2007/347/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/416/KE dwar il-miżuri temporanji ta’ l-emerġenza fir-rigward ta’ ċertu frott taċ-ċitru li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2089)
Official Journal L 130 , 22/05/2007 P. 0046 - 0047
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/416/KE dwar il-miżuri temporanji ta’ l-emerġenza fir-rigward ta’ ċertu frott taċ-ċitru li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 2089) (2007/347/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat- 8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti fil-Komunità [1], b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/416/KE [2] tistabbilixxi miżuri temporanji ta’ emerġenza li għandhom l-għan li jsaħħu l-prevenzjoni tad-dħul ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara, u b’mod partikulari ta’ Guignardia citricarpa Kiely u Xanthomonas campestris fir-rispett ta’ frott ta’ Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom li joriġinaw fl-Arġentina jew fil-Brażil. (2) Abbażi tal-valutazzjoni ta’ l-Uffiċċju Veterinarju u ta’ l-Ikel fl-2004 u fl-2005 fl-Arġentina u l-Brażil, l-informazzjoni minn rapporti tekniċi dettaljati dwar ir-riżultati ta’ kontrolli fuq iss-saħħa tal-pjanti mwettqa fl-2004, l-2005 u l-2006 mill-Istati Membri dwar dak il-frott taċ-ċitru importat mill-Arġentina u l-Brażil u informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Arġentina fl-2006 u l-2007 dwar is-sistema ta’ traċċabilità u r-reġistru uffiċjali ta’ l-operaturi stabbilit fl-Arġentina fis-settur ta’ l-esportazzjoni tal-frott taċ-ċitru, jidher li m’hemmx bżonn aktar il-miżuri temporanji ta’ emerġenza fir-rispett ta’ l-Arġentina. (3) L-effett tal-miżuri temporanji ta’ emerġenza kkonċernat kien valutat mill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti f’diversi okkażjonijiet matul l-2005, l-2006 u l-2007. Kien rakkomandat li l-miżuri temporanji ta’ emerġenza m’għandhomx japplikaw għall-frott taċ-ċitru li joriġina fl-Arġentina, iżda, madankollu, għandhom jibqgħu fis-seħħ fir-rispett ta’ dak il-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Brażil. (4) Id-Deċiżjoni 2004/416/KE għandha għalhekk tkun emendata kif jixraq. (5) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni 2004/416/KE hija emendata kif ġej: (1) Fit-titolu, il-kelmiet "l-Arġentina jew" jitħassru. (2) Fl-Artikolu 1, il-kelmiet "l-Arġentina jew" jitħassru. (3) L-Artikolu 2 jinbidel f’dan li ġej: "Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE [***], kull Stat Membru li jimporta l-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Brażil għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mhux aktar tard mill- 31 ta’ Diċembru 2007, rapport tekniku dettaljat dwar ir-riżultati ta’ kontrolli fuq is-saħħa tal-pjanti mwettqa fuq dak il-frott skond l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE bejn l- 1 ta’ Mejju u t- 30 ta’ Novembru 2007. (4) Fl-Artikolu 3, "2004" tinbidel f’ "2007"; (5) L-Artikolu 4 jitħassar. (6) Fl-Artikolu 5, "2005" tinbidel f’ "2008"; (7) L-Anness huwa emendat kif ġej: (a) fil-punti 1 u 2, il-kelmiet "l-Arġentina jew" jitħassru. (b) fil-punt 3, il-kelmiet "l-Arġentina jew il-Brażil rispettivament" jinbidlu f’ "il-Brażil". Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Mejju 2007. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9). [2] ĠU L 151, 30.4.2004, p. 76. [***] ĠU L 32, 5.2.1994, p. 37." --------------------------------------------------