1999D1419 — MT — 01.05.2004 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
Id-Deċiżjoni Nru 649/2005 (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2005 |
L 117 |
20 |
4.5.2005 |
|
ID-DEĊIŻJONI 1419/1999/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal- 25 ta’ Mejju 1999
li tistabbilixxi azzjoni tal-Komunità għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa 2019
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 151 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni ( 2 ),
Huma u jaġixxu bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),
(1) Billi, matul l-istorja, l-Ewropa kienet is-sit ta’attività prolifika eċċezzjonali u artistikament varjata; billi l-ħajja urbana kellha rwol maġġuri fl-iżvilupp u l-influwenza tal-kulturi Ewropej;
|
(2) |
Billi l-Artikolu 151 tat-Trattat jikkonċedi poteri lill-Komunita fil-qasam tal-kultura; billi l-attivita kollha tal-Komunita ddisinjata biex tippromovi attivitajiet kulturali għandha allura tiġi marbuta fuq din il-bażi legali, bi qbil mal-għanijiet u l-medji assenjati lill-Komunita mit-Trattat; |
|
(3) |
Billi, fit-13 ta’ Ġunju 1985, il-Ministri responsabbli mill-laqgħa tal-Affari Kulturali fi ħdan il-Kunsill, adottaw riżoluzjoni dwar l-avveniment annwali “Il-Belt Ewropea tal-Kultura” ( 4 ), bl-għan prinċipali jkun li jiftaħ għall-pubbliku Ewropew aspetti partikulari tal-kultura tal-belt, reġjun jew pajjiż konċernat, avveniment li għaliha il-Komunita pprovdiet appoġġ finanzjarju; |
|
(4) |
Billi studju li sar dwar ir-riżultati milħuqa mill-Bliet Ewropej tal-Kultura juru li l-avveniment għandu impatt pożittiv fuq il-media, l-iżvilupp tal-kultura u t-turiżmu u l-għarfien mill-abitanti tal-importanza għall-fatt li l-belt tagħhom ġiet magħżula; |
|
(5) |
Billi l-impatt pożittiv madanakollu mhux dejjem ipproduċa riżultati li damu aktar mit-tul tal-proġett innifsu, u billi, waqt li tagħraf il-kompetenza ta’ min jiddeċiedi dwar il-kontenut tal-proġett, l-attenzjoni ta’ min jiddeċiedi mill-pubbliku fl-ibliet magħżula għandha tkun fuq il-bżonn li tintegra il-proġett kulturali fi proċess dinamiku fiż-żmien medju; |
|
(6) |
Billi din l-inizjattiva hija importanti kemm biex issaħħaħ l-identità lokali u reġjonali kif ukoll biex tinkoraġġixi integrazzjoni Ewropea; |
|
(7) |
Billi, fid-diskussjonijiet li waslu għall-opinjoni tas-7 ta’ April 1995 ( 5 ) fuq il-programmm Kalejdoskopju li ġie stabbilit fuq id-Deċiżjoni Nru 719/96/KE ( 6 ), il-Parlament Ewropew staqsa l-Kummissjoni biex tippreżenta programmm speċifiku fuq il-Belt Ewropea tal-Kultura wara s-sena 2000 fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 151 tat-Trattat; |
|
(8) |
Billi l-importanza u l-impatt tal-avveniment tal-Belt tal-Kultura tirrekjedi l-krejazzjoni ta’ sistema rotazzjonali ta’ nominazzjoni li tassigura li kull Stat Membru jkollu waħda mill-ibliet tiegħu magħżula kull tant żmien b’mod regolari; billi sistema rotazzjonali li hija predikata, konsistenti u trasparenti hija milħuqa l-aħjar permezz ta’ deċiżjoni waħda fejn l-ordni ta’ kif l-Istati Membri se jorganizzaw l-avveniment tiġi deċiża; |
|
(9) |
Billi huwa xieraq għall-Kunsill li jinnomina il-Kapitali tal-Kultura fid-dawl tal-importanza simbolika kbira li din in-nominazzjoni għandha għall-Istati Membri; |
|
(10) |
Billi kull inizjattiva tal-Komunita biex tippromovi il-Belt Ewropea tal-Kultura għandha tissodisfa għanijiet definiti minn qabel u tuża r-riżorsi msemmija fit-Trattat; |
|
(11) |
Billi fil-passat il-Komunita kkontribwiet għall-avvenimenti tal-Belt Ewropea tal-Kultura u għax-Xahar Kulturali Ewropew taħt il-Programm Kaljedoskopju, li se jiskadi fl-1999; |
|
(12) |
Billi fit-22 ta’ Settembru 1997 il-Kunsill adotta Deċiżjoni dwar il-futur tal-azzjoni kulturali Ewropea ( 7 ) fejn talab lill-Kummissjoni, bi qbil m’L-Artikolu 208 tat-Trattat, li joħroġ proposti għall-programm wieħed għall-kultura sa Mejju 1998, fejn azzjoni għall-Kapitali Ewropea tal-Kultura tiġi nkorporata, inkluż l-arranġamenti għall-fondi; |
|
(12a) |
Billi għandhom jitqiesu l-konsegwenzi finanzjarji ta' din id-Deċiżjoni b'tali mod li jiġi żgurat li hemm fondi tal-Komunità adegwati u xierqa għall-għażla ta' żewġ Kapitali Ewropej tal-Kultura; |
|
(13) |
Billi l-Kummissjoni issottomettiet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill komunikazzjoni dwar l-ewwel kwadru ta’ programm tal-Komunita Ewropea li jappoġġa l-kultura, li jinkludi proposta għal deċiżjoni li twaqqaf instrument waħdieni għall-finanzjament u l-ipprogrammmar għall-koperazzjoni kulturali, |
ADDOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Azzjoni tal-Komunitz msejħa “Kapitali Ewropea tal-Kultura” għandha tiġi stabbilita. L-għanijiet tagħha għandhom ikunu li jagħtu prominenza lir-rikezza u d-diversita tal-kulturi Ewropej u l-karatteristiċi li jaqsmu bejniethom, kif ukoll biex jippromovu aktar għarfien ta’ xulxin bejn ċittadini Ewropej.
Artikolu 2
1. Bliet fl-Istati Membri għandhom jintgħażlu bħala “Kapitali Ewropea tal-Kultura”, meta jkun imisshom, skond kif stabbilit fil-lista li tidher fl-Anness 1. Sa l-2008, inkluż l-għażla għandha tapplika għal belt waħda ta' l-Istat Membru li jidher fuq il-lista. Mill-2009 “il quddiem” l-għażla għandha tapplika għal belt waħda ta' kull Stat Membru li jidher fuq il-lista. L-ordni kronoloġiku stabbilit fl-Anness I jista' jiġi mibdul bi ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kkonċernati. Kull Stat Membru involut għandu jippreżenta, meta jmissu, in-nominazzjoni ta' belt waħda jew aktar lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni. Din in-nominazzjoni għandha tiġi preżentata mhux aktar tard minn erba' snin qabel m' għandu jibda l-avveniment in kwistjoni u tista tiġi akkumpanjata minn rakkomandazzjoni mill-Istat Membru konċernat.
2. Il-Kummissjoni għandha kull sena tifforma pannel ta’ għażla li għandu joħroġ rapport fuq in-nominazzjoni jew nominazzjonijiet li jiġġudika l-għanjiet u karatteristiċi ta’ din l-azzjoni. Il-pannell tal-għażla għandu jkun kompost minn seba’ figuri mexxejja u indipendenti li huma esperti fis-settur kulturali, tnejn minn dawn għandhom ikunu maħtura mill-Parlament Ewropew, tnejn mill-Kunsill, tnejn mill-Kummissjoni u wieħed mill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-pannell tal-għażla għandu jissottometti r-rapport tiegħu lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
3. Il-Parlament Ewropew jista’ jagħddi opinjoni lill-Kummissjoni fuq in-nominazzjoni jew nominazzjonijiet mhux aktar tard minn tlett xhur wara li jirċievi r-rapport. Il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni mibnija fid-dawl tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew u mir-rapport tal-pannell tal-għażla, għandu jinnomina uffiċċjalment il-belt in kwistjoni bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena li għaliha ġiet nnominata.
Artikolu 3
In-nominazzjoni għandha tinkludi proġett kulturali ta’ dimensjoni Ewropea, bbażat prinċiparjament fuq koperazzjoni kulturali bi qbil mal-għanijiet u azzjoni provduti fl-Artikolu 151 ta’ t-Trattat.
Is-sottomissjoni għandha tispeċifika kif il-belt nominata hija maħsuba li:
— tagħti prominenza lill-movimenti u stili artistiċi li ispiraw lill-Ewropej jew li għalihom taw kontribut sinifikanti,
— tippromovi avvenimenti li jinvolvu nies attivi fil-kultura minn bliet oħra fl-Istati Membri u li jwasslu għall-koperazzjoni kulturali fit-tul, u li tinkoraġġixxi l-moviment tagħhom fi ħdan l-Unjoni Ewropea,
— tappoġġa u tiżviluppa xogħol krejattiv, li huwa element essenzjali f’kull politika kulturali;
— tassigura il-mobiliżżazzjoni u l-parteċipazzjoni ta’ sezzjonijiet kbar tal-popolazzjoni, u konsegwentament, l-impatt soċjali tal-azzjoni u l-kontinwita tagħha wara s-sena tal-avvenimenti,
— tinkoraġġixxi r-riċeviment taċ-ċittadini tal-Unjoni u t-tixrid l-aktar possibbilment wiesgħa tal-avvenimenti varji minħabba t-tħaddim tal-forom kollha ta’ media differenti,
— tippromovi djalgu bejn kulturi Ewropej u dawk minn partijiet oħra tad-dinja, u f’dak l-ispirtu, tottimizza l-ftuħ u l-ftehim għall-oħrajn, li huma valuri kulturali fundamentali,
— tisfrutta l-wirt storku, l-arkitettura urbana u l-kwalità tal-ħajja fil-belt.
Artikolu 4
Pajjiżi Ewropej li mhumiex membri jistgħu jipparteċipaw f’din l-azzjoni. Kull wieħed minn dawn il-pajjiżi jista’ jinnomina belt waħda bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura u għandu jinnotifika n-nominazzjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kunsill, unanimament fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, għandu jinnomina uffiċċjalment waħda minn dawn l-ibliet nominati bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għal kull sena, waqt li jżomm f’moħħu ix-xewqa ta’ erba snin għall-preparazzjoni.
Artikolu 5
Kull belt għandha torganizza programm ta’ avvenimenti kulturali li jagħtu prominenza lill-kultura tal-belt u l-wirt kulturali tagħha stess kif ukoll il-post tagħha fil-wirt kulturali komuni, u tinvolvi nies konċernati f’attivitajiet kulturali minn pajjiżi Ewropej oħra bil-ħsieb li titwaqqaf koperazzjoni li ttul. Flimkien ma’ dan kollu, il-lista li tindika il-kriterji tal-ippjanar u l-evalwazzjoni misjuba f’L-Anness II għandha tiġi kkunsidrata sa kemm hu possibli mill-belt nominata meta tkun qed tippjana l-programmm tagħha. Fil-prinċipju, dan il-programmm għandu jdum sena iżda bħala eċċezzjoni bliet nominati jistgħu jagħżlu perjodu ta’ żmien iqsar. Il-bliet jistgħu jagħżlu li jinvolvu r-reġjun ta’ madwarhom fil-programm tagħhom. Għandu jkun hemm rabta bejn il-programmi tal-ibliet nominati fl-istess sena.
Artikolu 6
Kull sena il-Kummissjoni għandha tipproduċi rapport li jevalwa r-riżultati tal-avveniment tas-sena ta’ qabel, li jinkludi analiżi mill-organizzatturi ta’ dan l-avveniment. Dan ir-rapport għandu jiġi preżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tagħmel xi proposti għar-reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni li hija tiġġudika li jkunu neċessarji għall-operat sew ta’ din l-azzjoni, u partikolarment bil-ħsieb tat-tkabbir fil-futur tal-Unjoni.
L-ANNESS
ORDNI TAD-DRITT GĦAN-NOMINA TA' “KAPITALI EWROPEA TAL-KULTURA”
|
2005 |
L-Irlanda |
|
|
2006 |
Il-Greċja (1) |
|
|
2007 |
Il-Lussemburgu |
|
|
2008 |
Ir-Renju Unit |
|
|
2009 |
L-Awstrija |
Il-Litwanja |
|
2010 |
Il-Ġermanja |
L-Ungerija |
|
2011 |
Il-Finlandja |
L-Estonja |
|
2012 |
Il-Portugall |
Is-Slovenja |
|
2013 |
Franza |
Is-Slovakkja |
|
2014 |
L-Iżvezja |
Il-Latvja |
|
2015 |
Il-Belġju |
Ir-Repubblika Ċeka |
|
2016 |
Spanja |
Il-Polonja |
|
2017 |
Id-Danimarka |
Ċipru |
|
2018 |
L-Olanda (1) |
Malta |
|
2019 |
L-Italja |
|
|
(1) Il-Kunsill Kulturali/Awdjoviżiv, fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Mejju 1998, innota l-iskambju ta' pożizzjonijiet bejn il-Greċja u l-Olanda skond l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE. |
||
L-ANNESS II
LISTA LI TINDIKA L-KRITERJI TA’ L-IPPJANAR U L-EVALWAZZJONI
Elementi possibli għall-programmi tal-ibliet nominati:
— promozzjoni ta’ movimenti u stili artistiċi maqsuma fl-izvilupp ta’ dik il-belt li kellha rwol partikolari,
— organizzazzjoni ta’ avvenimenti artistiċi (mużika, danza, teatru, arti viżwali, ċinema, eċċ.) u titjib fil-promozzjoni u l-immaniġġar tal-arti,
— promozzjoni tal-għarfien pubbliku Ewropew tal-figuri u avvenimenti li ħallew marka fuq l-istorja u l-kultura tal-belt,
— organizzazzjoni ta’ attivitajiet speċifiċi ddisinjati biex jinkorraġġixxu l-innovazzjoni artistika u biex jiġġeneraw forom ġodda ta’ azzjoni kulturali u djalgu,
— organizzazzjoni ta’ miżuri biex jiżdied l-aċċess u l-għarfien ta’ assi artistiċi fissi u mobilizzati u produzzjonijiet artistiċi speċifikament ta’ dik il-belt,
— organizzazzjoni ta’ proġetti kulturali speċifiċi ddisinjati biex iħajjru ż-żagħżagħ għall-arti,
— organizzazzjoni ta’ proġetti kulturali speċifiċi ddisinjati biex iżidu l-għaqda soċjali,
— tieħu l-attivitajiet pjanati għall-pubbliku akbar, partikolarment bl-użu ta’ mezzi diversi tal-media, mezzi awdjoviżwali u sistemi b’ħafna lingwi,
— kontribuzzjoni għall-izvilupp tal-attivita ekonomika, partikolarment fil-qasam tax-xogħol u t-turiżmu,
— bżonn biex tiżviluppa turiżmu ta’ kwalità għolja u kulturament innovattiv b’konċessjoni għall-importanza ta’ din il-konnessjoni tal-immaniġġar tal-wirt kulturali fuq bażi sostenibbli u r-rikonċiljazzjoni tax-xewqat tal-viżitaturi ma’ dawk tal-popolazzjoni lokali,
— organizzazzjoni ta’ proġetti ddisinjati biex tinkorraġġixxi l-iżvilupp tar-rabta bejn il-wirt tal-arkitettura u strateġiji għal żvilupp urban ġdid,
— organizzazzjoni konġunta ta’ inizjattivi ddisinjati biex tipromovi djalgu bejn il-kulturi tal-Ewropa u l-kulturi ta’ partijiet oħra tad-dinja.
( 1 ) ĠU C 362, tat-28.11.1997, p. 12.
( 2 ) ĠU C 180, tal-11.6.1998, p. 70.
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta’ April 1998 (ĠU C 152, tal-18.5.1998, p. 55), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1998 (ĠU C 285, tal-14.9.1998, p. 5) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 1999 (ĠU Ċ, tal-21.6.1999). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 1999.
( 4 ) ĠU C 153, tat-22.6.1985, p. 2.
( 5 ) ĠU C 109, tal-1.5.1995, p. 281.
( 6 ) Deċiżjoni Nru 719/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 1996 li jistabbilixxi programm li jappoġġa attivitajiet artistiċi u kulturali b’dimensjoni Ewropea (Kaljedoskopju) (ĠU L 99, tal-20.4.1996, p. 20).
( 7 ) ĠU C 305, tas-7.10.1997, p. 1.