Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1666/2006 tas- 6 ta' Novembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 li jistipola arranġamenti transizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) u Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 320 , 18/11/2006 P. 0047 - 0049
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1666/2006 tas- 6 ta' Novembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2076/2005 li jistipola arranġamenti transizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004, (KE) u Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 16(1) tiegħu. Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 [3] jistipola arranġamenti transizzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 853/2004. (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [4] Huwa meħtieġ li jiġu emendati ċertu dispożizzjonijiet. (2) Id-Deċiżjoni 2006/766/KE [5] tfassal lista ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 11 (4) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 li għalhekk jistgħu jiggarantixxu li l-molluski bivalvi, it-tunikati, l-ekinodermi u l-gastropodi u l-prodotti tal-baħar li huma esportati lejn il-Komunità jinsabu f'konformità mal-kondizzjonijiet sanitarji stipolati fil-leġislazzjoni komunitarja għall-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi. (3) Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 97/20/KE [6] u 97/296/KE [7] ippermettew lil ċerti pajjiżi terzi li ma kinux għaddew minn kontroll Komunitarju sabiex jesportaw molluski bivalvi ħajjin u prodotti tas-sajd lejn il-Komunità skond ċertu kondizzjonijiet. Dawk id-deċiżjonijiet huma rrevokati mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [8]. Din il-possibilità mhux imbassra mir-Regolament (KE) Nru 854/2004. Sabiex ikun evitat kull tfixkil tas-sistema tradizzjonali ta' kummerċ, dik il-possibbiltà għandha tinżamm fuq bażi transizzjonali. (4) Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi, tat-tunikati, l-ekinodermi u l-gastropodi tal-baħar u l-prodotti tas-sajd minn dawn il-pajjiżi terzi jew minn territorji li għandhom ikunu ta' l-anqas ekwivalenti għal dawk li jiggvernaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti Komunitarji. (5) Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ġenerali stipolat fl-Anness II kapitolu II parti A punt 4 tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 billi l-molluski bivalvi ħajjin minn żoni li huma kklassifikati B m'għandhomx jaqbżu l-limiti ta' 4600 E.coli għal kull 100 g ta' laħam u ta' likwidu intravalvolari, b'tolleranza ta' 10 % ta' kampjuni għandhom jiġu permessi għall-molluski bivalvi ħajjin li joriġinaw minn dawn iż-żoni. Minħabba li t-tolleranza f'10 % tal-kampjuni ma tirrappreżentax riskju għas-saħħa pubblika u fid-dawl li l-awtoritajiet kompetenti jiġu permessi li jadattaw progressivament għall-iskop tad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-Regolament (KE) Nru 854/2004 fir-rigward tal-klassifikazzjoni taż-żoni B, perijodu transizzjonali għandu jingħata għall-klassifikazzjoni ta' dawn iż-żoni. (6) Ir-Regolament (KE) nru 2076/2005 għandu jiġi emendat kif jixraq. (7) Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f'konformità ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali, ADDOTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 2076/2005 għandu jiġi emendat kif ġej: (1) Fl-Artikolu 7, il-paragrafi 3 u 4 li ġejjin huma miżjuda: "3. Permezz tad-deroga mill-Anness III, Sezzjoni VIII, Kapitolu III, Parti E mar-Regolament 853/2004, l-operaturi fil-kummerċ ta' l-ikel jistgħu jkomplu sal- 31 ta' Ottubru 2007 fl-importazzjoni taż-żejt tal-ħuta minn stabbilimenti f'pajjiżi terzi li kienu ġew approvati għal dak il-għan qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1664/2006 [9]. 4. Permezz tad-deroga mill-Anness VI mar-Regolament (KE) 2074/2005 il-prodotti li jissemmew f'dak l-Anness li għalihom iċ-ċertifikati ta' importazzjoni rilevanti inħarġu skond ir-regoli Komunitarji armonizzati infurzati qabel l- 1 ta' Jannar 2006 fejn dan huwa applikabbli, u flimkien mar-regoli nazzjonali implimentati mill-Istati Membri qabel dik id-data għall-każijiet oħrajn, jistgħu jiġu importati fil-Komunità sa l- 1 ta' Mejju 2007." (2) Fl-Artikolu 17 il-paragrafu 2 li jmiss hu miżjud: "2. Permezz tad-deroga mill-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni tal-molluski bivalvi u l-prodotti tas-sajd mill-pajjiżi li huma elenkati rispettivament fl-Anness I u fl-Anness II ma' dan ir-Regolament, bil-kondizzjonijiet li: (a) l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju terz ipprovdiet lill-Istat Membru kkonċernat il-garanziji li l-prodotti in kwestjoni inkisbu skond kondizzjonijiet li huma ta' l-anqas ekwivalenti għal dawk li jiggvernaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti Komunitarji u (b) l-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz jew tat-territorju terz tieħu miżuri xierqa sabiex taċċerta li dawn il-prodotti importati ikunu akkumpanjati minn mudell taċ-ċertifikati sanitarji stipolat fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 95/328/KE [10] u 96/333/KE [11] u jitqiegħdu fis-suq domestiku ta' l-Istat Membru jew Stati Membri importaturi li jippermettu l-istess importazzjoni." (3) L-Artikolu 17a li jmiss huwa miżjud: "'Artikolu 17a Klassifikazzjoni tal-produzzjoni u taż-żoni ta' twassil għall-molluski bivalvi Permezz tad-deroga mill-Kapitolu II (A) (4) ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 854/2004, l-awtorità kompetenti tista' tkompli tikklassifika bħala żoni ta' Klassi B li għalihom il-limiti rilevanti ta' 4600 E. coli għal kull 100 g ma jinqabżux f'90 % tal-kampjuni." (4) L-Anness I u l-Anness II huma miżjuda skond l-Anness ma' dan ir-Regolament. Artikolu 2 Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, nhar is- 6 ta' Novembru 2006. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta minn ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83). [2] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni Kkoreġuta minn (ĠU L 226 25.6.2004, p. 83). Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2076/2005. [3] ĠU L 338, 22.12.2005, p. 83. [4] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta minn ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2006 (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 3). [5] Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [6] ĠU L 6, 10.1.1997, p. 46. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2002/469/KE (ĠU L 163, 21.6.2002, p. 16). [7] ĠU L 122, 14.5.1997, p. 21. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/200/KE (ĠU L 71, 10.3.2006, p. 50). [8] Ara paġna 50 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali. [9] GU L 320, 18.11.2006, p. 13. [10] ĠU L 191, 12.8.1995, p. 32. [11] ĠU L 127, 25.5.1996, p. 33. -------------------------------------------------- ANNESS ANNESS I Lista ta' pajjiżi u territorji terzi li minnhom jiġu permessi l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi, l-ekinodermi, it-tunikati u l-gastropodi tal-baħar fi kwalukwe' forma għall-konsum mill-bniedem CA — Il-KANADA GL — GREENLAND US — L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA ANNESS II Lista ta' pajjiżi u territorji terzi li għalihom l-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd fi kwalukwe' forma għall-konsum mill-bniedem jistgħu jiġu permessi AO – ANGOLA AZ – L-AŻERBAJĠAN [1] BJ – BENIN CG – IR-REPUBBLIKA TAL-KONGO [2] CM – Il-KAMEROON ER – L- ERITREA FJ – FIJI IL – L-IŻRAEL MM – MYANMAR SB – Il-GŻEJJER SOLOMON SH – SANT ELENA TG – TOGO” [1] Awtorizzat għall-importazzjoni tal-kavjar biss. [2] Awtorizzat biss għall-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd li nqabdu, u ppakkjati fl-imballaġġ finali tagħhom fuq il-baħar. --------------------------------------------------