1994D0140 — MT — 17.03.2005 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Frar 1994

li tistabbilixxi kumitatkonsultattiv għall-koordinazzjoni tal-prevenzjoni ta' frodi

(94/140/KE)

(ĠU L 061, 4.3.1994, p.27)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Frar 2005

  L 71

67

17.3.2005




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Frar 1994

li tistabbilixxi kumitatkonsultattiv għall-koordinazzjoni tal-prevenzjoni ta' frodi

(94/140/KE)



Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi l-amministrazzjoni soda tal-finanzi tal-Komunità titlob li l-frodi kontra l-estimi tal-Komunità tkun effettivament opposta;

Billi primarjament jaqa' fuq l-Istati Membri li jieħdu miżuri speċifiċi biex jikkumbattu l-frodi; billi dan jitlob kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni;

Billi l-Artikolu 209a tat-Trattat jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu l-istess miżuri biex jikkumbattu l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanżjarji tal-Komunità bħal ma jieħdu biex jikkumbattu l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tagħhom stess; billi għal dan il-għan huma għandhom, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, jikkoordinaw l-azzjoni li jieħdu biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Komunità u biex jikkumbattu l-frodi;

Billi l-Kummissjoni għandha wkoll responsabbilità konsiderevoli li ġejja mil-kompitu ġenerali tagħha li tiżgura li l-estimi tal-Komunità jiġu mħaddma sewwa u li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat jiġu applikati;

Billi huwa għalhekk mixtieq li l-Kummissjoni tingħata pariri minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta' l-Istati Membri li jkun jista' jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni marbuta mal-prevenzjoni, mal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u mal-prosekuzzjoni ta' frodi u fuq kull ħaġa oħra marbuta mal-protezzjoni legali ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità;

Billi l-kumitati eżistenti jispeċjalizzaw f'zoni speċifiċi biss; billi dawn il-kumitati m'għandomx jiġu sostitwiti; billi huwa madankollu utli li wieħed ikollu stampa globali ta' l-oqsma kollha ta' frodi kontra l-estimi tal-Komunità; billi jeħtieġ għalhekk jitwaqqaf kumitat orizzontali;

Billi, peress li l-kumitat għandu jkun wieħed orizzontali u l-Istati Membri jeħtieġ li jkunu rappreżentati fil-livell xieraq li jirrifletti l-istrutturi amministrattivi tagħhom stess, għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex il-Kumitat jikkonsisti minn żewġ rappreżentanti minn kull Stat Membru,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:



Artikolu 1

Kumitat konsultattiv għall-koordinazzjoni tal-prevenzjoni ta' frodi (minn issa “il quddiem msejjaħ” il-kumitat') qiegħed jitwaqqaf fil-Kummissjoni.

Artikolu 2

▼M1

1.  Il-Kummissjoni tista' tieħu pariri mingħand il-kumitat fuq kull tema li għandha x'taqsam mal-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-frodi u l-attivitajiet l-oħra kollha li jaffettwaw ħażin l-interessi finanzjarji tal-Komunità, u dwar kull tema li għandha x'taqsam mal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità, u dan sabiex il-kooperazzjoni regolari u mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-ħidma kontra l-frodi tiġi organizzata b'mod aktar effettiv.

Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-kumitat dwar kull tema li għandha x'taqsam mal-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, u l-ħarsien kontra l-falsifikazzjoni tal-karti u l-muniti Ewro.

Il-Kummissjoni tista' wkoll tikkonsulta l-kumitat dwar kull tema li għandha x'taqsam mal-ħarsien skond il-liġi ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, speċjalment fejn jidħol il-qasam tal-pulizija u l-aspett ġudizzjarju ta' l-iżvilupp u kooperazzjoni tal-ħidma kontra l-frodi.

▼B

2.  Kull membru tal-kumitat jista' jistaqsi jitlob lill-Kummissjoni biex il-kumitat jiġi kkonsultat fuq kull kwistjoni li taqa' fi ħdan it-termini ta' referenza tal-kumitat.

Artikolu 3

▼M1

1.  Il-kumitat ikun magħmul minn żewġ rappreżentanti minn kull Stat Membru; dawn jista' ikollhom l-assistenza ta' żewġ rappreżentanti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

▼B

2.  Il-president tal-kumitat għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni.

▼M1

3.  Bi qbil mal-Kummissjoni, il-kumitat jista' jwaqqaf gruppi ta' ħidma biex iħaffef ix-xogħol tiegħu f'setturi partikolari fi ħdan il-kompetenzi tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta' segretarjat lill-kumitat.

▼B

Artikolu 4

1.  Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali għall-kumitat.

2.  Il-president jista' jistieden kull persuna b'tagħrif speċjali marbut ma' xi kwistjoni partikolari fuq l-aġenda biex tieħu sehem fil-proċedimenti. L-esperti għandhom jieħdu sehem biss f'dawk il-kwistjonijiet li għalihom ġew mistiedna.

3.  Ir-rappreżentanti tal-dipartimenti tal-Kummissjoni interessati għandhom jattendu l-laqgħat tal-kumitat.

4.  Il-kumitat għandu jitlaqqa' mill-Kummissjoni.

Artikolu 5

1.  Il-Kumitat għandu jqis it-talbiet għal opinjonijiet magħmula mill-Kummissjoni. L-ebda vot m'għandu jittieħed.

2.  Il-Kummissjoni tista', meta titlob l-opinjoni tal-kumitat, tispeċifika żmien sa meta l-opinjoni għandha tingħata.

3.  Il-fehmiet espressi mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri għandhom jitniżżlu fil-minuti.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu  ►M1  287 ◄ tat-Trattat, meta il-Kummissjoni tinforma lill-kumitat li xi opinjoni mitluba jew mistoqsija magħmula hi marbuta ma' kwistjoni konfidenzali, il-parteċipanti għandhom jintalbu li ma jiżvelawx informazzjoni miksuba fil-kors tal-proċedimenti tal-kumitat jew tal-gruppi ta' ħidma.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1994.


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet