Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE tal- 25 ta’ Mejju 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE u 90/642/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi ta' residwi għal azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl-M u trifloxystrobin Test b’relevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 135 , 26/05/2007 P. 0006 - 0017


Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE

tal- 25 ta’ Mejju 2007

li temenda ċerti Annessi tad-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE u 90/642/KEE f'dak li għandu x'jaqsam mal-livelli massimi ta' residwi għal azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl-M u trifloxystrobin

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi ta’ pestiċidi fi u fuq affarijiet ta' l-ikel ta’ oriġini mill-annimali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas- 27 ta’ Novembru 1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal- 15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(f) tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 91/414/KEE, l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni (jew ħarsien – jekk taqbel ħu ħsieb il-bqija tad-dokument) tal-pjanti għall-użu fuq ħxejjex speċifiċi huma r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri. Awtorizzazzjonijiet ta' dan it-tip għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni ta’ l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali u ta’ l-influwenza fuq l-ambjent. L-elementi li għandhom jitqiesu f'dawn il-valutazzjonijiet jinkludu l-esponiment ta’ l-operaturi u ta’ persuni fil-qrib u l-impatt fuq l-ambjenti ta' l-art, l-ilma u l-arja, kif ukoll l-impatt fuq il-bnedmin u l-annimali mill-konsum ta’ residwi fuq ħxejjex li jkunu ġew ittrattati.

(2) Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) jirriflettu l-użu ta’ kwantitajiet minimi ta’ pestiċidi għall-protezzjoni effettiva tal-pjanti, li jiġu applikati b’tali mod li l-ammont ta’ residwu jkun l-iżgħar ammont prattikabbli u tossikoloġikament aċċettabbli, b'mod partikolari fit-termini ta’ stima ta’ konsum fid-dieta.

(3) L-MRLs għal pestiċidi koperti mid-Direttivi 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom jinżammu taħt reviżjoni u jistgħu jiġu mmodifikati sabiex jitqiesu użi ġodda jew mibdula. Tagħrif dwar użi ġodda jew mibdula ġie kkomunikat lill-Kummissjoni, li għandu jwassal għal bidliet fil-livelli ta' residwi ta' azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl-M u trifloxystrobin.

(4) L-esponiment tul il-ħajja tal-konsumaturi għal dawk il-pestiċidi permezz ta’ prodotti alimentari li jista’ jkun fihom ir-residwi ta’ dawk il-pestiċidi, ġie assessjat u vvalutat skond il-proċeduri u l-prassi użati fi ħdan il-Komunità, filwaqt li tqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa [4]. Skond dawk l-istimi u l-valutazzjonijiet, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex jiżguraw li ma jinqabiżx il-limitu aċċettabbli ta’ konsum ta’ kuljum fid-dieta.

(5) Fil-każ ta' klorfenapir, folpet u lambda-ċijalotrin li għalihom teżisti doża ta' referenza akuta (ARfD), l-esponiment akut tal-konsumaturi permezz ta' kull wieħed mill-prodotti alimentari li għandhom imnejn ikun fihom residwi ta' dawn il-pestiċidi, ġie assessjat u vvalutat skond il-proċeduri u l-prassi użati attwalment fi ħdan il-Komunità, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. L-opinjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti (SCP), b’mod partikolari l-pariri u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumaturi mill-prodotti alimentari li jkunu ġew ittrattati bil-pestiċidi [5], ġew meqjusa. Skond l-istima tal-konsum fid-dieta, l-MRLs għal dawk il-pestiċidi għandhom jiġu ffissati sabiex ikun żgurat li ma jinqabiżx l-ARfD. Fil-każ tas-sustanzi l-oħra, l-istima tat-tagħrif disponibbli wriet li l-ebda ARfD mhi meħtieġa u li għaldaqstant mhix neċessarja stima fuq perjodu ta' żmien qasir.

(6) Fejn l-użu awtorizzat ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultax f’livelli li jistgħu jiġu osservati ta’ residwi ta’ pestiċidi ġewwa jew fuq il-prodott alimentari, jew fejn ma hemmx użu awtorizzat, jew fejn l-użu li jkun ġie awtorizzat mill-Istati Membri ma jkunx ġie sostnut bid-data meħtieġa, jew fejn l-użu f'pajjiżi terzi li jirriżulta f’residwi ġewwa jew fuq il-prodotti alimentari li għandhom mnejn jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunx ġie sostnut bit-tali data meħtieġa, l-MRLs għandhom jiġu ffissati fil-livell l-iktar baxx ta' l-osservanza analitika.

(7) L-iffissar jew l-immodifikar ta' MRLs proviżorji fil-livell Komunitarju ma jżommx lill-Istati Membri milli jistabbilixxu MRLs proviżorji għal maleic hydrazide u trifloxystrobin skond l-Artikolu 4(1)(f) tad-Direttiva 91/414/KEE u l-Anness VI ta' dik id-Direttiva. Huwa meqjus li perjodu ta’ erba’ snin huwa biżżejjed sabiex jiġu permessi aktar użi ta’ dawn is-sustanzi. L-MRLs proviżorji tal-Komunità għandhom imbagħad isiru definittivi.

(8) Għaldaqstant huwa neċessarju li jkunu mmodifikati l-MRLs stabbiliti fl-Annessi tad-Direttivi 86/363/KEE u 90/642/KEE, sabiex jippermettu sorveljanza u kontroll adattati ta' l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernati u sabiex iħarsu l-konsumatur. Fejn l-MRLs diġà ġew definiti fl-Annessi ta' dawk id-Direttivi, huwa xieraq li jiġu mmodifikati. Fejn l-MRLs għadhom ma ġewx definiti, huwa xieraq li jitfasslu għall-ewwel darba.

(9) Id-Direttivi 86/363/KEE u 90/642/KEE għandhom għaldaqstant jiġu emendati skond dan.

(10) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel (jew Alimentari) u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 86/363/KEE hija emendata skond l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mis- 26 ta’ Novembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu bi qbil ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis- 27 ta’ Novembru 2007.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif trid issir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 221, 7.8.1986, p. 43. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/27/KE (ĠU L 128, 16.5.2007, p. 31).

[2] ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/72/KE.

[3] ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/25/KE (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 34).

[4] Il-Linji Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).

[5] L-opinjoni tirrigwarda l-kwistjonijiet konnessi ma' l-emendar ta' l-Annessi għad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE u 90/642/KEE (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l- 14 ta’ Lulju 1998); L-opinjoni tirrigwarda r-residwi tal-pestiċidi varjabbli fil-frott u l-ħxejjex (Opinjoni espressa mill-SCP nhar l- 14 ta’ Lulju 1998); http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scp/outcome_ppp_en.html.

--------------------------------------------------

ANNESS I

F'parti B ta' l-Anness II tad-Direttiva 86/363/KEE, tiżdied il-linja li ġejja:

| Livelli massimi f’mg/kg |

Residwi tal-Pestiċida | tal-laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, il-ġewwieni u x-xaħmijiet ta’ l-annimali elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 0205, 0206, 0207, ex0208, 0209, 0210, 1601 u 1602 | għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0401, 0402, 0405 u 0406 | ta’ bajd frisk bil-qoxra, għal bajd ta’ l-għasafar u l-isfar tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-intestaturi Nri 0407 u 0408 |

"Maleic hydrazide [2] | laħam (ħlief tat-tjur) 0,05 [3] fwied (ħlief tat-tjur) 0,05 [3] kliewi (ħlief tat-tjur) 0,5 [3] oħrajn 0,02 [1] [3] | 0,2 [3] [4] | 0,1 [3] |

[*] Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika.

[2] Id-definizzjoni ta' residwi għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib hija: maleic hydrazide u l-konjugati tiegħu definiti bħala maleic hydrazide.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Fil-parti A ta’ l-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, il-kolonni għal azoxystrobin, klorfenapir, folpet, iprodjon, lambda-ċijalotrin, maleic hydrazide, metalaxyl u trifloxystrobin jinbidlu b’dan li ġej:

| Ir-residwu tal-pestiċidi u l-livell ta’ residwu massimu (mg/kg) |

Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs | Azoxystrobin | Klorfenapir | Folpet | Iprodjon | 15. Lambda-cijalotrin | 57. Maleic hydrazide | Metalaxyl li jinkludi taħlitiet oħra ta' iżomeri kostitwenti li jinkludu l-metalaxyl-M (it-total ta' l-iżomeri) | trifloxystrobin |

"1.Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippriservat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġwież | | 0,05 [1] | | | | 0,2 [1] [3] | | |

(i)IL-FROTT TAĊ-ĊITRU | 1 | | 0,02 [1] | | | | 0,5 | 0,3 [3] |

Grejpfrut | | | | | 0,1 | | | |

Lumi | | | | 5 [3] | 0,2 | | | |

Lajm | | | | | 0,2 | | | |

Mandolin (inklużi l-klementini u ibridi oħra) | | | | 1 [3] | 0,2 | | | |

Larinġ | | | | | 0,1 | | | |

Pomelos | | | | | 0,1 | | | |

Oħrajn | | | | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | | | |

(ii)ĠWIEŻ TAS-SIĠAR (TREE NUTS) (bil-qoxra jew mingħajrha) | 0,1 [1] | | 0,02 [1] | | 0,05 [1] | | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] |

Lewż | | | | | | | | |

Ġewż tal-Brażil | | | | | | | | |

Ġewż ta’ l-anakardju | | | | | | | | |

Qastan | | | | | | | | |

Ġewż ta' l-Indi | | | | | | | | |

Ġellewż | | | | 0,2 [3] | | | | |

Makadamja | | | | | | | | |

Ġwież tal-Pekan | | | | | | | | |

Ġwież ta’ l-arznu (pine nuts) | | | | | | | | |

Pistaċċi | | | | | | | | |

Ġewż | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | 0,02 [1] [3] | | | | |

(iii)FROTT TAŻ-ŻERRIEGĦA (POME FRUIT) | 0,05 [1] | | 3 [2] | 5 [3] | 0,1 | | 1 | 0,5 [3] |

Tuffieħ | | | | | | | | |

Lanġas | | | | | | | | |

Sfarġel | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | |

(iv)FROTT TA’ L-GĦADMA | 0,05 [1] | | | 3 [3] | | | 0,05 [1] | |

Berquq | | | | | 0,2 | | | 1 [3] |

Ċirasa | | | 2 | | | | | 1 [3] |

Ħawħ (inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili) | | | | | 0,2 | | | 1 [3] |

Għanbaqar | | | | | | | | 0,2 [3] |

Oħrajn | | | 0,02 [1] | | 0,1 | | | 0,02 [1] [3] |

(v)BERRIES U FROTT ŻGĦIR | | | | | | | | |

(a)Għeneb tal-mejda u ta’ l-inbid | 2 | | | 10 [3] | 0,2 | | | 5 [3] |

Għeneb tal-mejda | | | 0,02 [1] | | | | 2 | |

Għeneb ta' l-inbid | | | 5 | | | | 1 | |

(b)Frawli (ħlief dak selvaġġ) | 2 | | 3 [2] | 15 [3] | 0,5 | | 0,5 | 0,5 [3] |

(c)Frott tal-qasab (ħlief dak selvaġġ) | | | | 10 [3] | | | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] |

Tut | 3 | | 3 [2] | | | | | |

Dewberries | | | | | | | | |

Loganberries | | | | | | | | |

Ċawsli | 3 | | 3 [2] | | 0,2 | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | | 0,02 [1] | | 0,02 [1] | | | |

(d)Frott żgħir ieħor u berries (ħlief dak selvaġġ) | 0,05 [1] | | | 10 [3] | | | 0,05 [1] | |

Bilberries | | | | | | | | |

Cranberries | | | | | | | | |

Passolina (ħamra, sewda u bajda) | | | 3 [2] | | 0,1 | | | 1 [3] |

Gooseberries | | | 3 [2] | | 0,1 | | | 1 [3] |

Oħrajn | | | 0,02 [1] | | 0,02 [1] | | | 0,02 [1] [3] |

(e)Berries u frott salvaġġ | 0,05 [1] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,2 | | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] |

(vi)MIXXELLANJA | | | 0,02 [1] | | | | 0,05 [1] | |

Avokado | | | | | | | | |

Banana | 2 | | | | | | | 0,05 [3] |

Dati | | | | | | | | |

Tin | | | | | | | | |

Kiwi | | | | 5 [3] | | | | |

Kumquats | | | | | | | | |

Litchis | | | | | | | | |

Mango | 0,2 | | | | 0,1 | | | |

Żebbuġ (konsum domestiku) | | | | | 0,5 | | | |

Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) | | | | | 0,5 | | | |

Papaja | 0,2 | | | | | | | 1 [3] |

Passion fruit | | | | | | | | |

Ananas | | | | | | | | |

Rummien | | | | | | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | | | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | | | 0,02 [1] [3] |

2.Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin | | 0,05 [1] | | | | | | |

(i)ĦXEJJEX FIL-FORMA TA’ TUBERI JEW GĦERUQ | | | 0,02 [1] | | | | | |

Pitrava zokkrija | | | | | | | | |

Zunnarija | 0,2 | | | 0,5 [3] | | 30 [3] | 0,1 | 0,05 [3] |

Cassava | | | | | | | | |

Krafes | 0,3 | | | | 0,1 | | | |

Mustarda użata għaz-zalza | 0,2 | | | 0,5 [3] | | | 0,1 | |

Artiċokks | | | | | | | | |

Zunnarija bajda | 0,2 | | | 0,5 [3] | | 30 [3] | 0,1 | |

Għeruq tat-tursin | 0,2 | | | 0,5 [3] | | | | |

Ravanell | 0,2 | | | 0,3 [3] | 0,1 | | 0,1 | |

Sassefrika | 0,2 | | | | | | | |

Patata ħelwa | | | | | | | | |

Swedes | | | | | | | | |

Pjanta tal-ġenus Brassika | | | | | | | | |

Jam | | | | | | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | | | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | 0,2 [1] [3] | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] |

(ii)ĦXEJJEX F’SURA TA’ BASAL | | | | | | 0,2 [1] [3] | | 0,02 [1] [3] |

Tewm | | | | 0,2 [3] | | 15 [3] | 0,5 | |

Basal | | | 0,1 | 0,2 [3] | | 15 [3] | 0,5 | |

Shallots | | | | 0,2 [3] | | 15 [3] | 0,5 | |

Basal li jissejjaħ Spring onions | 2 | | | 3 [3] | 0,05 | | 0,2 | |

Oħrajn | 0,05 [1] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | 0,2 [1] [3] | 0,05 [1] | |

(iii)ĦXEJJEX LI HUMA L-FROTTA TAL-PJANTA | | | | | | 0,2 [1] [3] | | |

(a)Solanacea | 2 | | | 5 [3] | | | | |

Tadam | | | 2 [2] | | 0,1 | | 0,2 | 0,5 [3] |

Bżar | | | | | 0,1 | | 0,5 | |

Brunġiel | | | | | 0,5 | | | |

Okra | | | | | 0,1 | | | |

Oħrajn | | | 0,02 [1] | | 0,02 [1] | | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] |

(b)Għerq tal-qara’ tal-fliexken - tal-qoxra li tittiekel | 1 | | 0,02 [1] | 2 [3] | 0,1 | | | 0,2 [3] |

Ħjar | | | | | | | 0,5 | |

Gherkins | | | | | | | | |

Qarabali | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | 0,05 [1] | |

(c)Għerq tal-qara’ tal-fliexken tal-qoxra li ma tittikilx | 0,5 | | 1 | 1 [3] | 0,05 | | | |

Bettieħ | | | | | | | 0,2 | 0,3 [3] |

Squashes | | | | | | | | |

Dulliegħ | | | | | | | 0,2 | 0,2 |

Oħrajn | | | | | | | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] |

(d)Qamħirrum ħelu | 0,05 [1] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,05 | | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] |

(iv)ĦXEJJEX BRASSIKA | | | | | | 0,2 [1] [3] | | 0,02 [1] [3] |

(a)Brassika li tagħmel il-fjuri | 0,5 | | 0,02 [1] | 0,1 [3] | 0,1 | | 0,2 | |

Brokkli (inkluża l-Calabrese) | | | | | | | | |

Pastard | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | |

(b)Brassika bir-ras | 0,3 | | 0,02 [1] | | | | | |

Brussels sprouts | | | | 0,5 [3] | 0,05 | | | |

Kaboċċa tar-ras | | | | 5 [3] | 0,2 | | 1 | |

Oħrajn | | | | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | | 0,05 [1] | |

(c)Brassika bil-weraq | 5 | | 0,02 [1] | | 1 | | | |

Kaboċċa taċ-Ċina | | | | 5 [3] | | | | |

Kale | | | | | | | 0,2 | |

Oħrajn | | | | 0,02 [1] [3] | | | 0,05 [1] | |

(d)Ġidra | 0,2 | | 0,05 | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | | 0,05 [1] | |

(v)ĦXEJJEX LI L-WERAQ TAGĦHOM JITTIEKEL & ĦAXIX AROMATIKU FRISK | | | | | | 0,2 [1] [3] | | 0,02 [1] [3] |

(a)Ħass & simili | 3 | | | 10 [3] | | | | |

Krexxuni | | | | | | | | |

Ħass tal-ħaruf | | | | | | | 0,2 | |

Ħass | | | 2 | | 0,5 | | 2 | |

Scarole (endive tal-werqa wiesħa) | | | | | | | 1 | |

Insalata | | | | | | | | |

Weraq u zkuk tal-brassika, inklużi l-ħxejjex tat-turnip | | | | | | | | |

Oħrajn | | | 0,02 [1] | | 1 | | 0,05 [1] | |

(b)Spinaċi & simili | 0,05 [1] | | | 0,02 [1] [3] | 0,5 | | 0,05 [1] | |

Spinaċi | | | 10 | | | | | |

Weraq tal-pitravi | | | | | | | | |

Oħrajn | | | 0,02 [1] | | | | | |

(c)Krexxuni ta’ l-ilma | 0,05 [1] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | | 0,05 [1] | |

(d)Witloof | 0,2 | | 0,02 [1] | 2 [3] | 0,02 [1] | | 0,3 | |

(e)Ħaxix aromatiku | 3 | | 0,02 [1] | 10 [3] | 1 | | 2 | |

Maxxita | | | | | | | | |

Kurrat salvaġġ | | | | | | | | |

Tursin | | | | | | | | |

Weraq tal-karfus | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | |

(vi)ĦXEJJEX LEGUMI (friski) | | | | | | 0,2 [1] [3] | 0,05 [1] | |

Fażola (bl-imżiewed) | 1 | | 2 [2] | 5 [3] | 0,2 | | | 0,5 [3] |

Fażola (mingħajr imżiewed) | 0,2 | | 2 [2] | | | | | |

Piżelli (bl-imżiewed) | 0,5 | | | 2 [3] | 0,2 | | | |

Piżelli (mingħajr imżiewed) | 0,2 | | | 0,3 [3] | 0,2 | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | | | 0,02 [1] [3] |

(vii)ĦXEJJEX FORMA TA’ ZOKK (friski) | | | 0,02 [1] | | | 0,2 [1] [3] | | 0,02 [1] [3] |

Asparagu | | | | | | | | |

Kardun | | | | | | | | |

Karfus | 5 | | | | 0,3 | | | |

Bużbież | | | | | 0,3 | | | |

Qaqoċċ | 1 | | | | | | | |

Kurrat | 2 | | | | 0,3 | | 0,2 | |

Rabarbru | | | | 0,2 [3] | | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | | | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | | 0,05 [1] | |

(viii)FAQQIEGĦ | 0,05 [1] | | 0,02 [1] | 0,02 [1] [3] | | 0,2 [1] [3] | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] |

(a)Faqqiegħ ikkoltivat | | | | | 0,02 [1] | | | |

(b)Faqqiegħ salvaġġ | | | | | 0,5 | | | |

3.Żrieragħ imnixxfin | 0,1 | 0,05 [1] | 0,02 [1] | 0,2 [3] | 0,02 [1] | 0,2 [1] [3] | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] |

Fażola | | | | | | | | |

Għazz | | | | | | | | |

Piżelli | | | | | | | | |

Lupini | | | | | | | | |

Oħrajn | | | | | | | | |

4.Żjut ta’ żrieragħ | | 0,1 [1] | 0,05 [1] | | 0,05 [1] | 0,5 [1] [3] | 0,1 [1] | 0,05 [1] [3] |

Żerriegħa tal-kittien | | | | 0,5 [3] | | | | |

Karawett | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-peprin | | | | | | | | |

Ġulġlien | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-ġirasol | | | | 0,5 [3] | | | | |

Żerriegħa tal-lift | 0,5 | | | 0,5 [3] | | | | |

Żerriegħa tas-sojja | 0,5 | | | | | | | |

Żerriegħa tal-mustarda | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-qoton | | | | | | | | |

Żerriegħa tal-qanneb | | | | | | | | |

Oħrajn | 0,05 [1] | | | 0,02 [1] [3] | | | | |

5.Patata | 0,05 [1] | 0,05 [1] | 0,1 | 0,02 [1] [3] | 0,02 [1] | 50 [3] | 0,05 [1] | 0,02 [1] [3] |

Patata bikrija | | | | | | | | |

Varjazzjonijiet ta’ patata | | | | | | | | |

6.Te (weraq imnixxef u zkuk, iffermentati jew mod ieħor, Camellia sinensis) | 0,1 [1] | 50 | 0,05 [1] | 0,1 [1] [3] | 1 | 0,5 [1] [3] | 0,1 [1] | 0,05 [1] [3] |

7.Ħops (imnixxef), inklużi ħbub tal-ħops u ħops fil-forma ta' trab mhux ikkonċentrat | 20 | 0,1 [1] | 150 | 0,1 [1] [3] | 10 | 0,5 [1] [3] | 10 | 30 [3] |

[*] Tindika l-anqas limitu tad-determinazzjoni analitika.

[2] L-ammont ta’ captan u folpet.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet