punt 3, sakemm kull parti tal-ġisem inkluża l-ġilda ta’ l-annimal affettwat ma jkunx jista’ jiġi identifikat u miżmum separatament.

4.3. B’deroga mill-punt 4.1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu:

(a) it-tneħħija tan-nerv tas-sinsla ta’ annimali ovini u kaprini f’impjanti tat-tqattigħ awtorizzati speċifikament biex jagħmlu dan;

(b) it-tneħħija tal-kolonna vertebrali bovina minn karkassi jew partijiet ta’ karkassi fil-ħwienet tal-laħam awtorizzati, immonitorizzati u rreġistrati speċifikatament, għal din il-fini;

(ċ) il-ġbir tal-laħam tar-ras minn annimali bovini f’impjanti tat-tqattigħ speċifikatament awtorizzati għal din il-fini skond id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 9.

4.4. Ir-regoli dwar it-tneħħija ta’ materjal riskjuż speċifikat stipulat f’dan il-Kapitolu ma għandux japplika għal materjali tal-Kategorija 1 kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 użati taħt is-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti għat-tmigħ ta’ speċi protetti u fil-periklu ta’ għasafar nekrofaġi.

5. Miżuri li jikkonċernaw laħam separat mekkanikament

Madankollu d-deċiżjonijiet individwali msemmija fl-Artikolu 5(2), u b’deroga mill-Artikolu 9(3), għandu jkun ipprojbit fl-Istati Membri kollha li jintużaw għadam jew qatgħat bl-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini għall-produzzjoni ta’ laħam separat mekkanikament.

6. Miżuri li jikkonċernaw il-laċerazzjoni tat-tessuti

Madankollu d-deċiżjonijiet individwali msemmija fl-Artikolu 5(2), u b’deroga mill-Artikolu 8(3), fl-Istati Membri kollha, sakemm l-Istati Membri jkunu klassifikati bħala pajjiżi b’riskju ftit li xejn ta’ ESB, laċerazzjoni ta’ tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla introdotta fil-kavità tal-kranju wara stordament għandu jkun ipprojbit f’annimali bovini, ovini jew kaprini li laħamhom huwa maħsub għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali.

7. Il-ġbir ta’ ilsna minn annimali bovini

Ilsna ta’ annimali bovini ta’ kull età maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali għandhom jinħażnu fil-biċċerija b’munqar maqtugħ b’mod trażversali għall-proċess ta’ l-ilsien ta’ l-għadma basihyoid.

8. Il-ħażna ta’ laħam bovin tar-ras

8.1. Il-laħam tar-ras ta’ annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 12-il xahar għandhom jinħażnu f’biċċeriji, skond sistema ta’ kontroll, rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti, biex tkun żgurata l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni possibbli tal-laħam tar-ras b’tessut tas-sistema nervuża ċentrali. Is-sistema għandha tinkludi għall-inqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-ħażna għandha ssir f’parti ddedikata apposta, fiżikament separata mill-partijiet l-oħra tal-linja tal-qtil;

(b) fejn l-irjus jitneħħew mit-trasportatur jew mill-ganċi qabel jinħażen il-laħam tar-ras, it-toqba tat-tir fuq quddiem u l-foramen magnum għandhom ikunu ssiġillati b’tapp impermeabbli u li jdum. Meta tinġabar l-istemma tal-moħħ għall-eżami fil-laboratorju għall-ESB, il-foramen magnum għandu jkun issiġillat immedjatament wara dak il-ġbir;

(ċ) ma għandux jinħażen laħam tar-ras minn irjus fejn l-għajnejn ikunu miksurin jew mitlufin eżatt qabel, jew wara l-qtil, jew li jkunu miksurin b’tali mod li jista’ jirriżulta f’kontaminazzjoni tar-ras mat-tessut nervuż ċentrali;

(d) laħam tar-ras ma għandux jinħażen minn irjus li ma ġewx issiġillati sew skond it-tieni inċiż;

(e) bla ħsara għar-regoli ġenerali dwar l-iġjene, l-istruzzjonijiet speċifiċi ta’ ħidma għandhom ikunu fis-seħħ biex ma jitħalliex li jkun hemm kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras waqt il-ħażna, b’mod partikolari fil-każ meta s-siġill imsemmi fit-tieni inċiż jintilef jew l-għajnejn jinkisru matul l-attività;

(f) għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali ħalli jiġi vverifikat li l-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni jkunu implimentati sew.

8.2. B’deroga mir-rekwiżiti tal-punt 8.1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fil-biċċerija japplikaw sistema ta’ kontroll alternattiva għall-ħażna ta’ laħam bovin tar-ras, li jwassal għal tnaqqis ekwivalenti fil-livell ta’ kontaminazzjoni ta’ laħam tar-ras b’tessut tas-sistema nervuża ċentrali. Għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali biex jiġi vverifikat li l-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni jkunu implimentati sew. L-Istati Membri li jużaw din id-deroga għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali bis-sistema tal-kontroll tagħhom u r-riżultati tal-ġbir tal-kampjuni.

8.3. Jekk l-ħażna ssir mingħajr ma titneħħa r-ras bovina mit-trasportatur jew mill-ganċi, il-punti 8.1 u 8.2 ma għandhomx japplikaw.

9. Il-ħażna ta’ laħam bovin tar-ras f’impjanti tat-tqattigħ awtorizzati

B’deroga mill-punt 8, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu l-ħażna ta’ laħam tar-ras minn bovini f’impjanti tat-tqattigħ awtorizzati speċifikatament għal din il-fini sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) l-irjus maħsuba għat-trasport għall-impjant tat-tqattigħ għandhom ikunu sospiżi fuq xtilliera matul il-perjodu tal-ħażna u t-trasport mill-biċċerija għall-impjant tat-tqattigħ;

(b) it-toqba tat-tir fuq quddiem u l-foramen magnum għandhom ikunu ssiġillati sew b’tapp impermeabbli u li jdum qabel ma jinġarru mit-traportatur jew il-ganċi għall-ixtillieri. Meta tinġabar l-istemma tal-moħħ għall-eżami f’laboratorju għall-ESB, il-foramen magnum għandu jkun issiġillat immedjatament wara dak il-ġbir;

(ċ) l-irjus li ma ġewx issiġillati sew skond il-punt (b), fejn l-għajnejn jinkisru jew jintilfu eżatt qabel jew wara l-qatla jew li nkisru b’mod ieħor li jista’ jirriżulta f’kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras b’tessut nervuż ċentrali għandu jkun eskluż mit-trasport għall-impjanti tat-tqattigħ awtorizzat speċifikatament;

(d) għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni għall-biċċerija bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali biex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni;

(e) il-ħażna ta’ laħam tar-ras għandha ssir skond sistema ta’ kontroll, rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti, biex tiġi żgurata l-prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni possibbli ta’ laħam tar-ras. Is-sistema għandha mill-inqas tinkludi:

(i) l-irjus kollha għandhom ikunu ċċekkjati b’mod viżwali għal sinjali ta’ kontaminazzjoni jew ħsara u li s-siġill sar sew qabel ma tibda l-ħażna tal-laħam tar-ras;

(ii) il-laħam tar-ras ma għandux ikun mill-irjus li ma ġewx issiġillati sew, fejn l-għajnejn huma miksurin jew li nkisru b’xi mod ieħor li jista’ jwassal għall-kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras b’tessut nervuż ċentrali. Il-laħam tar-ras ukoll ma għandu jinħażen minn ebda ras fejn il-kontaminazzjoni minn irjus bħal dawn ikun suspettuż;

(iii) bla ħsara għar-regoli ġenerali dwar l-iġjene, l-istruzzjonijiet speċifiċi ta’ ħidma għandhom ikunu fis-seħħ biex ma jitħalliex li jkun hemm kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras waqt it-trasport u l-ħażna, b’mod partikolari meta s-siġill jintilef jew l-għajnejn jinkisru matul l-attività;

(f) għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni għall-impjant tat-tqattigħ bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali biex jiġi vverifikat li l-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni jkunu implimentati sew.

10. Regoli dwar il-kummerċ u t-trasport

10.1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jintbagħtu rjus ta’ karkassi mhux maqlugħa li fihom ikun hemm materjal riskjuż speċifikat lil Stat Membru ieħor wara li dak l-Istat Membru jkun qabel li jirċievi l-materjal u approva l-kundizzjonijiet tad-dispaċċ u t-trasport.

10.2. B’deroga mill-punt 10.1, karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f’mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief għall-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija ta’ l-għerq dorsali, jistgħu’ jintbagħtu minn Stat Membru għall-ieħor mingħajr il-qbil minn qabel ta’ dan ta’ l-aħħar.

10.3. Esportazzjonijiet barra mill-Komunità ta’ rjus u laħam frisk ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini li fihom materjali riskjużi speċifikati għandhom ikunu pprojbiti.

11. Kontrolli

11.1. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali frekwenti biex jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta’ dan l-Anness u għandhom jiżguraw li l-miżuri jittieħdu biex tiġi evitata kull kontaminazzjoni, partikolarment f’biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ jew postijiet oħra fejn il-materjal riskjuż speċifikat jitneħħa, bħall-ħwienet tal-laħam jew stabbilimenti msemmija fil-punt 4.1.(c).

11.2. L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jwaqqfu sistema biex jiżguraw u jikkontrollaw li l-materjal riskjuż speċifikat ikun ittrattat u mormi skond ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 u r-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

11.3. Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll għat-tneħħija tal-kolonna vertebrali kif speċifikat fil-punt 1(a). Is-sistema għandha tinkludi għall-inqas il-miżuri li ġejjin:

(a) meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali mhix meħtieġa, il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi ta’ annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom ikunu identifikati bi strixxa blu li tidher b’mod ċar fuq it-tabella msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000;

(b) tagħrif speċifiku fuq l-għadd ta’ karkassi bovini jew qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi, li t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom hija meħtieġa kif ukoll in-numru meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom mhix meħtieġa, għandu jiddaħħal fuq id-dokument kummerċjali li għandu x’jaqsam mal-konsenji tal-laħam. Fejn ikun applikabbli, it-tagħrif speċifiku għandu jiżdied mad-dokument imsemmi fl-Artikolu 2 (1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 [*] fil-każ ta’ importazzjonijiet;

(ċ) il-ħwienet tal-laħam għandhom iżommu, għal ta’ l-inqas sena, id-dokumenti kummerċjali msemmija fil-(b).

"

(3) L-Anness VI qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

"

"ANNESS VI

PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI LI ĠEW MINN JEW LI FIHOM MATERJALI RUMINANTI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 9(1)"

"

(4) L-Anness VIII qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(a) Il-Kapitolu A qiegħed jiġi emendat kif ġej:

(i) It-titolu tal-Parti I qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

"I. Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-annimali ovini u kaprini u semen u embrijuni tagħhom"

(ii) Il-Parti II qiegħda tinbidel b’dan li ġej:

"II. Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-annimali bovini

Ir-Renju Unit għandu jiżgura li annimali bovini mwielda jew imrobbija fit-territorju tiegħu qabel l- 1 ta’ Awwissu 1996 ma jintbagħtux mit-territorju tiegħu lejn Stati Membri jew pajjiżi terzi oħrajn."

(b) il-Kapitolu C qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

"KAPITOLU C

Kundizzjonijiet għal kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali

TAQSIMA A:

prodotti

Il-prodotti li ġejjin li joriġinaw mill-annimali huma eżenti mill-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3), sakemm ikunu derivati minn annimali bovini, ovini u kaprini li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima B:

- laħam frisk

- laħam ikkapuljat

- preparazzjonijiet tal-laħam

- prodotti tal-laħam

TAQSIMA B

rekwiżiti

Il-prodotti msemmija fit-Taqsima A jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a) l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma ġewx mitmugħa ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġew minn ruminanti u għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(b) l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li oriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma nqatlux wara li ġew storduti permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess metodu jew maqtula b’laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla mdaħħal fil-kavità kranjali;

(c) il-prodotti ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini mhumiex ġejjin minn:

(i) materjal ta’ riskju speċifikat kif definit fl-Anness V,

(ii) tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tat-tneħħija ta’ l-għadam, u

(iii) laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini; "

(5) L-Anness IX huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Kapitolu A qiegħed jitħassar;

(b) Il-Kapitoli B, C u D qegħdin jinbidlu b’dan li ġej:

"KAPITOLU B

Importazzjoni ta’ l-annimali bovini

TAQSIMA A

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju ftit li xejn ta’ ESB

Importazzjonijiet ta’ annimali bovini minn pajjiż jew reġjun b’riskju ftit li xejn ta’ ESB għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a) l-annimali twieldu u trabbew f’pajjiż jew reġjun ikklassifikat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li ftit li xejn jimponi riskju ta’ ESB;

(b) l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu ntraċċati lura għall-omm u l-merħla ta’ l-oriġini, u mhumiex annimali bovini esposti kif deskritt fil-Kapitolu C, parti I, punt 4) b) iv) ta’ l-Anness II u;

(ċ) jekk kien hemm każijiet indiġeni ta’ ESB fil-pajjiż ikkonċernat, l-annimali twieldu wara d-data minn meta l-projbizzjoni fuq l-għalf ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak u gambal li jiġu minn ruminanti bdiet tiġi effettivament infurzata jew wara d-data tat-twelid ta’ l-aħħar każ indiġenu ta’ ESB jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf.

TAQSIMA B

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju kkontrollat ta’ ESB

Importazzjonijiet ta’ annimali bovini minn pajjiż jew reġjun b’riskju kkontrollat ta’ ESB għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a) il-pajjiż jew reġjun huwa kklassifikat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju kkontrollat ta’ ESB;

(b) l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu intraċċati lura għall-omm u l-merħla ta’ l-oriġini, u mhumiex annimali bovini esposti kif deskritt fil-Kapitolu C, Parti II, punt 4) b) iv) ta’ l-Anness II;

(ċ) l-annimali twieldu wara d-data minn meta l-projbizzjoni fuq l-għalf ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak u gambal li jiġu minn ruminanti bdiet tiġi effettivament infurzata jew wara d-data tat-twelid ta’ l-aħħar każ indiġenu ta’ ESB jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf.

TAQSIMA C

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju indeterminat ta’ ESB

Importazzjonijiet ta’ annimali bovini minn pajjiż jew reġjun b’riskju indeterminat ta’ ESB għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a) il-pajjiż jew reġjun ma ġiex ikkategorizzat skond l-Artikolu 5 (2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jew ġie kkategorizzat bħala pajjiż jew reġjun b’riskju indeterminat ta’ ESB;

(b) l-annimali huma identifikati b’sistema ta’ identifikazzjoni permanenti li tippermettilhom li jiġu intraċċati lura għall-omm u l-merħla ta’ l-oriġini, u mhumiex bovini esposti kif deskritt fil-Kapitolu C, parti II, punt 4) b) iv) ta’ l-Anness II;

(ċ) l-annimali twieldu ta’ l-inqas sentejn wara d-data minn meta l-projbizzjoni fuq l-għalf ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak li jiġu minn ruminanti bdiet tiġi effettivament infurzata jew wara d-data tat-twelid ta’ l-aħħar każ indiġenu ta’ ESB jekk twieldu wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf.

KAPITOLU C

Importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini jew kaprini

TAQSIMA A

prodotti

Il-prodotti li oriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini li ġejjin, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [*] elenkati hawn taħt għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsimiet B, C u D skond il-kategorija ta’ riskju ta’ ESB tal-pajjiż ta’ l-oriġini:

- laħam frisk

- laħam ikkapuljat u preparazzjonijiet tal-laħam

- prodotti tal-laħam

- grass ipproċessat ta’ l-annimali

- residwi u

- ġelatina.

TAQSIMA B

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju ftit li xejn ta’ ESB

Importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A minn pajjiż jew reġjun b’riskju ftit li xejn ta’ ESB għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a) il-pajjiż jew reġjun huwa kklassifikat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju kkontrollat ta’ ESB;

(b) l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu fil-pajjiż b’riskju ftit li xejn ta’ ESB u għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(ċ) jekk fil-pajjiż jew reġjun kien hemm każijiet indiġeni ta’ ESB:

(i) l-annimali twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi infurzata l-projbizzjoni fuq l-għalf ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak u gambal li ġejjin minn ruminanti, jew

(ii) il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjali riskjużi speċifikati kif definit fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini.

TAQSIMA C

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju kkontrollat ta’ ESB

1. Importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A minn pajjiż jew reġjun b’riskju kkontrollat ta’ ESB għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a) il-pajjiż jew reġjun huwa kklassifikat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li jimponi riskju kkontrollat ta’ ESB;

(b) l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(ċ) annimali minn fejn ġew il-prodotti li oriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini destinati għall-esportazzjoni ma nqatlux wara li ġew storduti permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess metodu jew maqtula b’laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla mdaħħal fil-kavità kranjali;

(d) il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex ġejjin minn materjal riskjuż speċifikat kif definit fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini.

2. B’deroga mill-punt 1(d), jistgħu jiġu importati karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f’mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief għall-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija ta’ l-għerq dorsali.

3. Meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali mhix meħtieġa, il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi ta’ annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom ikunu identifikati bi strixxa blu fuq it-tabella msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

4. L-għadd ta’ karkassi bovini jew qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi, li t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom hija meħtieġa kif ukoll l-għadd li t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom mhix meħtieġa għandhom jiżdiedu mad-dokument msemmi fl-Artikolu 2 (1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 f’każ ta’ importazzjonijiet.

TAQSIMA D

Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b’riskju indeterminat ta’ ESB

1. Importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A minn pajjiż jew reġjun b’riskju indeterminat ta’ ESB, għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a) l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma ġewx mitmugħa ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġew minn ruminanti u għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;

(b) l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li oriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma nqatlux wara li ġew storduti permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess metodu jew maqtula b’laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla mdaħħal fil-kavità kranjali;

(ċ) il-prodotti ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini mhumiex ġejjin minn:

(i) materjal riskjuż speċifikat kif definit fl-Anness V;

(ii) tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tat-tneħħija ta’ l-għadam;

(iii) laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini.

2. B’deroga mill-punt 1(c), jistgħu jiġu importati karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f’mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief għall-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija ta’ l-għerq dorsali.

3. Meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali mhix meħtieġa, il-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi ta’ annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom ikunu identifikati bi strixxa blu viżibbli b’mod ċar fuq it-tabella msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000.

4. Tagħrif speċifiku fuq l-għadd ta’ karkassi bovini jew qatgħat bl-ingrossa ta’ karkassi, li t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom hija meħtieġa u li t-tneħħija tal-kolonna vertebrali minnhom mhix meħtieġa għandhom jiżdiedu mad-dokument msemmi fl-Artikolu 2 (1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 f’każ ta’ importazzjonijiet.

KAPITOLU D

L-importazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti ipproċessati li ġejjin minnhom li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini

TAQSIMA A

Prodotti sekondarji mill-annimali

Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti ipproċessati li ġejjin minnhom li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini li ġejjin kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002:

- grass ipproċessat

- ikel għall-annimali domestiċi

- prodotti tad-demm

- il-proteini ta’ l-annimali pproċessati

- għadam u prodotti mill-għadam

- materjal ta’ kategorija 3 u

- ġelatina.

TAQSIMA B

Importazzjonijiet ta’ prodotti pproċessati ta’ prodotti sekondarji mill-annimali li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa ta’ l-annimali li jattesta li:

(a) il-prodott sekondarju mill-annimali ma fihx u mhux ġej minn materjal riskjuż speċifikat kif definit fl-Anness V jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini;

(b) l-annimali minn fejn ġie dan il-prodott sekondarju mill-annimali, ma nqatlux wara li ġew storduti permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess metodu jew maqtula b’laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla mdaħħal fil-kavità kranjali;

jew

(ċ) il-prodott sekondarju mill-annimali ma fihx u mhux ġej minn materjali bovini, ovini u kaprini ħlief dawk li ġejjin minn annimali li twieldu, trabbew kontinwament u nqatlu f’pajjiż jew reġjun ikklassifikat skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 bħala pajjiż jew reġjun li ftit li xejn jimponi riskju ta’ ESB.

(ċ) Il-Kapitolu F qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

"KAPITOLU F

Importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn annimali mill-familja taċ-ċriev selvaġġi jew imrobbija fl-irziezet

1. Meta l-laħam frisk, il-kapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li ġejjin minn annimali mill-familja taċ-ċriev imrobbija fl-irziezet, ikunu importati fil-Komunità mill-Kanada jew l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-produzzjoni, li tgħid dan li ġej:

"Dan il-prodott fih jew ġej esklussivament minn laħam, esklużi l-ġewwieni u n-nerv tas-sinsla, ta’ annimali mill-familja taċ-ċriev imrobbija f’irziezet li ġew eżaminati għall-marda tat-tnewwin kroniku b’metodi istopatoloġiċi, immunoistokimiċi jew metodi dijanjostiċi oħrajn rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti b’riżultati negattivi u mhux ġej minn annimali li ġejjin minn merħla fejn il-marda tat-tnewwin kroniku ġiet ikkonfermata jew hija uffiċjalment suspettata."

2. Meta l-laħam frisk, il-kapuljat, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam kif definiti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004, li ġejjin minn annimali mill-familja taċ-ċriev selvaġġi, ikunu importati fil-Komunità mill-Kanada jew l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-produzzjoni, li tgħid dan li ġej:

"Dan il-prodott fih jew ġej esklussivament minn laħam, esklużi l-ġewwieni u n-nerv tas-sinsla, ta’ annimali mill-familja taċ-ċriev selvaġġi li ġew eżaminati għall-marda tat-tnewwin kroniku b’metodi istopatoloġiċi, immunoistokimiċi jew metodi dijanjostiċi oħrajn rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti b’riżultati negattivi u mhux ġej minn annimali li ġejjin minn reġjun fejn il-marda tat-tnewwin kroniku ġiet ikkonfermata fl-aħħar tliet snin jew hija uffiċjalment suspettata."

"

(d) Il-Kapitolu G qiegħed jitħassar.

(6) L-Anness XI qiegħed jitħassar.

[1] Prevalenza prevista hija użata biex tiddetermina d-daqs ta’ stħarriġ ta’ test espress f’termini ta’ punti ta’ mira. Jekk il-prevalenza effettiva tkun ikbar mill-prevalenza prevista magħżula, l-istħarriġ x’aktarx ħafna li jsib marda.

[2] annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 36 xahar fi qtil ta’ rutina.

[3] annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li jinstabu mejta jew maqtula fir-razzett, waqt it-trasport jew f’biċċerija (stokk li miet).

[4] annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li ma jkunux ambulatorji, mimduda u li ma jkunux kapaċi jqumu fuq riġlejhom jew jimxu mingħajr għajnuna; annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar mibgħuta għal qatla ta’ emerġenza jew b’osservazzjonijiet fi spezzjoni ante-mortem (qatla ta’ emerġenza jew mewt aċċidentali).

[5] annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li qegħdin juru sinjali kliniċi jew ta’ mġiba konsistenti ma’ l-ESB (suspetti kliniċi).

[*] ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11."

[*] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta (ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22)."

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet