Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007 tat- 22 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u għall-iffissar, għall-2007, tal-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku u tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament

Official Journal L 131 , 23/05/2007 P. 0010 - 0015


Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2007

tat- 22 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u għall-iffissar, għall-2007, tal-limiti finanzjarji għall-implimentazzjoni sħiħa jew parzjali ta' l-Iskema ta' Pagament Uniku u tal-pakketti finanzjarji annwali għall-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, u li jemenda dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad- 29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 [1], u b'mod partikolari l-Artikoli 64(2), 70(2), 110i(3) u (4), 143b(3) u 145(i) tagħhom,

Billi:

(1) Għall-Istat Membru li jimplimenta l-Iskema ta' Pagament Uniku stabbilita f'Titlu III tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2007, il-limiti baġitarji għal kull pagament, imsemmija f'Artikoli 66 sa 69 ta' dak ir-Regolament għandhom jiġu ffissati għall-2007 taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'Sezzjoni 2 ta' Kapitlu 5 ta' Titlu III ta' dak ir-Regolament.

(2) Għall-Istati Membri li jużaw, fl-2007, l-għażla stabbilita bl-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-limiti baġitarji applikabbli għall-pagamenti diretti esklużi mill-Iskema ta' Pagament Uniku għandhom jiġu ffissati għall-2007.

(3) L-ammont massimu ta' għajnuna għall-imsaġar taż-żebbuġ imsemmija f'Artikolu 110i(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi aġġustat skond it-tnaqqis tal-koeffiċjent imsemmi fit-tielet subtitlu ta' l-istess dispożizzjoni u għall-ammont miżmum skond Artikolu 110i(4), notifikat mill-Istati Membri konċernati. Il-limiti massimi nazzjonali ta' l-Anness VIIIa għal dak ir-Regolament għandhom jiġu aġġustati kif meħtieġ.

(4) Għall-fini ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġu ppubblikati l-limiti baġitarji għall-Iskema ta' Pagament Uniku għas-sena 2007 wara t-tnaqqis, mil-limiti ta' l-Anness VIII għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fl-2007, tal-limiti stabbiliti għall-pagamenti imsemmija f'Artikoli 66 sa 70 ta' dak ir-Regolament.

(5) Għall-Istati Membri li fl-2007 jimplimentaw l-Iskema ta' Pagament Uniku, stabbilita bit-Titlu IVa tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-pakketti finanzjarji annwali għall-2007 għandhom jiġu ffissati skond Artikolu 143(b) ta' dak ir-Regolament.

(6) Għall-fini ta' ċarezza, huwa xieraq li jiġu ppubblikati l-limiti massimi tal-fondi disponibbli għall-Istati Membri li japplikaw għall-Iskema ta' Pagament Uniku għall-għoti ta' pagamenti separati għaz-zokkor fl-2007 skond Artikolu 143ba tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 stabbiliti abbażi tan-notifiki tagħhom.

(7) L-ammont massimu ta' għajnuna mill-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma mfassla minn organizzazzjonijiet ċertifikati ta' operaturi fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa għandu jiġi dikjarat, skond il-koeffiċjent applikat għall-ammont miżmum skond Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, notifikat mill-Istati Membri konċernati.

(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jigi emendat kif meħtieġ.

(9) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Ħlasijiet Diretti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Il-limiti baġitarji għall-2007 msemmija f'Artikoli 66 sa 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stipulati f'Anness I ta' dan ir-Regolament.

2. Il-limiti baġitarji għall-2007 msemmija f'Artikoli 70(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stipulati f'Anness II ta' dan ir-Regolament.

3. Il-limiti baġitarji għall-Iskema ta' Pagament Uniku għall-2007 msemmija f'Titlu III tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 huma stipulati f'Anness III ta' dan ir-Regolament.

4. Il-pakketti finanzjarji annwali għall-2007 msemmija f'Artikolu 143b(3) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huma stipulati f'Anness IV ta' dan ir-Regolament.

5. L-ammonti massimi ta' fondi disponibbli għar-Repubblika Ċeka, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, għall-għoti ta' ħlas separat għaz-zokkor fl-2007, kif imsemmija f'Artikolu 143b(4) tar-Regolament (KE) Nru. 1782/2003 huma stipulati f'Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-ammont massimu ta' għajnuna mill-Komunità għall-iffinanzjar ta' programmi ta' ħidma mfassla minn organizzazzjonijiet ta' operaturi ċertifikati fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa skond l-Artikolu 110i(4) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jkun kif ġej:

EUR miljuni |

Il-Greċja | 11,098 |

Franza | 0,576 |

L-Italja | 35,991 |

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 110i(3), it-tabella tinbidel b'din it-tabella:

"EUR miljuni |

Spanja | 103,14 |

Ċipru | 2,93" |

(2) F'Anness VIIIa, il-kolonni li jikkonċernaw lil Malta u lis-Slovenja jinbidlu b'dan li ġej:

"Sena Kalendarja | Malta | Is-Slovenja |

2005 | 670 | 35800 |

2006 | 830 | 44184 |

2007 | 1668 | 59026 |

2008 | 2085 | 73618 |

2009 | 2502 | 87942 |

2010 | 2919 | 101959 |

2011 | 3336 | 115976 |

2012 | 3753 | 129993 |

2013 | 4170 | 144110 |

2014 | 4170 | 144110 |

2015 | 4170 | 144110 |

2016 u s-snin ta' wara | 4170 | 144110" |

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann Fischer Boel

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2013/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 13).

--------------------------------------------------

ANNESS I

LIMITI BAĠITARJI GĦAL PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM INGĦATAW SKOND ARTIKOLI 66 SA 69 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena Kalendarja 2007

(Ammont f'EUR miljuni) |

| BE | DK | DE | EL | ES | FR | IT | NL | AT | PT | SI | FI | SE | UK |

| Flanders | | | | | | | | | | | | | L-Iskozja |

Ħlasijiet taż-żona għall-għelejjel li jinħartu | | | | | | 372670 | 1154046 | | | | | | | | |

Is-suppliment pagabbli għall-qamħ durum | | | | | | 42025 | 14820 | | | | | | | | |

Primjum għall-baqar mhux miftuma | 77565 | | | | | 260242 | 733137 | | | 70578 | 79031 | | | | |

Primjum addizzjonali għall-baqar mhux miftuma | 19389 | | | | | 26911 | 1279 | | | 99 | 9503 | | | | |

Primjum speċjali għaċ-ċanga | | | 33085 | | | | | | | | | 5038 | 24420 | 37446 | |

Primjum għall-qtil, adulti | | | | | | 47175 | 101248 | | 62200 | 17348 | 8657 | | | | |

Primjum għall-qtil, għoġġiela | | 6384 | | | | 560 | 79472 | | 40300 | 5085 | 946 | | | | |

Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż | | | 855 | | | 183499 | | | | | 21892 | 346 | 600 | | |

Primjum għan-nagħaġ | | | | | | | 66455 | | | | | | | | |

Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż | | | | | | 55795 | | | | | 7184 | 119 | 200 | | |

Prjmjum supplimentari għan-nagħaġ | | | | | | | 19572 | | | | | | | | |

Għajnuna għal żona tal-ħops | | | | 2277 | | | 98 | | | 27 | | 99 | | | |

l-Artikolu 69, is-setturi kollha | | | | | | | | | | | | | | 3398 | |

Artikolu 69, għelejjel li jinħartu | | | | | 47323 | | | 141712 | | | 1878 | | 5840 | | |

Artikolu 69, ross | | | | | | | | | | | 150 | | | | |

Artikolu 69, ċanga u vitella | | | | | 8810 | 54966 | | 28674 | | | 1684 | 2970 | 10118 | | 29800 |

Artikolu 69,laħam tan-nagħaġ u l-mogħoż | | | | | 12615 | | | 8665 | | | 616 | | | | |

Artikolu 69, qoton | | | | | | 13432 | | | | | | | | | |

Artikolu 69, żejt taż-żebbuġa | | | | | 22196 | | | | | | 5658 | | | | |

Artikolu 69, tabakk | | | | | 7578 | 2353 | | | | | | | | | |

Artikolu 69, zokkor | | | | | 2246 | 17568 | | 8160 | | | 1104 | | | | |

Artikolu 69, prodotti tal-ħalib | | | | | | 19763 | | | | | | | | | |

--------------------------------------------------

ANNESS II

LIMITI BAĠITARJI għall-PAGAMENTI DIRETTI LI GĦANDHOM JINGĦATAW SKOND ARTIKOLU 70 TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena Kalendarja 2007

(Ammont f'EUR miljuni) |

| Il-Belġju | Il-Greċja | Spanja | Franza | L-Italja | L-Olanda | Il-Portugall | Il-Finlandja |

Artikolu 70(1)(a)

Għajnuna għaż-żrieragħ | 1397 | 1400 | 10347 | 2310 | 13321 | 726 | 272 | 1150 |

Artikolu 70(1)(b)

Pagamenti għall-għelejjel li jinħartu | | | 23 | | | | | |

Għajnuna għal-legumi tal-ħbub | | | 1 | | | | | |

Għajnuna speċifika għall-għelejjel tar-ross | | | | 3053 | | | | |

Għajnuna għat-tabakk | | | | | | | 166 | |

--------------------------------------------------

ANNESS III

LIMITI BAĠITARJI GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU

Sena Kalendarja 2007

(Ammont f'EUR miljuni) |

Stat Membru | |

Il-Belġju | 488660 |

Id-Danimarka | 987356 |

Il-Ġermanja | 5693330 |

Il-Greċja | 2069049 |

Spanja | 3542583 |

Franza | 6107448 |

L-Irlanda | 1337919 |

L-Italja | 3612988 |

Il-Lussemburgu | 37051 |

Malta | 1668 |

L-Olanda | 730632 |

L-Awstrija | 643956 |

Il-Portugall | 432636 |

Is-Slovenja | 50454 |

Il-Finlandja | 521285 |

L-Iżvezja | 714201 |

Ir-Renju Unit | 3931186 |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

PAKKETTI FINANZJARJI ANNWALI GĦALL-ISKEMA TA' PAGAMENT UNIKU

Sena Kalendarja 2007

(Ammont f'EUR miljuni) |

Stat Membru | |

Il-Bulgarija | 202097 |

Ir-Repubblika Ċeka | 355384 |

L-Estonja | 40503 |

Ċipru | 19439 |

Il-Latvja | 55815 |

Il-Litwanja | 147781 |

L-Ungerija | 509562 |

Il-Polonja | 1145834 |

Ir-Rumanija | 440635 |

Ir-Repubblika Slovakka | 147342 |

--------------------------------------------------

ANNESS V

L-AMMONT MASSIMU TA' FONDI DISPONIBBLI GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-GĦOTI TA' PAGAMENTI SEPARATI GĦAZ-ZOKKOR IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 143ba TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 1782/2003

Sena Kalendarja 2007

(Ammont f'EUR miljuni) |

Stat Membru | |

Ir-Repubblika Ċeka | 24490 |

Il-Latvja | 5164 |

Il-Litwanja | 8012 |

L-Ungerija | 31986 |

Il-Polonja | 122906 |

Ir-Rumanija | 1930 |

Ir-Repubblika Slovakka | 14762 |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet