Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 681/2007 tat- 13 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-listi tal-proċedimenti ta’ falliment, tal-proċedimenti ta’ għeluq u ta’ likwidaturi fl-Annessi A, B u Ċ mar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment
Official Journal L 159 , 20/06/2007 P. 0001 - 0013
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 681/2007 tat- 13 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-listi tal-proċedimenti ta’ falliment, tal-proċedimenti ta’ għeluq u ta’ likwidaturi fl-Annessi A, B u Ċ mar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad- 29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi: (1) L-Annessi A, B u Ċ mar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 jelenkaw l-indikazzjonijiet mogħtija fil-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri lill-proċedimenti u lil-likwidaturi li għalihom japplika dak ir-Regolament. L-Anness A jelenka l-proċedimenti ta’ falliment imsemmijin fl-Artikolu 2(a) ta’ dak ir-Regolament. L-Anness B jelenka l-listi tal-proċedimenti ta’ għeluq imsemmijin fl-Artikolu 2(ċ) ta’ dak ir-Regolament u l-Anness Ċ jelenka l-likwidaturi msemmijin fl-Artikolu 2(b) ta’ dak ir-Regolament. (2) L-Annessi A, B u Ċ mar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 ġew emendati mill-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003 sabiex jinkludu l-proċedimenti ta’ falliment, il-proċedimenti ta’ għeluq u l-likwidaturi ta’ l-għaxar Stati Membri li ngħaqdu ma’ l-Unjoni Ewropea fl-2004, mir-Regolament (KE) Nru 603/2005 [2] u mir-Regolament (KE) Nru 694/2006 [3] sabiex jiġu emendati l-imsemmija Annessi fir-rigward ta’ diversi Stati Membri u bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 sabiex jiġu inklużi l-proċedimenti ta’ falliment, il-proċedimenti ta’ għeluq u l-likwidaturi tal-Bulgarija u tar-Rumanija. (3) Fid- 29 ta’ Awwissu 2006 r-Repubblika Ċeka nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b’emendi għal-listi mniżżlin fl-Annessi A, B u Ċ ma’ dak ir-Regolament. (4) Fis- 26 ta’ Jannar 2007 r-Rumanija nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b’emendi għal-listi mniżżlin fl-annessi A, B u Ċ ma’ dak ir-Regolament. (5) Fis- 27 ta’ Frar 2007 l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b’emendi għal-listi mniżżlin fl-Annessi B u Ċ ma’ dak ir-Regolament. (6) Fit- 23 ta’ Marzu 2007 l-Iżvezja nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b’emenda għal-lista mniżżla fl-Anness Ċ ma’ dak ir-Regolament. (7) Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament (KE) Nru 1346/2000, u, permezz ta’ l-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament, u għalhekk qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. (8) Id-Danimarka, skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u għalhekk m’hijiex marbuta bih u lanqas hija suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. (9) Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 huwa b’dan emendat kif ġej: (1) L-Anness A għandu jiġi sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament; (2) L-Anness B għandu jiġi sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament; (3) L-Anness Ċ għandu jiġi sostitwit bit-test imniżżel fl-Anness III ma’ dan ir-Regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Madankollu, l-indikazzjonijiet fl-Annessi A, B u Ċ għar-Repubblika Ċeka għandhom japplikaw mill- 1 ta’ Jannar 2008. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri konformement mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Magħmul fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ġunju 2007. Għall-Kunsill Il-President W. Schäuble [1] ĠU L 160, 30.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1). [2] ĠU L 100, 20.4.2005, p. 1. [3] ĠU L 121, 6.5.2006, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS I "ANNESS A Proċedimenti ta’ falliment imsemmijin fl-Artikolu 2(a) BELGIË/BELGIQUE - Het faillissement/La faillite - Het gerechtelijk akkoord/Le concordat judiciaire - De collectieve schuldenregeling/Le règlement collectif de dettes - De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire - De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire - De voorlopige ontneming van beheer, bepaald in artikel 8 van de faillissementswet/Le dessaisissement provisoire, visé à l’article 8 de la loi sur les faillites БЪЛГАРИЯ - Производство по несъстоятелност ČESKÁ REPUBLIKA - Konkurs - Reorganizace - Oddlužení DEUTSCHLAND - Das Konkursverfahren - Das gerichtliche Vergleichsverfahren - Das Gesamtvollstreckungsverfahren - Das Insolvenzverfahren EESTI - Pankrotimenetlus ΕΛΛΑΣ - Η πτώχευση - Η ειδική εκκαθάριση - Η προσωρινή διαχείριση εταιρείας. Η διοίκηση και διαχείριση των πιστωτών - Η υπαγωγή επιχείρησης υπό επίτροπο με σκοπό τη σύναψη συμβιβασμού με τους πιστωτές ESPAÑA - Concurso FRANCE - Sauvegarde - Redressement judiciaire - Liquidation judiciaire IRELAND - Compulsory winding-up by the court - Bankruptcy - The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent - Winding-up in bankruptcy of partnerships - Creditors’ voluntary winding-up (with confirmation of a court) - Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution - Company examinership ITALIA - Fallimento - Concordato preventivo - Liquidazione coatta amministrativa - Amministrazione straordinaria ΚΥΠΡΟΣ - Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο - Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος - Εκούσια εκκαθάριση από μέλη - Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου - Πτώχευση κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος - Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα LATVIJA - Bankrots - Izlīgums - Sanācija LIETUVA - įmonės restruktūrizavimo byla - įmonės bankroto byla - įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka LUXEMBOURG - Faillite - Gestion contrôlée - Concordat préventif de faillite (par abandon d’actif) - Régime spécial de liquidation du notariat MAGYARORSZÁG - Csődeljárás - Felszámolási eljárás MALTA - Xoljiment - Amministrazzjoni - Stralċ volontarju mill-membri jew mill-kredituri - Stralċ mill-Qorti - Falliment f’każ ta’ negozjant NEDERLAND - Het faillissement - De surséance van betaling - De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen ÖSTERREICH - Das Konkursverfahren - Das Ausgleichsverfahren POLSKA - Postępowanie upadłościowe - Postępowanie układowe - Upadłość obejmująca likwidację - Upadłość z możliwością zawarcia układu PORTUGAL - O processo de insolvência - O processo de falência - Os processos especiais de recuperação de empresa, ou seja: A concordata A reconstituição empresarial A reestruturação financeira A gestão controlada ROMÂNIA - procedura insolvenței - reorganizarea judiciară - procedura falimentului SLOVENIJA - Stečajni postopek - Skrajšani stečajni postopek - Postopek prisilne poravnave - Prisilna poravnava v stečaju SLOVENSKO - Konkurzné konanie - Reštrukturalizačné konanie SUOMI/FINLAND - Konkurssi/konkurs - Yrityssaneeraus/företagssanering SVERIGE - Konkurs - Företagsrekonstruktion UNITED KINGDOM - Winding-up by or subject to the supervision of the court - Creditors’ voluntary winding-up (with confirmation by the court) - Administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court - Voluntary arrangements under insolvency legislation - Bankruptcy or sequestration". -------------------------------------------------- ANNESS II "ANNESS B Proċedimenti ta’ għeluq imsemmija fl-Artikolu 2(ċ) BELGIË/BELGIQUE - Het faillissement/La faillite - De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire - De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire БЪЛГАРИЯ - Производство по несъстоятелност ČESKÁ REPUBLIKA - Konkurs DEUTSCHLAND - Das Konkursverfahren - Das Gesamtvollstreckungsverfahren - Das Insolvenzverfahren EESTI - Pankrotimenetlus ΕΛΛΑΣ - Η πτώχευση - Η ειδική εκκαθάριση ESPAÑA - Concurso FRANCE - Liquidation judiciaire IRELAND - Compulsory winding-up - Bankruptcy - The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent - Winding-up in bankruptcy of partnerships - Creditors’ voluntary winding-up (with confirmation of a court) - Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the Official Assignee for realisation and distribution ITALIA - Fallimento - Concordato preventivo con cessione dei beni - Liquidazione coatta amministrativa - Amministrazione straordinaria con programma di cessione dei complessi aziendali - Amministrazione straordinaria con programma di ristrutturazione di cui sia parte integrante un concordato con cessione dei beni ΚΥΠΡΟΣ - Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο - Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου - Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές (με την επικύρωση του Δικαστηρίου) - Πτώχευση - Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα LATVIJA - Bankrots LIETUVA - įmonės bankroto byla - įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka LUXEMBOURG - Faillite - Régime spécial de liquidation du notariat MAGYARORSZÁG - Felszámolási eljárás MALTA - Stralċ volontarju - Stralċ mill-Qorti - Falliment inkluż il-ħruġ ta’ mandat ta’ qbid mill-Kuratur f’każ ta’ negozjant fallut NEDERLAND - Het faillissement - De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen ÖSTERREICH - Das Konkursverfahren POLSKA - Postępowanie upadłościowe - Upadłość obejmująca likwidację PORTUGAL - O processo de insolvência - O processo de falência ROMÂNIA - procedura falimentului SLOVENIJA - Stečajni postopek - Skrajšani stečajni postopek SLOVENSKO - Konkurzné konanie SUOMI/FINLAND - Konkurssi/konkurs SVERIGE - Konkurs UNITED KINGDOM - Winding-up by or subject to the supervision of the court - Winding-up through administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court - Creditors’ voluntary winding-up (with confirmation by the court) - Bankruptcy or sequestration". -------------------------------------------------- ANNESS III "ANNESS Ċ Likwidaturi msemmija fl-Artikolu 2(b) BELGIË/BELGIQUE - De curator/Le curateur - De commissaris inzake opschorting/Le commissaire au sursis - De schuldbemiddelaar/Le médiateur de dettes - De vereffenaar/Le liquidateur - De voorlopige bewindvoerder/L’administrateur provisoire БЪЛГАРИЯ - Назначен предварително временен синдик - Временен синдик - (Постоянен) синдик - Служебен синдик ČESKÁ REPUBLIKA - Insolvenční správce - Předběžný insolvenční správce - Oddělený insolvenční správce - Zvláštní insolvenční správce - Zástupce insolvenčního správce DEUTSCHLAND - Konkursverwalter - Vergleichsverwalter - Sachwalter (nach der Vergleichsordnung) - Verwalter - Insolvenzverwalter - Sachwalter (nach der Insolvenzordnung) - Treuhänder - Vorläufiger Insolvenzverwalter EESTI - Pankrotihaldur - Ajutine pankrotihaldur - Usaldusisik ΕΛΛΑΣ - Ο σύνδικος - Ο προσωρινός διαχειριστής. Η διοικούσα επιτροπή των πιστωτών - Ο ειδικός εκκαθαριστής - Ο επίτροπος ESPAÑA - Administradores concursales FRANCE - Mandataire judiciaire - Liquidateur - Administrateur judiciaire - Commissaire à l’exécution du plan IRELAND - Liquidator - Official Assignee - Trustee in bankruptcy - Provisional Liquidator - Examiner ITALIA - Curatore - Commissario giudiziale - Commissario straordinario - Commissario liquidatore - Liquidatore giudiziale ΚΥΠΡΟΣ - Εκκαθαριστής και Προσωρινός Εκκαθαριστής - Επίσημος Παραλήπτης - Διαχειριστής της Πτώχευσης - Εξεταστής LATVIJA - Maksātnespējas procesa administrators LIETUVA - Bankrutuojančių įmonių administratorius - Restruktūrizuojamų įmonių administratorius LUXEMBOURG - Le curateur - Le commissaire - Le liquidateur - Le conseil de gérance de la section d’assainissement du notariat MAGYARORSZÁG - Vagyonfelügyelő - Felszámoló MALTA - Amministratur Proviżorju - Riċevitur Uffiċjali - Stralċjarju - Maniġer Speċjali - Kuraturi f’każ ta’ proċeduri ta’ falliment NEDERLAND - De curator in het faillissement - De bewindvoerder in de surséance van betaling - De bewindvoerder in de schuldsaneringsregeling natuurlijke personen ÖSTERREICH - Masseverwalter - Ausgleichsverwalter - Sachwalter - Treuhänder - Besondere Verwalter - Konkursgericht POLSKA - Syndyk - Nadzorca sądowy - Zarządca PORTUGAL - Administrador da insolvência - Gestor judicial - Liquidatário judicial - Comissão de credores ROMÂNIA - practician în insolvență - administrator judiciar - lichidator SLOVENIJA - Upravitelj prisilne poravnave - Stečajni upravitelj - Sodišče, pristojno za postopek prisilne poravnave - Sodišče, pristojno za stečajni postopek SLOVENSKO - Predbežný správca - Správca SUOMI/FINLAND - Pesänhoitaja//boförvaltare - Selvittäjä//utredare SVERIGE - Förvaltare - Rekonstruktör UNITED KINGDOM - Liquidator - Supervisor of a voluntary arrangement - Administrator - Official Receiver - Trustee - Provisional Liquidator - Judicial factor". --------------------------------------------------