2007/321/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Mejju 2007 li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-bejgħ ta’ żrieragħ tal-ħxejjex skond id-Direttiva 2002/55/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1836)
Official Journal L 119 , 09/05/2007 P. 0048 - 0048
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Mejju 2007 li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-bejgħ ta’ żrieragħ tal-ħxejjex skond id-Direttiva 2002/55/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1836) (It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku) (2007/321/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat- 13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 49 tagħha, Wara li kkunsidrat it-talba magħmula mir-Renju Unit, Billi: (1) Skond id-Direttiva 2002/55/KE il-Kummissjoni tista’, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet, teħles Stat Membru mill-obbligi għall-bejgħ ta’ żrieragħ tal-ħxejjex stabbiliti f’dik id-Direttiva. (2) Ir-Renju Unit applika biex jinħeles mill-obbligi tiegħu rigward ċerti speċijiet u sottospeċi partikolari. (3) Billi ż-żrieragħ ta’ dawk l-ispeċijiet u ta’ dik is-sottospeċi normalment mhumiex riprodotti fir-Renju Unit u r-riproduzzjoni normali tikkonċerna b’mod esklussiv materjal ta’ propagazzjoni u tħawwil barra ż-żrieragħ, ir-Renju Unit għandu jinħeles minn ċerti obbligi skond id-Direttiva 2002/55/KE rigward l-ispeċijiet u s-sottospeċi msemmija. (4) Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI Artikolu 1 Ir-Renju Unit huwa meħlus mill-obbligu li japplika d-Direttiva 2002/55/KE, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 2 sa 20, 34(1) u 39, għall-ispeċijiet jew sottospeċijiet li ġejjin. Allium cepa L. —Il-Grupp Aggregatum | Allium ascalonicum (shallot) | Allium fistulosum L. | Il-basal ta’ l-għenieqed Ġappuniż jew il-basla ta’ Wales | Allium sativum L. | It-tewm | Allium schoenoprasum L. | Il-kurrat salvaġġ | Rheum rhabarbarum L. | Ir-rabarbru | Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Mejju 2007. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12). --------------------------------------------------