1997D0080 — MT — 07.04.2005 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 281 |
36 |
17.10.1998 |
||
|
L 88 |
10 |
7.4.2005 |
||
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 1996
li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE dwar surveys għall-ġbir ta’ statistika għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(97/80/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/16/KE tad-19 ta’ Marzu 1996 fuq surveys għall-ġbir ta’ statistikagħall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi, wara t-tibdil bid-Direttiva 96/16/KE tad-Direttiva 72/280/KEE, hemm bżonn ta’ formulazzjoni mill-ġdid parallela tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 72/356/KEE tat-18 ta’ Ottubru 1972 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ surveys għall-ġbir ta’ statistikagħall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib ( 2 ), kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 86/180/KEE ( 3 ), bħala mezz biex tiggarantixxi l-iżvilupp kontinwu ta’ statistiċi f’armonija mal-kondizzjonijiet ekonomiċi li hemm fil-preżent;
Billi l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 72/356/KEE wriet li huwa meħtieġ li jiġu adottati noti ta’ spjega aktar dettaljati dwar il-prodotti u t-tabelli;
Billi, bil-ħsieb li jkun hemm integrazzjoni aħjar ta’ l-istatistiċi tal-Komunità, huwa opportun li wieħed iħares ’il quddiem lejn kordinazzjoni sħiħa mal-lista Prodcom imsemmija fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3924/91 tad-19 ta’ Diċembru 1991 dwar l-istabbiliment ta’ stħarriġ Komunitarju tal-produzzjoni industrijali ( 4 );
Billi l-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għal Statistiċi Agrikoli,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-lista ta’ prodotti tal-ħalib koperta mill-istħarriġ imsemmi fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 96/16/KE hija stabbilita fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-mudelli tat-tabelli li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni tad-data msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 96/16/KE huma stabbiliti fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 96/16/KE huwa stabbilit fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Id-Deċiżjoni 72/356/KEE għandha tiġi rrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 1997.
Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
LISTA TAL-PRODOTTI TAL-ĦALIB
|
Kodiċi tal-Prodott |
Deskrizzjoni |
|
1 |
Prodotti friski |
|
11 |
Ħalib għax-xorb |
|
111 |
Ħalib mhux maħdum |
|
112 |
Ħalib sħiħ |
|
1121 |
Pasturizzat |
|
1122 |
Sterilizzat |
|
1123 |
Uperizzat |
|
113 |
Ħalib nofsu-xkumat |
|
1131 |
Pasturizzat |
|
1132 |
Sterlizzat |
|
1133 |
Uperizzat (i.e. UHT) |
|
114 |
Ħalib xkumat |
|
1141 |
Pasturizzat |
|
1142 |
Sterlizzat |
|
1143 |
Uperizzat |
|
12 |
Xorrox tal-butir |
|
13 |
Krema |
|
|
b'kontenut ta' xaħam bil-piż |
|
131 |
Ta' mhux aktar minn 29 % |
|
132 |
Ta' aktar minn 29 % |
|
14 |
Ħalib aċidifikat (yoghurt, yoghurt biex jinxtorob, eċċ) |
|
141 |
B'adittivi |
|
142 |
Mingħajr adittivi |
|
15 |
Xarbiet b'bażi ta' ħalib |
|
16 |
Prodotti oħrajn tal-ħalib (ġeli tal-ħalib u oħrajn) |
|
2 |
Prodotti mmanifatturati |
|
21 |
Ħalib konċentrat |
|
211 |
Mhux ħelu |
|
212 |
Miżjud b'sostanzi li jagħtu ħlewwa |
|
21 |
Prodotti tat-trab tal-ħalib |
|
221 |
Trab tal-krema tal-ħalib |
|
222 |
Trab tal-ħalib sħiħ |
|
223 |
Trab tal-ħalib ftit xkumat |
|
224 |
Trab tal-ħalib xkumat |
|
225 |
Xorrox tal-butir |
|
226 |
Prodotti oħra tat-trab tal-ħalib |
|
23 |
Butir sħiħ u prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib |
|
231 |
Butir |
|
2311 |
Butir tradizzjonali (*) |
|
2312 |
Butir rikumbinat (*) |
|
2313 |
Butir tax-xorrox (*) |
|
232 |
Butir maħdum u żejt mill-butir (butteroil) |
|
233 |
Prodotti sofor oħra tax-xaħam |
|
2331 |
Butir b'xaħam imnaqqas (*) |
|
2332 |
Oħrajn (*) |
|
24 |
Ġobon |
|
241 |
Ġobon skond il-kategorija tal-ħalib: |
|
2411 |
Ġobon mill-ħalib tal-baqra biss |
|
2412 |
Ġobon mill-ħalib tan-nagħġa biss |
|
2413 |
Ġobon mill-ħalib tal-mogħża biss |
|
2414 |
Oħrajn (imħallat jew mill-ħalib tal-buflu biss) |
|
242 |
Ġobon (il-ħalib kollu) skond il-kategorija |
|
2421 |
Ġobon artab |
|
2422 |
Ġobon nofsu-artab |
|
2423 |
Ġobon nofsu-iebes |
|
2424 |
Ġobon iebes |
|
2425 |
Ġobon iebes ħafna |
|
2426 |
Ġobon frisk |
|
25 |
Ġobon ipproċessat |
|
26 |
Kaseina u l-imluħa tal-kaseina |
|
27 |
Xorrox, totali |
|
271 |
Xorrox fi stat likwidu |
|
272 |
Xorrox fi stat konċentrat |
|
273 |
Xorrox fi trab jew fi blokok |
|
274 |
Lattożju (zokkor tal-ħalib) |
|
275 |
Lactalbumin |
|
28 |
Prodotti mmanifatturati oħra |
|
(*) Il-ġbir u t-trasferiment tad-data mhuwiex obbligatorju. |
|
NOTI TA’ SPJEGA
ĦALIB GĦAX-XORB (11)
Ħalib għax-xorb: ħalib mhux maħdum, ħalib sħiħ, ħalib nofsu-xkumat jew xkumat li ma jkun fih ebda adittivi.
— Għandu x’jaqsam biss ma’ ħalib maħsub direttment għall-konsum, normalment f’reċipjenti ta’ 2 l jew inqas,
— Jinkludi wkoll ħalib b’adittivi ta’ vitamini.
Ħalib mhux maħdum (111): produzzjoni tal-ħalib mill-glandoli mammarji ta’ baqra, nagħġa, mogħża waħda jew buflu wieħed jew aktar, li ma ġiex imsaħħan aktar minn 40 °C jew li ma jkun għadda minn ebda trattament li jkollu xi effett ekwivalenti (id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992, ĠU L 268, 14.9.1992, p. 3).
Ħalib sħiħ (112): ħalib li jkun għadda minn trattament wieħed ta’ sħana jew minn trattament awtorizzat ta’ effett ekwivalenti permezz ta’ proċessur tal-ħalib u li l-kontenut ta’ xaħam tiegħu huwa jew għallinqas 3,50 % naturali jew inkella jkun inġieb għal mill-anqas 3,5 % (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1411/71 tad-29 ta’ Ġunju 1971, ĠU L 148, 3.7.1971, p. 4).
— Jinkludi wkoll tipi ta’ ħalib tax-xorb Svediż imsejħa ‘Gammaldags mjoelk’ u ‘Standardmjoelk’ li l-kontenut ta’ xaħam fihom huwa ta’ 4,2 % u 3 % rispettivament.
Ħalib nofsu-xkumat (113): ħalib li jkun għadda minn għallinqas trattament wieħed tas-sħana jew minn trattament awtorizzat ta’ effett ekwivalenti permezz ta’ proċessur tal-ħalib u li l-kontenut tax-xaħam tiegħu jkun inġieb għallinqas għal 1,50 % u l-aktar 1,80 % (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1411/71 29 ta’ Ġunju 1971, ĠU L 148, 3.7.1971, p. 4).
— Jinkludi wkoll ħalib għax-xorb Finlandiż magħruf bħala ‘ykkoesmaito/ettans mjoelk’ li l-kontenut ta’ xaħam tiegħu huwa ta’ 1 %,
— Jinkludi wkoll tipi ta’ ħalib għax-xorb Svediż magħrufin bħala ‘Ekologisk mjoelk’ u ‘Mellanmjoelk’ li l-kontenut ta’ xaħam tagħhom huwa ta’ 2 % u 1,5 % rispettivament,
— Jinkludi wkoll ħalib għax-xorb Awstrijak li l-kontenut tax-xaħam tiegħu huwa bejn 2 % u 2,5 %.
Ħalib xkumat (114): Ħalib li jkun għadda minn ta’ lanqas trattament wieħed ta’ sħana jew minn trattament awtorizzat ta’ effett ekwivalenti permezz ta’ proċessur tal-ħalib u li l-kontenut ta’ xaħam tiegħu jkun inġieb għal mhux aktar minn 0,30 % (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1411/71 tad-29 ta’ Ġunju 1971, ĠU L 148, 3.7.1971, p. 4).
— Jinkludi wkoll tipi ta’ ħalib għax-xorb Svediż magħrufin bħala ‘Laettmjoelk’ u ‘Minimjoelk’ li l-kontenut ta’ xaħam tagħhom huwa ta’ 0,5 % u 0,07 % rispettivament,
— Jinkludi wkoll ħalib għax-xorb Awstrijak li l-kontenut ta’ xaħam tiegħu huwa ta’ 0,5 %.
Pasturizzat: ħalib pasturizzat għandu jkun ġie miksub permezz ta’ trattament li jinvolvi temperatura għolja għal perjodu qasir (għallinqas 71,7 °C għal 15-il sekonda jew kwalunkwe kumbinazzjoni oħra li hija ekwivalenti) jew permezz ta’ proċess ta’ pasturizzazzjoni fejn jintużaw diversi kumbinazzjonijiet ta’ ħin u temperatura biex jinkiseb effett ekwivalenti (id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992, ĠU L 268, 14.9.1992, p. 24).
Sterilizzat: il-ħalib sterilizzat għandu:
— jkun ġie msaħħan u sterilizzat f’reċipjenti ssiġillati sew, u li s-siġill ta’ dawn għandu jibqa’ intatt,
— fil-każ li jittieħdu kampjuni b’mod każwali, ikun ta’ ċertu preservabilità b’tali mod li ma tkun tista’ tiġi osservata l-ebda deterjorazzjoni wara li dan ikun għamel 15-il ġurnata f’reċipjent magħluq f’temperatura ta’ +30 °C (id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992, ĠU L 268, 14.9.1992, p. 25).
Uperizzat: ħalib uperizzat (jew ħalib UHT) għandu jiġi prodott billi tiġi applikata ċirkolazzjoni kontinwa ta’ sħana f’temperatura għolja għal ħin qasir (mhux aktar minn 135 °C għal mhux anqas minn sekonda) (id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992, ĠU L 268, 14.9.1992, p. 24).
— L-Istati Membri li ma jagħmlu l-ebda distinzjoni bejn ħalib sterilizzat u ħalib uperizzat jistgħu jiġbruhom flimkien.
XORROX TAL-BUTIR (12)
Xorrox tal-butir: Prodotti residwali (jista’ jkunu aċidi jew aċidifikati) ta’ l-ipproċessar tal-ħalib jew tal-krema f’butir (permezz tat-taħwid u s-separazzjoni kontinwi tax-xaħmijiet solidi).
— Xorrox tal-butir li jkun fih adittivi għandu jiġi nkluż ukoll f’xarbiet li jkollhom bażi ta’ ħalib.
KREMA (13)
Krema: rita ta’ xaħam li tifforma b’mod naturali fuq il-wiċċ tal-ħalib b’agglomerazzjoni bil-mod ta’ l-emulsifikazzjoni tal-qtar tax-xaħam. Jekk din titneħħa billi tixkumaha mill-wiċċ tal-ħalib jew inkella tesrattaha mill-ħalib permezz ta’ ċentrifugazzjoni f’separatur tal-krema, din ikollha, flimkien mal-komponenti l-oħra tal-ħalib, kontenut ta’ xaħam relattivament għoli (li normalment ikun jaqbeż l-10 % tal-piż tal-prodotti).
Krema (13): krema li ġiet ipproċessata u hija disponibbli għat-tqassim barra l-imħaleb (i.e. għall-konsum mill-bniedem, bħala materjal mhux maħdum għall-fabbrikanti taċ-ċikkulata, ġelati, eċċ.). Bl-istess mod għal prodotti oħra, din ma tkunx tinkludi l-produzzjoni intermedja maħsuba għall-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib oħra.
Krema b’kontenut ta’ xaħam skond il-piż ta’ mhux aktar minn 29 % (131).
Krema b’kontenut ta’ xaħam skond il-piż ta’ aktar minn 29 % (132).
— Tabella A/“ġbir”: materjal mhux maħdum (f’ekwivalenti ta’ ħalib) imqassam lill-imħaleb minn ishma agrikoli.
— Tabella B/“Disponibilitajiet”: krema separata fir-razzett u mqassma lill-maħleb.
— Tabella A/“Prodotti miksuba” u Tabella B/‘Utilizzazzjoni’:
—
— pasturizzat, sterilizzat jew uperizzat;
— tinkludi wkoll krema aċidifikata;
— tinkludi wkoll krema fil-kartun jew laned.
ĦALIB AĊIDIFIKAT (14)
Ħalib aċidifikat: prodotti tal-ħalib b’pH ta’ bejn it-3,8 u l-5,5.
— Għandu x’jaqsam ma’ yoghurts, yoghurts għax-xorb, yoghurts ippreparati, ħalib iffermentat ittrattat bis-sħana u oħrajn,
— Tinkludi wkoll prodotti bbażati fuq jew li jkun fihom il-bifidus.
Ħalib aċidifikat b’adittivi (141): il-ħalib aċidifikat mogħti ħlewwa għandu jiġi nkluż taħt l-intestatura 142.
Ħalib aċidifikat mingħajr adittivi (142): jinkludi wkoll ħalib aċidifikat miżjud biz-zokkor u/jew b’sostanzi li jagħtu ħlewwa.
XARBIET B’BAŻI TA’ ĦALIB (15)
Xarbiet b’bażi ta’ ħalib: prodotti oħra likwidi li jkun fihom għallinqas 50 % prodotti tal-ħalib, inklużi prodotti bbażati fuq ix-xorrox.
— Jinkludu ħalib taċ-ċikkulata, xorrox tal-butir b’adittivi jew mogħti togħma, eċċ.
PRODOTTI FRISKI OĦRA (16)
— Għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti tal-ħalib friski li mhumiex speċifikati mkien ieħor, b’mod partikolari ħelu li jkollu bażi ta’ ħalib (ħalib forma ta’ ġeli, torti tal-custard, ħelu bil-krema, mousses, eċċ.) u ġelati (u prodotti simili) immanifatturati fl-intrapriżi li jirrapportaw,
— Jinkludi wkoll ħelu fil-laned,
— Jinkludu wkoll prodotti friski li jkunu ġejjin minn ishma agrikoli u rziezet (taħt l-intestatura Disponibbiltà/III.4) u mpoġġija fis-suq mingħajr ipproċessar (għajr l-ippakkjar).
ĦALIB KONĊENTRAT (21)
Ħalib konċentrat: prodott miksub bl-eliminazzjoni parzjali ta’ l-ilma, minn ħalib sħiħ, ħalib nofsu-xkumat jew xkumat biss.
— Jinkludi wkoll ħalib evaporat (ittrattat bis-sħana) u ħalib konċentrat biz-zokkor miżjud,
— Jinkludi wkoll ħalib konċentrat użat għall-manifattura ta’ ‘Frak taċ-ċikkulata’; prodotti mnixxfin magħmulin mill-ħalib, zokkor u paste tal-kawkaw f’dawn il-proporzjonijiet li ġejjin:
—
— xaħam tal-ħalib: iktar minn 6,5 % (kontenut skond il-piż) iżda inqas minn 11 % (kontenut skond il-piż),
— kawkaw: aktar minn 6,5 % (kontenut skond il-piż) iżda inqas minn 15 % (kontenut skond il-piż),
— sucrose (jinkludi zokkor invertit ikkalkulat bħala sucrose) aktar minn 50 % (kontenut skond il-piż) iżda inqas minn 60 % (kontenut skond il-piż),
— sostanzi niexfin tal-ħalib mingħajr xaħam: aktar minn 17 % (kontenut skond il-piż) iżda inqas minn 30 % (kontenut skond il-piż),
— ilma: aktar minn 0,5 % (kontenut skond il-piż) iżda inqas minn 3,5 % (kontenut skond il-piż).
Il-komposizzjoni tiegħu hija kif mogħtija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 380/84 tal-15 ta’ Frar 1984 (ĠU L 46 16.2.1984, p. 26).
PRODOTTI TAL-ĦALIB FI TRAB (22)
Prodotti tal-ħalib fi trab: Prodotti miksubin bl-eliminazzjoni ta’ l-ilma mill-krema, ħalib sħiħ, ħalib nofsu-xkumat, ħalib xkumat, xorrox tal-butir u ħalib aċidifikat.
— Jinkludu wkoll adittivi għall-materjal mhux maħdum qabel ma l-prodott ikun magħmul fi trab,
— Jinkludu wkoll trab tal-ħalib immanifatturat fl-imħaleb u li jkun preżenti fi trabijiet għat-tfal u f’għalf għall-annimali.
Trab tal-krema tal-ħalib (221): trab tal-ħalib b’kontenut ta’ xaħam ta’ inqas minn 42 % skond il-piż tal-prodott.
Trab tal-ħalib sħiħ (222): trab tal-ħalib b’kontenut ta’ xaħam ta’ mhux inqas minn 26 % iżda inqas minn 42 % skond il-piż tal-prodott.
Trab tal-ħalib li huwa parzjalment xkumat (223): trab tal-ħalib b’kontenut ta’ xaħam ta’ aktar minn 1,5 % u inqas minn 26 % skond il-piż tal-prodott.
Trab tal-ħalib xkumat (224): trab tal-ħalib b’kontenut massimu ta’ xaħam ta’ 1,5 % skond il-piż tal-prodott.
Trab tax-xorrox tal-butir (225): prodotti tat-trab magħmul mix-xorrox tal-butir.
Prodotti oħra fi trab (226): ħalib magħqud u krema, kefir jew ħalib jew krema oħra ffermentata jew aċidifikata, kemm jekk ikun fihom iz-zokkor jew sostanzi oħra li jagħtu ħlewwa jew togħma kif ukoll jekk le, jew li jkun fihom il-frott jew il-kawkaw miżjud.
— Jinkludu wkoll taħlit ta’ trab tal-krema, ħalib, xorrox tal-ħalib u/jew xorrox,
— Jinkludu wkoll prodotti tat-trab ibbażati fuq il-proteina.
BUTIR (23)
Butir, sħiħ u prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib (23): jinkludi butir, butir tradizzjonali, butir rikumbinat, butir tax-xorrox, butir maħdum u żejt tal-butir, u prodotti sofor oħra tax-xaħam, espressi f’ekwivalenti ta’ butir li jkollu kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ugwali għal 82 % bil-piż tal-prodott.
— Tabella A: Id-Danimarka: tinkludi biss butir (231),
— Tabella B: l-intestaturi 231 (butir), 2311 (butir tradizzjonali), 2312 (butir rikumbinat), 2313 (butir tax-xorrox), 232 (butir maħdum u żejt tal-butir), 233 (prodotti sofor oħra tax-xaħam tal-ħalib), 2331 (butir b’xaħam imnaqqas) u 2332 (oħrajn) għandhom jiġu rreġistrati bil-piż tal-prodott. Il-punt 23 biss għandu jingħata fl-ekwivalenti tiegħu ta’ butir.
Butir (231): prodott b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux anqas minn 80 % u inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %.
— Jinkludi wkoll butir li jkollu ammonti żgħar ta’ ħxejjex aromatiċi, ħwawar, sostanzi aromatiċi, eċċ. bil-kundizzjoni li l-prodott iżomm il-karatteristiċi ta’ butir.
Butir tradizzjonali (2311): prodott miksub direttament u esklussivament minn krema pasturizzata, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux anqas minn 80 % iżda inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u b’kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %.
Butir rikumbinat (2312): prodott miksub miż-żejt tal-butir, estratt tal-ħalib niexef bla xaħam u ilma, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux inqas minn 80 % u inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u b’kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %.
Butir tax-xorrox (2313): prodott miksub mill-krema tax-xorrox jew minn taħlita ta’ krema tax-xorrox u krema b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ mhux inqas minn 80 % u inqas minn 90 %, b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 16 % u b’kontenut massimu ta’ materjal imnixxef tal-ħalib bla xaħam ta’ 2 %.
L-intestaturi 2311, 2312 u 2313 jinkludu wkoll butir li jkollu ammonti żgħar ta’ ħxejjex aromatiċi, ħwawar, sostanzi aromatiċi, eċċ. fuq il-kundizzjoni li l-prodott iżomm il-karatteristiċi tiegħu ta’ butir.
Butir maħdum u żejt tal-butir (232):
Butir maħdum: butir maħdum ikollu kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ aktar minn 85 % fil-piż. Ħafna drabi, it-terminu jkopri, flimkien ma’ butir maħdum innifsu, numru simili ieħor ta’ butir imnixxfa magħrufin b’mod ġeneriku taħt ismijiet differenti, bħalma huma “butir imnixxef”, “butir mingħajr ilma”, “żejt tal-butir (butteroil)”, “xaħam butiriku” (xaħam tal-ħalib) u “butir konċentrat”.
Żejt tal-butir (butteroil): prodott miksub mill-ħalib, krema jew butir bi proċessi li jeliminaw l-ilma u l-estratt niexef mingħajr xaħam b’kontenut minimu ta’ xaħam tal-ħalib ta’ 99,3 % tal-piż totali u b’kontenut massimu ta’ ilma ta’ 0,5 % tal-piż totali.
— Jinkludi wkoll il-“ghee”.
— Biex jiġu evitati kalkoli doppji, iż-“żejt tal-butir (butteroil)” għandu x’jaqsam biss mal-produzzjoni diretta mill-krema.
Prodotti oħra sofor bix-xaħam (233):
Butir b’xaħam imnaqqas (2331): prodott simili għal butir b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ inqas minn 80 % bil-piż (barra x-xaħmijiet l-oħra kollha) (deskrizzjoni kummerċjali skond is-sezzjoni A tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2991/94 ( 5 ): “butir magħmul minn tliet kwarti xaħam”, “butir nofsu xaħam” u “butir li jiddellek”).
Oħrajn (2332): b’mod partikolari xaħmijiet magħmula minn prodotti tal-pjanti u/jew ta’ l-annimali: prodotti fil-forma ta’ emulsjoni malleabbli prinċipalment tat-tip ta’ l-ilma fiż-żejt, li jkunu ġejjin minn ħaxix solidu u/jew likwidu u/jew xaħmijiet ta’ l-annimali tajbin għall-konsum tal-bniedem, b’kontenut ta’ xaħam tal-ħalib ta’ bejn l-10 u t-80 % tal-kontenut tax-xaħam (deskrizzjoni kummerċjali skond is-sezzjoni Ċ ta’ l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2291/94: “taħlita”, “taħlita ta’ tliet kwarti xaħam”, “taħlita ta’ nofs xaħam” u “taħlita li tiddellek”).
Tabella B: jekk il-butir bix-xaħam imnaqqas (2331) u/jew “oħrajn” (2332) jiġi prodott minn butir immanifatturat fl-istess fabbrika tal-ħalib u t-tip ta’ butir ma jkunx jista’ jiġi identifikat (2311, 2312 jew 2313) id-data għandha tittieħed mill-intestatura 23, li tindika l-kwantità ta’ butir konċernat
ĠOBON (24)
Ġobon: għandu jkun prodott frisk jew maturat, solidu jew nofsu-solidu, miksub bil-koagulazzjoni tal-ħalib, ħalib xkumat, ħalib ftit xkumat, krema, krema tax-xorrox jew xorrox tal-butir, waħdu jew f’xi taħlita, bl-azzjoni ta’ tames jew aġenti oħra xierqa ta’ koagulazzjoni, u billi x-xorrox li jkun ġej minn din il-koagulazzjoni jitnixxef parzjalment. (Codex Alimentarius - FAO, Volum XVI, Standard A-6).
|
– Tabella A: |
– ħalib tal-baqra biss, – jinkludi wkoll ġobon użat għall-manifattura ta' ġobon proċessat iżda jeskludi l-ġobon ipproċessat. |
|
– Tabella B: |
– tinkludi l-kategoriji varji ta' ġobon (u baqta) li jinkisbu mit-tipi kollha ta' ħalib (242), – jinkludi wkoll ir-rikotta, – il-kwantitajiet ta' ġobon għandhom jeskludu l-kwantitajiet ta'ġobon użat biex jiġi mmanifatturat il-ġobon ipproċessat, – is-sub-diviżjoni fil-kategoriji ewlenin ta' ebusija tiddependi fuq Il-piż tal-kontenut ta' l-ilmaIl-piż totali - il-piż tal-kontenut tax-xaħamX 100 |
Ġobon artab (2421): ġobon li fih it-TBMX, meta din tkun raffinata, ġeneralment ma tkunx inqas minn 68 %.
Ġobon nofsu-artab (2422): ġobon li fih it-TBMX, meta din tkun raffinata, tkun ġeneralment mhux inqas minn 62 % u inqas minn 68 %.
Ġobon nofsu-iebes (2423): ġobon li fih it-TBMX, meta din tkun raffinata, tkun ġeneralment mhux inqas minn 55 % u inqas minn 62 %.
Ġobon iebes (2424): ġobon li fih it-TBMX, meta din tkun raffinata, tkun ġeneralment mhux inqas minn 47 % u inqas minn 55 %.
Ġobon iebes ħafna (2425): ġobon li fih it-TBMX, meta din tkun raffinata, tkun ġeneralment inqas minn 47 %.
Ġobon frisk (2426): prodotti miksubin minn ħalib qares li minnu jkun tneħħa ħafna mis-serum (eż. bit-tnixxif jew bil-pressa). Jinkludi wkoll baqta (għajr milli f’għamla ta’ trab) li jkun fiha sa 30 % skond il-piż fil-forma ta’ zokkor u frott miżjud.
— Tinkludi l-ġobon tax-xorrox frisk (miksub bil-konċentrazzjoni tax-xorrox u biż-żieda tal-ħalib jew xaħam tal-ħalib).
ĠOBON IPPROĊESSAT (25)
Ġobon ipproċessat: prodott miksub bit-tħin, it-taħlit, it-tidwib u l-emulsifikazzjoni fis-sħana bl-għajnuna ta’ aġenti emuslifikanti ta’ varjetà waħda jew aktar ta’ ġobon, biż-żieda, jew mingħajr żieda, ta’ komponenti tal-ħalib u/jew prodotti alimentari oħra. (Codex Alimentarius - FAO, Volum XVI, Standard A-8 (b)).
KASEINA U L-IMLUĦA TAL-KASEINA (26)
Il-kaseina: hija l-proetina ewlenija tal-ħalib. Din tinkiseb minn ħalib xkumat bil-preċipitazzjoni (baqtar), ġeneralment ma’ aċidi jew tames. L-intestatura tkopri tipi diversi ta’ kaseina li tvarja skond il-metodu ta’ baqtar, eż. kaseina aċiduża u tames tal-kaseina (paracasein). (Noti ta’ spjega għas-sistema armonizzata - Sezzjoni, Kapitolu 35 (Nru 35.01)).
Imluħa tal-kaseina: (l-imluħa tal-kaseina) jinkludu l-imluħa tas-sodju u ta’ l-ammonju magħrufin bħala ‘kaseini li jdubu’; dawn normalment jintużaw fil-preparazzjoni ta’ prodotti konċentrati ta’ l-ikel u farmaċewtiċi. Kaseina tal-kalċju tintuża fil-preparazzjoni ta’ oġġetti ta’ l-ikel jew kolla, jiddependi mill-karattru tagħha stess. (Noti ta’ spjega għas-sistema armonizzata - Sezzjoni VI, Kapitolu 35 (Nru 35.01)).
XORROX (27)
Xorrox: prodott sekondarju miksub matul il-manifattura tal-ġobon jew kaseina. Meta jkun fi stat likwidu, ix-xorrox ikun fih kostitwenti naturali (medja ta’ 4,8 % ta’ lattożju, 0,8 % ta’ proteina u 0,2 % xaħam skond il-piż tal-prodott) li jibqgħu hemm meta l-kaseina u l-maġġoranza tax-xaħam ikunu tneħħew mill-ħalib.
Xorrox totali (27): jinkludi wkoll ix-xorrox użat fil-manifattura ta’ l-għalf għall-annimali.
— L-oġġetti 271 (xorrox imqassam fi stat likwidu), 272 (xorrox użat fi stat konċentrat), 273 (xorrox fi trab jew fi blokok), 274 (il-lattożju), 275 (il-laktalbumina) għandhom jingħataw skond il-piż effettiv tagħhom. L-oġġett 27 biss (xorrox totali) għandu jingħata fl-ekwivalenti tax-xorrox likwidu tiegħu, u fl-ebda ċirkustanza dan ma għandu jkun is-somma tal-kwantitajiet imsemmija fuq.
Ix-xorrox imqassam fl-istat likwidu (271): xorrox imqassam sabiex jintuża b’mod partikolari għall-għalf ta’ l-annimali. Kwantitajiet li jintużaw bħala materjal mhux maħdum għal proċessi oħra għandhom jiġu esklużi.
Xorrox imqassam fl-istat konċentrat (272).
Xorrox fi trab jew fi blokok (273).
Il-lattożju (zokkor tal-ħalib) (274).
Il-laktalbumina (275): waħda mill-komponenti ewlenin tal-proteina tax-xorrox.
PRODOTTI MMANIFATTURATI OĦRA (28)
— Din l-intestatura għandha x’taqsam ma’ prodotti tal-ħalib immanifatturati (li għandhom ikunu speċifikati) li mhumiex imsemmija mkien ieħor, b’mod partikolari l-lactoferrins.
— Tinkludi wkoll prodotti mmanifatturati li jinġabru minn ishma agrikoli (taħt l-intestatura Disponibbiltà/III.4) u mpoġġija fis-suq mingħajr ipproċessar (għajr l-ippakkjar jew maturità)
ANNESS II
TABELLA A
TABELLA B
TABELLA C
TABELLA D
TABELLA E
TABELLA F
TABELLA Ġ.1
TABELLA Ġ.2
TABELLA Ġ.3
TABELLA Ġ.4
TABELLA Ġ.5
TABBELLA H
Attivitajiet ta' l-industrija tal-halib
Proteini tal-halib tal-baqra fil-prodotti tal-halib ewlenin
|
Pajjiż: … |
Sena: … |
||
|
Kodici |
Prodotti |
Kwantità (1) (1000 t) |
Kontenut f'proteini (t) |
|
|
|
1 |
2 |
|
1 |
Prodotti friski |
|
|
|
11 |
Halib ghax-xorb |
|
|
|
112 |
Halib shih |
|
|
|
113 |
Halib nofsu xkumat |
|
|
|
114 |
Halib xkumat |
|
|
|
12 |
Xorrox tal-butir |
|
|
|
13 |
Krema |
|
|
|
2 |
Prodotti manifatturati |
|
|
|
21 |
Halib ikkoncentrat |
|
|
|
221 |
Trab tal-halib |
|
|
|
222 |
Trab tal-halib shih |
|
|
|
223 |
Trab tal-halib nofsu xkumat |
|
|
|
224 |
Trab tal-halib xkumat |
|
|
|
225 |
Trab tax-xorrox tal-butir |
|
|
|
23 |
Butir u prodotti ohra sofor maghmulin mix-xaham tal-halib |
|
|
|
2411 |
Gobon maghmul mill-halib tal-baqra |
|
|
|
25 |
Gobon ipprocessat |
|
|
|
26 |
Kaseina u l-kaseinati |
|
|
|
27 |
Kaseina u l-kaseinati |
|
|
|
(1) L-ewwel Kolonna: kwantitajiet prodotti f'eluf ta' tunnellatti tul il-perjodi meqjus (sena). Definizzjoni: ara l-Anness II tad-Deciżjoni 97/80/KE, tabbella B, kolonna 1. |
|||
TABBELLA I
Taghrif regjonali tal-produzzjoni tal-halib tal-baqra
|
Pajjiż: … |
Sena: … |
|
|
Regjun |
Kodici NUTS 2 |
Produzzjoni annwali tal-halib tal-baqra (1000 t) (*) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
L-AMMONT TOTALI GHALL-PAJJIŻI |
|
|
|
(*) Tikkoncerna l-halib tal-baqra kollu, minbarra l-halib imredda' direttament, imma wkoll dak li jipprovjeni mill-hlib (inkluż il-kolostru) użat ghall-ghalf ta' l-annimali (per eżempju gol-bramel jew mezzi ohra) |
||
NOTI TA’ SPJEGA
TABELLA A
Id-data dwar din it-Tabella tirreferi għal ħalib tal-baqar biss, kemm għall-ġbir kif ukoll għall-prodotti li miksuba (it-taħlit għalhekk huwa eskluż).
Fil-każ ta’ prospetti ta’ kull ġimgħa, it-tagħrif għall-ġimgħat li jkunu ġejjin għax-xahar li jmiss għandhom jiġu maqsumin skond in-numru ta’ ġranet tax-xogħol f’kull wieħed mix-xahrejn.
|
Kontenut ta' xaħam: |
– kontenut ta' xaħam tal-ħalib, bħala perċentaġġ tal-piż tal-prodott, – il-medja nazzjonali peżata bbażata fuq id-data miksuba b'referenza għall-metodu Röse-Gottlieb (kodiċi IDF/FIL 1 C: 1987). |
|
Kontenut ta' proteina: |
– kontenut ta' proteina tal-ħalib, bħala perċentaġġ tal-piż tal-prodott. – il-medja nazzjonali peżata fuq il-bażi tad-data miksuba b'referenza għall-metodu Kjedahl. |
Prodotti miksubin: kwantitajiet ta’ prodotti ta’ ħalib frisk ipproċessat għandhom jinftehmu li jkunu disponibbli għat-tqassim barra l-imħaleb.
TABELLA B
Biex jiġu evitati kalkoli doppji, il-prodotti tal-ħalib użati fl-istess maħleb għall-manifattura ta’ prodotti oħra tal-ħalib ma għandhomx jiġu kkunsidrati.
Bl-istess mod, id-data f’din it-tabella tirreferi għall-kunċett tal-‘maħleb nazzjonali’. Għalhekk, kull kummerċ ta’ materjal jew ta’ prodotti mhux maħduma bejn l-imħaleb fl-Istat Membru konċernat għandu jkun eskluż mill-figuri tal-produzzjoni nazzjonali.
Disponibbiltà/I u II: ħalib miġbur: għandha x’taqsam max-xiri tat-tipi kollha ta’ ħalib sħiħ (ħalib tal-baqra, tan-nagħġa, tal-mogħża u tal-buflu) u prodotti tal-ħalib miġbura direttament minn ishma agrikoli.
Disponibbiltà/II.6: għandha x’taqsam ma’ prodotti oħra tal-ħalib (bħal ġobon, butir u yoghurt) miġburin minn ishma agrikoli. Dawn il-prodotti, irrispettivament dwar jekk ikunux ipproċessati jew le, huma maħsubin sabiex jintużaw fil-proċess tal-manifattura ta’ l-imħaleb u għandhom jiġu nklużi fil-parti B (Użu) tat-tabella.
Disponibbiltà/III.4: għandha x’taqsam ma’ prodotti oħra tal-ħalib (bħal ġobon, butir u yoghurt) importati minn pajjiżi oħra. Dawn il-prodotti, irrispettivament minn jekk ikunux maħsubin sabiex jintużaw fil-proċess tal-manifattura ta’ l-imħaleb, għandhom jiġu nklużi fil-parti B (Użu) tat-tabella.
Jekk dawn huma maħsubin sabiex jitpoġġew fis-suq mingħajr ipproċessar (għajr l-ippakkjar u l-maturità), dawn il-prodotti għandhom jiddaħħlu taħt l-intestatura 16 (fil-każ ta’ prodotti friski tar-razzett) jew 28 (fil-każ ta’ prodotti mmanifatturati tar-razzett).
Disponibbiltà/III-Importazzjonijiet u wasliet fil-Komunità: fi kwantitajiet kbar jew f’reċipjenti ta’ 2 l jew aktar.
Kolonna 1 - Kwantitajiet: sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, il-kwantitajiet li għandhom jiġu rreġistrati jirreferu għall-piż nett tal-materjal mhux maħdum/prodott maħdum (f’1 000 tunnellata).
Kwantitajiet ta’ prodotti ta’ ħalib frisk ipproċessat għandhom ifissru li jkunu disponibbli għat-tqassim barra l-imħaleb.
Kolonna 2/B. Użu - kontenut ta’ xaħam tal-ħalib: kwantitajiet (f’tunnellati) ta’ xaħam tal-ħalib użati għall-manifattura tal-prodott konċernat, inkluż it-telf possibbli li jkun hemm waqt il-proċess tal-manifattura.
Kolonna 3/A. Disponibbiltajiet - proteina tal-ħalib: kwantitajiet (f’tunnellati) ta’ proteina tal-ħalib li jkun hemm fil-ħalib tal-baqra miġbur.
Kolonna 3/B. Użu - dħul dwar ħalib sħiħ: kwantitajiet (f’1 000 tunnellata) ta’ ħalib sħiħ użat fil-manifattura tal-prodott imsemmi, inkluż it-telf possibbli li jista’ jkun hemm matul il-proċess tal-manifattura.
Kolonna 4/B. Użu - dħul dwar ħalib xkumat:
— pożittiv: kwantitajiet (f’1 000 tunnellata) ta’ ħalib xkumat użat fil-manifattura tal-prodott imsemmi, inkluż it-telf possibbli li jista’ jkun hemm matul il-proċess tal-manifattura,
— negattiv: kwantitajiet (f’1 000 tunnellata) ta’ ħalib xkumat li jiġi rkuprat mill-proċess tal-manifattura għall-prodott imsemmi (per eżempju: ħalib xkumat miksub matul il-manifattura tal-butir mill-ħalib sħiħ jew krema).
Użu ieħor (kodiċi 3-6):
Ħalib xkumat u xorrox tal-butir imrodd lura lir-razzett (3): il-ħalib xkumat u x-xorrox tal-butir imrodd lura lill-irziezet.
Esportazzjonijiet u kunsinni ta’ ħalib u krema fi kwantitajiet kbar (4): esportazzjonijiet u dispaċċi tal-Komunità ta’ ħalib sħiħ, ħalib xkumat u krema likwida fi kwantitajiet kbar jew li jkunu f’reċipjenti ta’ 2 l jew aktar mill-imħaleb.
Użu ieħor (5): jinkludi ħalib sħiħ u xkumat fi kwantitajiet kbar jew li jkun f’reċipjenti ta’ aktar minn 2 l u li jitqassmu lill-industriji ta’ l-ikel (eż. għall-ġelat) jew maħsuba għall-użu bħala għalf ta’ kull forma għall-annimali, barra l-punt 3.
Differenzi (6): għandha x’taqsam ma’ differenzi statistikali.
TABELLA C
Ishma agrikoli: unità tekno-ekonomika taħt amministrazzjoni waħda li tipproduċi prodotti agrikoli.
A: Disponibbiltajiet:
Ħalib tal-baqra: għandu x’jaqsam mal-ħalib tal-baqar kollu, għajr il-ħalib mill-irdiegħ dirett iżda li jinkludi dak miksub mit-taħlib (inkluż il-kolostrum) użat bħala għalf għall-annimali (eżempju fi bramel jew b’mezzi oħra).
Baqar tal-ħalib: baqar li jintużaw esklussivament jew b’mod partikolari għall-produzzjoni tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem u/jew ipproċessar fi prodotti tal-ħalib, inklużi l-baqar tal-ħalib imwarrba (kemm jekk imsemmna kif ukoll jekk le bejn l-aħħar għoti tal-ħalib u l-qatla tagħhom).
Il-kolonna tal-ħalib sħiħ: għandha x’taqsam mal-kwantitajiet tal-ħalib miksubin.
Il-kolonna tal-ħalib xkumat u tax-xorrox tal-butir:
— mrodd lura mill-imħaleb (1): ara d-definizzjoni fit-Tabella B/3.
— il-bilanċ tat-tqassim tal-krema (2).
B. L-użu:
Ħalib sħiħ/konsum fid-djar: ħalib sħiħ ikkunsmat mid-dar tas-sid (għalhekk, għall-konsum mill-bnedmin biss).
Ħalib sħiħ/bejgħ dirett: ħalib sħiħ għall-konsum mill-bniedem mibjugħ direttament lill-kosumaturi.
Ħalib sħiħ/butir u krema tar-razzett: ħalib sħiħ (il-ħalib kollu) użat għall-produzzjoni ta’ butir u krema tar-razzett.
Ħalib sħiħ/ġobon tar-razzett: ħalib sħiħ (il-ħalib kollu) użat għall-produzzjoni tal-ġobon tar-razzett.
Ħalib sħiħ/prodotti oħra: ħalib sħiħ (il-ħalib kollu) użat għall-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem (eż. il-yoghurt).
Ħalib sħiħ/għalf għall-annimali: ħalib sħiħ użat fl-irziezet bħala għalf għall-annimali, fi kwalunkwe forma (kif inhuma jew bħala għalf għall-annimali kompost immanifatturat fir-razzett stess).
Ħalib sħiħ/imqassam lill-imħaleb:
— jinkludi t-tqassim:
—
— tat-tipi kollha ta’ ħalib sħiħ (mill-baqar, ngħaġ, mogħoż u bufli) lill-imħaleb (fi ħdan jew barra l-Istat Membru) u lill-ishma agrikoli msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/16/KE;
— prodotti oħra (speċifiki), f’ekwivalenti ta’ ħalib,
— it-tqassim tal-krema għandu jitfisser f’termini ta’ ekwivalenti ta’ ħalib.
Ħalib sħiħ/differenzi u telf:
— tirreferi għad-differenza statistikali u l-kwantitajiet mitlufa matul il-manifattura,
— it-total għal ‘l-kolonna ta’ l-użu tal-ħalib sħiħ’ għandha tkun ugwali għat-total disponibbli.
Ħalib xkumat u xorrox tal-butir/ħalib għax-xorb: ħalib xkumat u xorrox tal-butir użat f’ishma agrikoli għall-konsum mill-bniedem, b’mod partikolari dak domestiku u l-bejgħ dirett lill-konsumaturi.
Ħalib xkumat u xorrox tal-butir/ġobon tar-razzett: il-kwantità ta’ ħalib xkumat u xorrox tal-butir użati biex jiġi mmanifatturat il-ġobon tar-razzett.
C. Prodotti miksuba:
Il-kwantitajiet irrappurtati għandhom jirreferu għall-piż nett tal-prodott maħdum (f’1 000 tunnellata).
Ħalib għax-xorb: konsum domestiku u bejgħ dirett.
Krema tar-razzett: krema mmanifatturata f’ishma agrikoli.
Butir tar-razzett: butir immanifatturat f’ishma agrikoli.
Ġobon tar-razzett: ġobon immanifatturat f’ishma agrikoli.
Prodotti oħra: prodotti oħra (li għandhom jiġu speċifikati) maħduma f’ishma agrikoli.
Liema minnhom ġew imqassma lill-imħaleb: għandha x’taqsam mat-tqassim ta’ krema, butir, ġobon u prodotti oħra tar-razzett lill-imħaleb (fi jew barra l-Istat Membru).
TABELLI D U E
Ħalib miġbur: il-kwantitajiet ta’ ħalib u krema (f’ekwivalenti ta’ ħalib) miġbur direttament mill-irziezet.
TABELLA E
Ċentri ta’ ġbir: għandha x’taqsam biss ma’ dawk l-intrapriżi li jixtru l-ħalib minn ishma agrikoli u jbigħuh f’isimhom lill-imħaleb. Iċ-ċentri ta’ ġbir li huma unitajiet lokali li jiddependu fuq l-imħaleb huma għalhekk esklużi.
Iċ-ċentri tal-kontabilità għall-kontabilità nazzjonali tal-kwantitajiet ta’ ħalib miġbura fit-territorju nazzjonali minn intrapriża (tal-ħalib) minn Stat Membru ieħor għandhom għalhekk ikunu inklużi wkoll f’din it-tabella.
TABELLA F
Il-volum: il-volum totali ta’ materjal mhux maħdum ipproċessat = il-kwantitajiet ta’ ħalib sħiħ (jew l-ekwivalenti ta’ ħalib sħiħ) użat għall-manifattura ta’ prodotti tal-ħalib fl-intrapriża.
TABELLI D, E, F U Ġ
Intrapriża: l-intrapriża hija l-iżgħar kumbinazzjoni ta’ unitajiet legali, jiġifieri unità organizzazzjonali li tipproduċi oġġetti u servizzi, li tkun tgawdi minn ċertu grad ta’ awtonomija fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, speċjalment għall-allokazzjoni tar-riżorsi preżenti tagħha. Intrapriża twettaq attività waħda jew aktar f’post wieħed jew aktar. Intrapriża tista’ tkun unità legali unika. (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta’ Marzu 1993, ĠU L 76, 30.3.1993).
Id-data kkomunikata li hija soġġetta għall-kunfidenzjalità statistikali għandha tiġi identifikata bħala tali b’mod ċar.
It-tabelli għandhom jimtlew għall-intrapriżi kollha li jkunu qegħdin jaħdmu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena tar-referenza. Dawn għandhom x’jaqsmu ma’ l-attivitajiet ta’ l-imħaleb, inklużi l-attivitajiet ta’ l-imħaleb li jkunu nbdew matul is-sena.
ANNESS III
KWESTJONARJU METODOLOGIKU(*) DWAR IL-GBIR TA' STATISTIKA DWAR IL-HALIB
Qafas tal-kwestjonarju
( 1 ) ĠU L 78, tat-28.3.1996, p. 27.
( 2 ) ĠU L 246, tat-30.10.1972, p. 1.
( 3 ) ĠU L 138, ta’ l-24.5.1986, p. 49.
( 4 ) ĠU L 374, tal-31.12.1991, p. 1.
( 5 ) ĠU L 316, tad-9.12.1994, p. 2.