Kawża T-456/11: Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Awwissu 2011 — ICdA et vs Il-Kummissjoni Ewropea
Official Journal C 298 , 08/10/2011 P. 0027 - 0027
Rikors ippreżentat fit- 12 ta’ Awwissu 2011 — ICdA et vs Il-Kummissjoni Ewropea (Kawża T-456/11) Partijiet Rikorrenti: International Cadmium Association (ICdA) (Brussell, il-Belġju), Rockwood Pigments (UK) Ltd (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) u James M. Brown Ltd (Stoke-on-Trent, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Cana u K. Van Maldegem, avukati) Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea Talbiet Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha: - tannulla l-att ikkontestat sa fejn jillimita l-użu tal-pigment tal-kadmju f’materjali tal-plastik minbarra dawk li għalihom dan l-użu kien limitat qabel l-imsemmi att, u - tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. Motivi u argumenti prinċipali Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi. (1) L-ewwel motiv ibbażat fuq - il-ksur mir-regolament ikkontestat tal-Artikolu 137(1) u tal-Artikoli 68 sa 71 tar-Regolament REACH [1]; (2) It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li - ir-regolament ikkontestat huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni; (3) It-tielet motiv ibbażat fuq - il-ksur mir-regolament tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi; (4) Ir-raba’ motiv ibbażat fuq - il-ksur mir-regolament ikkontestat tar-regolament REACH, inkwantu jimponi restrizzjonijiet fuq grupp ta’ sustanzi, mingħajr ma jevalwahom individwalment; (5) Il-ħames motiv ibbażat fuq - il-ksur mir-regolament ikkontestat tal-Ftehim OTC; (6) Is-sitt motiv ibbażat fuq - il-ksur mir-regolament ikkontestat tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti; (7) Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li - ma ngħatawx raġunijiet adegwati għar-regolament ikkontestat, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE; (8) It-tmien motiv ibbażat fuq - il-ksur mir-regolament ikkontestat tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. [1] Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat- 18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠUL 396, 30.12.2006). --------------------------------------------------