Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' Lulju 2006 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa u d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel

Official Journal L 204 , 26/07/2006 P. 0010 - 0022


Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal- 5 ta' Lulju 2006

li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar l-addittivi ta’ l-ikel għajr kuluri u sostanzi li jagħtu ħlewwa u d-Direttiva 94/35/KE dwar is-sustanzi li jagħtu ħlewwa għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) L-addittivi ta' l-ikel jistgħu jiġu approvati biss għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel jekk ikunu konformi ma' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal- 21 ta' Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-addittivi ta' l-ikel awtorizzati għall-użu f'oġġetti ta' l-ikel maħsuba għall-konsum tal-bniedem [3].

(2) Id-Direttiva 95/2/KE [4] tistabbilixxi lista ta' addittivi ta' l-ikel li jistgħu jintużaw fil-Komunità u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(3) Id-Direttiva 94/35/KE [5] telenka lista ta' sustanzi li jagħtu ħlewwa li jistgħu jintużaw fil-Komunità u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.

(4) Saru żviluppi tekniċi fil-qasam ta' l-addittivi ta' l-ikel mill-addozzjoni tad-Direttivi 95/2/KE u 94/35/KE. Dawn id-Direttivi għandhom jiġu adottati sabiex jieħdu kont ta' dawn l-iżviluppi.

(5) Fuq il-bażi ta' opinjoni ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), espressa fis- 26 ta' Novembru 2003, qed isiru bidliet lil awtorizzazzjonijiet preżenti sabiex il-livell ta' nitrosamini jinżamm kemm jistà jkun baxx billi jitnaqqsu l-livelli ta' nitriti u nitrati miżjuda ma' l-ikel filwaqt li tinżamm is-sigurtà mikrobijoloġika tal-oġġetti ta' l-ikel. L-EFSA tirrakkomanda li l-livelli ta' nitriti u nitrati jiġu mniżżla fil-leġiżlazzjoni bħala "ammont miżjud". L-EFSA hija tal-fehma li l-ammont miżjud ta' nitriti aktar milli l-ammont residwu jikkontribwixxi għall-attività inibitorja kontra is-C. botulinum. Id-disposizzjonijiet preżenti għandhom jiġu emendati b'tali mod sabiex il-livelli massimi permessi, kif imsemmija mill-EFSA, fi prodotti tal-laħam mhux trattati bis-sħana jew trattati bis-sħana, fil-ġobon u fil-ħut huma deskritti bħala ammonti miżjuda. Bħala eċċezzjoni, għal ċerti prodotti tal-laħam manifatturati b'mod tradizzjonali għandhom jiġu stabbiliti livelli ta' residwu massimu, bil-kundizzjoni li l-prodotti jkunu speċifikati u identifikati b'mod xieraq. Il-livelli stabbiliti għandhom jiżguraw li ma jinqabiżx l-ammont ta' inġestjoni ammissibbli ta' kuljum (ADI) stabbilita mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fl-1990. Prodotti li ma jissemmewx b'mod speċifiku f'din id-Direttiva, imma li huma tradizzjonalment prodotti b'mod simili (jiġifieri prodotti simili) jistgħu jekk meħtieġ jiġu kategorizzati skond l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 95/2/KE. Fil-każ tal-ġobon, il-livell għandu jiġi stabbilit bħala ammont miżjud fil-ħalib tal-ġobon. Jekk jintuża proċess li fih iż-żieda ta' nitrati ssegwi t-tneħħija tax-xorrox u ż-żieda ta' l-ilma, dan għandu jwassal għal livelli identiċi għal dawk li kienu jinkisbu kieku n-nitrat ġie miżjud direttament mal-ħalib tal-ġobon.

(6) Id-Direttiva 2003/114/KE li temenda d-Direttiva 95/2/KE titlob lill-Kummissjoni u lill-EFSA sabiex jirrevedu l-kondizzjonijiet għall-użu ta' l-E 214 sa E219 p-hydroxybenzoati u l-imluħ tas-sodju tagħhom qabel l- 1 ta' Lulju 2004. L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-p-hydroxybenzoati u ta' l-opinjoni tagħha fit- 13 ta' Lulju 2004. L-EFSA stabbilixxiet grupp sħiħ ADI ta' 0-10 mg/kg ta' piż tal-ġisem għas-somma ta' esters ta' l-aċidu ta' metil u etile p-hydroxybenzoic u l-imluħ tas-sodju tagħhom. L-EFSA qieset li l-propyl paraben m'għandhiex tkun inkluża f'dan il-grupp ADI minħabba li l-propyl paraben, għall-kuntrarju tal-paraben tal-metil u ta' l-etile, kellha effetti fuq l-ormoni sesswali u fuq l-organi riproduttivi maskili tal-firien f'età żgħira. Għalhekk l-EFSA ma setgħetx tirrakkomanda ADI għall-propyl paraben minħabba n-nuqqas ċar ta' osservazzjoni ta' livell ta' effett avvers (NOAEL). Huwa neċessarju li jitneħħew l-E 216 propyl p-hydroxybenzoat u l-E 217 propyl p-hydroxybenzoat tas-sodju mid-Direttiva 95/2/KE. Minbarra, huwa neċessarju li jitneħħa l-użu ta' p-hydroxybenzoatis f'supplimenti ta' ikel tad-dieta likwidi.

(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/374/KE [6] ssospendiet it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni ta' kikkri żgħar tal-ġeli li jkun fihom addittivi ta' l-ikel li jiffurmaw ġel derivati mill-alka tal-baħar u minn ċerti gomom minħabba r-riskju li wieħed jifga f'dawn il-prodotti. Fid-dawl ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni huwa meħtieġ li jiġi eskluż l-użu ta' ċerti addittivi ta' l-ikel li jiffurmaw ġel f'kikkri żgħar tal-ġeli.

(8) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel evalwa l-informazzjoni dwar is-sigurtà ta' l-eritritol u esprima l-opinjoni tiegħu fil- 5 ta' Marzu 2003. Il-Kumitat ikkonkluda li l-użu ta' l-eritritol bħala addittiv ta' l-ikel huwa aċċettabbli. Il-Kumitat jinnota wkoll li l-eritritol għandu effett lassattiv, imma f'doża għola minn polyols oħra. L-eritritol għandu ħafna karatteristiċi teknoloġiċi li ma jagħtux ħlewwa li huma importanti f'firxa wiesgħa ta' ikel, minn prodotti tal-ħelu sa prodotti tal-ħalib. Dawn jinkludu funzjonijiet bħal titjib, ġarr, stabilizzar, tagħqid, stimolazzjoni tad-diġestjoni u sekwestrant. Huwa meħtieġ li jiġi permess l-użu ta' l-eritritol fl-istess applikazzjonijiet ta' l-ikel bħall-polyols l-oħra preżentement permessi. Minbarra, huwa neċessarju li tkun emendata d-Direttiva 94/35/KE minħabba li l-eritritol jista' wkoll jintuża sabiex jagħmel il-ħlewwa bħall-polyols l-oħra preżentement permessi.

(9) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel evalwa l-informazzjoni dwar is-sikurezza tas-sojja emiċelluloża u esprima l-opinjoni tiegħu fl- 4 ta' April 2003. Il-Kumitat ikkonkluda li l-użu tas-sojja emiċelluloża huwa aċċettabbli f' ċertu ikel li għalih saret talba u f'ċerti livelli ta' inklużjoni. Għalhekk huwa xieraq, li jkun permess tali użu għal ċerti skopijiet. Madankollu, sabiex jiġu faċilitati l-affarijiet għal dawk li jbatu minn allerġiji, tali użu m'għandux ikun permezz għal ikel mhux ipproċessat li fih mhux mistenni li tinsab is-sojja. F'kwalunkwe każ, il-konsumaturi għandhom jiġu infurmati meta prodott ikun fih l-emiċelluloża derivata mis-sojja skond id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' l-ittikketjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta' oġġetti ta' l-ikel [7].

(10) L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà taċ-ċelluloża etile u esprimiet l-opinjoni tagħha fis- 17 ta' Frar 2004. L-Awtorità ddeċidiet li tinkludi ċ-ċelluloża etile fil-grupp ADI "mhux speċifikat" għal ċellulożi modifikati stabbilit mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel. L-applikazzjoni ewlenija taċ-ċelluloża etile hija f'supplimenti ta' l-ikel u f'togħmiet inkapsulati. L-użu ta' ċelluloża etile għandu għalhekk ikun permess b'mod simili bħal ċellulożi oħra.

(11) L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-pullulan u esprimiet l-opinjoni tagħha fit- 13 ta' Lulju 2004. L-Awtorità sabet li l-użu tal-pullulan huwa aċċettabli fil-kisi ta' supplimenti ta' l-ikel li għandhom forma ta' kapsuli u pilloli kif ukoll fi prodotti li jiffriskaw in-nifs li għandhom forma ta' karta rqiqa. Huwa għalhekk xieraq li dawn l-użi jiġu permessi.

(12) L-EFSA evalwat l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-butyl hydrokinina terzjarja (TBHQ) u esprimiet l-opinjoni tagħha fit- 12 ta' Lulju 2004. L-EFSA stabbiliet ADI ta' 0-0,7 mg/kg ta' piż tal-ġisem għal dan l-antiossidant u sabet li l-użu tiegħu huwa aċċettabbli għal ċerti oġġetti ta' ikel f'ċerti livelli ta' inklużjoni. Huwa għalhekk xieraq li dan l-addittiv jiġi permess.

(13) Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel evalwa l-informazzjoni dwar is-sigurtà tal-lamtu ta' l-aluminju ottentil suċċinat u esprima l-opinjoni tiegħu fil- 21 ta' Marzu 1997. Il-Kumitat sab li l-użu ta' dan l-addittiv bħala komponent f'vitamini micro inkapsulati u karotenojdi jista' jitqies bħala aċċettabli. Huwa għalhekk xieraq li dan l-użu jiġi permess.

(14) Matul il-manifattura ta' ġobon magħmul minn ħalib qares, E 500ii ta' idro-karbonat tas-sodju jiġi miżjud mal-ħalib pasturiżżat sabiex jibbaferja l-aċidità kawżata mill-aċidu lattiku għal valur ta' pH xieraq, u b'hekk toħloq il-kondizzjonijiet meħtieġa ta' tkabbir għall-kultura tal-prodott misjur. Huwa, għalhekk, xieraq li jkun permess l-użu ta' idro-karbonat tas-sodju fil-ġobon magħmul minn ħalib qares.

(15) Bħalissa l-użu ta' taħlit ta' sorbati (E 200, E 202 u E 203) u benzoati (E 210 sa 213) huwa awtorizzat f'gambli msajra għall-preservazzjoni. Huwa xieraq li dik l-awtorizzazzjoni għall-użu tagħha tiġi estiża għall-krustaċji u l-molluski imsajra kollha.

(16) E 551 diossidu tas-silikon huwa permess bħala ġarrier għall-kuluri ta' l-ikel f'livell massimu ta' 5 %. L-użu ta' diossidu tas-silikon bħala ġarrier għall-kuluri ta' l-ikel E 171 diossidu tat-titanju u E 172 ossidi u idrossidi tal-ħadid għandu wkoll jkun permess f'livell massimu ta' 90 % relattiv għall-pigment.

(17) Id-Direttiva 95/2/KE tillimita l-użu ta' l-addittivi elenkati f'Anness I ta'dik id-Direttiva fil-ħobż tradizzjonali Franċiż "Pain courant francais". L-istess limitazzjoni għandha tapplika għall-ħobż tradizzjonali simili Ungeriż. Huwa wkoll xieraq li jiġi awtorizzat l-użu ta' l-aċidu assorbiku (E 300), l-assorbat tas-sodju (E 301) u d-disodju tal-kalċju EDTA (E 385) fil-paté tal-fwied Ungeriż.

(18) Huwa meħtieġ li jiġu aġġornati d-disposizzjonijiet kurrenti fir-rigward ta' l-użu ta' sulfiti (E 220 sa E 228) fi krustaċji msajjrin, f'għeneb għall-ikel u fil-lychees.

(19) Skond talba magħmula minn Stat Membru u skond l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel tal- 5 ta' Marzu 2003, 4-hexylresorcinol, li ġie awtorizzat fuq livell nazzjonali taħt id-Direttiva 89/107/KEE, għandha tkun awtorizzata fuq livell Komunitarju.

(20) It-terminoloġija wżata fid-Direttiva 95/2/KE għandha tiġi adattata sabiex tieħu kont tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat- 3 ta' Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel maħsuba għal użu nutrizzjonali partikolari [8], tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' supplimenti ta' l-ikel [9] u tad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal- 25 ta' Marzu 1999 dwar ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali [10].

(21) Id-Direttivi 95/2/KE u 94/35/KE għandhom, għalhekk, jiġu emendati skond dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 95/2/KE hija b' dan emendata kif ġej:

(1) l-Artikolu 1(3)(ċ) għandu jiġi mibdul b'dan li ġej:

"(ċ) "carriers", inklużi solventi "carrier", huma sostanzi wżati sabiex idewbu, jiddilwixxu, iferrxu jew inkella jimmodifikaw fiżikament addittiv jew sustanza li tagħti t-togħma lill-ikel mingħajr ma jibdlu l-funzjoni tiegħu (u mingħajr ma jeżerċitaw kwalunkwe effett teknoloġiku huma nfushom) sabiex jiffaċilitaw l-immaniġjar, l-applikazzjoni jew l-użu tiegħu;";

(2) Fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 3 il-kelmiet "ikel tal-ftim" għandhom jiġi mibdula bil-kliem "ikel b'bażi ta' ċereali proċessat u ikel tat-trabi";

(3) L-Annessi għandhom jiġu emendati skond l-Anness I ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L–Anness għad-Direttiva 94/35/KE huwa emendat skond l-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ sal- 15 ta’ Frar 2008 l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sabiex:

(a) jkun possibli l-kummerċ u l-użu ta' prodotti li huma konformi ma' din id-Direttiva sa- 15 ta’ Frar 2008,

(b) jipprojbixxu l-kummerċ ta' u l-użu ta' prodotti li m'humiex konformi ma' din id-Direttiva sal- 15 ta’ Awissu 2008.

Madankollu, prodotti mpoġġija fuq is-suq jew li ġew tikkettjati qabel il- 15 ta’ Awissu 2008 li ma jkunux konformi ma' din id-Direttiva jistgħu jiġu kummerċjalizzati sakemm jispiċċaw l-istokks.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' tali liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi flimkien ma' tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Awwissu 2006 wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, nhar is- 5 ta’ Lulju 2006.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. Borrell Fontelles

Għall-Kunsill

Il-President

P. Lehtomäki

[1] ĠU C 255, 14.10.2005, p. 59.

[2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas- 26 ta' Ottubru 2005 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta' Ġunju 2006.

[3] ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[4] ĠU L 61, 18.3.1995, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/114/KE (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 58).

[5] ĠU L 237, 10.9.1994, p. 3. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/115/KE (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 65).

[6] ĠU L 118, 23.4.2004, p. 70.

[7] ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2003/89/KE (ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15).

[8] ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[9] ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

[10] ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29. Direttiva kif emendata bl-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ l-2003.

--------------------------------------------------

ANNESS I

L-Annessi tad-Direttiva 95/2/KE huma emendati kif ġej:

(1) L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a) Fin-nota introduttiva, is-segwenti nota hija miżjuda:

"4. Is-sustanzi elenkati taħt in-numri E 400, E 401, E 402, E 403, E 404, E 406, E 407, E 407a, E 410, E 412, E 413, E 414, E 415, E 417, E 418 u E440 ma jistgħux jintużaw f'kikkri żgħar tal-ġeli, definiti, għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, bħala ħelu tal-ġeli ta' konsistenza ferma, li jinsabu f' kikkri żgħar jew mini-kapsuli semi-riġidi jew, maħsuba biex jinbelgħu f'gidma waħda billi tgħafas fuq il-kikkri żgħar jew mini-kapsuli sabiex iwassal il-ħelu fil-ħalq.";

(b) Ir-ringiela li ġejja hija nkluża fit-tabella:

"E 462 | Ċelluloża etile"; |

(2) L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a) ir-ringiela għal "ġobon matur" hija mibdula b'dan li ġej:

"Ġobon matur | E 170 Karbonat tal-kalċju E 504 Karbonati tal-manjeżju E 509 Klorur tal-kalċju E 575 Glucono-delta-lactone | quantum satis |

| E 500ii Idro-Karbonat tas-sodju | quantum satis (għall-ġobon tal-ħalib qares biss)"; |

(b) fir-ringiela għall-"Pain courant français" wara l-kelmiet "Pain courant français" huma miżjuda l-kliem: "Friss búzakenyér, fehér és félbarna kenyerek";

(ċ) fir-ringiela għall-"Foie gras, foie gras entier, blocs de foie gras" wara l-kelmiet "Foie gras, foie gras entier, blocs de foie gras" huma miżjuda l-kliem li ġej: "Libamáj, libamáj egészben, libamáj tömbben";

(3) L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a) Il-Parti A hija emendata kif ġej:

(i) fit-tabella "Sorbates, benzoates u p-hydroxybenzoates", ir-ringiela għal "E 216 Propyl p-hydroxybenzoate" u "E 217 Sodium propyl p-hydroxybenzoate" huma mħassra;

(ii) It-tabella għal oġġetti ta' l-ikel hija emendata kif ġej:

- Ir-ringieli li ġejjin huma mħassra:

"Gambli, msajra | | | | 2000 | | |

denb ta' gambli ta' l-ilma ħelu, imsajra, u molluski marinati u msajra qabel ikunu ppakkjati | 2000 | | | | | |

Supplimenti ta' ikel tad-dieta f'forma likwida | | | | | | 2000" |

- Ir-ringieli li ġejjin huma miżjuda:

"Krustaċji u molluski, imsajra | | 1000 | | 2000 | | |

Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE [1] fornuti fil-forma likwida | | | | 2000 | | |

- "Ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fid-Direttiva 1999/21/KE [2];

(b) Fil-Parti B it-tabella għall-oġġetti ta' l-ikel qed tiġi emendata kif ġej:

- Ir-ringiela għal "krustaċi u ċefalopidi" qed tiġi mibdula b' dan li ġej:

"Krustaċji u Ċefalopodi: | |

friski, friżati u "deep-frozen" | 150 [3] |

krustaċji, familja ta' Penaeidae, Solenoceridae, Aristaeidae: | |

sa 80 unità | 150 [3] |

bejn 80 u 120 unità | 200 [3] |

iktar minn 120 unità | 300 [3] |

Krustaċji u Ċefalopodi | |

imsajra | 50 [3] |

krustaċji msajra, familja ta' Penaeidae, Solenoceridae, Aristaeidae: | |

sa 80 unità | 135 [3] |

bejn 80 u 120 unità | 180 [3] |

iktar minn 120 unità | 270 [3] |

- L-annotazzjoni "Lamti (għajr lamti għal ikel tal-ftim, formoli ta' segwitu u formoli għat-trabi)" qed jiġi mibdul bi "Lamti (għajr lamti f'formoli għat-trabi, formoli ta' segwitu u ikel ipproċessat ibbażat fuq ċereali u ikel għat-trabi)".

- Ir-ringieli li ġejjin huma miżjuda

"Salsicha fresca | 450 |

Għeneb għall-ikel | 10 |

"Lychees" friski | 10 (imkejla skond il-partijiet li jittieklu)" |

(ċ) Fil-Parti Ċ it-tabella għal E 249, E 250, E 251 u E 252 huma mibdula b'dan li ġej:

(x) (y) (z) 1 Prodotti tal-laħam jiġu mgħaddsa f'soluzzjoni għall-ippreżervar li fiha nitriti u/jew nitrati, melħ u komponenti oħra. Il-prodotti tal-laħam jistgħu jgħaddu minn trattamenti oħra eż. jiġu ffumigati.

1.1 Laħam jiġi injettat b'soluzzjoni għall-ippreżervar u wara jiġi ppreżervat permezz ta' immersjoni għal 3-10 ijiem. Is-soluzzjoni ta' ilma mielaħ għall-immersjoni tinkludi wkoll starter cultures mikrobijoloġiċi.

1.2 Ippreżervat permezz ta' immersjoni għal 3-5 ijiem. Il-prodott mhux ittrattat bis-sħana u għandu attività ta' ilma għolja.

1.3 Ippreżervat permezz ta' immersjoni ta' mill-inqas 4 ijiem u msajjar minn qabel.

1.4 Laħam jiġi injettat b'soluzzjoni għall-ippreżervar u wara jiġi ppreżervat permezz ta' immersjoni. Iż-żmien għall-preżervazzjoni huwa ta' 14-21 ġurnata u wara jiġi mmaturat permezz ta' ffumigazzjoni kiesħa għal 4-5 ġimgħat.

1.5 Ippreżervat permezz ta' sistema ta' immersjoni għal 4-5 ijiem f'temperatura ta' 5-7o C, tipikament immaturat għal 24-40 siegħa f'temperatura ta' 22o C, possibilment affumikat għal 24 siegħa f'temperatura ta' 20-25 o C u maħżun għal 3-6 ġimgħat f'temperatura ta' 12-14o C.

1.6 Iż-żmien għal preżervazzjoni jiddependi fuq il-forma u t-toqol tal-biċċiet tal-laħam għal madwar jumejn/kg u wara jiġu stabilizzati/immaturati.

2 Il-proċess ta' preżervazzjoni niexfa tinvolvi l-applikazzjoni niexfa ta' taħlita għall-ippreżervar li jkun fiha nitriti u/jew nitrati, melħ u komponenti oħra mal-wiċċ tal-laħam u wara jkun hemm perjodu ta' stabilizzazzjoni/maturazzjoni. Il-prodotti tal-laħam jistgħu jgħaddu minn trattamenti oħra eż. jiġu ffumikati.

2.1 Preżervazzjoni niexfa u wara jkun hemm maturazzjoni ta' mill-inqas 4 ijiem.

2.2 Preżervazzjoni niexfa b'perjodu ta' stabilizzazzjoni ta' mill-inqas 10 ijiem u perjodu ta' maturazzjoni ta' aktar minn 45 ġurnata.

2.3 Preżervazzjoni niexfa għal 10-15-il ġurnata u wara jkun hemm perjodu ta' stabilizzazzjoni ta' 30-45 ġurnata u perjodu ta' maturazzjoni ta' mill-inqas xahrejn.

2.4 Preżervazzjoni niexfa għal 3 ijiem + ġurnata/kg u wara jkun hemm perjodu ta' ġimgħa għal wara l-preżervazzjoni bil-melħ u perjodu ta' staġunatura/maturazzjoni ta' 45 ġurnata sa 18-il xahar.

2.5 Iż-żmien ta' preżervazzjoni jiddependi fuq il-forma u t-toqol tal-biċċiet tal-laħam għal madwar 10 sa14-il jum u wara jiġu stabilizzati/immaturati.

3 Proċessi ta' immersjoni u ta' preżervazzjoni niexfa użati flimkien jew meta nitrit u/jew nitrat jiġu inklużi f'prodott kompost jew meta s-soluzzjoni għall-ippreżervar tiġi injettata fil-prodott qabel ma' jissajjar. Il-prodotti jistgħu jgħaddu minn trattamenti oħra eż. fumigazzjoni.

3.1 Preżervazzjoni niexfa u preżervazzjoni b'immersjoni użati flimkien (mingħajr injezzjoni ta' soluzzjoni għall-ippreżervar). Iż-żmien ta' preżervazzjoni jiddependi fuq il-forma u t-toqol tal-biċċiet tal-laħam għal madwar 14-35 ġurnata u wara jiġu stabilizzati/immaturati.

3.2 Injezzjoni ta' soluzzjoni għall-ippreżervar u, wara mill-inqas jumejn ikun hemm tisjir f'ilma jagħli għal mhux iktar minn 3 sigħat.

3.3 Prodott għandu perjodu ta' maturazzjoni ta'mill-inqas erba' ġimgħat bi proporzjon ta' ilma/protejini ta' inqas minn 1,7.

3.4 Perjodu ta' maturazzjoni ta' 30 ġurnata mill-inqas.

3.5 Prodott imnixxef imsajjar sa 70 oC u wara jkun hemm proċess ta' tnixxif u ffumigar ta' 8-12-il ġurnata. Prodott iffermentat suġġett għal proċess ta' fermentazzjoni fi tliet stadji fuq medda ta' 14-30 ġurnata u wara għal ffumigazzjoni.

3.6 Zalzett imnixxef nej u ffermentat mingħajr nitriti miżjuda. Il-prodott jiġi ffermentat f'temperaturi fil-firxa ta' 18-22o C jew inqas (10-12o C) u mbagħad ikollu perjodu minimu ta' staġunatura/maturazzjoni ta' 3 ġimgħat. Il-prodott għandu proporzjoni ta' ilma/protejini ta' inqas minn 1,7.";

"Nru E | Isem | Oġġett ta' l-ikel | L-ogħla ammont li jista' jiżdied waqt il-manifattura (espress bħala NaNO2) | L-ogħla livell residwu (espress bħala NaNO2) |

E 249 | Nitrat tal-potassju [4] | Prodotti tal-laħam | 150 mg/kg | |

E 250 | Nitrat tas-sodju [4] | Prodotti tal-laħam sterilizzati (Fo > 3.00) [5] | 100 mg/kg | |

| | Prodotti tal-laħam tradizzjonali ppreżervati permezz ta' immersjoni (1): Wiltshire bacon (1.1); Entremeada, Entrecosto, Chispe, Orelheira e Cabeça (salgados), Toucinho fumado (1.2); u prodotti simili | | 175 mg/kg |

| | Wiltshire ham (1.1); u prodotti simili | | 100 mg/kg |

| | Rohschinken, nassgepökelt (1.6); u prodotti simili | | 50 mg/kg |

| | Cured tongue (1.3) | | |

| | Prodotti tal-laħam tradizzjonali ppreżervati permezz ta' tnixxif (2): Dry cured bacon (2.1); u prodotti simili | | 175 mg/kg |

| | Dry cured ham (2.1); Jamón curado, paleta curada, lomo embuchado y cecina (2.2); Presunto, Presunto da Pá u Paio do Lombo (2.3); u prodotti simili | | 100 mg/kg |

| | Rohschinken, trockengepökelt (2.5); u prodotti simili | | 50 mg/kg |

| | Prodotti tal-laħam tradizzjonali oħra ppreżervati (3): | | |

| | Vysočina Selský salám Turistický trvanlivý salám Poličan Herkules Lovecký salám Dunajská klobása Paprikáš (3.5); u prodotti simili | 180 mg/kg | |

| | Rohschinken, trocken-/nassgepökelt (3.1); u prodotti simili Jellied veal and brisket (3.2) | | 50 mg/kg |

E 251 E 252 | Nitrat tas-sodju [6] Nitrat tal-potassju [6] | Prodotti tal-laħam mingħajr trattament ta' sħana | 150 mg/kg | |

| | Prodotti tal-laħam tradizzjonali ppreżervati permezz ta' immersjoni (1): | | |

| | Kylmäsavustettu poronliha ; Kallrökt renkött (1.4); | 300 mg/kg | |

| | Wiltshire bacon u Wiltshire ham (1.1); Entremeada, Entrecosto, Chispe, Orelheira e Cabeça (salgados), Toucinho fumado (1.2); Rohschinken, nassgepökelt (1.6); u prodotti simili | | 250 mg/kg |

| | Bacon, Filet de bacon (1.5); u prodotti simili | | 250 mg/kg mingħajr iż-żieda ta' E 249 jew E 250 |

| | Cured tongue (1.3) | | 10 mg/kg |

| | Prodotti tal-laħam tradizzjonali ppreżervati permezz ta' tnixxif (2): Dry cured bacon u Dry cured ham (2.1); Jamón curado, paleta curada, lomo embuchado y cecina (2.2); | | 250 mg/kg |

| | Presunto, Presunto da Pá and Paio do Lombo (2.3); Rohschinken, trockengepökelt (2.5); u prodotti simili | | |

| | Jambon sec, jambon sel sec et autres pièces maturées séchées similaires (2.4) | | 250 mg/kg mingħajr iż-żieda ta' E 249 jew E 250 |

| | Prodotti tal-laħam tradizzjonali oħra ppreżervati (3): Rohwürste (Salami u Kantwurst) (3.3); | 300 mg/kg (mingħajr iż-żieda ta' E 249 jew E 250) | |

| | Rohschinken, trocken-/nassgepökelt (3.1); u prodotti simili | | 250 mg/kg |

| | Salchichón y chorizo tradicionales de larga curación (3.4); Saucissons secs (3.6); u prodotti simili | 250 mg/kg (mingħajr iż-żieda ta' E 249 jew E 250) | |

| | Jellied veal and brisket (3.2); | | 10 mg/kg |

| | Ġobon iebes, semi-iebes u semi-artab | 150 mg/kg f'ħalib tal-ġobon jew livell ekwivalenti jekk miżjud wara t-tneħħija tax-xorrox u ż-żieda ta' ilma | |

| | Analogu ta' ġobon b'bażi tal-ħalib |

| | Aringi fil-pikles u sardin | 500 mg/kg | |

(d) Il-Parti D hija emendata kif ġej:

(i) In-Nota tiġi mibdula b'dan li ġej: "L-* fit-tabella tirreferi għar-regola ta' proporzjonalità: meta jintużaw kombinazzjonijiet ta' gallati, TBHQ, BHA u BHT, il-livelli individwali għandhom jitnaqqsu proporzjonalment.

(ii) Ir-ringiela E 310 sa E 321 u r-ringiela E 310 sa E 320 u jiġu mibdula b'dan li ġej:

E 310 | Gallat tal-propil | Xaħmijiet u żjut għal produzzjoni professjonali ta' oġġetti ta' ikel ittrattati bis-sħana | 200* (gallati, TBHQ u BHA individwalment jew flimkien). |

E 311 | Gallat ta' l-ottil | Żejt għall-qali u xaħam għall-qali, iżda mhux żejt tal-għadam taż-żebbuġ | 100* (BHT) |

E 312 | Gallat tad-dodeċil | | |

E 319 | "Butyl hydroquinone" terzjarju (TBHQ) | Xaħam żejt tal-ħut; xaħam taċ-ċanga, tjur u nagħaġ | (it-tnejn espressi fuq xaħam) |

E 320 | Idrossianisol bil-butil (BHA) | Taħliet għall-kejkijiet Ikel ħafif ibbażat fuq iċ-ċereali | 200 (gallati, TBHQ u BHA individwalment jew flimkien). (espressi fuq xaħam) |

E 321 | Idrossitoluene bil-butil (BHT) | Trab tal-ħalib għal magni tal-bejgħ awtomatiċi Sopop u brodijiet deidratati Zlazi Laħam deidratati Lewż ipproċessat Ċereali msajrin minn qabel | |

| | Ħwawar u kondimenti | 200 (gallati, u BHA, individwalment jew flimkien) espressi fuq xaħam |

| | Patata niexfa | 25 (gallati, TBHQ u BHA, individwalment jew flimkien). |

Chewing gum Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE | 400 (gallati, TBHQ, BHT u BHA, individwalment jew flimkien). |

Żjut essenzjali | 1000 (gallati, TBHQ u BHA individwalment jew flimkien). |

Ħwawar apparti żjut essenzjali | 100* (gallati, individwalment jew flimkien) 200* (TBHQ u BHA, individwalment jew flimkien)" |

(iii) Ir-ringiela li ġejja hija miżjuda:

"E 586 | 4-Hexylresorcinol | Krustaċji friski, friżati u konġelati | 2 mg/kg bħala reżidwi fil-laħam tal-krustaċji"; |

(4) L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a) Ir-ringiela għal E 385 hija mibdula b'dan li ġej:

"E 385 | Calcium disodium ethylene diamine tetra-acetate (Disodju tal-kalċju EDTA) | Zlazi emulsjonati | 75 mg/kg |

| | Pulses, legumi, faqqiegħ u artiċoks fil-laned u l-bottijiet | 250 mg/kg |

| | Krustaċji u molluski fil-laned u l-bottijiet | 75 mg/kg |

| | Ħut fil-laned u fil-fliexken | 75 mg/kg |

| | Xaħmijiet li jiddellku kif definiti fl-Annessi B u Ċ tar-Regolament (KE) Nru 2991/94 [7], li għandhom kontenut ta' xaħam ta' 41 % jew inqas | 100 mg/kg |

| | Krustaċji ffriżati u konġelati | 75 mg/kg |

| | Libamáj, egészben es tömbben | 250 mg/kg |

(b) Ir-ringiela li ġejja hija mdaħħla wara r-ringiela għal E 967:

"E 968 | Eritritol | Oġġetti ta' l-ikel in ġenerali (għajr xarbiet u dawk l-oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Artikolu 2(3)) | quantum satis |

| | Ħut mhux proċessat iffriżat u konġelat, krustaċji, molluski u ċefalopodi | quantum satis |

| | Likwori | quantum satis |

| | | Għal għanijiet għajr dawk li jagħtu l-ħlewwa" |

(ċ) Ir-ringiela li ġejja hija miżjuda:

"E 426 | Emiċelluloża tas-sojja | Xarbiet b'bażi ta' ħalib maħsuba għall-bejgħ bl-imnut | 5 g/l |

| | Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE | 1,5 g/l |

| | Zlazi emulsjonati | 30 g/l |

| | Prodotti tal-furnara fini ppakkjati minn qabel maħsuba għall-bejgħ bl-imnut | 10 g/kg |

| | Noodles orjentali1 ppakkjati minn qabel lesti għall-ikel maħsuba għall-bejgħ bl-imnut | 10 g/kg |

| | Ross ppakkjat minn qabel lest għall-ikel maħsub għall-bejgħ bl-imnut | 10 g/kg |

| | Prodotti tal-patata u tar-ross proċessati u ppakkjati minn qabel (inklużi prodotti proċessati ffriżati, konġelati, imkessħa u mniexfa) maħsuba għall-bejgħ bl-imnut | 10 g/kg |

| | Prodotti tal-bajd niexfa, konċentrati, iffriżati u konġelati | 10 g/kg |

| | Ħelu tal-ġeli, għajr kikkri żgħar tal-ġeli | 10 g/kg" |

(d) Fir-ringiela E 468 il-kelmiet "supplimenti solidi tad-dieta" huma mibdula bil-kliem "Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE provduti f'forma solida";

(e) Fir-ringieli E 338 sa E 452 il-kliem "Supplimenti għad-dieta" huma mibdula bil-kliem "Supplimenti ta' l-Ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE";

(f) Fir-ringiela E 405, ringiela E 416, ringiela E 432 sa E 436, ringiela E 473 u E 474, ringiela E 475, ringiela E 491 sa E 495, ringiela E 551 sa E 559, u ringiela E 901 sa E 904, il-kelmiet "Supplimenti ta' l-ikel tad-dieta" huma mibdula bil-kliem "Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE";

(g) Fir-ringieli E 1201 u E 1202 il-kliem "Supplimenti ta' l-ikel tad-dieta f'forma ta' pilloli u pilloli miksija" huma mibdula bil-kliem "Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE f'forma ta' pilloli u pilloli miksija".

(h) Fir-ringiela E 405, ringiela E 432 sa E 436, ringiela E 473 u E 474, ringiela E 475, ringiela E 477, ringiela E 481 u E 482, ringiela E 491 sa E 495 il-kelmiet "Ikel tad-dieta maħsub għal skopijiet mediċi speċjali" huma mibdula bil-kliem "Ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali kif definiti fid-Direttiva 1999/21/KE";

(i) Ir-ringiela E 1505 sa E 1520 tiġi mibdula b'dan li ġej:

"E 1505 | Triethyl citrate | Sustanzi li jagħtu t-togħma | 3 g/kg mis-sorsi kollha fil-oġġetti ta' l-ikel kif ikkonsmati jew kif rikostitwiti skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur; individwalment jew flimkien. Fil-każ ta' xorb, bl-eċċezzjoni ta' likwori tal-krema, il-livell massimu ta' E 1520 għandu jkun 1 g/1." |

E 1517 | Glyceryl diacetate(diacetin) | | |

E1518 | Glyceryl triacetate (triacetin) | | |

E 1520 | Propan-1,2-diol (propylene glycol) |

(j) Qed jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

"E 1204 | Pullulan | Supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE fil-forma ta' kapsula jew pillola | quantum satis |

Ħelu żgħir ħafna fil-forma ta' karta rqiqa li jiffriska l-ħalq | quantum satis |

E 1452 | Lamtu Aluminju Octenyl Succinate | Preparazzjonijiet tal-vitamini f'kapsuli f'supplimenti ta' l-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE | 35 g/kg f'supplimenti ta' l-ikel"; |

(5) L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a) Ir-ringiela li ġejja hija inkluża wara r-ringiela għal E 967:

"E 968 | Eritritol"; | |

(b) Ir-ringiela li ġejja hija inkluża wara r-ringiela għal E 466:

"E 462 | Ċelluloża etile"; | |

(ċ) fit-tielet colonna tar-ringiela għal E 551 u E 552 hija miżjuda s-sentenza li ġejja:

"Għal E 551: f'E 171 titanju diossidu u E 172 ossidi tal-ħadid u idrossidi (mass. 90 % relattiv għall-pigment).";

(6) L-Anness VI huwa emendat kif ġej:

(a) Fl-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafu tan-nota introduttiva il-kelmiet "ikel tal-ftim" huma mibdula bil-kliem "ikel b'bażi ta' ċereali proċessat u ikel tat-trabi";

(b) Fil-Parti 3, fit-titolu, fir-ringieli E 170 sa E 526, ringiela E 500, E 501 u E 503, ringiela E 338, ringiela E 410 sa E 440, ringiela E 1404 sa E 1450 u r-ringiela E 1451 "ikel tal-ftim" hija mibdula b' "ikel b'bażi ta' ċereali proċessat u ikel tat-trabi";

(ċ) Fil-Parti 4 dan li ġej jiddaħħal wara r-ringiela E 472ċ:

"E 473 | Sucrose esters ta' l-aċidi mxaħma | 120 mg/l | Oġġettii li fihom proteini idrolizzati, peptides u amino aċidi". |

[1] Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51)."

[2] Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29)."

[3] F'partijiet li jittieklu.";

[4] Meta mmarkat "għall-użu fl-ikel", in-nitritu jista' jinbiegħ biss f'taħlita ma' melħ jew sostitut tal-melħ.

[5] Valur-Fo 3 huwa ekwivalenti għal 3 minuti ta' sħana f'121 oC (tnaqqis tal-kwantità ta' batterja minn biljun spora f'kull 1000 bott għal spora waħda f'elf bott).

[6] Nitrati jistgħu jkunu preżenti f'xi prodotti tal-laħam ittrattati bis-sħana bħala riżultat tal-konverżjoni naturali ta' nitriti għal nitrati f'ambjent b'livell baxx ta' aċtu.

[7] ĠU L 316, 9.12.1994, p. 2.";

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-Anness tad-Direttiva 94/35/KE huwa emendat kif ġej:

1) Fl-ewwel kolonna tar-ringiela għal E 420 sa E 967, hija miżjuda l-kelma "E 968".

2) Fit-tieni kolonna tar-ringiela għal E 420 sa E 967, hija miżjuda l-kelma "Eritritol".

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet