Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Official Journal L 033 , 04/02/2006 P. 0001 - 0017
Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1], Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni, Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2] Billi: (1) Is-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali Komunitarja adottata b’Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [3] teħtieġ li jkun hemm appoġġ għall-għoti ta' informazzjoni aċċessibli liċ-ċittadini fuq l-istat u t-tendenzi ta' l-ambjent f'dak li għandu x'jaqsam ma’ tendenzi soċjali, ekonomiċi u ta' saħħa kif ukoll dwar iż-żieda ġenerali fil-kuxjenza ambjentali. (2) Il-Konvenzjoni tal-UN-ECE dwar Aċċess għall-Informazzjoni, Parteċipazzjoni Pubblika fit-teħid ta' Deċiżjonijiet u Aċċess għall-Ġustizzja f’Affarijiet Ambjentali (minn hawn 'il quddiem "il-Konvenzjoni ta' Aarhus"), iffirmata mill-Komunità Ewropea fil- 25 ta' Ġunju 1998, tirrikonoxxi li ż-żieda ta' aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali u t-tixrid ta' tali informazzjoni jagħtu kontribut sabiex iqajjmu kuxjenza akbar dwar kwistjonijiet ambjentali, skambju liberu ta' ideat, parteċipazzjoni aktar effikaċi mill-pubbliku fit-teħid ta' deċiżjonijiet ambjentali u, eventwalment, għal ambjent aħjar. (3) Reġistri dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta' inkwinanti (minn hawn 'il quddiem "PRTR") huma mezz ekonomikament vijabli sabiex jitħeġġeġ titjib fl-eżekuzzjoni ambjentali, għall-għoti ta' aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar rilaxx ta' inkwinanti u fuq it-trasferiment ta' inkwinanti u ta' skart barra mis-sit, u għall-użu ta' tendenzi fis-sekwenzi, li juru progress fit-tnaqqis ta' tniġġis, monitoraġġ ta' l-osservanza ta' ċerti ftehim internazzjonali, twaqqif ta' prijoritajiet u valutazzjoni tal-progress miksub permezz ta' politika u programmi Komunitarji jew nazzjonali dwar l-ambjent. (4) PRTR integrat u koerenti jipprovdi lill-pubbliku, lill-industrija, lix-xjentisti, lill-kumpanniji ta' assigurazzjoni, lill-awtoritajiet lokali, lill-organizzazzjonijiet non-governattivi u lill-persuni oħra involuti fit-teħid ta' deċiżjonijiet, database solida bħala referenza għat-tqabbil u għat-teħid ta' deċiżjonijijet fil-ġejjieni dwar affarijiet ambjentali. (5) Fil- 21 ta' Mejju 2003 il-Komunità Ewropea iffirmat il-Protokoll tal-UN/ECE dwar ir-Reġistri għar-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (minn hawn 'il quddiem "Protokoll"). Id-disposizzjonijiet tal-liġi Komunitarja għandhom ikunu konsistenti ma’ dak il-Protokoll bil-ħsieb tal-konklużjoni tiegħu mill-Komunità. (6) Reġistru Ewropew dwar l-Emissjoni ta' Inkwinanti (minn hawn 'il quddiem "EPER") ġie stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/479/KE [4]. Il-Protokoll huwa mfassal fuq l-istess prinċipji bħal EPER, iżda jmur lill-hinn, billi jinkludi rapportar dwar aktar inkwinanti, aktar attivitajiet, rilaxxi fl-art, rilaxxi minn sorsi diffużi u trasferimenti il-barra mis-sit. (7) L-għanijiet u s-skopijiet li jridu jitwettqu permezz ta' PRTR Ewropew jistgħu jinkisbu biss jekk id-data hija affidabbli u komparabbli. Armonizzazzjoni adegwata tas-sistema għall-ġbir ta' data u għat-trasferiment tagħha hija għalhekk meħtieġa sabiex tkun aċċertata l-kwalità u l-komparabbiltà tad-data. Skond il-Protokoll il-PRTR Ewropew għandu jiġi mfassal sabiex ikun hemm l-aktar faċilità possibli għall-aċċess pubbliku permezz ta' l-internet. Rilaxxi u trasferimenti għandhom jkunu identifikati faċilment taħt forom aggregati u mhux aggregati differenti sabiex jinkiseb aċċess massimu ta' informazzjoni fi żmien raġonevoli. (8) Sabiex jiġi promoss aktar l-għan li jiġi appoġġat il-forniment ta' informazzjoni aċċessibbli liċ-ċittadini dwar l-istat u t-tendenzi ta' l-ambjent kif ukoll dwar it-tqajjim ġenerali ta' kuxjenza ambjentali, il-PRTR Ewropew għandu ikollu konnessjonijiet ma’ databases oħra simili fi Stati Membri, Stati mhux Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali. (9) Skond il-Protokoll, il-PRTR Ewropew għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar operazzjonijiet speċifiċi għar-rimi ta' l-iskart, sabiex ikunu rrappurtati bħala rilaxxi fl-art; operazzjonijiet ta' rkupru bħat-tifrix ta' ħama u ta' demel ma humiex rappurtati taħt din il-kategorija. (10) Sabiex jinkiseb l-għan tal-PRTR Ewropew li tingħata informazzjoni li tista' toqgħod fuqha lill-pubbliku u sabiex ikun possibli li jittieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq tagħrif miksub, huwa neċessarju li jingħataw skadenzi raġjonevoli imma stretti għall-ġbir ta' data u għal rappurtar; dan huwa partikolarment rilevanti għar-rappurtar li jsir mill-Istati Membri lill-Kummisjoni. (11) Ir-rappurtar dwar rilaxxi minn faċilitajiet industrijali, għalkemm għadu mhuwiex dejjem konsistenti, komplet, u komparabbli, huwa proċedura stabbilita sew f'bosta Stati Membri. Fejn ikun xieraq, ir-rappurtar ta' rilaxxi minn sorsi diffużi għandu jittejjeb sabiex iħeġġeġ lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet sabiex iqiegħdu f’kuntest aħjar dawk ir-rilaxxi u jagħżlu l-aktar soluzzjoni effikaċi għat-tnaqqis ta' tniġġis. (12) Data rappurtata minn Stati Membri għandha tkun ta' kwalità għolja b’mod partikolari fir-rigward tal-kompletezza, il-konsistenza u l-kredibilità tagħha. Hija ta' importanza ewlenija li jkunu koordinati l-isforzi futuri ta' l-operaturi u l-Istati Membri sabiex ikun hemm titjib fil-kwalità tad-data rrapurtata. Għalhekk il-Kummissjoni ser tibda xogħol, flimkien ma’ l-Istati Membri, fuq assigurazzjoni tal-kwalità. (13) Skond il-Konvenzjoni ta' Aarhus, il-pubbliku għandu jingħata aċċess għall-informazzjoni li jinsab fil-PRTR Ewropew mingħajr ma jiġi spjegat ebda interess, primarjament billi jkun aċċertat li l-PRTR Ewropew jkun aċċessibbli elettronikament b'mod dirett permezz ta' l-Internet. (14) Aċċess għall-informazzjoni mill-PRTR Ewropew m'għandux ikun ristrett u eċċezzjonijiet minn tali regola għandhom ikunu possibbli biss jekk jidher b'mod ċar li ġew mogħtija minn leġislazzjoni eżistenti tal-Komunità. (15) Skond il-Konvenzjoni ta' Aarhus, parteċipazzjoni pubblika għandha tkun assigurata permezz ta' żviluppi ulterjuri tal-PRTR Ewropew billi jkun hemm opportunitajiet bikrija u effettivi sabiex jiġu preżentati kummenti, informazzjoni, analiżi jew opinjonijiet relevanti għal proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet. Applikanti għandhom ikunu jistgħu jffitxu reviżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja ta' l-atti jew ommissjonijiet ta' awtorità pubblika f'dak li għandu x'jaqsam ma’ rikjesta. (16) Sabiex ikun hemm żieda fl-utilità u l-impatt tal-PRTR Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoperaw fl-izvilupp ta' gwida li tappoġġja l-implementazzjoni tal-PRTR Ewropew, fil-promozzjoni ta' kuxjenza fost il-pubbliku u fil-forniment xieraq u f'waqtu ta' assistenza teknika. (17) Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni [5]. (18) Minħabba li l-għan ta' l-azzjoni li għandha tittieħed, jiġifieri li jittejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali permezz tal-ħolqien ta' database eletroniku integrat, koerenti u mifrux mal-Komunità kollha, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, minħabba li l-ħtieġa għal data komparabbli fl-Istati Membri kollha jitlob livell għoli ta' armonizzazzjoni, u b’hekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità hekk kif stabbilit f' dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan. (19) Sabiex ir-rekwiżiti għar-rappurtar jiġu simplifikati u jsiru aktar effiċjenti d-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat- 12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż [6] u d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l- 24 ta' Settembru 1996 dwar prevenzjoni u kontroll [7] integrati ta' tniġġis għandhom jiġu emendati. (20) Il-PRTR Ewrop0ew għandu l-għanijiet, fost affarijiet oħrajn, li jinforma l-pubbliku dwar emissjonijiet ta' inkwinanti importanti dovuti, b'mod partikolari, għal attivitajiet koperti mid-Direttiva 96/61/KE. Għaldaqstant, skond dan ir-Regolament, għandha tingħata informazzjoni lill-pubbliku dwar emissjonijiet minn installazzjonijiet koperti mill-Anness I ta' dik id-Direttiva. (21) Sabiex jitnaqqas rappurtar doppju, skond il-Protokoll, is-sistemi ta' reġistri għar-rilaxx u t-trasferiment ta' inkwinanti jistgħu jiġu integrati sa grad prattikabbli ma' sorsi eżistenti ta' informazzjoni bħal mekkaniżmi ta' rappurtar taħt liċenzji jew permessi ta' tħaddim. Skond il-Protokoll, id-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament m'għandhomx jaffettwaw id-dritt ta' l-Istati Membri li jżommu jew li jintroduċu reġistru għar-rilaxx u t-trasferiment ta' inkwinanti li jkun iktar estensiv jew iktar aċċessibbli għall-pubbliku minn dak li hu meħtieġ mill-Protokoll, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi reġistru integrat dwar ir-rilaxx u t-trasferiment ta' inkwinanti fuq livell Komunitarju (minn hawn 'il quddiem "il-PRTR Ewropew") taħt forma ta' database eletroniku li huwa aċċessibbli mill-pubbliku u li jistabbilixxi regoli għall-funzjoni tiegħu, sabiex issir implementazzjoni tal-Protokoll UN-ECE dwar Reġistri għar-Rilaxx u Trasferiment ta' inkwinanti (minn hawn 'il quddiem "il-Protokoll") u sabiex jiffaċilita parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċizjonijiet dwar l-ambjent, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għal prevenzjoni u t-tnaqqis ta' tniġġis ta' l-ambjent. Artikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 1) "il-pubbliku" jfisser waħda jew aktar persuna fiżika jew ġuridika, u, skond il-leġislazzjoni nazzjonali jew il-prattika, l-assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom; 2) "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità jew awtoritajiet nazzjonali, jew kwalunkwe korp jew korpi kompetenti, maħtura mill-Istati Membri; 3) "installazzjoni" tfisser unità teknika stazzjonarja fejn attività waħda jew aktar elenkati fl-Anness I jitwettqu, u kwalunkwe attivitajiet oħra li huma direttament assoċjati li għandhom konnessjoni teknika ma’ l-attivitajiet imwettqa f'dak is-sit u li jista’ jkollhom effett fuq emissjonijiet u tniġġis; 4) "faċilità" tfisser installazzjoni waħda jew aktar fuq l-istess sit li huma operati mill-istess persuna fiżika jew ġuridika; 5) "sit" tfisser il-post ġeografiku fejn tinsab il-faċilità; 6) "operatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li topera jew tikkontrolla l-faċilità jew, fejn dan huwa provdut fil-leġislazzjoni nazzjonali, lil min ġiet delegata setgħa ekonomika deċisiva fuq il-funzjonament tekniku tal-faċilità; 7) "sena ta' rappurtar" tfisser is-sena kalendarja li fiha jrid isir il-ġbir ta' data dwar rilaxxi ta' inkwinanti u ta' trasferimenti 'l barra mis-sit; 8) "sustanza" tfisser kwalunkwe element kimiku u l-komposti tiegħu, ħlief sustanzi radjuattivi; 9) "inkwinant" tfisser sustanza jew grupp ta' sustanzi li jistà jkun ta' periklu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-proprjetajiet tiegħu u l-introduzzjoni tiegħu fl-ambjent; 10) "Rilaxx" tfisser kwalunkwe introduzzjoni ta' inkwinanti fl-ambjent bħala riżultat ta' kwalunkwe attività tal-bniedem, kemm jekk deliberata jew aċċidentali, ta' rutina jew mhux ta' rutina, inkluż tixrid, emissjoni, ħruġ, injezzjoni, rimi jew ħatt, jew permezz ta' sistemi ta' dranaġġ mingħajr tisfija finali tad-dranaġġ; 11) "trasferiment ‘l barra mis-sit" tfisser il-moviment lill-hinn mill-fruntieri ta' faċilità ta' skart destinat għall-irkupru jew għar-rimi u għall-inkwinanti f’ilma ta' dranaġġ destinat għat-tisfija tad-dranaġġ; 12) "sorsi diffużi" tfisser il-ħafna sorsi iżgħar jew mifruxa li minnhom jistà jkun hemm rilaxx ta' inkwinanti fl-art, fl-arja jew fl-ilma, li l-impatt magħqud tagħhom fuq dawk il-mezzi jistgħu jkunu sinifikattivi u li għalihom mhux prattiku li jinġabru rapporti għal kwalunkwe sors individwali; 13) "skart" tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett kif definit fl-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal- 15 ta' Lulju 1975 dwar skart [8]; 14) "skart perikoluż" tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett kif definit fl-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 91/689/KEE; 15) "ilma ta' dranaġġ" tfisser ilma ta' dranaġġ li ġej minn sorsi urbani, domestiċi jew industrijali, kif definit fl-Artikolu 2 (1), (2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- 21 ta' Mejju 1991 dwar it-tisfija ta' l-ilma ta' dranaġġ urban [9], u kwalunkwe ilma użat ieħor li huwa soġġett għar-regolamentazzjoni mill-liġi Komunitarja minħabba s-sustanzi jew oġġetti li fih; 16) "rimi" tfisser kwalunkwe operazzjoni disposta f’Annes IIA tad-Direttiva 75/442/KEE; 17) "irkupru" tfisser kwalunkwe operazzjoni disposta f’Annes IIB tad-Direttiva 75/442/KEE. Artikolu 3 Kontenut tal-PRTR Ewropew Il-PRTR Ewropew ser jinkludi informazzjoni dwar: (a) rilaxxi ta' inkwinanti imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a) li għandhom jiġu rappurtati mill-operaturi tal-faċilitajiet li qegħdin iwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I; (b) trasferimenti 'l barra mis-sit ta' skart imsemmi fl-Artikolu 5(1)(b) u ta' inkwinanti f'ilma ta' dranaġġ imsemmi fl-Artikolu 5(1)(ċ), li għandu jiġi rrapurtat mill-operaturi tal-faċilitajiet fejn qed jitwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Anness I; (ċ) rilaxxi ta' inkwinanti minn sorsi diffużi imsemmija fl-Artikolu 8(1), fejn disponibbli. Artikolu 4 Disinn u Struttura 1. Il-Kummissjoni ser tippubblika l-PRTR Ewropew, u b'hekk tippreżenta id-data f’forom kemm aggregati kif ukoll mhux aggregati, sabiex rilaxxi u trasferimenti jistgħu jiġu mfittxija u identifikati permezz ta': (a) faċilità, inkluża l-facilità tal-kumpanija prinċipali fejn japplika, u s-sit ġeografiku tagħha, inkluż il-baċir tax-xmara; (b) attività; (ċ) okkorrenza fuq livell ta' l-Istati Membri jew Komunitarju; (d) inkwinant jew skart, kif xieraq; (e) kull mezz ambjentali (l-arja, l-ilma, l-art) li fih sar ir-rilaxx ta' l-inkwinant; (f) trasferimenti ‘l barra mis-sit u d-destinazzjoni tagħhom, kif xieraq; (ġ) trasferimenti ‘l barra mis-sit ta' inkwinanti fl-ilma ta' dranaġġ; (h) sorsi diffużi; (i) sid jew operatur ta' faċilita'. 2. Il-PRTR Ewropew għandu jkun imfassal sabiex l-aċċess pubbliku jkun l-iktar komdu possibbli sabiex l-informazzjoni, taħt kundizzjonijiet operattivi normali, tkun kontinwament u immedjatament aċċessibbli fl-internet u permezz ta' mezzi elettroniċi oħra. It-tfassil tiegħu għandu jieħu in konsiderazzjoni l-possibbiltà l-espansjoni tiegħu fil-ġejjieni u għandu jinkludi kull data li ġiet rapurtata fis-snin preċedenti ta' rappurtar, sa mill-inqas l-aħħar għaxar snin preċedenti ta' rappurtar. 3. Il-PRTR Ewropew ser jinkludi konnessjonijiet ma’: (a) Il-PRTR nazzjonali ta' l-Istati Membri; (b) databases attwali oħra li huma rilevanti, aċċessibbli mill-pubbliku dwar affarijiet relatati mal-PRTR, li jinkludu PRTR nazzjonali ta' Partijiet oħra tal-Protokoll u, fejn jista' jsir, għal dawk ta' pajjiżi oħra; (ċ) websites tal-faċilitajiet jekk dawn jeżistu u jekk il-konnessjonijiet huma mogħtija b'mod volontarju mill-faċilitajiet. Artikolu 5 Rappurtar mill-Operaturi 1. L-operatur ta' faċilità li jieħu f’idejh attività waħda jew iktar mill-attivitajiet speċifikati fl-Anness I aktar mil-limiti ta' kapaċità applikabbli kif speċifikati fl-istess Anness għandu jirraporta lill-awtorità kompetenti tiegħu l-ammont annwali, flimkien ma’ indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni hijiex imfassla fuq kejl, kalkolu jew stima, ta' dan li ġej: (a) rilaxxi fl-arja, fl-ilma, jew fl-art ta' kwalunkwe inkwinant speċifikat fl-Anness II li għalihom il-limitu applikabbli speċifikat fl-Anness II ġie maqbuż; (b) trasferimenti ’l barra mis-sit ta' skart perikoluż ta' piż ogħla minn żewġ tunnellati fis-sena jew ta' skart mhux perikoluż li l-piż tiegħu hu ogħla minn 2000 tunnellata fis-sena, għal kwalunkwe operazzjonijiet ta' rkupru jew rimi bl-eċċezzjoni ta' l-operazzjonijiet ta' rimi ta' trattament ta' l-art u ta' injezzjoni fil-fond kif imsemmi fl-Artikolu 6, b’indikazzjonijiet bl-ittri "R" jew "D" rispettivament jekk l-iskart huwa destinat għall-irkupru jew għar-rimi u, għal movimenti li jaqsmu l-fruntieri ta' skart perikoluż, l-isem u indirizz ta' min ser jirkupra jew min ser jarmi l-iskart u s-sit effettiv ta' fejn ser isir il-proċess ta' l-irkupru jew tar-rimi; (ċ) trasferimenti 'l barra mis-sit ta' kwalunkwe inkwinant speċifikat fl-Anness II f’ilma tad-dranaġġ li huwa destinat għat-tisfija ta' ilma ta' dranaġġ li għalih il-limitu speċifikat fl-Anness II, taħt kolonna 1b ġie maqbuż. L-operatur ta' kull faċilità li jieħu f'idejh waħda jew iktar mill-attivitajiet speċifikati fl-Anness I 'il fuq mil-limitu ta' kapaċità applikabbli speċifikat fl-istess Anness għandu jagħti lill-awtorità kompetenti tiegħu l-informazzjoni li tidentifika l-faċilità skond l-Anness III sakemm tali informazzjoni ma tkunx diġà disponibbli lill-awtorità kompetenti. Fil-każ ta' data indikata bħala bbażata fuq kejl jew kalkoli l-metodu analitiku u/jew il-metodu ta' kalkolu għandhom jiġu rrapurtati. Ir-rilaxxi imsemmija fl-Anness II rappurtati skond il-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandu jinkludi r-rilaxxi kollha mis-sorsi kollha mdaħħla fl-Anness I fis-sit tal-faċilità. 2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ser tinkludi informazzjoni dwar rilaxxi u trasferimenti li jirriżultaw bħala total ta' kull attività magħmula deliberatament, aċċidentalment, bħala rutina u mhux bħala rutina. Meta jipprovdu din l-informazzjoni l-operaturi għandhom jispeċifikaw kwalunkwe data li tkun marbuta ma' rilaxxi aċċidentali, meta din tkun disponibbli. 3. L-operatur ta' kull faċilità għandu jiġbor bi frekwenza xierqa l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi determinat liema mir-rilaxxi mill-faċilità u mit-trasferimenti ‘il barra mis-sit huma soġġetti għar-rekwiżiti ta' rapurtar taħt paragrafu 1. 4. Meta jiġi preparat ir-rapport, l-operatur ikkonċernat għandu jagħmel użu mill-aħjar informazzjoni disponibbli, li jista' tinkludi data minn monitoraġġ, fatturi ta' emissjoni, ekwazzjonijiet ta' bilanċ ta' massa, monitoraġġ indirett jew kalkoli oħra, ġudizzji ta' inġinerija u metodi oħra skond l-Artikolu 9(1) u skond metodoloġiji approvati internazzjonalment, fejn dawn huma disponibbli. 5. L-operatur ta' kull faċilità kkonċernata għandu jżomm għall- awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri r-reġistri tad-data li minnha ġiet l-informazzjoni rappurtata għal żmien ta' ħames snin, li jibdew mit-tmiem tas-sena ta' rappurtar ikkonċernata. Dawn ir-reġistri għandhom jispjegaw ukoll il-metodoloġija li ġiet użata għall-ġbir ta' data. Artikolu 6 Rilaxxi fl-art Skart li huwa soġġett għal operazzjonijiet ta' rimi ta' "trattament ta' l-art" jew "injezzjoni fil-fond", kif speċifikat fl-Anness II A tad-Direttiva 75/442/KEE, għandu jiġi rapurtat bħala rilaxx fl-art biss mill-operatur tal-faċilità li joħloq l-iskart. Artikolu 7 Rappurtar mill-Istati Membri 1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, b’ kunsiderazzjoni meħuda għar-rekwiżiti imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, data sa meta l-operaturi ser ikollhom jipprovdu kull data msemmija fl-Artikoli 5(1) u (2) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), (4) u (5) lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. 2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-data kollha msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) lill-Kummissjoni permezz ta' trasferiment elettroniku skond il-format mogħti fl-Anness III u skond l-iskadenzi li ġejjin: (a) għall-ewwel sena ta' rappurtar, sa tmintax-il xahar mit-tmiem tas-sena ta' rappurtar; (b) għas-snin kollha ta' rappurtar wara dan, sa ħmistax-il xahar mit-tmiem tas-sena ta' rappurtar. L-ewwel sena ta' rappurtar ser tkun is-sena 2007. 3. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tinkorpora l-informazzjoni rappurtata mill-Istati Membri fil-PRTR Ewropew skond l-iskadenzi li ġejjin: (a) għall-ewwel sena ta' rappurtar, sa 21 xahar mit-tmiem tas-sena ta' rappurtar; (b) għas-snin ta' rappurtar wara dan, sa 16-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta' rappurtar. Artikolu 8 Rilaxxi minn Sorsi Diffużi 1. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tinkludi fil-PRTR Ewropew informazzjoni dwar rilaxxi minn sorsi diffużi fejn tali informazzjoni teżisti u tkun diġà ġiet rapurtata mill-Istati Membri. 2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ser tiġi organizzata b'tali mod sabiex l-utenti jkunu jistgħu jfittxu u jidentifikaw ir-rilaxxi ta' inkwinanti minn sorsi diffużi skond des-aggregazzjoni ġeografika adegwata u ser tinkludi informazzjoni dwar it-tip ta' metodoloġija użata sabiex tinkiseb l-informazzjoni. 3. Fejn il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li ma teżisti ebda data dwar rilaxxi minn sorsi diffużi, għandha tieħu miżuri sabiex jinbeda rappurtar dwar rilaxxi ta' inkwinanti relevanti minn sors diffuż wieħed jew aktar skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), bl-użu ta' metodoloġiji approvati internazzjonalment fejn xieraq. Artikolu 9 Assigurazzjoni ta' Kwalità u Valutazzjoni 1. L-operatur ta' kull faċilità soġġett għar-rekwiżiti ta' rappurtar imsemmija fl-Artikolu 5 għandu jassigura l-kwalità ta' l-informazzjoni li jirraporta. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-kwalità tad-data provduta mill-operaturi tal-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari dwar il-kompletezza, konsistenza u kredibilità taghħom. 3. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina xogħol ta' assigurazzjoni ta' kwalità u ta' valutazzjoni ta' kwalità b'konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1). 4. Il-Kummissjoni tista' taddotta linji gwida għall-monitoraġġ u l-irrappurtar ta' emissjonijiet skond il-proċedura msemmija fi Artikolu 19(2). Dawn il-linji gwida għandhom ikunu bi qbil ma' metodoloġiji approvati internazzjonalment, fejn xieraq, u għandhom ikunu konsistenti ma' leġislazzjoni Komunitarja oħra. Artikolu 10 Aċċess għall-informazzjoni 1. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna ta l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, ser tagħmel il-PRTR Ewropew aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' disseminazzjoni mingħajr ħlas fuq l-Internet skond il-qafas ta' żmien dispost fl-Artikolu 7(3). 2. Fejn l-informazzjoni li tinstab fil-PRTR Ewropew mhix faċilment aċċessibli għall-pubbliku permezz ta' mezzi elettroniċi diretti, l-Istat Membru konċernat u l-Kummissjoni għandhom jiffaċilitaw l-aċċess elettroniku għall-PRTR Ewropew f’postijiet aċċessibbli għall-pubbliku. Artikolu 11 Kunfidenzjalità Kull meta l-informazzjoni tinżamm kunfidenzjali minn Stat Membru skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għal informazzjoni ambjentali [10], l-Istat Membru għandu, fir-rapport tiegħu skond l-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament għas-sena ta' rappurtar konċernata, jindika separatament għal kull faċilità li titlob kunfidenzjalità liema tip ta' informazzjoni ġiet miżmuma u r-raġuni għaliex inżammet. Artikolu 12 Parteċipazzjoni Pubblika 1. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-pubbliku b’opportunitajiet bikrija u effettivi sabiex jieħu sehem fl-iżvilupp ulterjuri tal-PRTR Ewropew, inkluż bini tal-kapaċità u l-preparazzjoni ta' emendi lil dan ir-Regolament. 2. Il-pubbliku ser ikollu l-opportunità li jippreżenta kwalunkwe kumment, informazzjoni, analiżi jew opinjonijiet li huma relevanti f'qafas ta' żmien raġonevoli. 3. Il-Kummissjoni ser tieħu kont xieraq ta' tali input u ser tinforma lill-pubbliku dwar ir-riżultat tal-parteċipazzjoni pubblika. Artikolu 13 Aċċess għall-Ġustizzja Aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet relatati ma' l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni ambjentali ser jkun żgurat skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4/KE u, fejn jikkonċerna l-istituzzjonijiet tal-Komunità, skond l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni [11]. Artikolu 14 Dokument ta' Gwida 1. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa dokument ta' gwida li jservi ta' appoġġ għall-implementazzjoni tal-PRTR Ewropew mill-iktar fis possibbli imma mhux aktar tard minn erba' xhur qabel il-bidu ta' l-ewwel sena ta' rappurtar u f'konsultazzjoni mal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1). 2. Id-dokument ta' gwida għall-implementazzjoni tal-PRTR Ewropew ser jindirizza b’mod partikolari dettalji dwar dan li ġej: (a) proċeduri ta' rappurtar; (b) id-data li għandha tiġi rappurtata; (ċ) assigurazzjoni u valutazzjoni tal-kwalità; (d) indikazzjoni tat-tip ta' informazzjoni miżmuma u r-raġuni għaliex ġiet miżmuma fil-każ ta' data kunfidenzjali; (e) referenza għal metodi ta' determinazzjoni u analitiċi dwar rilaxx approvat internazzjonalment, metodoloġiji ta' ġbir ta' kampjuni; (f) indikazzjoni tal-kumpanniji prinċipali; (ġ) kodifikazzjoni ta' attivitajiet skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 96/61/KE. Artikolu 15 Tqajjim ta' Kuxjenza Il-Kummissjoni u l-Istati Membri sejrin jippromwovu kuxjenza pubblika dwar il-PRTR Ewropew u sejrin jassiguraw li tingħata assistenza għall-aċċess għal PRTR Ewropew u sabiex tiftiehem u tintuża l-informazzjoni li hemm fih. Artikolu 16 Informazzjoni addizzjonali li trid tiġi rappurtata mill-Istati Membri 1. L-Istati Membri għandhom, f’rapport wieħed ibbażat fuq informazzjoni minn l-aħħar tliet snin ta' rappurtar li jridu jiġu preżentati kull tliet snin flimkien mad-data provduta skond l-Artikolu 7, jinformaw lill-Kummissjoni dwar prattiki u miżuri meħuda dwar dan li ġej: (a) rekwiżiti skond l-Artikolu 5; (b) assigurazzjoni u valutazzjoni tal-kwalità skond l-Artikolu 9; (ċ) aċċess għall-informazzjoni skond l-Artikolu 10(2); (d) attivitajiet li jqajjmu kuxjenza skond l-Artikolu 15; (e) kunfidenzjalità ta' l-informazzjoni skond l-Artikolu 11; (f) penali stabbiliti skond l-Artikolu 20 u esperjenzi mill-applikazzjoni tagħhom. 2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta għal kwestjonarju, li għandu jkun adottat skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19(2) sabiex tiffaċilita r-rappurtar mill-Istati Membri imsemmi fil-paragrafu 1. Artikolu 17 Reviżjoni mill-Kummissjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri skond l-Artikolu 7 u wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri għandha tippubblika rapport kull tliet snin ibbażat fuq l-informazzjoni disponibbli mill-aħħar tliet snin ta' rappurtar, sitt xhur wara l-preżentazzjoni ta' din l-informazzjoni permezz ta' l-internet. 2. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' valutazzjoni ta' l-operazzjoni tal-PRTR Ewropew. Artikolu 18 Emendi lill-Annessi Kwalunkwe emenda meħtieġa għall-adattament ta': (a) L-Annessi II jew III ta' dan ir-Regolament mal-progress xjentifiku u tekniku, jew (b) L-Annessi II u III ta' dan ir-Regolament bħala riżultat ta' l-adozzjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet mal-Protokoll ta' kwalunkwe emenda lill-Annessi tal-Protokoll, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2). Artikolu 19 Proċedura ta' Kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. 2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha. Il-perjodu ta' żmien stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur. Artikolu 20 Penali 1. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom iwettqu l-miżuri kollha meħtiega sabiex jassiguraw li dawn jiġu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk id-disposizzjonijiet sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. Artikolu 21 Emendi għad-Direttivi 91/689/KEE u 96/61/KE 1. L-artikolu 8(3) tad-Direttiva 91/689/KEE ser jiġi mħassar. 2. L-artikolu 15(3) tad-Direttiva 96/61/KE ser jiġi mħassar. Artikolu 22 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, nhar it- 18 ta’ Jannar 2006. Għall-Parlament Ewropew Il-President J. Borrell Fontelles Għall-Kunsill Il-President H. Winkler [1] Opinjoni tas- 6 ta' April 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas- 6 ta' Lulju 2005 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 2 ta' Diċembru 2005. [3] ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1. [4] ĠU L 192, 28.7.2000, p. 36. [5] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. [6] ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 94/31/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 28). [7] ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1). [8] ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003. [9] ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003. [10] ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26. [11] ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43. -------------------------------------------------- ANNESS I Attivitajiet Nru | Attività: | Limitu ta' Kapaċità | 1. | Is-Settur ta' l-Enerġija | | (a) | Raffineriji ta' żjut minerali u gassijiet | * [1] | (b) | Installazzjonijiet għall-gassifikazzjoni u likwefazzjoni | * | (ċ) | Power stations termali u installazzjonijiet oħra ta' kombustjoni | Bi dħul enerġetiku ta' sħana ta' 50 megawatt (MW) | (d) | Fran tal-kokk | * | (e) | Mtieħen li jdawru l-faħam | B’kapaċità ta' tunnellata fis-siegħa | (f) | Installazzjonijiet għall-manifattura ta' prodotti tal-faħam u fjuwil solidu li ma jdaħħanx | * | 2. | Produzzjoni u proċessar ta' metalli | | (a) | Installazzjonijiet ta' metalli mhux maħduma (inklużi metalli mhux maħduma taħt forma ta' sulfidi) għax-xiwi jew tagħqid bis-sħana | * | (b) | Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' ħadid jew azzar mhux pur (taħlil primarju jew sekondarju) inkluż l-iffurmar kontinwu | B’kapaċità ta' 2,5 tunnellata fis-siegħa | (ċ) | Installazzjonijiet għall-ipproċessar ta' metalli li għandhom proprjetajiet kimiċi bħal tal-ħadid: | | (i)Mtieħen li jduru fis-sħana | B’kapaċità ta' 20 tunnellata fis-siegħa ta' azzar mhux proċessat | (ii)Ferreriji li jaħdmu bil-mazez | B’enerġija ta' 50 kiljoule għal kull mazza, fejn l-enerġija kalorifika użata teċċedi l-20 MW | (iii)Applikazzjoni ta' kisja protettiva bil-metall imdewweb | Bi dħul ta' 2 tunnellati fis-siegħa ta' azzar mhux ipproċessat | (d) | Ferreriji ta' metalli li għandhom proprjetajiet kimiċi bħal tal-ħadid | B’kapaċità produttiva ta' 20 tunnellata fil-ġurnata | (e) | Installazzjonijiet: | | (i)Għall-produzzjoni ta' metalli mhux ipproċessati li m'għandhomx proprjetajiet bħal tal-ħadid minn metall mhux maħdum, konċentrati jew materjali li mhux maħduma sekondarji permezz ta' proċeduri metallurġiċi, kimiċi jew elettrolitiċi | * | (ii)Għat-tidwib, inkluż l-illigar, ta' metalli li m’għandhomx proprjetajiet bħal tal-ħadid, inklużi rkuprati (raffinar, ifformar bil-forġa, eċċ.) | B’kapaċità ta' tidwib ta' 4 tunnellati fil-ġurnata għaċ-ċomb u l-kadmium jew 20 tunnellata kull ġurnata għall-metalli l-oħra kollha | (f) | Installazzjonijiet għat-trattament tas-superfiċi ta' metalli u materjali ta' plastik permezz ta' proċess ta' elettroliżi jew kimiku | Fejn il-volum tat-tankijiet fejn isir it-trattament huwa ta' 30 m3 | 3. | Industrija Minerali | | (a) | Operazzjonijiet ta' xogħol f’minjieri taħt l-art u operazzjonijiet relatati | * | (b) | Proċess ta' tneħħija tas-saffi tal-wiċċ ta' minjieri u xogħol fil-barriera | Fejn is-superfice ta' l-erja li effettivament qed tiġi mħaffra hija ta' 25 ettaru | (ċ) | Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' | | (i)Gagazza tal-konkos f’kalkarijiet rotatorji | B’kapaċità ta' produzzjoni ta' 500 tunnellata kuljum | (ii)Ġir f’kalkarijiet rotatorji | B’kapaċità ta' produzzjoni ta' 50 tunnellata kuljum | (iii)Gagazza tal-konkos jew ġir fi fran oħra | B’kapaċità ta' produzzjoni ta' 50 tunnellata kuljum | (d) | Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' asbestos u l-manifattura ta' prodotti bbażati fuq l-asbestos | * | (e) | Installazzjonijiet għall-manifattura ta' ħġieġ, inkluża fibra tal-ħġieġ | B’kapaċità ta' tidwib ta' 20 tunnellata kuljum | (f) | Installazzjonijiet għat-tidwib ta' sustanzi minerali, inkluża l-produzzjoni ta' fibra tal-ħġieġ | B’kapaċità ta' tidwib ta' 20 tunnellata kuljum | (ġ) | Installazzjonijiet għall-manifattura ta' prodotti taċ-ċeramika permezz ta' ħami, b’mod partikolari madum tas-soqfa, briks, briks refrattorji, madum, prodotti tal-ġebel jew porċellana | B’kapaċità ta' produzzjoni ta' 75 tunnellata kuljum, jew b’kapaċità ta' kalkara ta' 4 m3 u b'densità ta' tagħqid għal kull kalkara ta' 300kg/m3 | 4. | Industrija tal-Kimika | | (a) | Installazzjonijiet Kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' kimiċi organiċi bażiċi, bħalma huma: (i)idrokarbonijiet sempliċi (linejari jew ċikliċi, saturati jew mhux saturati, alifatiċi jew aromatiċi)(ii)idrokarbonijiet li fihom l-ossiġenu bħall-alkoħolijiet, aldeħidi, ketonijiet, aċidi karboxiliċi, esteri, aċetati, eteri, perossidi, epoxi reżini(iii)idrokarbonijiet Sulferużi(iv)idrokarbonijiet Nitroġeniċi bħall-amini, amidi, komposti nitrużi, komposti nitro jew nitrati, nitrili, ċjanati, isoċjanati(v)idrokarbonijiet li fihom il-fosfru(vi)idrokarbonijiet ħaloġeniċi(vii)komposti organometalliċi(viii)materjali bażiċi tal-plastik (polimeri, fibri sintetiċi u fibri li huma bbażati fuq iċ-ċelluloża)(ix)lastki sintetiċi(x)kuluranti u pigmenti(xi)aġenti li huma attivi fuq il-wiċċ tagħhom u sustanzi li jnaqqsu s-surface tension | * | (b) | Installazzjonijiet Kimici għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' kimiċi inorganiċi bażiċi, bħalma huma: (i)Gassijiet, bħalma huma l-ammonja, kloru jew idrokloru, fluworu jew idrofluworu, ossidi tal-karbon, komposti tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, idroġenu, dijossidu tal-kubrit, karbonil kloridu(ii)Aċidi, bħalma huma l-aċidu kromiku, aċidu idrofluworiku, aċidu fosforiku, aċidu nitriku, aċidu idrokloriku, aċidu sulforiku, oleum, aċidi sulferuż(iii)Bażi, bħalma huma l-ammonju idrossidu, il-potassju idrossidu, is-sodju idrossidu(iv)Melħ, bħalma huma amonja klorika, potassju klorat, karbonat tal-potassju, karbonat tas-sodju, perborat, nitrat tal-fidda(v)Sustanzi mhux metalliċi, ossidi tal-metall jew komposti inorganiċi oħra bħalma huma l-karbidu tal-kalċju, silicon, karbidu tas-silikon | * | (ċ) | Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' fertilizzanti bbażati fuq il-fosfru, nitroġenu jew potassju (fertilizzanti sempliċi jew komposti) | * | (d) | Installazzjonijiet kimiċi għall-produzzjoni ta' prodotti bażiċi għas-saħħa tal-pjanti u bijoċidi fuq skala industrijali | * | (e) | Installazzjonijiet li jużaw proċess kimiku jew bijoloġiku għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' prodotti farmaċewtiċi bażiċi | * | (f) | Installazzjonijiet għall-produzzjoni fuq skala industrijali ta' splussivi u prodotti pirotekniċi | * | 5. | Maniġġjar ta' skart u ilma ta' dranaġġ | | (a) | Installazzjonijiet għall-irkuprar jew ir-rimi ta' skart perikoluż | Jirċievu 10 tunnellati kuljum | (b) | Installazzjonijiet għall-inċeneriżazzjoni ta' skart mhux perikoluż fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 4 ta' Diċembru 2000 dwar il-ħruq ta' skart [2] | B’kapaċità ta' 3 tunnellati fis-siegħa | (ċ) | Installazzjonijiet għar-rimi ta' skart mhux perikoluż | B’kapaċità ta' 50 tunnellata kuljum | (d) | Landfills (ħlief landfills ta' skart inerti u landfills li ġew magħluqa definittivament qabel is- 16.7.2001 jew li għalihom il-fażi ta' azzjonijiet wara li ngħalqu meħtieġa mill-awtoritajiet kompetenti skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas- 26 ta' April 1999 dwar il-landfill ta' skart [3] tkun skadiet) | Jirċievu 10 tunnellati kuljum jew b’kapaċità ta' 25000 tunnellata | (e) | Installazzjonijet għar-rimi jew riċiklaġġ ta' karkassi ta' annimali jew skart minn annimali | B’kapaċità ta' 10 tunnellati kuljum | (f) | Impjanti ta' trattament ta' ilma ta' dranaġġ urban | B’kapaċità ta' 100000 ta' ekwivalenzi mal-popolazzjoni | (ġ) | Impjanti ta' trattament ta' ilma ta' dranaġġ industrijali li huma operati b'mod indipendenti li jiżvolġu waħda jew aktar mill-attivitajiet imfassla f’dan l-anness | B’kapacità ta' 10000 m3 kuljum [4] | 6. | Produzzjoni u proċessar ta' karta u injam | | (a) | Impjanti industrijali għall-produzzjoni ta' polpa minn injam jew minn materjali fibrużi oħra | * | (b) | Impjanti industrijali għall-produzzjoni ta' karti u folja u ta' prodotti ta' injam primarji oħra (bħalma huma ċ-ċipbord, fiberbord, u plajwudd) | B’kapaċità produttiva ta' 20 tunnellata kuljum | (ċ) | Impjanti industrijali għall-preżervazzjoni ta' l-injam u prodotti ta' l-injam permezz tal-kimika | B’kapaċità produttiva ta' 50 m3 kuljum | 7. | Produzzjoni intensiva ta' bhejjem u akkwakultura | | (a) | Istallazzjonijiet għat-trobbija intensiva ta' tajr tad-dar jew ħnieżer | (i)B’40000 post għat-tajr(ii)B’2000 post għall-produzzjoni ta' ħnieżer (b’piż iktar minn 30 kg)(iii)B’750 post għall-ħnieżer | (b) | Akkwakultura intensiva | B’kapaċità produttiva ta' 1000 tunnellata ta' ħut jew frott tal-baħar fis-sena | 8. | Prodotti annimali u veġetali mis-settur ta' l-ikel u tax-xorb | | (a) | Biċċeriji | B’kapaċità produttiva ta' karkassi ta' 50 tunnellata kuljum | (b) | Trattament u pproċessar intenzjonat għall-produzzjoni ta' prodotti ta' ikel u xorb minn: | | (i)Materjali ewlenin minn annimali (ħlief ħalib) | B’kapaċità produttiva ta' prodott aħħari ta' 75 tunnellata kuljum | (ii)Materjali ewlenin veġetali | B’kapaċità produttiva ta' prodott aħħari ta' 300 tunnellata kuljum (valur medju fuq medda ta' kwart ta' sena) | (ċ) | Trattament u pproċessar ta' ħalib | B’kapaċità li jirċievu 200 tunnellata ta' ħalib kuljum (valur medju fuq bażi annwali) | 9. | Attivitajiet oħra | | (a) | Impjanti għall-pretrattament (operazzjonijiet bħalma huma l-ħasil, l-ibbliċjar, il-merċeriżazzjoni) jew kolorazzjoni ta' fibri jew tessili | B’kapacità ta' trattament ta' 10 tunnellati kuljum | (b) | Impjanti għall-kunzatura ta' ġlud | B’kapaċità ta' trattament ta' 12-il tunnellata ta' prodott aħħari kuljum | (ċ) | Installazzjonijiet għat-trattament tal-wiċċ ta' sustanzi, oġġetti jew prodotti permezz ta' solventi organiċi, b’mod partikolari għat-tilbiż, stampar, kisi, tneħħija ta' grass, trattament waterproofing, alterazzjoni ta' dimensjoni, tpittir, tindif jew impregnazzjoni | B’kapaċità ta' konsum ta' 150 kg fis-siegħa jew 200 tunnellata fis-sena | (d) | Installazzjonijiet għall-produzzjoni ta' karbon (faħam solidu maħruq) jew elletro-grafita permezz ta' inċenerazzjoni jew grafitazzjoni | * | (e) | Installazzjonijiet għall-bini ta', jew għal- tpittir jew tneħħija ta' żebgħa minn bastimenti | B’kapaċità għal bastimenti li huma ta' tul ta' 100 metru | [1] Asterisk (*) jindika li ma huwa applikabli ebda limitu ta' kapacità (kull faċilità hija soġġetta għar-rappurtar). [2] ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91. [3] ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003. [4] Il-limitu tal-kapaċità għandu jkun rivedut sa mhux aktar tard mill-2010 fid-dawl tar-riżultati ta' l-ewwel ċiklu ta' rappurtar. -------------------------------------------------- ANNESS II Inkwinanti [1] Nru | numru SAK | Inkwinant [2] | Limitu ta' rilaxx (kolonna 1) | fl-arja (kolonna 1a) kg/sena | fl-ilma (kolonna 1b) kg/sena | fl-art (kolonna 1ċ) kg/sena | 1 | 74-82-8 | Metanu (CH4) | 100000 | — [3] | — | 2 | 630-08-0 | MonossiduKarboniku (CO) | 500000 | — | — | 3 | 124-38-9 | Dijossidu Karboniku (CO2) | 100 miljun | — | — | 4 | | Idro-fluworokarbonji (HFCs) [4] | 100 | — | — | 5 | 10024-97-2 | Nitro-Ossidu(N2O) | 10000 | — | — | 6 | 7664-41-7 | Ammonja (NH3) | 10000 | — | — | 7 | | Komposti volatili organiċi mhux metaniċi (NMVOC) | 100000 | — | — | 8 | | Ossidi tan-Nitroġenu (NOx/NO2) | 100000 | — | — | 9 | | Perfluworokarbonji (PFCs) [5] | 100 | — | — | 10 | 2551-62-4 | Kubrit ħexafluworidu (SF6) | 50 | — | — | 11 | | Ossidi tal-kubrit (SOx/SO2) | 150000 | — | — | 12 | | Nitroġenu totali | — | 50000 | 50000 | 13 | | Fosfru totali | — | 5000 | 5000 | 14 | | Idroklorofluworokarbonji (HCFCs) [6] | 1 | — | — | 15 | | Klorofluworokarbonji (CFCs) [7] | 1 | — | — | 16 | | Ħalonijiet [8] | 1 | — | — | 17 | | Arseniku u komposti tiegħu (bħala As) [9] | 20 | 5 | 5 | 18 | | Kadmju u komposti tiegħu (bħala Cd) [9] | 10 | 5 | 5 | 19 | | Kromju u komposti tiegħu (bħala Cr) [9] | 100 | 50 | 50 | 20 | | Kupru u komposti (bħala Cu) [9] | 100 | 50 | 50 | 21 | | Merkurju u komposti (bħala Hg) [9] | 10 | 1 | 1 | 22 | | Nikel u komposti (bħala Ni) [9] | 50 | 20 | 20 | 23 | | Ċomb u komposti (bħala Pb) [9] | 200 | 20 | 20 | 24 | | Żingu u komposti (bħala Zn) [9] | 200 | 100 | 100 | 25 | 15972-60-8 | Alaklor | — | 1 | 1 | 26 | 309-00-2 | Aldrin | 1 | 1 | 1 | 27 | 1912-24-9 | Atrażin | — | 1 | 1 | 28 | 57-74-9 | Klordanu | 1 | 1 | 1 | 29 | 143-50-0 | Klordekonu | 1 | 1 | 1 | 30 | 470-90-6 | Klorfenvinfosu | — | 1 | 1 | 31 | 85535-84-8 | Kloro-alkani, C10-C13 | — | 1 | 1 | 32 | 2921-88-2 | Klorpirifos | — | 1 | 1 | 33 | 50-29-3 | DDT | 1 | 1 | 1 | 34 | 107-06-2 | 1,2-dikloroetanu (EDC) | 1000 | 10 | 10 | 35 | 75-09-2 | Diklorometanu (DCM) | 1000 | 10 | 10 | 36 | 60-57-1 | Dijeldrin | 1 | 1 | 1 | 37 | 330-54-1 | Djuron | — | 1 | 1 | 38 | 115-29-7 | Endosulfan | — | 1 | 1 | 39 | 72-20-8 | Endrin | 1 | 1 | 1 | 40 | | Komposti organiċi aloġenati (bħala AOX) [10] | — | 1000 | 1000 | 41 | 76-44-8 | Ħeptaklor | 1 | 1 | 1 | 42 | 118-74-1 | Ħexaklorobenżene (HCB) | 10 | 1 | 1 | 43 | 87-68-3 | Ħexaklorobutadijene (HCBD) | — | 1 | 1 | 44 | 608-73-1 | 1,2,3,4,5,6-ħexakloroċikluħexanu (HCH) | 10 | 1 | 1 | 45 | 58-89-9 | Lindane | 1 | 1 | 1 | 46 | 2385-85-5 | Mirex | 1 | 1 | 1 | 47 | | PCDD + PCDF (dijossini + furani) (bħala Teq) [11] | 0,0001 | 0,0001 | 0,0001 | 48 | 608-93-5 | Pentaklorobenżin | 1 | 1 | 1 | 49 | 87-86-5 | Pentaklorofenol (PCP) | 10 | 1 | 1 | 50 | 1336-36-3 | Bifenili Poliklorinati (PCBs) | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 51 | 122-34-9 | Simazine | — | 1 | 1 | 52 | 127-18-4 | Tetrakloroetilene (PER) | 2000 | 10 | — | 53 | 56-23-5 | Tetraklorometanu (TCM) | 100 | 1 | — | 54 | 12002-48-1 | Triklorobenżini (TCBs) (kollha isomeri) | 10 | 1 | — | 55 | 71-55-6 | 1,1,1-trikloroetanu | 100 | — | — | 56 | 79-34-5 | 1,1,2,2-tetrakloroetanu | 50 | — | — | 57 | 79-01-6 | Trikloroetilene | 2000 | 10 | — | 58 | 67-66-3 | Triklorometanu | 500 | 10 | — | 59 | 8001-35-2 | Toxafene | 1 | 1 | 1 | 60 | 75-01-4 | Vinil kloridu | 1000 | 10 | 10 | 61 | 120-12-7 | Antraċene | 50 | 1 | 1 | 62 | 71-43-2 | Benżin | 1000 | 200 (bħala BTEX) [12] | 200 (bħala BTEX) [12] | 63 | | Difenileteri Brominati (PBDE) [13] | — | 1 | 1 | 64 | | Nonilfenoli u Etoxilati Nonilfenoli (NP/NPEs) | — | 1 | 1 | 65 | 100-41-4 | Etil benżin | — | 200 (bħala BTEX) [12] | 200 (bħala BTEX) [12] | 66 | 75-21-8 | Etilene ossidu | 1000 | 10 | 10 | 67 | 34123-59-6 | Isoproturon | — | 1 | 1 | 68 | 91-20-3 | Naftalina | 100 | 10 | 10 | 69 | | Komposti ta' Organotin (bħala totali Sn) | — | 50 | 50 | 70 | 117-81-7 | Di-(2-etil ħexil) ftalat (DEHP) | 10 | 1 | 1 | 71 | 108-95-2 | Aċidu Karboliku (bħala totali C) [14] | — | 20 | 20 | 72 | | Idrokarbonijiet poliċikliċi aromatiċi (PAHs) [15] | 50 | 5 | 5 | 73 | 108-88-3 | Toluene | — | 200 (bħala BTEX) [12] | 200 (bħala BTEX) [12] | 74 | | Tributiltin u komposti [16] | — | 1 | 1 | 75 | | Trifenilitin u komposti [17] | — | 1 | 1 | 76 | | Korbonju organiku totali (TOC) (bħala totali C jew COD/3) | — | 50000 | — | 77 | 1582-09-8 | Trifluralin | — | 1 | 1 | 78 | 1330-20-7 | Xilenes [18] | — | 200 (bħala BTEX) [12] | 200 (bħala BTEX) [12] | 79 | | Kloridi (bħala totali Cl) | — | 2 miljuni | 2 miljuni | 80 | | Kloru u komposti inorganiċi (bħala HCl) | 10000 | — | — | 81 | 1332-21-4 | Asbestos | 1 | 1 | 1 | 82 | | Ċjanuri (bħala totali CN) | — | 50 | 50 | 83 | | Fluworidi (bħala totali F) | — | 2000 | 2000 | 84 | | Fluworu u komposti inorganiċi (bħala HF) | 5000 | — | — | 85 | 74-90-8 | Aċidu ċjanuriku (HCN) | 200 | — | — | 86 | | Materja Partikulata (PM10) | 50000 | — | — | 87 | 1806-26-4 | Oktilfenoli u Oktilfenol ethoxylates | — | 1 | — | 88 | 206-44-0 | Fluworantenu | — | 1 | — | 89 | 465-73-6 | Isodrin | — | 1 | — | 90 | 36355-1-8 | Hexabromobifenil | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 91 | 191-24-2 | Benzo(g,h,i) perilene | | 1 | | [1] Rilaxxi inkwinanti li jaqgħu taħt bosta kategoriji ta' inkwinanti għandhom ikunu rrappurtati għal kull waħda minn dawn il-kategoriji. [2] Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor kwalunkwe inkwinant imsemmi fl-Anness II għandu jiġi rappurtat bħala l-massa totali ta' dak l-inkwinant jew, f'każ li inkwinant ikun grupp ta' sustanzi, bħala l-massa totali tal-grupp. [3] Is-sing (-) jindika li l-parametru u l-mezz li qed jiġu diskussi ma joħolqux il-ħtieġa sabiex isir rapport. [4] Massa totali ta' Idro-fluworokarbonji: is-somma ta' HFC23, HFC32, HFC41, HFC4310mee, HFC125, HFC134, HFC134a, HFC152a, HFC143, HFC143a, HFC227ea, HFC236fa, HFC245ca, HFC365mfc. [5] Massa totali ta' perfluworokarbonji: is-somma ta' CF4, C2F6, C3F8, C4F10, c-C4F8, C5F12, C6F14. [6] Massa totali tas-sustanzi inklużi l-isomeri tagħhom elenkati fil-Grupp VIII ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' Ġunju 2000 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1) Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1804/2003 (ĠU L 265, 16.10.2003, p. 1). [7] Massa totali tas-sustanzi inklużi l-isomeri tagħhom elenkati fil-Grupp I u II ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000. [8] Massa totali tas-sustanzi elenkati inklużi l-isomeri tagħhom fil-Grupp III u VI ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000. [9] Il-metalli kollha għandhom ikunu rappurtati bħala l-massa totali ta' l-element fil-forom kemikali kollha preżenti fir-rilaxx. [10] Komposti organiċi aloġenati li jistgħu jiġu assorbiti mal-karbonju attivat deskritt bħala kloridju. [11] Deskritti bħala I-TEQ. [12] Inkwinanti singoli jridu jiġu rappurtati jekk il-livell għall-BTEX (il-parametru totali ta' benżin, toluene, etil benżin, xileni) jinqabeż. [13] Massa totali tad-difenileteri brominati: penta-BDE, octa-BDE u deca-BDE. [14] Massa totali ta' fenolu u sostituti sempliċi ta' fenoli deskritti bħala karbonju totali. [15] Idrokarboni poliċikliċi aromatiċi (PAH ijiet) jridu jitkejlu għar-rappurtar ta' rilaxxi fl-arja bħala benżo(a)pirene (50-32-8), benżo(b)fluworantene (205-99-2), benżo(k)fluworantene (207-08-9), indeno(1,2,3-cd)pirene (193-39-5) (derivati mir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 29 ta' April 2004 dwar inkwinanti organiċi persistenti (ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5). [16] Massa totali ta' komposti ta' tributiltin, deskritti bħala massa ta' tributiltin. [17] Massa totali ta' komposti ta' trifenilitin, deskritti bħala massa ta' trifenilitin. [18] Massa totali ta' xilenes (orto-xilenes, meta-xilenes, para-xilenes). -------------------------------------------------- ANNESS III Format għar-rappurtar ta' data dwar rilaxx u trasferiment mill-Istati Membri lill-Kummissjoni Sena ta' referenza | | Identifikazzjoni tal-faċilità | | Isem tal-kumpannija prinċipali Isem tal-faċilità Numru ta' identifikazzjoni tal-faċilità Triq Belt/raħal Kodiċi Postali Pajjiż Koordinati tal-post Distrett fejn jinstab il-baċir tax-xmara [1] Kodiċi NACE (4 numri) Attività ekonomika prinċipali Volum produzzjoni (opzjonali) Numru ta' installazzjonijiet (opzjonali) Numru ta' siegħat operattivi f'sena (opzjonali) Numru ta' impjegati (opzjonali) Referenza testwali għall-informazzjoni testwali jew indirizz tal-portal mogħti mill-faċilità jew kumpannija prinċipali (opzjonali) | | Kull attività tal-faċilità imfassla fl-Anness I (skond is-sistema ta' kodiċi mogħtija fl-Anness I u l-kodiċi PKIT fejn applikabbli) | | Attività 1 (Attività prinċipali minn Anness I) Attività 2 Attività N | | Data dwar rilaxx fl-arja għall-faċilitàjiet għal kull inkwinant li jeċċedu l-limitu tal-valur (skond Anness II) | Rilaxx fl-arja | Inkwinant 1 Inkwinant 2 Inkwinant N | M: imkejjel; Metodu Analitiku użat Ċ: ikkalkulat; Metodu ta' kalkolu użat E stmat | T:Total f’kg/sena A:Aċċidentali f'kg/sena | Data dwar rilaxx fl-ilma għall-faċilitajiet għal kull inkwinant li jeċċedu l-limitu tal-valur (skond Anness II) | Rilaxx fl-ilma | Inkwinant 1 Agent ta' Tniggiż 2 Inkwinant N | M: imkejjel; Metodu Analitiku użat Ċ: ikkalkulat; Metodu ta' kalkolu użat E: stmat | T:Totali f’kg/sena A:Aċċidentali f'kg/sena | Data dwar rilaxx fl-art ghall-faċilitajiet ghal kull inkwinant li jeċċedu l-limitu tal-valur (skond Anness II) | Rilaxx fl-art | Inkwinant 1 Inkwinant 2 Inkwinant N | M: imkejjel; Metodu Analitiku użat Ċ: ikkalkulat; Metodu ta' kalkolu użat E: stmat | T:Totali f’kg/sena A:Aċċidentali f'kg/sena | Trasferimenti il barra mis-sit ta' kull inkwinant destinat għat-trattament ta' ilma ta' dranaġġ fi kwantitajiet li jeċċedu l-limitu tal-valur (skond Anness II) | | Inkwinant 1 Inkwinant 2 Inkwinant N | M: imkejjel; Metodu Analitiku użat Ċ: ikkalkulat; Metodu ta' kalkolu użat E: stmat | f’kg/sena | Trasferimenti il barra mis-sit ta' skart perikoluż għal faċilità li teċċedi l-limitu tal-valur (skond l-Artikolu 5) | Ġewwa l-pajjiż: Għall-irkuprar (R) | M: imkejjel; Metodu Analitiku użat Ċ: ikkalkulat; Metodu ta' kalkolu użat E stmat | f’tunnellati/sena | Ġewwa l-pajjiż: Għar-Rimi (D) | M: imkejjel; Metodu Analitiku użat Ċ: ikkalkulat; Metodu ta' kalkolu użat E stmat | f’tunnellati/sena | Għal pajjiżi oħra: Ghall-irkuprar (R) Isem ta' min qed jirkupra Indirizz ta' min qed jirkupra Indirizz tas-sit effettiv ta' l-irkuprar li qed jirċievi t-trasferiment | M: imkejjel; Metodu Analitiku użat Ċ: ikkalkulat; Metodu ta' kalkolu użat E stmat | f’tunnellati/sena | Għal pajjiżi ohra: Għar-Rimi (D) Isem ta' min qed jarmi Indirizz ta' min qed jarmi Indirizz tas-sit effettiv tar-rimi li qed jirċievi t-trasferiment | M: imkejjel; Metodu Analitiku użat Ċ: ikkalkulat; Metodu ta' kalkolu użat E stmat | f’tunnellati/sena | Trasferiment ‘l barra mis-sit ta' skart mhux (skond l-Artikolu 5) perikoluż għal faċilità li teċċedi l-limitu tal-valur | Għall-irkuprar (R) | M: imkejjel; Metodu Analitiku użat Ċ: ikkalkulat; Metodu ta' kalkolu użat E stmat | f’tunnellati/sena | Għar-Rimi (D) | M: imkejjel; Metodu Analitiku użat Ċ: ikkalkulat; Metodu ta' kalkolu użat E stmat | f’tunnellati/sena | Awtoritajiet kompetenti għar-rikjesti mill-pubbliku Isem Triq Belt/raħal Numru tat-telefon Numru tal-Fax: E-mail | | [1] Skond l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi kwadru għall-azzjonij tal-Komunità fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1). Direttiva kif emendata permezz tad-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1). --------------------------------------------------