2006R1365 — MT — 01.01.2008 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT (KE) Nru 1365/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Settembru 2006

dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE

(ĠU L 264, 25.9.2006, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 425/2007 tad-19 ta’ April 2007

  L 103

26

20.4.2007

►M2

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1304/2007 tas-7 ta’ Novembru 2007

  L 290

14

8.11.2007




▼B

REGOLAMENT (KE) Nru 1365/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Settembru 2006

dwar statistika ta' trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 1 ),

Billi:

(1)

Il-passaġġi fuq l-ilma interni huma parti importanti mir-retikolat ta' trasport tal-Komunità u l-promozzjoni tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni huwa wieħed mill-għanijiet tal-politika komuni tat-trasport, kemm għal raġunijiet ta' effiċjenza ekonomika kif ukoll għat-tnaqqis tal-konsum ta' l-enerġija u ta' l-impatt ambjentali li għandu t-trasport, kif deskritt fil-White Paper tal-Kummissjoni: Il-politika Ewropea tat-Trasport għall-2010: Wasal iż-żmien li niddeċiedu.

(2)

Il-Kummissjoni teħtieġ statistika rigward it-trasport ta' merkanzija minn passaġġi fuq l-ilma interni sabiex tissorvelja u tiżviluppa politika komuni tat-trasport, kif ukoll l-elementi relatati mat-trasport fil-politika dwar ir-reġjuni u r-retikolati trans-Ewropej.

(3)

Inġabret statistika dwar it-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni taħt id-Direttiva tal-Kunsill 80/1119/KEE tas-17 ta' Novembru 1980 dwar il-prospetti ta' statistika li għandhom x'jaqsmu mat-trasport ta' merkanzija permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni ( 2 ), li m'għadhiex tikkorrispondi għall-bżonnijiet attwali f'dan il-qasam. Huwa għalhekk xieraq li din id-Direttiva tiġi sostitwita bi strument ġdid li jestendi l-ambitu tagħha u jtejjeb l-effiċjenza.

(4)

Konsegwentement, id-Direttiva 80/1119/KEE għandha tiġi mħassra.

(5)

L-istatistika Komunitarja dwar il-modi kollha tat-trasport għandha tinġabar skond il-kunċetti u l-istandards komuni, bil-għan li tinkiseb l-aktar komparabbiltà prattikabbli bejn modi ta' trasport.

(6)

It-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni ma jeżistix fl-Istati Membri kollha u, għalhekk, l-effett ta' dan ir-Regolament huwa limitat għal dawk l-Istati Membri fejn jeżisti dan il-mod ta' trasport.

(7)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta' standards komuni ta' statistika li jippermettu l-produzzjoni ta' data armonizzata ma jistax jiġi miksub suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk jiġi miksub aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jinkiseb dak l-għan.

(8)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika tal-Komunità ( 3 ) jipprovdi qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament.

(9)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implementazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( 4 ).

(10)

Il-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom ( 5 ) ġie konsultat skond l-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja li tikkonċerna t-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 2

Skop

1.  L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lill-Kummissjoni (Eurostat) id-data relatata mat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni fit-territorju nazzjonali tagħhom.

2.  L-Istati Membri li fihom il-volum totali ta' merkanzija trasportata fis-sena minn passaġġi fuq l-ilma interni bħala trasport nazzjonali, internazzjoni jew ta' tranżitu ikun aktar minn miljun tunnellata metrika għandhom jipprovdu d-data msemmija fl-Artikolu 4(1).

3.  Bħala deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri fejn mhemmx trasport internazzjonali jew ta' tranżitu minn passaġġi fuq l-ilma interni iżda fejn il-volum totali ta' merkanzija trasportata fis-sena mill-passaġġi fuq l-ilma interni bħala trasport nazzjonali jeċċedi miljun tunnellata metrika għandhom jipprovdu biss id-data meħtieġa taħt l-Artikolu 4(2).

4.  Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal:

(a) trasport ta' merkanzija permezz ta' bastimenti b'kapaċità massima ta' ġarr ta' anqas minn 50 tunnellata metrika;

(b) bastimenti użati prinċipalment għat-trasport ta' passiġġieri;

(ċ) bastimenti użati bħala tragetti;

(d) bastimenti użati biss għal skopijiet li mhumiex kummerċjali minn amministrazzjonijiet ta' portijiet u awtoritajiet pubbliċi;

(e) bastimenti użati biss għall-bunkering jew għall-ħżin;

(f) bastimenti li mhumiex użati għat-trasport ta' merkanzija, bħal bastimenti tas-sajd, bastimenti tat-tħammil, postijiet tax-xogħol fuq l-ilma, battelli ta' abitazzjoni u dgħajjes ta' rikreazzjoni.

▼M1

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) “Passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli” tfisser medda ta' ilma, li ma tkunx parti mill-baħar, li permezz ta' karatteristiċi naturali jew magħmulin mill-bniedem, hija adatta għan-navigazzjoni, primarjament permezz ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni.

(b) “Bastiment tal-passaġġi ta' l-ilma interni” tfisser inġenju li jżomm f'wiċċ l-ilma maħsub għat-trasport ta' merkanzija jew għat-trasport pubbliku ta' passiġġieri, li jinnaviga primarjament f'passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli jew minn passaġġi ġo, jew li jmissu ma', ilmijiet jew żoni kennija fejn japplikaw ir-regolamenti tal-portijiet;

(c) “Nazzjonalità tal-bastiment” tfisser il-pajjiż li fih ikun irreġistrat il-bastiment.

(d) “Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni” tfisser kwalunkwe moviment ta' merkanzija u/jew passiġieri permezz ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni li jsir kollu kemm hu jew parzjalment f'passaġġi ta' l-ilma interni navigabbli;

(e) “Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni nazzjonali” tfisser trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni bejn żewġ portijiet ta' territorju nazzjonali irrispettivament min-nazzjonalità tal-bastiment;

(f) “Trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni internazzjonali” tfisser trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni bejn żewġ portijiet f'territorji nazzjonali differenti;

(g) “Trasport ta' tranżitu fuq passaġġi ta' l-ilma interni” tfisser trasport fuq passaġġi ta' l-ilma interni minn territorju nazzjonali bejn żewġ portijiet li t-tnejn ikunu jinsabu f'territorju nazzjonali ieħor jew f'territorji nazzjonali oħra, sakemm matul il-vjaġġ kollu ġot-territorju nazzjonali ma jkunux hemm trasbord;

(h) “Traffiku fuq il-passaġġi ta' l-ilma interni” tfisser kwalunkwe moviment ta' bastiment fuq passaġġ ta' l-ilma intern navigabbli speċifiku.

▼B

Artikolu 4

Ġbir ta' data

1.  Għandha tinġabar data skond it-tabelli stabbiliti fl-Annessi A sa D.

2.  Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 2(3), id-data għandha tinġabar skond it-tabella stabbilita fl-Anness E.

3.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-merkanzija għandha tkun klassifikata skond l-Anness F.

Artikolu 5

Trasmissjoni ta' data

1.  L-ewwel perjodu ta' osservazzjoni għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2007. It-trasmissjoni tad-data għandha sseħħ malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard minn ħames xhur mit-tmiem tal-perjodu relevanti ta' osservazzjoni.

2.  Matul l-ewwel tliet snin ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iż-żmien permess għat-trasmissjoni tad-data msemmija fil-paragrafu 1 jista' jiġi estiż skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). Iż-żmien massimu permess għat-trasmissjoni, inkluża kull estenzjoni mogħtija, ma għandux jaqbeż tmien xhur.

2.  L-estensjonijiet taż-żmien permess għat-trasmissjoni huma stabbiliti fl-Anness G.

Artikolu 6

Tixrid

L-istatistika Komunitarja bbażata fuq id-data msemmija fl-Artikolu 4 għandha tkun imxerrda bi frekwenza simili għal dik stabbilita għat-trasmissjoni ta' data mill-Istati Membri.

Artikolu 7

Il-kwalità tad-data

1.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiżviluppa u tippubblika, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2), il-kundizzjonijiet metodoloġiċi u l-kriterji maħsuba sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data prodotta.

2.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw il-kwalità tad-data trasmessa.

3.  Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trasmessa. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport li jkun fih tali informazzjoni u data li jistgħu jiġu mitluba minnha sabiex tivverifika l-kwalità tad-data trasmessa.

Artikolu 8

Rapport dwar l-implementazzjoni

Sal-15 ta’ Ottubru 2009 u wara konsultazzjoni mal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament. B'mod partikolari, ir-rapport għandu:

(a) jivvaluta l-benefiċċji li jieħdu l-Komunità, l-Istati Membri u l-fornituri u l-utenti ta' l-informazzjoni statistika mill-istatistika prodotta, meta mqabbla ma' l-ispejjeż;

(b) jivvaluta l-kwalità ta' l-istatistika prodotta;

(ċ) jidentifika oqsma fejn jista' jsir titjib u kwalunkwe emenda kunsidrata neċessarja fid-dawl tar-riżultati miksuba.

Artikolu 9

Miżuri implementattivi

Il-miżuri għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi miżuri li jieħdu kont tat-tendenzi ekonomiċi u tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2). Tali miżuri għandhom jikkonċernaw:

(a) l-adattament tal-limitu għall-kopertura statistika tat-trasport minn passaġġi fuq l-ilma interni (Artikolu 2);

(b) l-adattament tad-definizzjonijiet u l-adozzjoni ta' definizzjonijiet addizzjonali (Artikolu 3);

(ċ) l-adattament ta' l-ambitu tal-ġbir ta' data u l-kontenut ta' l-Annessi (Artikolu 4);

(d) l-arranġamenti għat-trasmissjoni ta' data lill-Kummissjoni (Eurostat) inklużi l-istandards għall-iskambju ta' data (Artikolu 5);

(e) l-arranġamenti għat-tixrid ta' riżultati mill-Kummissjoni (Eurostat) (Artikolu 6);

(f) l-iżvilupp u l-pubblikazzjoni ta' rekwiżiti u kriterji metodoloġiċi (Artikolu 7).

Artikolu 10

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għall-Programmi Statistiċi stabbilit mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 89/382/KEE, Euratom.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

2.  Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet transizzjonali u taħsir

1.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżultati statistiċi għas-sena 2006 skond id-Direttiva 80/1119/KEE.

2.  Id-Direttiva 80/1119/KEE hija b'dan imħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS A



Tabella A1.  Merkanzija ttrasportata skond it-tip ta' oġġett (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2 karattri alfanumeriċi

“A1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2 karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Tip ta' oġġett

2-karattri numeriċi

NST 2000 (2)

 

Tip ta' imballaġġ

1-karattrui numeriku

1 = Merkanzija f'kontejners

2 = Merkanzija mhux f'kontejners u kontejners vojta

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

(1)   Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

— “NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

— “Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

— “ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(2)   Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.




ANNESS B



Tabella B1.  Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastiment u skond it-tip ta' bastiment (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“5B1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Tip ta' trasport

1-karattru alfabetiku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Tip ta' bastiment

1-karattru numeriku

1 = Barkun immotorizzat

2 = Barkun mhux immotorizzat

3 = Barkun tat-tanker immotorizzat

4 = Barkun tat-tanker mhux immotorizzat

5 = Bastimenti oħrajn li jġorru l-merkanzija

6 = Bastiment marittimu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (2)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

(1)   Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

— “NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

— “Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

— “ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(2)   Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata l-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.



Tabella B2.  Traffiku tal-bastimenti (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“B2”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Tip ta' trasport

1-karattru alfabetiku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżiti)

3 = Tranżitu

 

Numru ta' movimenti ta' bastimenti mgħobbija

 

 

Movimenti tal-bastimenti

Numru ta' movimenti ta' bastimenti vojta

 

 

Movimenti tal-bastimenti

Bastiment -Km (bastimenti mgħobbija)

 

 

Bastiment-Km

Bastiment-Km (bastimenti vojta)

 

 

Bastiment-Km

NOTA: Il-provvediment ta' din it-Tabella B2 mhux obbligatorju.




ANNESS C



Tabella C1.  Trasport tal-kontejners skond it-tip ta' oġġett (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“C1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Pajjiż/reġjun tat-tagħbija

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Pajjiż/reġjun tal-ħatt

4-karattri alfanumeriċi

NUTS2 (1)

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Daqs tal-kontejner

1-karattru numeriku

1 = 20' unitajiet ta' tagħbija

2 = 40' unitajiet ta' tagħbija

3 = unitajiet ta' tagħbija > 20' u < 40'

4 = unitajiet ta' tagħbija > 40'

 

Status tat-tagħbija

1-karattru numeriku

1 = Kontejners mgħobbija

2 = Kontejners vojta

 

Tip ta' oġġett

2-karattri numeriċi

NST 2000 (2)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

TEU

 

 

TEU

TEU-Km

 

 

TEU-Km

(1)   Meta l-kodiċi reġjonali ma tkunx magħrufa jew ma tkunx disponibbli, tintuża l-kodifikazzjoni li ġejja:

— “NUTS0 + ZZ” meta l-kodiċi NUTS tkun teżisti għall-pajjiż sieħeb.

— “Il-kodiċi ISO + ZZ” meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż sieħeb.

— “ZZZZ” meta l-pajjiż sieħeb ma jkunx magħruf kompletament.

(2)   Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.




ANNESS D



Tabella D1.  Trasport skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“D1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Kwart ta' sena

2-karattri numeriċi

41 = L-1 kwart

42 = It-2 kwart

43 = It-3 kwart

44 = Ir-4 kwart

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (1)

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

(1)   Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtata il-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.



Tabella D2.  Trasport bil-kontejner skond in-nazzjonalità tal-bastimenti (data ta' kull tliet xhur)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“D2”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Kwart tas-sena

2-karattri numeriċi

41 = L-1 kwart

42 = It-2 kwart

43 = It-3 kwart

44 = Ir-4 kwart

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Nazzjonalità tal-bastiment

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali) (1)

 

Status tat-tagħbija

1-karattru numeriku

1 = Kontejners mgħobbija

2 = Kontejners vojta

 

Tunnellati ttrasportati

 

 

Tunnellati

Tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

TEU

 

 

TEU

TEU-Km

 

 

TEU-Km

(1)   Meta l-kodiċi NUTS ma tkunx teżisti għall-pajjiż tar-reġistrazzjoni tal-bastiment, tiġi rrappurtat il-kodiċi ISO nazzjonali. Fil-każ li n-nazzjonalità tal-bastiment ma tkunx magħrufa, il-kodiċi li għandha tintuża hija “ZZ”.




ANNESS E



Tabella E1.  Trasport ta' merkanzija (data annwali)

Elementi

Kodiċi

Nomenklatura

Unità

Tabella

2-karattri alfanumeriċi

“E1”

 

Il-Pajjiż tar-rappurtar

2-karattri alfabetiċi

NUTS0 (kodiċi nazzjonali)

 

Sena

4-karattri numeriċi

“yyyy”

 

Tip ta' trasport

1-karattru numeriku

1 = Nazzjonali

2 = Internazzjonali (ħlief it-tranżitu)

3 = Tranżitu

 

Tip ta' oġġett

2-karattri numeriċi

NST 2000 (1)

 

Totral ta' tunnellati trasportati

 

 

Tunnellati

Total ta' tunnellati-Km

 

 

Tunnellati-Km

(1)   Għas-sena ta' referenza 2007 biss, tista' tintuża l-klassifikazzjoni NST/R għar-rappurtar tat-tip ta' oġġett kif spjegat fl-Anness F.

▼M2




ANNESS F



NST 2007

Diviżjoni

Deskrizzjoni

01

Prodotti ta’ l-agrikoltura, tal-kaċċa u tal-forestrija; ħut u prodotti oħra tas-sajd

02

Faħam u lignite; żejt mhux raffinat u gass naturali

03

Metalli mhux maħduma u prodotti oħra tal-minjieri u tal-barrieri; pit; uranju u torju

04

Prodotti ta’ l-ikel, xorb u tabakk

05

Tessuti u prodotti tat-tessuti; ġilda u prodotti tal-ġilda

06

Injam u prodotti ta’ l-injam u tas-sufra (għajr għamara); oġġetti magħmulin mit-tiben u materjal ta’ l-immaljar; polpa, karta u prodotti tal-karta; materjal stampat u materjal irrekordjat

07

Kokk u prodotti taż-żejt irraffinat

08

Kimiċi, prodotti kimiċi, u fibri magħmula mill-bniedem; gomma u prodotti tal-plastik; fjuwil nukleari

09

Prodotti oħra minerali li m’humiex metalliċi

10

Metalli bażiċi; prodotti ffabbrikati mill-metall, għajr makkinarju u tagħmir

11

Makkinarju u tagħmir n.e.c.; makkinarju ta’ l-uffiċċji u kompjuters, makkinarju u apparat elettriku n.e.c.; tagħmir u apparat tar-radju, tat-televiżjoni u tal-komunikazzjoni; strumenti mediċi, ta’ preċiżjoni u ottiċi; arloġġi

12

Tagħmir ta’ trasport

13

Għamara; oġġetti oħra mmanifatturati n.e.c.

14

Materja prima sekondarja; skart muniċipali u tip ieħor ta’ skart

15

Posta, pakketti postali

16

Tagħmir u materjal utilizzat għat-trasport tal-merkanzija

17

Oġġetti traspostati fil-ġarr minn djar u uffiċċji; bagalji trasportati separatament mill-passiġġieri; vetturi bil-mutur li jinġarru għat-tiswija; oġġetti oħra li ma jkunux għas-suq n.e.c.

18

Merkanzija raggruppata: taħlita ta’ tipi ta’ merkanzija li huma ttrasportati flimkien

19

Merkanzija mhux identifikabbli: merkanzija li għal xi raġuni ma tistax tiġi identifikata u għalhekk ma tistax tiġi assenjata lill-gruppi 01 – 16.

20

Merkanzija oħra n.e.c.

▼B




ANNESS G



Estensjonijiet taż-żmien permess għat-trasmissjoni (Artikolu 5(2))

Stat Membru

Perjodu estiż ta' trasmissjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta' osservazzjoni

L-aħħar sena li għaliha tingħata estensjoni

Belġju

8 xhur

2009



( 1 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 2006.

( 2 ) ĠU L 339, 15.12.1980, p. 30. Direttiva kif emendata mill-Att ta' Adeżjoni 2003.

( 3 ) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

( 4 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11)

( 5 ) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet