1958R0001 — MT — 01.01.2007 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT Nru 1

li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea

(ĠU P 017, 6.10.1958, p.385)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

 M1

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 920/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005

  L 156

3

18.6.2005

►M2

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1791/2006 ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

1

20.12.2006


Emendat bi:

 A1

Att ta’ Adeżjoni tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

  L 73

14

27.3.1972

 A2

  L 291

17

19.11.1979

 A3

  L 302

23

15.11.1985

 A4

  C 241

21

29.8.1994

 A5

  L 236

33

23.9.2003




▼B

IR-REGOLAMENT Nru 1

li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 217 tat-Trattat li jipprovdi li r-regoli li jirregolaw il-lingwi ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom, mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet li jinsabu fir-regoli ta' proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, ikunu stabbiliti mill-Kunsill, waqt li jaġixxi b'mod unanimu;

Billi kull waħda mill-erba' lingwi li bihom tfassal it-Trattat hija rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-Komunità;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



▼M2

Artikolu 1

Il-lingwi uffiċjali u l-lingwi użati fil-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni għandhom ikunu il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonu, il-Finlandiż, il-Franċiz, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Ispanjol, l-Isvediż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.

▼B

Artikolu 2

Id-dokumenti li Stat Membru jew persuna soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru jibagħtu lill-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jitfasslu f'kull waħda mil-lingwi uffiċjali magħżula minn min jibgħat. Ir-risposta għandha titfassal fl-istess lingwa.

Artikolu 3

Id-dokumenti li xi istituzzjoni tal-Komunità tibgħat lil xi Stat Membru jew lil xi persuna soġġetta għall-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru għandhom ikunu mfassla fil-lingwa ta' dak l-Istat.

▼M2

Artikolu 4

Ir-Regolamenti u dokumenti oħra ta’ applikazzjoni ġenerali għandhom ikunu abbozzati fil-lingwi uffiċjali.

Artikolu 5

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għandu jkun ippubblikat fil-lingwi uffiċjali.

▼B

Artikolu 6

L-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jistipulaw fir-regoli ta' proċedura tagħhom liema minn dawn il-lingwi għandhom jintużaw f'każijiet speċifiċi.

Artikolu 7

Il-lingwi li għandhom jintużaw fil-proċeduri tal-Qorti tal-Ġustizzja għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tagħha.

Artikolu 8

Jekk xi Stat Membru jkollu aktar minn lingwa uffiċjali waħda, il-lingwa li għandha tintuża għandha tkun, fuq talba minn dak l-Istat, irregolata mir-regoli ġenerali tal-liġi tiegħu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.