Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007 tat- 23 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd

Official Journal L 132 , 24/05/2007 P. 0005 - 0020


Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 557/2007

tat- 23 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1028/2006 tad- 19 ta’ Ġunju 2006 dwar standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu [1],

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 jistabbilixxi l-ħtiġijiet bażiċi li l-bajd irid jissodisfa qabel ma jitqiegħed fis-suq Komunitarju. Għar-raġunijiet ta’ ċarezza, għandhom jiġu stipulati regoli ġodda dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2295/2003 tat- 23 ta’ Diċembru 2003 li jdaħħal regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd [2], għalhekk għandu jitħassar u jkun sostitwit minn Regolament ġdid.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel [3] u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta’ April 2004 li jistabilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali [4], japplikaw għall-bajd. Għalhekk, għandha ssir referenza kemm jista' jkun għal dawn ir-Regolamenti orizzontali.

(3) Il-kwalità tal-karattersitiċi għall-bajd tal-Klassi A għandha tkun iffissata sabiex tiggarantixxi li l-kwalità għolja tal-bajd tasal direttament għand il-konsumatur finali u twaqqaf kriterji li jistgħu jkunu vverifikati mis-servizzi ta’ l-ispezzjoni. Tali karatteristiċi tal-kwalità għandhom ikunu bbażati fuq l-Istandard Nru 42 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd bil-qoxra fil-kummerċ internazzjonali bejn u lill-pajjiżi membri tal-UN/ECE.

(4) Bajd kiesaħ li imbagħad jitħalla f'temperatura ambjentali jista' jwassal għal kondensazzjoni, li tiffaċilita t-trobbija tal-batterji fuq il-qoxra u li probabbli jidħlu fil-bajda. Għalhekk, il-bajd għandu jkun maħżun u ttrasportat preferibbilment f'temperatura kostanti, u ġeneralment m'għandux jinżamm fil-kesħa qabel ma jinbiegħ lill-konsumatur finali.

(5) Ġeneralment, il-bajd m'għandux jinħasel jew jitnaddaf għax tali prattiċi jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-qoxra tal-bajd, li huwa ostaklu effettiv biex ma jidħlux batterji, b'xejra sħiħa ta’ karatteristiċi antimikrobiċi għall-bajda. Madankollu, xi prattiċi, bħal per eżempju t-trattament tal-bajd bir-raġġi ultravjola, m'għandhomx ikunu interpretati li huma proċess ta’ tindif. Barra dan, bajd tal-Klassi A m'għandux jinħasel minħabba l-ħsara potenzjali li tista' ssir lill-ostakli fiżiċi, bħall-epiderma, li tista' sseħħ waqt jew wara l-ħasil. Tali ħsara tista' tiffavorixxi kontaminazzjoni li tgħaddi mill-qoxra permezz tal-batterji u telf fl-umdità u b'hekk iżżid ir-riskji għall-konsumaturi, partikolarment jekk il-kundizzjonijiet tat-tnixxif u tal-ħżin ma jkunux ottimali.

(6) Madankollu, f'xi Stati Membri jintużaw xi sistemi li jintużaw għall-ħasil tal-bajd li huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u li joperaw taħt kundizzjonijiet li jkunu kontrollati bir-reqqa, għandhom riżultati tajbin. Skond l-opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar il-Perikli Bijoloġiċi ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel dwar it-talba mill-Kummissjoni relatata mar-riskji Mikrobijoloġiċi tal-ħasil tal-Bajd għall-Ikel adottata fis- 7 ta’ Settembru 2005 [5], il-prassi tal-ħasil tal-bajd kif issir f'ċerti ċentri ta’ l-ippakkjar mill-punt ta’ l-iġjene tista' tkun sostnuta sakemm, fost oħrajn, ikun żviluppat kodiċi ta’ prassi għas-sistemi għall-ħasil tal-bajd.

(7) Il-bajd tal-Klassi A għandu jkun ikklassifikat skond il-piż, u bħala rekwiżiti minimi tat-tikkettjar għandhom ikunu ffissati għadd limitat ta’ klassifiċi tal-piż u ta’ termini ċari li jikkorrispondu, mingħajr ma jipprojbixxu t-tikkettjar volontarju, u sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mat-tikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel [6].

(8) Huma biss l-impriżi li l-bini u t-tagħmir tekniku tagħhom ikunu adattati għall-iskala u t-tip ta’ l-operazzjonijiet tagħhom, u li għalhekk jippermettu l-maniġġ adegwat tal-bajd li għandhom jiġu awtorizzati biex jagħżlu l-bajd skond il-kwalità u skond il-piż, bħala ċentri ta’ l-ippakkjar.

(9) Għandu jkun iffissat żmien massimu stipulat għall-klassifikazzjoni, l-immarkar u l-ippakkjar tal-bajd u l-immarkar tal-pakketti sabiex jiffaċilita l-ispezzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006.

(10) Barra l-obbligu ġenerali biex tiġi stabbilita t-traċċabilità ta’ l-ikel, l-għalf, l-annimali li jipproduċu l-ikel, u kwalunkwe sustanza oħra intenzjonata biex tkun, jew mistennija li tkun, inkorporata fl-ikel jew l-għalf fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar, u d-distribuzzjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sikurezza ta’ l-ikel [7], għandha tkun stabbilita ċertu informazzjoni dwar l-ippakkjar għat-trasport li jkun fihom il-bajd u d-dokumenti li jakkumpanjaw sabiex jitwettqu l-kontrolli.

(11) Sabiex jitwettqu l-kontrolli b'mod effettiv kif stipulat fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, meta l-bajd jitqassam fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li fis-sit tal-produzzjoni, jsir l-immarkar tal-bajd bil-kodiċi tal-produttur. Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, il-bajd ta’ Klassi B għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur u/jew b'indikazzjoni oħra jekk jitqiegħed fis-suq ta’ Stat Membru ieħor. Għandu jkun iċċarat li jekk il-kodiċi tal-produttur waħdu ma jippermettix li ssir distinzjoni ċara tal-klassifikazzjoni tal-kwalità, il-bajd tal-Klassi B għandu jkun immarkat b'indikazzjoni oħra.

(12) Il-kompożizzjoni tal-kodiċi tal-produttur għandha tiġi ffissata kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006. Barra dan, għandu jkun iċċarat li tista' ssir eċċezzjoni għar-rekwiżit ta’ l-immarkar bil-kodiċi tal-produttur jekk it-tagħmir tekniku għall-immarkar tal-bajd ma jippermettix li jkun immarkat bajd maqsum jew maħmuġ.

(13) Għandhom jiġu definiti l-karatteristiċi ta’ indikazzjonijiet oħra possibbli biex jiġi mmarkat il-bajd tal-Klassi B kif msemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006.

(14) Skond l-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti standards dwar it-tqegħid fis-suq tal-bajd [8], id-dispożizzjonijiet dwar l-immarkar ma applikawx għall-bajd li jasal direttament għand l-industrija ta’ l-ikel għall-ipproċessar. Sabiex itejbu l-kontrolli f'tali konsenji, l-Istati Membri għandhom jagħtu eżenzjonijiet mir-rekwiżit ta’ l-immarkar biss fuq it-talba ta’ tali operaturi. Madankollu, għandu jkun stipulat perjodu raġjonevoli tranżizzjonali ta’ sena sabiex jippermetti lill-Istati Membri li jagħtu tali eżenzjonijiet.

(15) Id-Direttiva 2000/13/KE tistabbilixxi regoli ġenerali li japplikaw fil-prodotti kollha ta’ l-ikel li jitqiegħdu fis-suq. Madankollu, għandhom ikunu pprovduti rekwiżiti speċifiċi ta’ mmarkar għall-pakketti.

(16) L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/13/KE jiddefinixxi li data minima ta’ kemm iservi l-prodott ta’ l-ikel tkun id-data sakemm il-prodott ta’ l-ikel iżomm il-kwalitajiet speċifiċi tiegħu meta jinħażen kif suppost. Għar-raġunijiet ta’ ċarezza, din id-data għandha tkun iffissata sa mhux aktar minn 28 jum wara li jkun nbied.

(17) Il-bajd jista' jinbiegħ b'indikazzjoni li turi kemm tkun friska l-bajda. Għal dan l-għan, għandu jkun iffissat limitu ta’ żmien massimu li jiċċara l-użu ta’ tali indikazzjonijiet.

(18) Il-bajd jista' jinbiegħ b'indikazzjoni li tenfasizza l-formola ta’ l-għalf li tkun ingħatat lit-tiġieġ tal-bajd. Huwa xieraq li jkunu ffissati rekwiżiti minimi għal tali indikazzjonijiet.

(19) Meta l-bajd jinbiegħ farrad, ċertu informazzjoni li normalment tkun fuq il-pakkett għandha tkun aċċessibbli lill-konsumatur.

(20) Minbarra r-rekwiżiti ta’ l-iġjene ġenerali għat-tgeżwir u l-ippakkjar tal-prodotti ta’ l-ikel, għandhom ikunu stipulati xi rekwiżiti oħra sabiex inaqqsu kemm jista' jkun ir-riskju ta’ tħassir jew il-kontaminazzjoni tal-bajd matul il-ħżin u t-trasport. Tali livelli għandhom ikunu bbażati fuq l-Istandard tal-UN/ECE Nru 42.

(21) Il-bajd industrijali mhuwiex tajjeb għall-konsum uman. Għalhekk huwa xieraq li jkunu rikjesti xi strixxi jew tikketti speċjali biex ikun identifikat malajr l-ippakkjar li jkun fih tali bajd.

(22) Huma biss ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li għandhom il-bini u t-tagħmir tekniku xieraq għall-ippakkjar mill-ġdid tal-bajd. Għalhekk huwa xieraq li kwalunkwe attivitajiet ta’ l-ippakkjar mill-ġdid jiġu limitati għaċ-ċentri ta’ l-ippakkjar.

(23) L-operaturi tan-negozju ta’ l-ikel huma obbligati li jistabbilixxu t-traċċabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002. Il-produtturi, il-kolletturi u ċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikunu obbligati li jżommu rekords addizzjonali speċifiċi sabiex jippermettu li xi servizzi ta’ spezzjoni jiċċekkjaw il-konformità ma’ l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni.

(24) Għandhom ikunu stipulati l-metodi u l-kriterji biex jitwettqu l-kontrolli.

(25) Huwa xieraq li tiġi kkontrollata l-konformità ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ lott bħala ħaġa waħda, u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ lott li jinstab li ma jkunx konformi għandu jkun projbit sakemm ma jiġix ippruvat li jkun hemm konformità.

(26) Għandhom ikunu permessi ċerti tolleranzi meta l-konformità ma’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni tiġi ċċekkjata. Tali tolleranzi għandhom ivarjaw skond ir-rekwiżiti u l-istadji differenti tal-kummerċjalizzazzjoni.

(27) Pajjiżi terzi jista' jkollhom rekwiżiti differenti minn dawk iffissati għall-Komunità għall-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd. Sabiex ikunu ffaċilitati l-esportazzjonijiet, il-bajd ippakkjat u intenzjonat għall-esportazzjoni għandu jingħata permess li jkun konformi ma’ tali rekwiżiti.

(28) Għandhom ikunu ffissati d-dettalji dwar il-valutazzjoni ta’ l-ekwivalenza ta’ l-istandards għall-kummerċjalizzazzjoni f'pajjiżi terzi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni fuq talba ta’ pajjiżi terzi. Għandhom ikunu stipulati ċerti rekwiżiti għall-immarkar u t-tikkettjar għall-bajd importat minn pajjiżi terzi.

(29) Għall-Kummissjoni huwa bżonnjuż li jkollha d-data disponibbli dwar l-għadd ta’ postijiet li huma reġistrati li fihom it-tiġieġ tal-bajd.

(30) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ksur sinifikanti ta’ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex l-Istati Membri oħra li jistgħu jkunu effettwati jkunu jistgħu jingħataw twissija b'mod xieraq.

(31) Il-forniment tal-bajd għan-negozju bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra min-naħa jiddependi fuq il-forniment ta’ bajd mill-kontinent Ewropew. Fid-dawl tad-dewmien tat-trasport u tal-kundizzjonijiet tal-klima, il-preservazzjoni tal-bajd ittrasportat lejn id-dipartimenti Franċiżi ta’ barra tinvolvi t-twettiq ta’ arranġamenti speċifiċi għall-forniment, li jinkludu l-possibbiltà li l-bajd jintbagħat imkessaħ. Dawn l-arranġamenti speċjali jistgħu jkunu ġġustifikati min-nuqqas li hemm bħalissa ta’ kapaċitajiet lokali għall-produzzjoni biżżejjed tal-bajd. Sakemm jinbnew biżżejjed kapaċitiajiet tal-produzzjoni lokali, dawn l-arranġamenti eċċezzjonali għandhom jiġu estiżi għal perjodu ta’ żmien raġonevoli.

(32) L-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 jippermetti lil Stati Membri li jeżentaw mir-rekwiżiti ta’ dak ir-Regolament, ċerti tipi ta’ bejgħ dirett ta’ bajd mingħand il-produtturi lill-konsumatur finali. Sabiex ikunu meqjusa l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kummerċjalizzazzjoni tal-bajd f'ċerti reġjuni fil-Finlandja, il-bejgħ mingħand il-produtturi lill-bejjiegħa bl-imnut f'dawk ir-reġjuni għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u ta’ dan ir-Regolament.

(33) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trobbija tat-tiġieġ tal-bajd f'sistemi ta’ gaġeġ mhux modernizzati tkun projbita sa mill- 1 ta’ Jannar 2012 skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE [9]. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tevalwa l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar volontarju previsti fir-rigward tal-gaġeġ mhux modernizzati qabel dik id-data sabiex teżamina l-bżonn jekk dan it-tikkettjar isirx obbligatorju.

(34) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni għal-Laħam tat-Tjur u għall-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-definizzjonijiet

Id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 u l-punti 5 u 7.3 ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 għandhom japplikaw kif jixraq.

Barra dan, id-definizzjonijiet ta' l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli għall-għan ta’ dan ir-Regolament:

(a) "pakkett" tfisser tgeżwir li jkun fih bajd tal-Klassi A jew B, li jeskludi l-ippakkjar għat-trasport u l-kontenituri tal-bajd industrijali;

(b) "bejgħ farrad" tfisser l-offerta għall-bejgħ bl-imnut ta’ bajd lill-konsumatur finali, mhux fil-pakketti;

(c) "kollettur" tfisser kwalunkwe stabbiliment reġistrat skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 biex jiġbor il-bajd mingħand il-produtturi biex jieħdu f'ċentru ta’ l-ippakkjar, għal suq li jbiegħ esklussivament lill-bejjiegħa bl-ingrossa li l-impriżi tagħhom huma approvati bħala ċentri ta’ l-ippakkjar, jew għal industrija ta’ l-ikel u dik li mhijiex ta’ l-ikel;

(d) "data sa meta għandu jinbiegħ" tfisser il-limitu massimu ta’ żmien li fih il-bajda għandha tasal għand il-konsumatur finali skond il-punt 3 tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni X ta’ l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(e) "industrija ta’ l-ikel" tfisser kwaunkwe stabbiliment li jipproduċi l-prodotti tal-bajd intenzjonat għal-konsum uman, li jeskludi l-kejterers bil-massa;

(f) "industrija mhux ta’ l-ikel" tfisser kwalunkwe negozju li jipproduċi l-prodotti ta’ l-ikel li jkun fihom il-bajd li mhumiex intenzjonati għal konsum uman;

(g) "kejterers" tfisser l-entitajiet kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2000/13/KE;

(h) "bajd industrijali" tfisser bajd mhux intenzjonat għall-konsum uman;

(i) "lott" tfisser il-bajd f'pakketti jew farrad u mill-istess sit ta’ produzzjoni jew ċentru ta’ l-ippakkjar, li jinsab f'post wieħed, fl-istess pakketti jew farrada, bl-istess data ta’ meta jkun nbied il-bajd jew id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel jew id-data ta’ l-ippakkjar, l-istess metodu ta’ trobbija, u fil-każ tal-bajd ikklassifikat, l-istess klassifika tal-kwalità u tal-piż;

(j) "ippakkjar mill-ġdid" tfisser it-trasferiment fiżiku tal-bajd lejn pakkett ieħor jew l-immarkar mill-ġdid ta’ pakkett li jkun fih il-bajd.

Artikolu 2

Il-karatteristiċi tal-kwalità tal-bajd

1. Il-bajd tal-Klassi A għandu jkollu dawn il-karattersitiċi minimi li ġejjin:

(a) il-qoxra u l-epiderma: forma normali, nodfa u mingħajr ħsara;

(b) il-kobor ta’ l-arja: l-għoli ta’ mhux iżjed minn 6 mm, stazzjonarju; madankollu, għall-bajd li jrid jitqiegħed fis-suq bħala "extra", ma għandux jaqbeż il-4 mm;

(c) l-isfar tal-bajd: jidher bħala dell biss meta jsirlu l-eżami fid-dawl tax-xemgħa, mingħajr kontorn li jidher b'mod ċar, jiċċaqlaq kemm kemm meta tiġi mdawra l-bajda, u jirritorna għall-pożizzjoni ċentrali;

(d) l-abjad: trasparenza ċara;

(e) mikrobu: żvilupp imperċepibbli;

(f) materja estranja: mhux permissibbli;

(g) riħa estranja: mhux permissibbli.

2. Il-bajd tal-Klassi A m'għandux jinħasel jew jitnaddaf, qabel jew wara l-klassifikazzjoni, ħlief kif previst fl-Artikolu 3.

3. Il-bajd tal-Klassi A m'għandux ikun trattat għal preservazzjoni jew imkessaħ f'bini jew impjanti fejn it-temperatura tinżamm artifiċjalment ta’ l-anqas 5 °C. Madankollu, bajd li jkun inżamm f'temperatura taħt il-5 °C matul it-trasport għal mhux aktar minn 24 siegħa jew f'bini tal-bejgħ jew f'bini anċillari tagħhom għal mhux aktar minn 72 siegħa m'għandux jitqies bħala mkessaħ.

4. Il-bajd tal-Klassi B għandu jkun dak il-bajd li ma jilħaqx il-karatteristiċi ta’ kwalità stipulati fil-paragrafu 1. Il-bajd tal-Klassi A li m'għadx għandu dawk il-karatteristiċi jista' jitwaqqa' għall-Klassi B.

Artikolu 3

Bajd maħsul

1. L-Istati Membri li, fl- 1 ta’ Ġunju 2003, awtorizzaw iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar biex jaħslu l-bajd jistgħu jkomplu jawtorizzaw liċ-ċentri ta’ l-ippakkjar biex jaħslu l-bajd, sakemm dawk iċ-ċentri joperaw skond il-gwidi nazzjonali għas-sistemi tal-ħasil tal-bajd. Il-bajd maħsul jista' jitqiegħed fis-suq f'dawk l-Istati Membri li fihom inħarġu tali awtorizzazzjonijiet.

2. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ gwidi nazzjonali għal prassi tajba għas-sistemi tal-ħasil tal-bajd minn operaturi tan-negozju ta’ l-ikel, skond l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004.

Artikolu 4

Il-klassifikazzjoni tal-bajd tal-Klassi A skond il-piż

1. Il-bajd tal-Klassi A għandu jkun ikklassifikat skond il-piż kif ġej:

(a) XL-kbir ħafna: piż ≥ 73 g;

(b) L-kbir: piż ≥ 63 g u < 73 g;

(c) M-medju: piż ≥ 53 g and < 63 g;

(d) S-żgħir: piż < 53 g;

2. Il-klassifika skond il-piż għandha tkun indikata permezz ta’ l-ittri jew it-termini korrispondenti kif stabbiliti fil-paragrafu 1 jew permezz ta’ taħlita tat-tnejn, li tista' tiġi miżjuda minn varjazzjonijiet ta’ piż korrispondenti. Jistgħu jintużaw indikazzjonijiet oħra addizzjonali, sakemm ma jkunx hemm iċ-ċans li tali indikazzjonijiet ikunu żbaljati ma’ l-ittri jew it-termini definiti fil-paragrafu 1 u jkunu konformi mad-Direttiva 2000/13/KE.

3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fejn il-bajd tal-Klassi A ta’ qisien differenti jkun ippakkjat flimkien fl-istess pakkett, il-piż minimu nett tal-bajd għandu jingħata fi grammi u l-indikazzjoni "Bajd ta’ qisien differenti" jew termini ekwivalenti għandha tidher fuq il-wiċċ ta’ barra tal-pakkett.

Artikolu 5

L-awtorizzazzjoni taċ-ċentri ta’ l-ippakkjar

1. Huma biss l-impriżi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu li għandhom ikunu awtorizzati bħala ċentri għall-ippakkjar fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006.

2. L-awtorità kompetenti għandha talloka kodiċi għaċ-ċentri ta’ l-ippakkjar liċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, b'kodiċi tal-bidu għall-Istat Membru konċernat kif speċifikat fil-punt 2.2 ta’ l-Anness mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE [10].

3. Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom ikollhom it-tagħmir tekniku neċessarju biex jiżgura li l-bajd jiġi mmaniġġjat sewwa. Dan għandu jinkludi kif jixraq:

(a) tagħmir tad-dawl adattat, awtomatiku jew sorveljat il-ħin kollu minn impjegati biex jippermetti li l-kwalità ta’ kull bajda tiġi eżaminata għaliha weħidha, jew tagħmir ieħor li jkun jixraq;

(b) apparati biex ikejlu l-għoli ta’ l-ispazju ta’ l-arja;

(c) tagħmir biex jagħżel il-bajd skond il-piż;

(d) miżien approvat wieħed jew aktar biex jiżen il-bajd;

(e) tagħmir biex jimmarka l-bajd.

Artikolu 6

Limitu ta’ żmien għal klassifikazzjoni, l-immarkar, l-ippakkjar tal-bajd u l-immarkar tal-pakketti

1. Il-bajd għandu jkun ikklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmien għaxart ijiem wara li jkun inbied.

2. Il-bajd li jitqiegħed fis-suq skond l-Artikolu 14 għandu jkun ikklassifikat, immarkat u ppakkjat fi żmien erbat ijiem wara li jkun inbied.

3. Id-data minima ta’ kemm iservi prodott ta’ l-ikel msemmija fl-Artikolu 12(1)(d) għandha tkun immarkata waqt l-ippakkjar skond l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2000/13/KE.

Artikolu 7

Informazzjoni li tintwera fuq l-ippakkjar għat-trasport

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, fis-sit ta’ produzzjoni, kull ippakkjar għat-trasport li jkun fih il-bajd għandu jkun identifikat mill-produttur permezz ta':

(a) l-isem u l-indirizz tal-produttur;

(b) il-kodiċi tal-produttur;

(c) l-għadd tal-bajd u/jew il-piż tiegħu;

(d) id-data jew il-perjodu ta’ meta nbied;

(e) id-data ta’ meta ntbagħat.

Fil-każ ta’ ċentri ta’ l-ippakkjar ipprovduti b'bajd mhux ippakkjat mill-entitajiet tal-produzzjoni tagħhom stess, li jkunu jinsabu fl-istess post, l-identifikazzjoni fuq il-kontenituri tista' ssir fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar.

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun applikata lill-ippakkjar għat-trasport u tkun tinsab fid-dokumenti li jakkumpanjaw. Kopja ta’ dawn id-dokumenti għandha tinżamm minn kwalunkwe operatur li jintervjeni u li għandu jrid jitwassal il-bajd. L-oriġinali tad-dokumenti li jakkumpanjaw għandhom jinżammu miċ-ċentru ta’ l-ippakkjar li jikklassifika l-bajd.

Fejn lottijiet li jaslu għand kollettur jinqasmu mill-ġdid għal tqassim lil aktar minn operatur wieħed, id-dokumenti li jakkumpanjaw jistgħu jkunu sostitwiti minn tikketti għall-kontenituri tat-trasport xierqa, sakemm dawn ta’ l-aħħar ikunu jinkludu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 applikata għall-ippakkjar tat-trasport m'għandhiex tinbidel u għandha tibqa' fuq l-ippakkjar għat-trasport sa ma jitneħħa l-bajd sabiex immedjatament ikun ikklassifikat, immarkat u ippakkjat.

Artikolu 8

L-immarkar tal-bajd għal tqassim minn fruntiera għal oħra

1. Il-bajd li jitqassam minn sit tal-produzzjoni għal kollettur, ċentru ta’ l-ippakkjar, jew industrija li mhijiex ta’ l-ikel li tinsab fi Stat Membru ieħor għandu jkun immarkat bil-kodiċi tal-produttur qabel ma jħalli s-sit tal-produzzjoni.

2. Stat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab is-sit tal-produzzjoni jista' jagħti eżenzjoni mir-rekwiżit previst fil-paragrafu 1, fejn il-produttur ikun iffirma kuntratt ta’ konsenja ma’ ċentru ta’ l-ippakkjar fi Stat Membru ieħor li jkun jeħtieġ l-immarkar skond dan ir-Regolament. Tali eżenzjoni tista' tingħata biss fuq it-talba taż-żewġ operaturi konċernati u bi ftehim miktub minn qabel ta’ l-Istat Membru fejn ikun jinsab iċ-ċentru ta’ l-ippakkjar. F'tali każijiet, kopja tal-kuntratt ta’ konsenja għandu jakkumpanja l-konsenja.

3. It-tul minimu tal-kuntratti ta’ konsenji msemmija fil-paragrafu 2 ma jistax ikun ta’ anqas minn xahar.

4. Is-servizzi ta’ spezzjoni, imsemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, ta’ l-Istati Membri konċernati, u ta’ kwalunkwe Stati Membri ta’ tranżitu, għandhom ikunu nfurmati qabel ma tingħata eżenzjoni skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

5. Il-bajd tal-Klassi B li jitqiegħed fis-suq fi Stat Membru ieħor għandu jkun immarkat skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u, fejn xieraq, ikollu indikazzjoni skond l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament sabiex jiġi żgurat li tkun tista' ssir distinzjoni faċli mill-bajd tal-Klassi A.

Artikolu 9

Il-kodiċi tal-produttur

1. Il-kodiċi tal-produttur għandu jikkonsisti fil-kodiċi u l-ittri previsti fil-punt 2 ta’ l-Anness tad-Direttiva 2002/4/KE. Dan għandu jkun jidher faċilment u jinqara b'mod ċar u jkollu għoli ta’ l-anqas ta’ 2 mm.

2. Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, fejn għal raġunijiet tekniċi ma jkunx possibbli li l-bajd maqsum jew maħmuġ ikun immarkat, mhux se jkun obbligatorju li jsiru l-marki bil-kodiċi tal-produttur.

Artikolu 10

Indikazzjonijiet dwar il-bajd tal-Klassi B

L-indikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandha tkun ċirku b'dijametru ta’ mill-anqas 2 mm madwar l-ittra "B" għolja ta’ l-anqas 5 mm, jew tikka kkulurita li tkun tidher faċilment b'dijametru ta’ mill-anqas 5 mm.

Artikolu 11

L-immarkar tal-bajd li jitwassal direttament għand l-industrija ta’ l-ikel

1 Sat- 30 ta’ Ġunju 2008, l-obbligi ta’ l-immarkar stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 mhux se japplikaw għall-bajd prodott fil-Komunità, li jinġabar mill-operatur ta’ l-industrija ta’ l-ikel li hu innifsu huwa approvat skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, direttament mill-fornituri normali tiegħu. F'dak il-każ, il-konsenja tkun taħt ir-responsabbiltà sħiħa ta’ l-operatur ta’ l-industrija ta’ l-ikel, li b'dan il-mod għandu ukoll r-responsabbiltà li l-bajd jużah biss għall-ipproċessar.

2. Mill- 1 ta’ Lulju 2008, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-operaturi fuq it-talba tagħhom mill-obbligi ta’ l-immarkar stipulati fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006, fejn il-bajd jitwassal direttament mis-sit ta’ produzzjoni lejn l-industrija ta’ l-ikel.

Artikolu 12

L-immarkar tal-pakketti

1. Il-pakketti li jkun fihom bajd tal-Klassi A fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u tinqara b'mod ċar, għandu jkollhom:

(a) il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar;

(b) il-klassifikazzjoni tal-kwalità; il-pakketti jistgħu jiġu identifikati jew bil-kliem "Klassi A" jew bl-ittra "A" kemm jekk waħidhom jew flimkien mal-kelma "frisk";

(c) il-klassifikazzjoni tal-piż skond l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament;

(d) id-data minima ta’ kemm iservi prodott skond l-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament;

(e) il-kliem "bajd maħsul" għal bajd maħsul skond l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(f) bħala kundizzjoni speċjali skond l-Artikolu 3(1)(6) tad-Direttiva 2000/13/KE, indikazzjoni li tagħti parir lill-konsumaturi biex iżommu l-bajd imkessaħ wara li jinxtara.

2. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, il-pakketti li jkun fihom bajd tal-Klassi A fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u li tinqara b'mod ċar, għandhom ikollhom il-metodu ta’ trobbija.

Għall-identifikazzjoni tal-metodu ta’ trobbija, għandhom jintużaw it-termini li ġejjin biss:

(a) għaltrobbija konvenzjonali, it-termini stipulati fil-Parti A ta’ l-Anness I, u biss jekk jitwettqu l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness II;

(b) għalproduzzjoni organika, it-termini stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 [11].

It-tifsira tal-kodiċi tal-produttur għandha tkun spjegata fuq jew fin-naħa ta’ ġewwa tal-pakkett.

Fejn it-tiġieġ tal-bajd jinżammu f'sistemi ta’ produzzjoni skond ir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu III tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, l-identifikazzjoni tal-metodu ta’ trobbija jista' jkun ikkumplimentat minn wieħed mill-indikazzjonijiet imsemmija fil-Parti B ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

3. Il-paragrafu 2 għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għal miżuri tekniċi nazzjonali li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness II, li jistgħu jgħoddu biss għal produtturi ta’ l-Istati Membri kkonċernati u bil-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-liġi Komunitarja.

4. Il-pakketti li jkun fihom bajd tal-Klassi B fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u tinqara b'mod ċar, għandhom ikollhom:

(a) il-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar;

(b) il-klassifikazzjoni tal-kwalità; il-pakketti għandhom ikunu identifikati jew bil-kliem "Klassi B" jew bl-ittra "B";

(c) id-data ta’ l-ippakkjar;

5. Għall-pakketti tal-bajd prodott fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li t-tikketti jitwaħħlu b'tali mod sabiex jitqattgħu meta l-pakketti jinfetħu.

Artikolu 13

Indikazzjoni tad-data minima ta’ kemm iservi prodott

Id-data minima ta’ kemm iservi prodott imsemmija fl-Artikolu3(1)(5) tad-Direttiva2000/13/KE għandha tkun iffissata sa mhux aktar minn 28 jum wara li jkun inbied. Fejn ikun indikat il-perjodu tal-bidien, id-data minima ta’ kemm iservi prodott għandha tkun determinata mill-ewwel jum ta’ dak il-perjodu.

Artikolu 14

Il-pakketti mmarkati bħala "extra"

1. Il-kliem "extra" jew "extra fresh" jistgħu jintużaw bħala indikazzjoni addizzjonali ta’ kwalità fuq il-pakketti li jkun fihom il-bajd tal-Klassi A sad-disa' jum wara li jinbied il-bajd.

2. Fejn jintużaw l-indikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, id-data ta’ meta l-bajd ikun inbied u l-limitu ta’ żmien ta’ disat ijiem għandu jintwera fuq il-pakkett b'tali mod li jidher faċilment u jinqara b'mod ċar.

Artikolu 15

Indikazzjoni dwar kif jingħalfu t-tiġieġ tal-bajd

Fejn tintuża indikazzjoni dwar il-metodu ta’ l-għalf tat-tiġieġ tal-bajd, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti minimi li ġejjin:

(a) referenza tista' ssir għal ċereali bħala ingredjent ta’ l-għalf biss meta dawn ikunu jikkostitwixxu ta’ l-anqas 60 % bil-piż mir-riċetta ta’ l-għalf li tingħata, li minnu mhux aktar minn 15 % ta’ prodotti li joħorġu miċ-ċereali.

(b) mingħajr preġudizzju għal-livell minimu ta’ 60 % imsemmi fil-punt (a), fejn issir referenza għal ċereali speċifiku, għandu jammonta għal ta’ l-anqas 30 % tar-riċetta ta’ l-għalf li tintuża. Jekk issir referenza speċifika għal aktar minn ċereali wieħed, kull wieħed għandu jammonta għal ta’ l-anqas 5 % tar-riċetta ta’ l-għalf.

Artikolu 16

Informazzjoni li għandha tintwera għal bajd li jinbiegħ farrad

Għal bajd li jinbiegħ farrad, l-informazzjoni li ġejja għandha tingħata b'tali mod li tkun tidher faċilment u tinqara b'mod ċar mill-konsumatur:

(a) il-klassifikazzjoni skond il-kwalità;

(b) il-klassifikazzjoni skond il-piż skond l-Artikolu 4;

(c) indikazzjoni dwar il-metodu ta’ trobbija ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 12(2);

(d) spjegazzjoni dwar it-tifsira tal-kodiċi ta’ produzzjoni;

(e) id-data minima ta’ kemm iservi prodott.

Artikolu 17

Il-kwalità tal-pakketti

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu X ta’ l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 852/2004, il-pakketti għandhom ikunu tali li jipproteġu kontra l-iskossi, xotti, indaf u fi stat tajjeb, u magħmula minn materjali li jipproteġu l-bajd minn irwejjaħ barranin u mir-riskju ta’ deterjorazzjoni tal-kwalità.

Artikolu 18

Bajd industrijali

Il-bajd industrijali għandu jitqiegħed fis-suq f'kontenituri għall-ippakkjar bi strixxa jew tikketta ħamra.

Dawn l-istrixxi u tikketti għandhom juru:

(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li għalihom huwa intenzjonat il-bajd;

(b) l-isem u l-indirizz ta’ l-operatur li jkun bagħat il-bajd;

(c) Il-kliem "bajd industrijali" f'ittri majjuskoli b'għoli ta’ 2 mm, u l-kliem "mhux tajbin għal konsum uman" f'ittri b'għoli ta’ mill-anqas 8 mm.

Artikolu 19

L-ippakkjar mill-ġdid

Il-bajd ippakkjat tal-Klassi A jista' jerġa' jkun ippakkjat biss minn ċentri ta’ l-ippakkjar. Kull pakkett għandu jkun fih biss bajd ta’ lott wieħed.

Artikolu 20

Reġistri li jridu jinżammu mill-produtturi

1. Il-produtturi għandhom jirreġistraw informazzjoni dwar il-metodu ta’ trobbija, u għal kull metodu ta’ trobbija li intuża għandhom jispeċifikaw:

(a) id-data tat-tqegħid, l-età waqt it-tqegħid u l-għadd tat-tiġieġ tal-bajd;

(b) id-data tal-qatla u l-għadd ta’ tiġieġ maqtula;

(c) il-produzzjoni ta’ kuljum ta’ bajd;

(d) l-għadd u/jew il-piż tal-bajd li nbiegħ għal kull jum jew li twassal kuljum b'mezzi oħra;

(e) l-ismijiet u l-indirizzi tax-xerrejja.

2. Fejn ikun indikat il-metodu ta’ l-għalf skond l-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament, il-produtturi għandhom, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fil-parti A.III ta’ l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 852/2004, jirreġistraw l-informazzjoni li ġejja, u jispeċifikaw għal kull metodu ta’ għalf li ntuża:

(a) il-kwantità u t-tip ta’ l-għalf provdut u/jew imħallat fil-post;

(b) id-data meta wasal l-għalf.

3. Fejn produttur juża metodi ta’ trobbija differenti f'sit wieħed ta’ produzzjoni, l-informazzjoni msemmija f'paragrafi 1 u 2 għandha titqassam skond il-gallinar.

4. Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, minflok li jinżammu reġistri tal-bejgħ u tal-kunsinji, il-produtturi jistgħu jżommu fajls ta’ rċevuti u noti ta’ kunsinji mmarkati kif indikat f'paragrafi 1 u 2.

Artikolu 21

Reġistri li jridu jinżammu mill-kolletturi

1. Il-kolletturi għandhom jirreġistraw separatament, skond il-metodu tat-trobbija u skond il-jum:

(a) il-kwantità ta’ bajd li jiġbru, imqassma skond il-produttur, waqt li jingħata l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur u d-data jew il-perjodu meta jkun inbied il-bajd;

(b) il-kwantità ta’ bajd imqassma liċ-ċentri rilevanti ta’ l-ippakkjar, skond il-produttur, bl-isem, l-indirizz, l-kodiċi taċ-ċentru ta’ l-ippakkjar u d-data jew il-perjodu meta jkun inbied il-bajd.

2. Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, minflok li jinżammu reġistri tal-bejgħ u tal-kunsinji, l-entitajiet reponsabbli mill-ġbir jistgħu jżommu fajls ta’ fatturi u noti ta’ kunsinji mmarkati kif indikat fil-paragrafu1.

Artikolu 22

Reġistri li jridu jinżammu miċ-ċentri ta’ l-ippakkjar

1. Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar għandhom jirreġistraw separatament, skond il-metodu tat-trobbija u skond il-jum:

(a) il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikat li jirċievu, imqassma skond il-produttur, waqt li jingħata l-isem, l-indirizz u l-kodiċi tal-produttur u d-data jew il-perjodu meta jkun inbied il-bajd;

(b) wara li l-bajd ikun ikklassifikat, il-kwantitajiet skond il-klassifikazzjoni tal-kwalità u l-piż;

(c) il-kwantitajiet ta’ bajd ikklassifikat li jirċievu mingħand ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, li jinkludu l-kodiċi ta’ dawk iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar u d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott;

(d) il-kwantitajiet ta’ bajd mhux klassifikati li jitwasslu għand ċentri oħra ta’ l-ippakkjar, imqassma skond il-produttur, li jinkludu l-kodiċi ta’ dawk iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar u d-data jew il-perjodu ta’ meta nbied;

(e) l-għadd u/jew il-piż tal-bajd li twassal, ikklassifikat skond il-kwalità u l-piż, fil-każ tal-bajd tal-Klassi B id-data ta’ l-ippakkjar jew fil-każ tal-bajd tal-Klassi A d-data minima ta’ kemm iservi l-prodott, u skond ix-xerrej, bl-isem u l-indirizz ta’ dan ta’ l-aħħar.

Iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar, ta’ kull ġimgħa, għandhom jaġġornaw ir-reġistru ta’ l-istokk fiżiku.

2. Fejn il-bajd tal-Klassi A u l-pakketti tagħhom għandhom indikazzjoni dwar kif jintgħalef it-tiġieġ tal-bajd skond l-Artikolu 15, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar li jużaw tali indikazzjonijiet għandhom iżommu reġistri separati skond il-paragrafu 1.

3. Għall-għan ta’ dan l-Artikolu, minflok li jinżammu reġistri tal-bejgħ u tal-kunsinji, iċ-ċentri ta’ l-ippakkjar jistgħu jżommu fajls ta’ rċevuti u noti ta’ kunsinji mmarkati kif indikat f'paragrafi 1 u 2.

Artikolu 23

Żmien massimu stipulat biex jinżammu r-reġistri

Reġistri u fajls imsemmija fl-Artikoli 7(2), 20, 21 u 22 għandhom jinżammu għal ta’ l-anqas tnax-il xahar mid-data ta’ meta nħolqu.

Artikolu 24

1. Minbarra l-kampjunar aleotorju, l-operaturi għandhom ikunu spezjonati bi frekwenza li għandha tkun determinata mis-servizzi ta’ spezzjoni fuq il-bażi ta’ l-analiżi tar-riskju kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 li jqisu, ta’ l-anqas:

(a) ir-riżultati tal-kontrolli ta’ qabel;

(b) il-kumplessità tal-mezzi għall-kummerċjalizzazzjoni li jgħaddi minnhom il-bajd;

(c) il-grad ta’ segmentazzjoni fl-istabbiliment tal-produzzjoni jew ta’ l-ippakkjar;

(d) il-kwantità tal-bajd prodott jew ippakkjat;

(e) kwalunkwe tibdil sostanzjali mis-snin ta’ qabel fit-tip ta’ bajd prodott jew ipproċessat jew fil-metodu tal-kummerċjalizzazzjoni.

2. L-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu regolarment u mingħajr avviż minn qabel. Ir-reġistri msemmija fl-Artikoli 20, 21 u 22 għandhom ikunu disponibbli fuq l-ewwel talba għas-servizzi ta’ spezzjoni.

Artikolu 25

Deċiżjonijiet dwar nuqqas ta’ konformità

1. Deċiżjonijiet mis-servizzi ta’ spezzjoni wara l-ispezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 li jindikaw nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament jistgħu jittieħdu biss għal-lott kollu li jkun ġie ċċekkjat.

2. Fejn il-grupp ikkontrollat ikun meqjus illi ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament, is-servizz ta’ spezzjoni għandu jipprojbixxi t-tqegħid tiegħu fis-suq, jew l-importazzjoni tiegħu jekk il-lott ikun ġej minn pajjiż terz, għajr jekk u sakemm tingħata prova illi kienet saret konformi ma’ dan ir-Regolament.

3. Is-servizz ta’ spezzjoni li jkun għamel il-kontroll għandu jivverifika jekk il-lott mhux aċċettat kienx qed isir jew qiegħed isir konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Tolleranza lejn id-difetti fil-kwalità

1. It-tolleranzi li ġejjin se jkunu permessi meta jkunu ċċekjati lottijiet ta’ bajd tal-Klassi A:

(a) fiċ-ċentru ta’ l-ippakkjar, ftit qabel ma jitilqu: 5 % tal-bajd b'difetti fil-kwalità;

(b) fl-istadji l-oħra tal-kummerċjalizzazzjoni: 7 % tal-bajd b'difetti fil-kwalità.

2. Għal bajd li jitqiegħed fis-suq bħala "extra" jew "extra fresh", m'hi se tingħata l-ebda tolleranza għall-għoli tal-kobor ta’ l-arja fil-ħin ta’ l-ippakkjar jew ta’ l-importazzjoni.

3. Meta l-lott ivverifikat ikun fih anqas minn 180 bajda, il-perċentwali stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rdoppjati.

Artikolu 27

Tolleranza fil-piż tal-bajd

1. Minbarra fil-każ previst fl-Artikolu 4(3), waqt il-verifika ta’ bajd tal-Klassi A, għandha tingħata tolleranza fir-rigward tal-piż għal kull bajda. Tali lottijiet jista' jkun fihom mhux aktar minn 10 % tal-bajd tal-klassifikazzjoni ta’ piż li jkunu viċin ta’ dak immarkat fuq il-pakkett, iżda mhux aktar minn 5 % tal-bajd tal-klassifikazzjoni ta’ bajd inferjuri li jmiss.

2. Meta l-lott ivverifikat ikun fih anqas minn 180 bajda, il-perċentwali stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rdoppjati.

Artikolu 28

Tolleranza fl-immarkar tal-bajd

Għandu jkun hemm tolleranza ta’ 20 % għall-bajd b'marki li ma jinqrawx fil-verfika tal-lottijiet u pakketti.

Artikolu 29

Bajd fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi

Bajd ippakkjat u intenzjonat għall-esportazzjoni jista' jsir konformi ma’ rekwiżiti differenti minn dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u dan ir-Regolament fir-rigward tal-kwalità, l-immarkar u t-tikkettjar, jew b’rekwiżiti addizzjonali.

Artikolu 30

Bajd importat

1. Kwalunkwe evalwazzjoni ta’ l-ekwivalenza kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandha tinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti li jinsabu f'dan ir-Regolament jintlaħqux b'mod effettiv mill-operaturi fil-pajjiżi terzi konċernati. Din għandha tkun aġġornata regolarment.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati ta’ l-evalwazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

2. Il-bajd importat minn pajjiżi terzi għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar u li jinqara fil-pajjiż ta’ l-oriġini skond il-kodiċi tal-pajjiż ISO 3166.

3. Il-pakketti li jkun fihom il-bajd importat minn pajjiżi li ma joffrux biżżejjed garaniziji fl-ekwivalenza ta’ regoli kif imsemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 għandu jkollhom fuq in-naħa ta’ barra b'tipa li tidher faċilment u tinqara b'mod ċar:

(a) il-pajjiż ta’ l-oriġini;

(b) il-metodu tat-trobbija bħala "standard mhux tal-KE".

Artikolu 31

Ir-rappurtaġġ

Ta’ kull sena, qabel l-ewwel ta’ April, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi, dwar l-għadd ta’ siti ta’ produzzjoni bi tqassim tal-metodi tat-trobbija, u jinkludu l-kapaċità massima ta’ l-istabbiliment fl-għadd ta’ għasafar preżenti f'ħin wieħed.

Artikolu 32

Notifika dwar il-ksur

Permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, dwar kwalunkwe ksur li jkun instab mis-servizzi ta’ spezzjoni, jew kwalunkwe suspett serju dwar dan, li jistgħu jeffettwaw il-kummerċ tal-bajd intra-Komunitarju. Il-kummerċ intra-Komunitarju huwa meqjus li jkun effettwat partikolarment fil-każ ta’ ksur serju minn operaturi li jipproduċu jew iqiegħdu fis-suq bajd biex jinbiegħ fi Stat Membru ieħor.

Artikolu 33

Eċċezzjonijiet għad-dipartimenti Franċiżi ta’ barra

1. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 2(3), il-bajd intenzjonat għal bejgħ bl-imnut fid-dipartimenti Franċiżi ta’ barra, jista' jintbagħat imkessaħ lejn dawk id-dipartimenti. F'dak il-każ, id-data sa meta għandu jinbiegħ tista' tiġi estiża sa 33 jum.

2. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 12 u 16, għandu jkun jidher il-kliem "bajd imkessaħ" u d-dettalji dwar it-tkessiħ għandhom jingħataw fuq il-wiċċ ta’ barra tal-pakkett.

Il-marka li tiddistingwi l-"bajd imkessaħ" għandha tkun triangolu ekwilaterali b'kull naħa twila ta’ l-anqas 10 mm.

Artikolu 34

Eċċezzjonijiet għal ċerti reġjuni tal-Finlandja

Il-bajd li jinbiegħ direttament mill-produttur lill-bejjiegħa bl-imnut fir-reġjuni msemmija fl-Anness III għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1028/2006 u ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, il-metodu ta’ trobbija għandu jkun identifikat kif jixraq skond l-Artikoli 12(2) u 16(c) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 35

L-evalwazzjoni ta’ prassi rigward ċertu tikkettjar volontarju

Sa mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni se tevalwa l-użu li jsir mit-tikkettjar volontarju skond l-aħħar subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2), sabiex, jekk ikun hemm bżonn dan isir obbligatorju.

Artikolu 36

Ir-revoka

Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003 hu rrevokat b'seħħ mill- 1 ta’ Lulju 2007.

Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jiġu analizzati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 37

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill- 1 ta’ Lulju 2007.

L-Artiklu 33 għandu japplika sat- 30 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann Fischer Boel

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 186, 7.7.2006, p. 1.

[2] ĠU L 340, 24.12.2003, p. 16. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2001/2006 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 39).

[3] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.

[4] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

[5] The EFSA Journal (2005) 269, 1-39.

[6] ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/142/KE (ĠU L 368, 23.12.2006, p. 110).

[7] ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

[8] ĠU L 173, 6.7.1990, p. 5. Ir-Regolament irrevokat bir-Regolament (KE) Nru 1028/2006 b'effett mill- 1 ta’ Lulju 2007.

[9] ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

[10] ĠU L 30, 31.1.2002, p. 44.

[11] ĠU L 198, 22. 7.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS I

PARTI A

Termini msemmija fl-Artikolu 12(2) għal punt (a) tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 12(2):

Kodiċi lingwi | 1 | 2 | 3 |

BG | "яйца от кокошки – свободно отглеждане на открито" | "яйца от кокошки – подово отглеждане" | "яйца от кокошки – клетъчно отглеждане" |

ES | "Huevos de gallinas camperas" | "Huevos de gallinas criadas en el suelo" | "Huevos de gallinas criadas en jaula" |

CS | "Vejce nosnic ve volném výběhu" | "Vejce nosnic v halách" | "Vejce nosnic v klecích" |

DA | "Frilandsæg" | "Skrabeæg" | "Buræg" |

DE | "Eier aus Freilandhaltung" | "Eier aus Bodenhaltung" | "Eier aus Käfighaltung" |

ET | "Vabalt peetavate kanade munad" | "Õrrekanade munad" | "Puuris peetavate kanade munad" |

EL | "Αυγά ελεύθερης βοσκής" | "Αυγά αχυρώνα ή αυγά στρωμνής" | "Αυγά κλωβοστοιχίας" |

EN | "Free range eggs" | "Barn eggs" | "Eggs from caged hens" |

FR | "Oeufs de poules élevées en plein air" | "Oeufs de poules élevées au sol" | "Oeufs de poules élevées en cage" |

GA | "Uibheacha saor-raoin" | "Uibheacha sciobáil" | "Uibheacha ó chearca chúbarnaí" |

IT | "Uova da allevamento all'aperto" | "Uova da allevamento a terra" | "Uova da allevamento in gabbie" |

LV | "Brīvās turēšanas apstākļos dētās olas" | "Kūtī dētas olas" | "Sprostos dētas olas" |

LT | "Laisvai laikomų vištų kiaušiniai" | "Ant kraiko laikomų vištų kiaušiniai" | "Narvuose laikomų vištų kiaušiniai" |

HU | "Szabad tartásban termelt tojás" | "Alternatív tartásban termelt tojás" | "Ketreces tartásból származó tojás" |

MT | "Bajd tat-tiġieg imrobbija barra" | "Bajd tat-tiġieġ imrobbija ma’l-art" | "Bajd tat-tiġieġ imrobbija filgaġeġ" |

NL | "Eieren van hennen met vrije uitloop" | "Scharreleieren" | "Kooieieren" |

PL | "Jaja z chowu na wolnym wybiegu" | "Jaja z chowu ściółkowego" | "Jaja z chowu klatkowego" |

PT | "Ovos de galinhas criadas ao ar livre" | "Ovos de galinhas criadas no solo" | "Ovos de galinhas criadas em gaiolas" |

RO | "Ouă de găini crescute în aer liber" | "Ouă de găini crescute în hale la sol" | "Ouă de găini crescute în baterii" |

SK | "Vajcia z chovu na voľnom výbehu" | "Vajcia z podostieľkového chovu" | "Vajcia z klietkového chovu" |

SL | "Jajca iz proste reje" | "Jajca iz hlevske reje" | "Jajca iz baterijske reje" |

FI | "Ulkokanojen munia" | "Lattiakanojen munia" | "Häkkikanojen munia" |

SV | "Ägg från utehöns" | "Ägg från frigående höns inomhus" | "Ägg från burhöns" |

PARTI B

Termini msemmija fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 12(2)

Il-kodiċi tal-lingwi | |

BG | "уголемени клетки" |

ES | "Jaulas acondicionadas" |

CS | "Obohacené klece" |

DA | "Stimulusberigede bure" |

DE | "ausgestalteter Käfig" |

ET | "Täiustatud puurid" |

EL | "Αναβαθμισμένοι/Διευθετημένοι κλωβοί" |

EN | "Enriched cages" |

FR | "Cages aménagées" |

GA | "Cásanna Saibhrithe" |

IT | "Gabbie attrezzate" |

LV | "Uzlaboti būri" |

LT | "Pagerinti narveliai" |

HU | "Feljavított ketrecek" |

MT | "Gaġġeg arrikkiti" |

NL | "Aangepaste kooi" of "Verrijkte kooi" |

PL | "Klatki ulepszone" |

PT | "Gaiolas melhoradas" |

RO | "Cuști îmbunătățite" |

SK | "Obohatené klietky" |

SL | "Obogatene kletke" |

FI | "Varustellut häkit" |

SV | "Inredd bur" |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Rekwiżiti minimi għal sistemi ta' produzzjoni għad-diversi metodi ta' produzzjoni tal-bajd

1. "Bajd tat-tiġieg imrobbija barra" għandhom ikunu prodotti f'sistemi ta' produzzjoni li jissodisfaw ta' l-anqas il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 1999/74/KE.

Partikolarment iridu jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) it-tiġieġ għandhom ikollhom aċċess kontinwu bi nhar għal biċċiet ta' art fil-beraħ. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma jċaħħadx produttur milli jirrestrinġi l-aċċess għal perjodu ta' żmien limitat fis-sigħat ta' filgħodu skond il-prassi tajba tas-soltu għall-biedja, li jinkludu t-trobbija ta' l-annimali.

Fil-każ ta' aktar restrizzjonijiet, li jinkludu restrizzjonijiet veterinarji, adottati taħt id-dritt Komunitarju biex titħares is-saħħa pubblika u ta' l-annimali, li għandhom l-effett li jirrestrinġu l-aċċess tat-tiġieġ għal biċċiet ta' art fil-beraħ, il-bajd jista' jibqa' jitqiegħed fis-suq bħala "bajd tat-tiġieg imrobbija fil-beraħ" sakemm iddum ir-restrizzjoni, iżda taħt l-ebda ċirkostanza għal aktar minn tnax-il ġimgħa;

(b) il-biċċiet ta' art fil-beraħ li għalihom it-tiġieġ ikollhom aċċess iridu jkunu miksija l-aktar bil-ħaxix u ma jintużawx għall-ebda skop ieħor għajr bħala ġonna tal-frott, imsaġar u mergħat tal-bhejjem jekk dawn ta' l-aħħar ikunu awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti;

(c) id-densità massima tal-bhejjem għall-biċċiet ta' art fil-beraħ ma tistax tkun ta' aktar minn 2500 tiġieġa għal kull ettaru ta' art disponibbli għat-tiġieġ jew tiġieġa waħda għal kull 4 m2 il-ħin kollu. Iżda, meta għallinqas 10 m2 għal kull tiġieġa jkunu disponibbli u fejn tintuża r-rotazzjoni u t-tiġieġ jingħataw aċċess indaqs għaż-żona kollha matul il-ħajja tal-qatgħa, kull reċint użat għandu f'kull ħin jiżgura ta' l-anqas 2,5 m2 għal kull tiġieġa;

(d) il-biċċiet ta' art fil-beraħ ma jistgħux jestendu lil hinn minn raġġ ta' 150 m mill-eqreb fetħa tal-bini. Madankollu estensjoni ta' sa 350 m mill-eqreb fetħa tal-bini tkun permissibbli sakemm għadd bizzejjed ta' postijiet ta' kenn kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(3)(b)(ii) tad-Direttiva 1999/74/KE ikunu mqassma f'distanzi ndaqs matul il-ftuħ kollu kemm hu b'ta' l-anqas erba' postijiet ta' kenn kull ettaru.

2. "Bajd tat-tiġieġ imrobbija ma' l-art" għandhom ikunu prodotti f'sistemi ta' produzzjoni li jissodisfaw ta' l-anqas il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE.

3. "Bajd tat-tiġieġ imrobbija fil-gaġeġ" għandu jiġi prodott f'azjendi tat-tjur li jissodisfaw ta' l-anqas:

- il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/74/KE sal- 31 ta’ Diċcembru 2011, jew

- il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 1999/74/KE.

4. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi mill-punti 1. u 2. ta' dan l-Anness għall-istabbilimenti b'anqas minn 350 tiġieġ tal-bajd jew jrabbu tiġieġ tal-bajd għat-trobbija fir-rigward ta' l-obbligi msemmija fit-tieni sentenza tal-punt 1(d) u fil-punti 1(e), 2, 3(a)(i) u 3(b)(i) ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 1999/74/KE.

--------------------------------------------------

ANNESS III

Ir-Reġjuni tal-Finlandja msemmija fl-Artikolu 34

Il-provinċji ta':

- Lappi,

- Oulu,

- ir-reġjuni ta' Karelia ta' Fuq u Savo ta' Fuq fil-provinċja tal-Finlandja tal-Lvant,

- Åland.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

It-tabella ta' korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 36

Ir-Regolament (KE) Nru 2295/2003 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | — |

Artikolu 2 | — |

Artikolu 3 | Artikolu 5 |

Artikolu 4 | Artikolu 5 |

Artikolu 5 | Artikolu 2(1), (2) u (3) |

Artikolu 6 | Artikolu 2(4) |

Artikolu 7 | Artikolu 4 |

Artikolu 8(1) sa (4) | Artikolu 6 |

Artikolu 8(5) | Artikolu 8 |

Artikolu 8(6) | — |

Artikolu 8(7) | Artikolu 11 |

Artikolu 9 | Artikolu 13 |

Artikolu 10 | Artikolu 12(4)(c) |

Artikolu 11 | — |

Artikolu 12 | Artikolu 14 |

Artikolu 13 (1) u (3) | Artikolu 12 |

Artikolu 13(2) | Artikolu 16 |

Artikolu 14 | Artikolu 15 |

Artikolu 15 | — |

Artikolu 16 | Artikolu 30 |

Artikolu 17 | Artikolu 12 |

Artikolu 18 | — |

Artikolu 19 | Artikolu 18 |

Artikolu 20 | Artikolu 14 |

Artikolu 21 | Artikolu 19 |

Artikolu 22 | Artikolu 2(4) |

Artikolu 23 | — |

Artikolu 24 | Artikolu 20 |

Artikolu 25(1), (2) u (3) | Artikolu 21 |

Artikolu 25(4) | Artikolu 24 |

Artikolu 26 | Artikolu 23 |

Artikolu 27 | L-Artikoli 7 (2) Artikolu 22 |

Artikolu 28 | — |

Artikolu 29 | Artikolu 32 |

Artikolu 30 | — |

Artikolu 31 | — |

Artikolu 32 | — |

Artikolu 33 | Artikolu 26 |

Artikolu 34 | Artikolu 27 |

Artikolu 35 | Artikolu 4 |

Artikolu 36 | Artikolu 17 |

Artikolu 37 | — |

Artikolu 38 | Artikolu 36 |

Artikolu 39 | Artikolu 37 |

ANNESS I | — |

ANNESS II | ANNESS I |

ANNESS III | ANNESS II |

ANNESS IV | Artikolu 15 |

ANNESS V | — |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet