2001E0555 — MT — 21.12.2006 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Lulju 2001

dwar it-twaqqif ta’ ċentru tas-Satelliti ta’ l-Unjoni Ewropea

(2001/555/PESK)

(ĠU L 200, 25.7.2001, p.5)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/998/PESK tal-21 ta' Diċembru 2006

  L 405

60

30.12.2006


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 029, 3.2.2007, p. 23  (06E0/98R)




▼B

AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Lulju 2001

dwar it-twaqqif ta’ ċentru tas-Satelliti ta’ l-Unjoni Ewropea

(2001/555/PESK)



IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Novembru 2000 il-Kunsill irreġistra l-ftehim milħuq minnu fil-prinċipju dwar it-twaqqif ta’ ċentru tas-Satelliti fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li jinkorpora l-aspetti rilevanti ta’ l-istrutturi eżistenti ta’ l-Unjoni Ewropea tal-Punent (WEU).

(2)

It-twaqqif ta’ ċentru tas-Satelliti ta’ l-Unjoni Ewropea huwa essenzjali sabiex jissaħħu l-funzjonijiet ta’ twissija bikrija u ta’ kontroll ta’ kriżi fil-kuntest tal-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (PESK), u b’mod partikolari tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (ESDP).

(3)

L-istatut u l-istruttura taċ-ċentru għandhom jagħtuh s-setgħa illi jirrispondi għall-ħtiġijiet ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Istati Membri u li jissodisfa l-funzjonijiet tiegħu b’kollaborazzjoni fil-qrib mal-Komunità, b’mod partikolari maċ-ċentru ta’ Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, istituzzjonijiet nazzjonali u internazzjonali. Huwa għandu jkun koerenti ma’ l-Istrateġija Ewropea dwar l-Ispażju, liema strateġija kienet endorsata mill-Kunsill fis-16 ta’ Novembru 2000.

(4)

Iċ-ċentru tas-Satelliti ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkollu personalità ġuridika, waqt li jżomm rabtiet fil-qrib mal-Kunsill u jikkonsidra r-responsabiltajiet politiċi ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea u l-istituzzjonijiet tagħha.

(5)

Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet mad-difiża. Din id-disposizzjoni, madankollu, ma teskludix lid-Danimarka milli tieħu sehem f’attivitajiet ċivili taċ-ċentru meta din tkun iddikjarat ir-rieda tagħha li tikkontribwixxi għal dawk l-ispejjeż taċ-ċentru li m’għandhomx implikazzjonijiet mad-difiża.

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA



Artikolu 1

Stabbiliment

1.  1. Ċentru tas-Satelliti ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSC), hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ “iċ-ċentru”, huwa hawnhekk stabbilit. Huwa għandu jkun operattiv mill-1 ta’ Jannar 2002.

2.  Iċ-ċentru għandu jkollu l-kwartieri ġenerali tiegħu f’Torrejón de Ardoz fi Spanja.

▼M1 —————

▼C1

Artikolu 2

Missjoni

1.  Iċ-Ċentru għandu, b'koerenza ma' l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà ( 1 ), jappoġġa t-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, fil-qasam tal-PESK, b'mod partikolari tal-PESD, inklużi l-operazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea ta' maniġġar ta' kriżijiet, billi jipprovdi, kif xieraq, prodotti li jirriżultaw mill-analiżi ta' xbihat satelletari u data kollaterali, inkluż xbihat mill-ajru u servizzi relatati, skond l-Artikoli 3 u 4.

2.  Fil-qafas ta' din il-missjoni, is-Segretarju-Ġenerali/ir-Rappreżentant Għoli, sejjer, ma talba korrispondenti u jekk il-kapaċità taċ-Ċentru hekk tippermetti, jiddirieġi ċ-Ċentru sabiex jipprovdi prodotti jew servizzi għal:

(i) Stat Membru jew il-Kummissjoni;

(ii) Stati Terzi li qablu mad-Dispożizzjonijiet imniżżla fl-anness dwar l-assoċjazzjoni ma' l-attivitajiet taċ-Ċentru;

(iii) jekk it-talba tkun rilevanti fil-qasam tal-PESK, b'mod partikolari tal-PESD, organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku (NATO).

▼B

Artikolu 3

Sorveljanza politika

Il-Kumitat tal-Politika u tas-Sigurtà (PSC) għandu, skond ir- responsabbilitajiet tiegħu għas-PESK u b’mod partikolari għall-ESDP, jeżerċita sorveljanza politika fuq l-attivitajiet taċ-ċentru u joħroġ gwida lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli dwar il-prijoritajiet taċ-ċentru.

Artikolu 4

Direzzjoni ta’ l-operat

1.  Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jagħti direzzjoni lill-operat taċ-Ċentru, mingħajr ħsara lir-responsabbilitajiet tal-Bord u tad-Direttur taċ-ċentru, rispettivament, kif stipulati f’din l-Azzjoni Konġunta.

2.  Fit-twettiq ta’ l-impenji tiegħu kif stipulati f’dan l-Artikolu, is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jibgħat rapport, meta approprjat u ta’ l-inqas darba kull sitt xhur, lill-Kumitat tal-Politika u tas-Sigurtà.

Artikolu 5

Prodotti taċ-ċentru

1.  Il-prodotti taċ-ċentru, bħala tweġiba għat-talbiet magħmula skond l-Artikoli 2(1), 2(3) u 2(4) għandhom ikunu mqiegħda għad-disposizzjoni ta’ l-Istati Membri, tal-Kummissjoni, u tal-parti li tkun għamlet it-talba, fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Dawn il-prodotti għandhom ikunu mqiegħda għad-disposizzjoni ta’ Stati Terzi li jkunu qabblu mad-Disposizzjonijiet imniżżla fl-Anness, skond dawn l-istess Disposizzjonijiet.

2.  Fl-interess tat-trasparenza, is-Segretarju Ġenerali/ Rappreżentant Għoli għandu jqiegħed għad-disposizzjoni ta’ l-Istati Membri, tal-Kummissjoni u ta’ Stati Terzi li jkunu qabblu mad-Disposizzjonijiet imniżżla fl-Anness, it-talbiet kollha li jkunu saru skond l-Artikolu 2. Dan għandu jagħmlu skond ir-regoli dettaljati stipulai f’dawk id-Disposizzjonijiet.

3.  Il-prodotti taċ-ċentru li jirriżultaw minn talbiet magħmula skond l-Artikolu 2(2) għandhom ikunu mqiegħda għad-disposizzjoni ta’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni u/jew Stati Terzi li qabblu mad-Disposizzjonijiet imniżżla fl-Anness, skond id-deċiżjoni tal-parti li tkun għamlet it-talba.

Artikolu 6

Personalità Ġuridika

Iċ-ċentru għandu jkollu l-personalità ġuridika neċessarja sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu u sabiex jilħaq l-għanijiet tiegħu. Kull wieħed mill-Istati Membri għandu jieħu passi sabiex jikkonċedi liċ-ċentru dik il-personalità ġuridika mogħtija lil persuni ġuridiċi skond il-liġijiet tiegħu. Iċ-ċentru jista’, b’mod partikolari, jakkwista jew jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jkun parti f’proċeduri legali. Iċ-ċentru m’għandux ikollu l-iskop li jagħmel profitt.

Artikolu 7

Bord

1.  Iċ-ċentru għandu jkollu Bord illi japprova l-programm ta’ ħidma annwali u fit-tul u l-estimi approprjat. Il-Bord għandu jkun forum għad-diskussjoni ta’ kwistjonijiet marbuta mal-funzjonament, l-impjegati u t-tagħmir taċ-ċentru.

2.  Il-Bord għandu jkun ippresedut mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli jew, fil-każ li din il-persuna ma tkunx preżenti, mir-rappreżentant tagħha. Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jagħti rapport lill-Kunsill dwar il-ħidma tal-Bord.

3.  Il-Bord għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed maħtur minn kull Stat Membru u rappreżentant ieħor maħtur mill-Kummissjoni. Kull membru tal-Bord jista’ jkun rappreżentat jew akkumpanjat minn persuna oħra. Ittri tal-ħatra, awtorizzati mill-Istat Membru jew mill-Kummissjoni, skond il-każ, għandhom jintbagħtu lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli.

4.  Id-Direttur taċ-ċentru jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu, bħala regola, jattendi l-laqgħat tal-Bord. Id-Direttur Ġenerali ta’ l-Istaff Militari u l-President tal-Kumitat Militari, jew ir-rappreżentanti tagħhom, jistgħu wkoll jattendu l-laqgħat tal-Bord.

5.  Deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu permezz ta’ vot mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri b’maġġoranza kwalifikata, bil-voti jkunu peżati skond l-Artikolu 23(2), t-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mingħajr ħsara għall-Artikolu 13(2) ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Il-Bord għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

6.  Il-Bord għandu jissejjaħ mill-President ta’ l-inqas darbtejn fis-sena u permezz tat-talba ta’, mill-anqas, terz tal-membri tal-Bord.

7.  Il-Bord jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf gruppi ta’ ħidma ad-hoc jew kumitati permanenti bl-istess format bħall-Bord sabiex jittrattaw suġġetti speċifiċi jew kwistjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbilitajiet ġenerali tal-Bord. Dawn għandhom iwettqu l-ħidma tagħhom taħt is-sorveljanza tal-Bord. Id-deċiżjoni li twaqqaf dan il-grupp jew kumitat għandha tistabbilixxi l-mandat, il-komposizzjoni u d-dewmien tiegħu.

Artikolu 8

Direttur

1.  Il-Bord għandu jaħtar Direttur taċ-ċentru minn fost iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-kandidaturi lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u dan, imbagħad, għandu jibgħathom lill-Bord. Id-Direttur għandu jinħatar għal tlett snin, bil-possibbiltà ta’ estenzjoni għal terminu wieħed ta’ sentejn.

▼M1

2.  Id-Direttur għandu jaħtar Viċi Direttur taċ-Ċentru wara approvazzjoni mill-Bord. Il-Viċi Direttur għandu jinħatar għal perjodu ta' tliet snin, bl-estensjoni possibbli ta' terminu wieħed ta' tliet snin. Id-Direttur għandu jkun responsabbli mir-reklutaġġ tal-persunal l-ieħor kollu taċ-Ċentru.

▼B

3.  Id-Direttur għandu jassigura l-esekuzzjoni tal-missjoni taċ-ċentru skond l-Artikolu 2. Minbarra dan, id-Direttur għandu wkoll iżomm livell għoli ta’ kompetenza u professjonaliżmu fiċ-Ċentru kif ukoll efficjenza u effikaċja fl-insegwiment tal-missjoni taċ-ċentru. Id-Direttur għandu jieħu dawk il-miżuri kollha li huma neċessarji sabiex jintlaħaq dan il-għan, inklużi t-taħriġ ta’ l-impjegati u l-ġestjoni ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp bħala appoġġ tal-missjoni taċ-ċentru.

4.  Id-Direttur għandu jkun responsabbli wkoll illi:

 jipprepara l-ħidma tal-Bord, b’mod partikolari l-abbozz tal-programm ta’ ħidma annwali taċ-ċentru;

 jieħu ħsieb l-amministrazzjoni ta’ kuljum taċ-ċentru;

 jipprepara r-rendikont tad-dħul u l-ispejjeż taċ-ċentru u jimplimenta l-estimi taċ-ċentru;

 jieħu ħsieb aspetti ta’ sigurta;

 jieħu ħsieb tal-kwistjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-impjegati;

 jinforma lill-Kumitat dwar il-Politika u s-Sigurtà dwar il-programm ta’ ħidma annwali;

 jassigura koperazzjoni fil-qrib u skambju ta’ informazzjoni mas-servizzi tal-Komunità marbuta ma’ l-ispażju, b’mod partikolari maċ-ċentru għar-Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni;

 jistabbilixxi kuntatti ma’ istituzzjonijiet oħra, kemm nazzjonali u kif ukoll internazzjonali, li joperaw fil-qasam ta’ l-ispażju.

5.  Fil-limiti tal-programm ta’ ħidma u tal-estimi taċ-ċentru, id-Direttur għandu jkollu l-poter li jikkonkludi kuntratti, li jirrekluta impjegati approvati fl-estimi u li jidħol fi spejjeż li huma neċessarji għall-operazzjoni taċ-ċentru.

6.  Id-Direttur għandu jipprepara rapport annwali dwar l-attivitajiet taċ-ċentru. Dan ir-rapport għandu jkun lest sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Bord u lill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jibgħat dan ir-Rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

7.  Id-Direttur għandu jagħti rendikont ta’ għemilu lill-Bord.

8.  Id-Direttur għandu jkun ir-rappreżentant legali taċ-ċentru.

Artikolu 9

L-Impjegati

1.  L-impjegati taċ-ċentru, inkluż id-Direttur, għandhom ikunu impjegati b’kuntratt u għandhom jintgħażlu fuq bażi kemm jista’ jkun wiesgħa minn fost iċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri. ►M1  ————— ◄

2.  L-impjegati għandhom jinħatru mid-Direttur a bażi tal-mertu u permezz ta’ proċeduri kompetittivi ġusti u trasparenti.

3.  Id-disposizzjonijiet dwar l-impjegati taċ-ċentru għandhom jiġu adottati mill-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mid-Direttur.

Artikolu 10

Sigurtà

1.  Iċ-ċentru għandu japplika r-regolamenti tal-Kunsill dwar is-sigurta kif stipulati fid-Deċiżjoni 2001/264/KE ( 2 ).

2.  Iċ-ċentru għandu jassigura illi l-komunikazzjoni bejnu u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, inklużi l-Istaff Militari ta’ l-UE, tkun sigura u veloċi.

▼M1

Artikolu 11

Programm ta' ħidma

1.  Sat-30 ta' Settembru kull sena, id-Direttur għandu jistabbilixxi abbozz ta' programm ta' ħidma għas-sena ta' wara akkumpanjat minn abbozz ta' programm ta' ħidma għall-perjodu fit-tul li jkun fih perspettivi indikattivi għal sentejn addizzjonali, u għandu jippreżentah lill-Bord.

2.  Sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, il-Bord għandu japprova l-programm ta' ħidma annwali u dak għall-perjodu fit-tul.

▼B

Artikolu 12

Estimi

1.  Kull oġġett tad-dħul u tan-nefqa taċ-ċentru għandhom ikunu inklużi fi stimi li għandhom isiru għal kull sena finanzjarja, li għanda tikkorrispondi mas-sena kalendjarja, u għandhom jintwerew fl-estimi taċ-ċentru, li għandu jinkludi lista ta’ l-impjegati.

2.  Id-dħul u l-ispejjeż imniżżla fl-estimi taċ-ċentru għandhom ikunu ibbilanċjati.

▼M1

3.  Id-dħul taċ-Ċentru għandu jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri minbarra d-Danimarka skond l-iskala tad-dħul gross domestiku (GNI), il-pagamenti jitwettqu bħala ħlas għal servizzi mogħtija u dħul ieħor.

4.  It-talbiet għat-twettiq ta' kompiti mwettqa skond l-Artikolu 2(2) jistgħu jkunu soġġetti għal ħlasijiet ta' rkupru ta' speejjeż skond il-linji gwida stabbiliti fir-Regoli Finanzjarji taċ-Ċentru msemmija fl-Artikolu 15.

▼M1 —————

▼M1

Artikolu 13

Il-proċedura baġitarja

1.  Sat-30 ta' Settembru kull sena, id-Direttur għandu jippreżenta lill-Bord abbozz ta' baġit annwali għaċ-Ċentru li jkopri nfiq amministrattiv, infiq operattiv u dħul mistenni għas-sena finanzjarja li jkun imiss kif ukoll estimi indikattivi għall-perjodu fit-tul dwar infiq u dħul bil-ħsieb ta' l-abbozz tal-programm ta' ħidma għall-perjodu fit-tul.

2.  Sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, il-Bord għandu japprova l-baġit annwali taċ-Ċentru b'unanimità tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

3.  Fil-każ ta' ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew imprevisti, id-Direttur jista' jipproponi lill-Bord abbozz ta' baġit emendatorju. Il-Bord, bil-konsiderazzjoni dovuta ta' kwalunkwe emerġenza, għandu japprova l-baġit emendatorju b'unanimità tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.

▼B

Artikolu 14

Kontroll fuq l-estimi

1.  Il-kontroll fuq l-irbit u l-pagamenti ta’ l-ispejjeż kollha u r-reġistrazzjoni u l-kollezzjoni tad-dħul kollu għandu jsir minn kontrollor finanzjarju indipendenti maħtur mill-Bord.

2.  Mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, d-Direttur għandu jissottometti lill-Kunsill għall-informazzjoni tiegħu, u lill-Bord, kontijiet dettaljati tad-dħul u l-ispejjeż kollha tas-sena finanzjarja ta’ qabel flimkien mar-rapport dwar l-attivitajiet taċ-ċentru.

3.  Il-Bord għandu jagħti r-rilaxx lid-Direttur rigward l-implimentazzjoni tal-estimi.

Artikolu 15

Regoli finanzjarji

Il-Bord, bil-kunsens tal-Kunsill, għandu jipprepara, fuq proposa mid-Direttur, regoli finanzjarji dettaljati li jispeċifikaw b’mod partikolari l-proċedura li għandha tiġi applikata fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-estimi taċ-ċentru.

Artikolu 16

Privileġġi u immunitajiet

Privileġġi u immunitajiet meħtieġa għat-twettiq ta’ l-obbligi taċ-ċentru, tad-Direttur taċ-ċentru u ta’ l-impjegati taċ-ċentru, għandhom ikunu stabbiliti fi ftehim bejn l-Istati Membri.

▼M1

Artikolu 17

Sekondar

1.  Bi ftehim mad-Direttur, jistgħu jiġu ssekondati għaċ-Ċentru, esperti minn Stati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll uffiċjali mill-istituzzjonijiet jew l-aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea, għal perjodu fiss jew għal postijiet fl-istruttura organizzattiva taċ-Ċentru u/jew għal kompiti u proġetti speċifiċi.

2.  Fil-każ ta' kriżi, iċ-Ċentru jista' jiġi riinfurzat minn persunal speċjalizzat, issekondat mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni jew mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Il-ħtieġa għal, u t-tul ta', tali sekondar għandhom jiġu ddeterminati mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli f'konsultazzjoni mad-Direttur taċ-Ċentru.

3.  Id-dispożizzjonijiet relatati mas-sekondar għandhom jiġu adottati mill-Bord fuq proposta mid-Direttur.

4.  Il-membri tal-persunal jistgħu jiġu ssekondati għal perjodu fiss fl-interess tas-servizz għal post barra ċ-Ċentru, skond id-dispożizzjonijiet relatati mal-persunal taċ-Ċentru.

▼B

Artikolu 18

Responsabbiltà legali

1.  Ir-responsabbiltà kontrattwali taċ-ċentru għandha tkun regolata mill-liġi li tapplika għall-kuntratt konċernat.

2.  Ir-responsabbiltà personali ta’ l-impjegati lejn iċ-ċentru għandha tkun regolata mid-Disposizzjonijiet li japplikaw għall-impjegati taċ-ċentru.

Artikolu 19

Aċċess għal dokumenti

Fuq proposta mid-Direttur, il-Bord għandu, sat-30 ta’ Ġunju 2002, jadotta regoli dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti taċ-ċentru. Il-prinċipji u l-limiti stipulati fir-Regolament Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( 3 ) għandhom ikunu meqjusa.

Artikolu 20

Il-pożizzjoni tad-Danimarka

Il-membru Daniż tal-Bord għandu jieħu sehem fil-ħidma tal-Bord skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Id-Danimarka tista’ tagħmel talbiet li ma għandhomx implikazzjonijiet mad-difiża lis-Segretarju Ġenerali/ Rappreżentant Għoli skond l-Artikolu 2(2).

Prodotti li jirriżultaw mill-missjonijiet taħt l-Artikolu 2 għandhom jitqiegħdu għad-disposizzjoni tad-Danimarka taħt l-istess kondizzjonijiet applikabbli għall-Istati Membri l-oħra, minbarra talbiet li għandhom implikazzjonijiet mad-difiża taħt l-Artikolu 2(2), (3) u (4) u r-riżultati ta’ dawn it-talbiet.

Id-Danimarka għandha d-dritt illi tissekonda impjegati maċ-ċentru skond l-Artikolu 17.

▼M1

Artikolu 20 a

Assoċjazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata bis-sħiħ mal-ħidma taċ-Ċentru. Iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi mal-Kummissjoni l-arranġamenti amministrattivi u r-relazzjonijiet ta' ħidma meħtieġa, bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni bla bżonn bl-iskambju ta' kompetenzi u pariri f'dawk l-oqsma fejn l-attivitajiet tal-Komunità għandhom influwenza fuq il-missjoni taċ-Ċentru u fejn l-attivitajiet taċ-Ċentru huma rilevanti għal dawk tal-Komunità.

▼B

Artikolu 21

Assoċjazzjoni ma’ Stati Terzi

Membri Ewropej tan-NATO li mhumiex membri ta’ l-UE u Stati oħra li huma kandidati għall-adeżjoni ma’ l-UE jistgħu jkunu involuti fl-attivitajiet taċ-ċentru skond id-Disposizzjonijiet stipulati fl-Anness.

▼M1

Artikolu 22

Ir-rappurtar

Sal-31 ta' Lulju 2011, is-Segretarjat-Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar it-tħaddim taċ-Ċentru akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn rakkomandazzjonijiet xierqa bil-ħsieb ta' aktar żvilupp tiegħu.

▼B

Artikolu 23

Disposizzjonijiet transitorji

▼M1 —————

▼B

3.  L-impjegati li fil-31 ta’ Diċembru jkunu għadhom qed jaħdmu maċ-ċentru, għandhom jitqiesu bħala impjegati maċ-ċentru u mhux aktar ma’ l-WEU. L-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ impjieg eżistenti, kif definiti fl-atti applikabbli, għandhom ikunu onorati miċ-ċentru bħala l-entità li tħaddem il-ġdida.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 24

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data li tkun adottata.

Artikolu 25

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.




ANNESS

DIŻPOZIZZJONIJIET DWAR L-ASSOĊJAZZJONI TA' STATI TERZI MA' L-ATTIVITAJIET TAĊ-ĊENTRU TAS-SATELLITI TA' L-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

Għan

Dawn id-disposizzjonijiet jistabbilixxu l-iskop ta' u regoli dettaljati dwar l-involvimenti ta' Stati Terzi fl-attivitajiet taċ-ċentru.

Artikolu 2

Skop

Stati Terzi msemmija fl-Artikolu 21 ta' l-Azzjoni Konġunta għandhom ikunu intitolati:

 li jissottomettu talbiet nazzjonali għal analiżi ta' immaġini li imbagħad jiġu implimentati miċ-ċentru;

 li jissottomettu kandidati għal-issekondar maċ-ċentru bħala analisti ta' l-immaġini għal perjodu limitat;

 li jkollhom aċċess għall-prodotti taċ-ċentru skond l-Artikolu 5 ta' dawn id-Disposizzjonijiet

Artikolu 3

Talbiet għal kompitu partikolari

1.  Talbiet għal kompitu partikolari dwar l-analiżi ta' immaġini sabiex ikunu implimentati miċ-ċentru jistgħu jkunu sottomessi minn Stati Terzi lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli skond l-Artikolu 2(3) ta' l-Azzjoni Konġunta.

2.  Jekk il-kapaċità taċ-ċentru tippermetti, is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, għandu jiggwida liċ-ċentru skond din il-kapaċità, skond l-Artikolu 4 ta' l-Azzjoni Konġunta.

3.  Stati Terzi, flimkien ma' kull talba, għandhom jibgħatu data kollaterali skond kif ikun approprjat, u għandhom iħallsu liċ-ċentru, skond l-Artikolu 12(4) ta' l-Azzjoni Konġunta u r-regoli dwar miżati meħtieġa sabiex jiġu rkuprati l-ispejjeż imsemmija fir-Regoli Finanzjarji taċ-ċentru. Stati Terzi għandhom jindikaw jekk it-talbiet għal kompiti partikolari u/jew il-prodotti għandhomx jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta' Stati Terzi oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali.

Artikolu 4

Issekondar ta' analisti ta' l-immaġini

1.  Stati Terzi għandhom ikunu intitolati li jissottomettu liċ-ċentru kandidati għall-issekondar bħala analisti ta' l-immaġini għal perjodu limitat bil-għan li dawn jiffamiljarizzaw ruħhom mal-funzjonament taċ-ċentru.

2.  Il-kandidaturi għandhom jittieħdu in konsiderazzjoni; dan suġġett għal jekk ikunx hemm pożizzjonijiet vojta jew le.

3.  It-tul ta' l-issekondar jibda b' perjodu ta' sitt xhur. Dan jista' jkun prolongat għal massimu ta' sitt xhur oħra iżda dan hu suġġett għal reviżjoni ibbażata fuq proposta tad-Direttur taċ-ċentru u jiddependi mill-kapaċitajiet disponibbli taċ-ċentru. Għandha tittieħed in konsiderazzjoni l-aktar rotazzjoni wiesgħa possibli bejn kandidati minn Stati Terzi interessati.

4.  Il-kandidati għandhom ikunu analisti ta' l-immaġini ta' esperjenza u li għandhom il- walifiki professjonali meħtieġa sabiex dawn ikunu jistgħu jaħdmu fuq immaġini diġitali. Esperti issekondati għandhom jieħdu sehem normali f'dawk l-attivitajiet operazzjonali taċ-ċentru li jużaw immaġini kummerċjali.

5.  Analiżi ta' l-immaġini minn Stati Terzi għandhom iħarsu r-regoli rilevanti ta' sigurta taċ-ċentru u għandhom jidħlu f'rabta li jħarsu l-konfidenzjalità taċ-ċentru.

6.  Stati Terzi għandhom iħallsu s-salarju ta' l-analist ta' l-immaġini issekondat maċ-ċentru, l-ispejjeż kollha relatati bħal per eżempju konċessjonijiet, piżijiet soċjali, spejjeż ta' installazzjoni u vjaġġar, kif ukoll spejjeż addizzjonali għall-estimi taċ-ċentru kif determinat bir-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 8.

7.  Spejjeż marbuta ma' missjonijiet li huma parti integrali mill-attivitajiet ta' l-analista ta' l-immagini issekondat minn Stati Terzi għal maċ-ċentru għandhom jitħallsu mill-estimi taċ-ċentru.

8.  Ir-regoli dettaljati dwar l-issekondar għandhom ikunu stabbiliti mid-Direttur taċ-ċentru.

Artikolu 5

Id-disponibilità tal-prodotti taċ-ċentru

1.  Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jinforma lill-Stati Terzi meta l-prodotti mitluba skond l-Artikolu 2 ta' l-Azzjoni Konġunta jkunu għad-disposizzjoni tagħhom fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

2.  Talbiet għal kompitu partikolari u prodotti magħmula skond l-Artikolu 2(1) ta' l-Azzjoni Konġunta għandhom jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta' Stati Terzi meta s-Segretarju Ġenerali/Rapprezentant Għoli jidhirlu li huma rilevanti għad-djalogu, konsultazzjoni u koperazzjoni fl-Unjoni Ewropea dwar l-ESDP.

3.  Talbiet għal kompitu partikolari u prodotti taċ-ċentru li jirriżultaw minn talbiet magħmula skond l-Artikolu 2(2), (3) u (4) ta' l-Azzjoni Konġunta għandhom jitqiegħdu għad-disposizzjoni ta' Stati Terzi wara d-deċiżjoni tal-Parti lit kun għamlet it-talba.

Artikolu 6

Sigurta

Fir-relazzjonijiet tagħhom maċ-ċentru u rigward il-prodotti tiegħu, il-Stati Terzi għandhom, fi Skambju ta' Ittri maċ-ċentru, jikkonfermaw illi humajapplikaw l-istandards ta' sigurta definiti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE, kif ukoll dawk stipulati minn fornituri possibli ta' data klassifikata.

Artikolu 7

Kumitat Konsultattiv

1.  Għandu jitwaqqaf Kumitat Konsultattiv, presedut mid-Direttur taċ-ċentru, jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha, u magħmul minn rappreżentanti tal-membri tal-Bord u rappreżentanti tal-Stati Terzi li aċċettaw dawn id-Disposizzjonijiet. Il-Kumitat Konsultattiv jista' jiltaqa' b'komposizzjonijiet differenti.

2.  Il-Kumitat għandu jindirizza kwistjonijiet ta' interess komuni li jaqgħu taħt l-iskop ta' dawn id-Disposizzjonijiet

3.  Il-President għandu jsejjaħ laqgħa tal-Kumitat fiċ-Ċentru b'inizjattiva tiegħu jew wara talba ta' mill-anqas terz tal-membri tal-Kumitat, u f' kull każ, mhux anqas minn darbtejn fis-sena

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

1.  Dawn id-disposizzjonijiet jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta' kull Stat Terz fl-ewwel ġurnata tax-xahar ta' wara x-xahar li fih tkun saret notifikazzjoni lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli mill-awtorità kompetenti tal-Stat Terz ta' l-aċċettazzjoni tat-termini stipulati f'dawn id-Disposizzjonijiet.

2.  Meta Stat Terz ikun ser jiddeċiedi illi ma jagħmilx aktar użu minn dawn id-Disposizzjonijiet, huwa għandu jinnotifika b'dan lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli mill-anqas xahar qabel ma jieħu din id-deċiżjoni.



( 1 ) Ewropa Sigura f'Dinja Aħjar – l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, approvata mill-Kunsill Ewropew, Brussel, it-12 ta' Diċembru 2003.

( 2 ) ĠU L 101, tal-11.4.2001, p. 1.

( 3 ) ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 43


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet