Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew /* KUMM/2011/0650 finali/2 - 2011/0294 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Sfond u għanijiet Il-politika tan-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew (TEN-T) ilha tistabbilixxi l-qafas tal-politika għall-iżvilupp ta’ infrastruttura għall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u sabiex tiġi żgurata koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u aċċessibbiltà mtejba madwar l-UE sa min-nofs is-snin tmenin(80s). Fl-1992, dan wassal għall-inklużjoni ta’ bażi legali speċifika għan-netwerks trans-Ewropej fit-Trattat ta’ Maastricht u fl-1994, ,għall-adozzjoni ta' lista ta' 14-il proġett ewlieni fil-Kunsill Ewropew ta' Essen. Fl-1996, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw l-ewwel Linji Gwidi li jiddefinixxu l-politika u l-ippjanar tal-infrastruttura tat-TEN-T[1]. Fl-2004, saret reviżjoni sostanzjali tal-Linji Gwida , b'kunsiderazzjoni għat-tkabbir tal-UE u għat-tibdil mistenni fil-flussi tat-traffiku[2]. Barra dan, ġiet estiża l-lista tal-14-il proġett prijoritarju . Twaqqfu bosta strumenti finanzjarji u mhux finanzjarji sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proġetti. Dawn l-istrumenti jinkludu r-Regolament Finanzjarju TEN[3], il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u s-self mill-Bank Ewropew tal-Investiment, flimkien ma’ inizjattivi ta’ koordinazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni. Fl-2010, għall-fini taċ-ċarezza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, li hija riformulazzjoni tal-Linji Gwida TEN-T[4]. Sal-lum, l-infrastruttura tat-trasport fl-Unjoni Ewropea hija żviluppata tajjeb. Madankollu, għadha frammentata, kemm ġeografikament kif ukoll bejn u fil-moduli tat-trasport. L-għan ewlieni ta’ dawn il-Linji Gwida ġodda, li se jieħdu post id-Deċiżjoni 661/2010, huwa li jitwaqqaf netwerk tat-trasport Trans-Ewropew komplut u integrat, li jkopri l-Istati Membri u r-reġjuni kollha u jipprovdi l-bażi għall-iżvilupp ibbilanċjat tal-moduli kollha tat-trasport sabiex jiġu ffaċilitati l-vantaġġi rispettivi tagħhom, u b’hekk jiġi massimizzat il-valur miżjud tan-netwerkgħall-Ewropa.. Fid-dawl tal-isfidi għall-politika tat-TEN-T, identifikati wkoll bil-White Paper ‘Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti[5] ("il-White Paper"), dawn il-Linji Gwida se jiddefinixxu strateġija fuq perjodu twil għall-politika TEN-T sal-2030/2050. 1.2. Kwistjonijiet indirizzati Jeħtieġ li jiġu indirizzati ħames problemi ewlenin fil-livell tal-UE. L-ewwel, il-konnessjonijiet nieqsa, b’mod partikolari f’sezzjonijiet transkonfinali, huma ostakolu ewlieni għall-moviment ħieles tal-merkanzija u l-passiġġieri fi u bejn l-Istati Membri u mal-ġirien tagħhom. It-tieni, hemm dispartià konsiderevoli u li ilha teżisti fil-kwalità u d-disponibbiltà tal-infrastruttura bejn u fl-Istati Membri (konġestjonijiet). B’mod partikolari l-konnessjonijiet bejn il-Lvant u l-Punent jirrikjedu titjib, permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida tat-trasport u/jew tal-manutenzjoni, ir-riabilitazzjoni jew it-titjib tal-infrastruttura eżistenti. It-tielet, l-infrastruttura tat-trasport bejn il-moduli tat-trasport hija frammentata. Rigward il-fatt li għandhom jitwaqqfu konnessjonijiet multimodali, ħafna mit-terminals Ewropej għat-trasport tal-merkanzija, l-istazzjonijiet tal-passiġġieri, il-portijiet marittimi, l-ajruporti u n-nodi urbani mhumiex ta’ livell li jippermetti li jwettqu l-kompitu tagħhom. Billi dawn in-nodi huma nieqsa minn kapaċità multimodali, il-potenzjal tat-trasport multimodali u l-ħila tiegħu li jneħħi l-konġestjonijiet tal-infrastruttura u li joħloq konnessjonijiet li fil-preżent huma nieqsa mhuwiex qed jiġi sfruttat biżżejjed. Ir-raba’, l-investimenti fl-infrastrutturi tat-trasport għandhom jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fit-trasport b’60% sal-2050. Finalment, l-Istati Membri għadhom iżommu regoli tal-operat u rekwiżiti differenti, b’mod partikolari fil-qasam tal-interoperabilità, li jżidu l-ostakli u l-konġestjonijiet fl-infrastruttura tat-trasport. 1.3. Oqsma ta’ azzjoni Din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi u tiżviluppa TEN-T komplut, li jikkonsisti f’infrastruttura għall-ferroviji, il-kanali interni, it-toroq, it-trasport marittimu u bl-ajru, u b'hekk tiżgura l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali. Sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-ewwel qasam ta’azzjoni huwa l-“ippjanar kunċettwali”. Abbażi ta’ input minn konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aħjar mod li bih jista' jiġi żviluppat it-TEN-T huwa permezz ta’ approċċ ta’ saff doppju, li jikkonsisti f’netwerk komprensiv u netwerk ewlieni. In-netwerk komprensiv jikkostitwixxi s-saff bażiku tat-TEN-T. Huwa jikkonsisti fl-infrastrutturi eżistenti u ppjanati li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Linji gwida. In-netwerk komprensiv għandu jkun fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2050. In-netwerk ewlieni jirkeb in-netwerk komprensiv u jikkonsisti fl-aktar partijiet importanti tiegħu b'mod strateġiku. Huwa jikkostitwixxi s-sinsla tan-netwerk tal-mobilità multimodali. Huwa jikkonċentra fuq dawk il-komponenti tat-TEN-T li għandhom l-ogħla valur miżjud Ewropew: nuqqas ta' konnessjonijiet fuq il-fruntieri, konġestjonijiet ewlenin u nodi multimodali. In-netwerk ewlieni għandu jitwaqqaf mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030. It-tieni qasam ta’azzjoni jikkonċerna l-istrumenti tal-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni żviluppat il-kunċett ta’ kurituri tan-netwerk ewlieni, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-kurituri għat-trasport tal-merkanzija bil-ferroviji[6]. Dawn il-kurituri se jipprovdu l-instrument ta' qafas għall-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni. F'termini ta' kamp ta' applikazzjoni, il-kurituri ewlenin tan-netwerk se jkopru, fil-prinċipju, 3 modi tat-trasport u se jgħaddu f'minn tal-anqas 3 Stati Membri. Jekk huwa possibbli, dawn għandhom jistabbilixxu konnessjoni ma' port marittimu. F'termini ta' attivitajiet, il-kurituri ewlenin tan-netwerk se jipprovdu pjattaforma għall-ġestjoni tal-kapaċitajiet, l-investimenti, il-bini u l-koordinazzjoni ta' faċilitajiet multimodali tat-trasbord, u l-mobilitazzjoni ta' sistemi interoperabbli tal-ġestjoni tat-traffiku. 1.4. Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-UE Il-proposta taqbel mal-politika mħabbra mill-Kummissjoni fil-White Paper. Hija tissemma b’mod espliċitu bħala parti mill-Inizjattiva 34 li tikkonċerna n-netwerk ewlieni tal-infrastruttura strateġika Ewropea[7]. B’mod partikolari, dawn il-Linji Gwida jsegwu l-istrateġija stabbilita fil-White Paper: sabiex jitneħħew l-ostakli u l-konġestjonijiet ewlenin f’oqsma ewlenin tal-infrastruttura tat-trasport. L-għan huwa li tinħoloq Żona Unika tat-Trasport Ewropew b’servizzi tat-trasport aħjar u netwerk tat-trasport integrat kompletament. Dan għandu jgħaqqad il-moduli differenti u jġib tibdil profond fil-moduli tat-trasport għall-passiġġieri u l-merkanzija. Dan it-tibdil huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport b’60% sal-2050. Mingħajr l-appoġġ ta’ netwerk adegwat u approċċ iżjed intelliġenti fl-użu tiegħu, l-ebda tibdil sostanzjali fit-trasport ma jkun possibbli. L-ippjanar u l-iżvilupp fl-infrastruttura huma kkunsidrati essenzjali sabiex tiġi żviluppata sistema tat-trasport sostenibbli. Il-proposta se tikkontribwixxi wkoll għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika deskritti fil-qosor fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”[8] billi tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ sistemi tat-trasport intelliġenti. Hija wkoll waħda mill-miżuri tal-Att tas-Suq Uniku proposta mill-Kummissjoni f’April tal-2011[9] billi n-netwerks huma s-sinsla tas-suq intern u għandhom irwol ewlieni sabiex tiġi mħeġġa ċirkolazzjoni fluwida u effiċjenti tal-merkanzija u s-servizzi. Barra dan, il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli ġiet identifikata bħala waħda mill-mezzi għall-ilħuq ta’ waħda mit-tliet prijoritajiet ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 għal żvilupp intelliġenti, sostenibbli u inklussiv adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Marzu 2010[10], prinċipalment żvilupp sostenibbli, billi jiġu indirizzati konġestjonijiet kritiċi, b’mod partikolari sezzjonijiet transkonfinali u nodi intermodali (bliet, portijiet, pjattaformi loġistiċi). Barra dan, il-proposta tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni territorjali tat-territorju tal-UE – li hija waħda mill-għanijiet tal-UE – flimkien mal-koeżjoni ekonomika u soċjali. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT 2.1. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika wiesgħa u intensiva mal-partijiet interessati minn Frar tal-2009 sa Ġunju 2010. Il-Kummissjoni nediet il-proċess tal-konsultazzjoni bl-adozzjoni ta’ Green Paper. Hija fetħet id-dibattitu dwar sfidi u għanijiet ewlenin għall-politika TEN-T u modi possibbli kif jistgħu jintlaħqu[11]. Billi kompliet tibni fuq il-kontributi mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni stabbilixxiet sitt Gruppi Esperti, li bejn Novembru 2009 u April 2010 analizzaw għadd ta’ aspetti ewlenin tal-iżvilupp tal-ġejjieni tat-TEN-T[12]. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Gruppi Esperti ġew inklużi f’Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni ppreżentat għall-konsultazzjoni pubblika fl-4 ta’ Mejju tal-2010[13]. Dawn il-konsultazzjonijiet pubbliċi attiraw iżjed minn total ta' 530 kontribuzzjoni. Maġġoranza kbira tal-kontributuri appoġġjaw l-għażla ta’ approċċ ta’ saff doppju ġdid għall-ippjanar tat-TEN-T, b’netwerk komprensiv bħala s-saff bażiku u netwerk ewlieni li jikkonsisti mill-partijiet l-iżjed importanti mil-lat strateġiku tat-TEN-T. F’Ottubru 2009 u f’Ġunju 2010 inżammu konferenzi ministerjali u tal-partijiet interessati f’Napli u f'Zaragoza rispettivament. Fi Frar 2011, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew Dokument ta’ Ħidma[14] tal-Persunal li kompla jiżviluppa l-metodoloġija u x-xenarji tal-ippjanar u l-implimentazzjoni. 2.2. Ġbir u użu ħiliet esperti Minbarra l-konsultazzjoni pubblika tal-partijiet interessati, il-Kummissjoni żammet kuntatt kontinwu mal-Istati Mmbri permezz tal-kumitat għall-monitoraġġ tal-Linji Gwida u l-iskambju ta’ informazzjoni, stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE. Permezz ta’ dan il-kumitat, li ilu jiltaqa’ kull xahar sa mill-2010, l-Istati Membri ġew mgħarrfa dwar il-progress u l-kontenut tal-proċess ta’ reviżjoni. Barra dan, is-servizzi tal-Kummissjoni organizzaw bosta sessjonijiet ta’ laqgħat bilaterali u multilaterali mal-Istati Membri, sabiex jiddiskutu fid-dettall l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv u jippreżentaw il-karatteristiċi ewlenin tan-netwerk ewlieni. Ġew stabbiliti kuntatti ma’ partijiet interessati individwali permezz ta’ laqgħat separati, f’konferenzi u permezz tal-Koordinaturi tal-UE f’laqgħat tal-Proġetti ta’ Prijorità rispettivi tagħhom. 2.3. Valutazzjoni tal-Impatt Il-Valutazzjoni tal-Impatt tidentifika erba’ għanijiet speċifiċi sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’ netwerk frammentat. Għat-titjib tal-koordinazzjoni fl-ippjanar tal-UE, l-ewwel għan speċifiku huwa li: - Jiġi definit approċċ koerenti u trasparenti sabiex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-UE tat-TEN-T, bl-indirizzar ta’ aspetti tal-frammentazzjoni tan-netwerk relatati mal-konnessjonijiet nieqsa, il-multimodalità, u konnessjonijiet adegwati ma’ pajjiżi ġirien u dawk terzi, kif ukoll sabiex tiġi żgurata kopertura ġeografika adegwata. Bl-għan li tiġi ddisinjata struttura ta' governanza solida sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' konfigurazzjoni ottimali tan-netwerk, it-tliet għanijiet speċifiċi l-oħra huma li: - Titrawwem l-implimentazzjoni ta’ standards Ewropej għas-sistemi tal-ġestjoni u jsiru sforzi għall-iżvilupp ta' regoli armonizzati tal-operat għall-proġetti tat-TEN-T ta' interess komuni. Dan l-għan m’għandux il-mira li jimponi standards u regoli ġodda speċifiċi, iżda pjuttost li jiġu żgurati l-adozzjoni u l-implimentazzjoni effettivi ta' standards komuni Ewropej diġà żviluppati. - Tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġu koordinati l-investimenti, iż-żmien, l-għażla tar-rotot, u l-valutazzjonijiet ambjentali u tal-benefiċċju mal-kost għall-proġetti ta’ interess komuni. - Jiġi żgurat li l-konfigurazzjoni ottimali tan-netwerk tkun element ewlieni fl-allokazzjoni tal-finanzjament tal-UE sabiex jiġi permess li jsir iffukar fuq is-sezzjonijiet transkonfinali, il-konnessjonijiet nieqsa u l-konġestjonijiet. Ir-riżultat kien żewġ għażliet ta' politika: - Għażla 1, il-kombinazzjoni ta’ approċċ ta’ ippjanar fil-parti l-kbira bbażat fuq il-politika attwali, iżda b’ċertu emendi fid-dawl tal-esperjenza miksuba, ma’ approċċ imsaħħaħ ta’ koordinazzjoni lejn l-implimentazzjoni; - Għażla 2, il-kombinazzjoni ta’ approċċ iżjed b’saħħtu ma' koordinazzjoni tal-ippjanar, permezz tal-identifikazzjoni ta’ konfigurazzjoni ottimizzata għall-“qalba” strateġika tat-TEN-T, bl-istess approċċ imsaħħaħ ta’ koordinazzjoni lejn l-implimentazzjoni. Kull għażla għandha ġġib titjib sinifikanti meta mqabbla mal-approċċ tal-politika bażi, kemm f’termini ta’ effikaċja fl-implimentazzjoni kif ukoll f’termini ta’ impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali. L-Għażla 2, minħabba l-koordinazzjoni iżjed b’saħħitha kemm fil-livell ta' ppjanar kif ukoll f'dak tal-implimentazzjoni, għandu jkollha impatt pożittiv ġenerali ogħla. 2.4. Metodoloġija għad-disinn tan-netwerk ewlieni Id-disinn tan-netwerk ewlieni kif inkluż f’din il-proposta huwa r-riżultat ta’ metodoloġija li fuqha ntlaħaq ftehim komuni. Ġie ddisinjat skont il-metodoloġija li ġejja bbażata fuq żewġ passi[15]. L-ewwel stadju kien l-identifikazzjoni tan-nodi ewlenin: - In-nodi urbani ewlenin, li jinkludu l-ibliet kapitali tal-Istati Membri kollha, l-ibliet “MEGA” kollha skont l-EPSON u ż-żoni urbani jew il-konurbazzjonijiet kbar l-oħra kollha, inkluża l-infrastruttura multimodali rilevanti kollha tagħhom sakemm tkun parti min-netwerk komprensiv; ġie identifikat total ta’ 83 nodi urbani li huma elenkati f’anness għal-Linji Gwidi; il-portijiet u l-ajruporti li jagħmlu parti b’mod dirett min-nodu urban huma parti min-netwerk ewlieni; - Fuq barra ta' dawn in-nodi urbani ewlenin, il-portijiet li jaqbżu ċertu limitu massimu ta' volum jew li jilħqu ċertu kriterji ġeografiċi; bħala total, fl-anness għal-Linji Gwida hemm elenkati 83 port; - Il-punti l-iżjed rilevanti ta’ qsim minn fruntiera għal oħra: wieħed kull modulu bejn kull Stat Membru u kull pajjiż tal-viċinat; bħala total, fl-anness għal-Linji Gwida, hemm elenkati 46 punti ta’ qsim minn fruntiera għal oħra. It-tieni pass kien jikkonsisti fil-konnessjoni ta’ dawn in-nodi ewlenin permezz ta’ konnessjonijiet multimodali (toroq, ferroviji, kanali interni), skont id-disponibbiltà jew il-fattibbiltà, b’kunsiderazzjoni għall-effikaċja u l-effiċjenza u preferibbilment bl-użu tal-infrastruttura eżistenti. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA 3.1. Sommarju tal-miżuri proposti Ir-Regolament propost se jirrevoka u jissostitwixxi d-Deċiżjoni 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-linji gwidi tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. Il-proposta tinkludi l-elementi ewlenin li ġejjin: - It-TEN-T se jiġi żviluppat b’mod gradwali permezz tal-implimentazzjoni ta’ approċċ ta’ saff doppju, li jinkludi netwerk komprensiv u netwerk ewlieni. - In-netwerk komprensiv għandu jitwaqqaf l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2050, waqt li n-netwerk ewlieni għandu jiġi implimentat bħala prijorità sal-31 ta’ Diċembru 2030. - Il-Linji Gwida jistabbilixxu l-qafas għall-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni. Dawn il-proġetti jikkontribwixxu għall-iżvilupp u t-twaqqif ta’ TEN-T permezz tal-ħolqien, il-manutenzjoni, ir-riabilitazzjoni u t-titjib tal-infrastruttura, permezz ta’ miżuri għall-promozzjoni tal-użu b’effiċjenza tar-riżorsi tal-infrastruttura u billi jippermettu li jitwettqu servizzi tat-trasport tal-merkanzija sostenibbli u effiċjenti. - Bl-għan li jkun hemm kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi u dawk ġirien[16], l-Unjoni Ewropea tista’ tippromwovi proġetti ta’ interess reċiproku. - In-netwerk komprensiv jiġi speċifikat bi: - mapep; - komponenti tal-infrastruttura; - rekwiżiti tal-infrastruttura; - prijoritajiet għall-promozzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni. - It-terminals għat-trasport tal-merkanzija, l-istazzjonijiet tal-passiġġieri, il-portijiet interni, il-portijiet marittimi u l-ajruporti se jgħaqqdu l-moduli tat-trasport sabiex jippermettu t-trasport multimodali. - In-nodi urbani jiffurmaw elementi ewlenin fin-netwerk komprensiv bħala punti ta’ konnessjoni bejn l-infrastrutturi differenti tat-trasport. - Il-linji gwida jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għan-netwerk ewlieni, minbarra r-rekwiżiti għan-netwerk komprensiv, pereżempju d-disponibbiltà ta’ karburanti alternattivi. Il-Kummissjoni se timmonitorja u tevalwa l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni. - Il-kurituri tan-netwerk ewlieni huma strument għall-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni. Għandhom jiġu bbażati fuq l-integrazzjoni u l-interoperabbiltà modali u jwasslu għal żvilupp u ġestjoni koordinati. - Il-Koordinaturi Ewropej se jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata tal-kurituri, b’kooperazzjoni ma’ pjattaformi tal-kuritur li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati. - Kull pjattaforma tal-kuritur se tistabbilixxi pjan multiannwali ta’ żvilupp, inklużi pjanijiet ta’ investiment u implimentazzjoni, bħala struttura tal-ġestjoni. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni se tadotta atti ta’ implimentazzjoni (deċiżjonijiet) għal kull kuritur. - Il-proposta tirrikjedi reviżjoni regolari tal-annessi permezz ta’ atti ddelegati sabiex jiġu aġġornati l-mapep tan-netwerk komprensiv. Hija timplika wkoll reviżjoni tan-netwerk ewlieni sal-2023. 3.2. Bażi legali Il-bażi legali għal din il-proposta huwa l-Artikolu 172 tat-TFUE. 3.3. Prinċipju tas-sussidjarjetà L-iżvilupp ikkoordinat ta’ netwerk tat-trasport trans-Ewropew għall-appoġġ tal-flussi tat-trasport fis-suq uniku Ewropew u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Ewropa tirrikjedi azzjoni li għandha tittieħed f’livell tal-Unjoni Ewropea, billi azzjoni bħal din ma setgħetx tittieħed b’mod individwali mill-Istati Membri. B’mod partikolari dan huwa l-każ għas-sezzjonijiet transkonfinali. 3.4. Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità, u taqa’ fl-ambitu għal azzjoni fil-qasam tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, kif definit fl-Artikolu 170 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-azzjoni maħsuba b’din il-proposta hija limitata b’mod speċifiku għad-dimensjoni Ewropea tan-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport. 3.5. Għażla ta' strument Il-Linji Gwida tat-TEN-T kurrenti ġew proposti u adottati bħala Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Din id-Deċiżjoni hija indirizzata b’mod speċifiku lill-Istati Membri, li jfisser li l-Linji Gwida jorbtu fl-intier tagħhom għall-Istati Membri kollha. Waqt li l-Istati Membri tradizzjonalment kienu l-atturi ewlenin involuti fl-iżvilupp u l-ġestjoni tal-infrastruttura tat-trasport, l-iżviluppi jissuġġerixxu li din is-sitwazzjoni qiegħda tinbidel b’mod progressiv. L-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport u entitajiet pubbliċi u privati oħra wkoll saru atturi ewlenin fl-iżvilupp tal-infrastruttura. B’iżjed atturi minbarra l-Istati Membri li qegħdin jiġu involuti fl-ippjanar, l-iżvilupp u l-operat tat-TEN-T, huwa importanti li jiġi żgurat li l-Linji Gwida jkunu vinkolati għal kulħadd. Għalhekk il-Kummissjoni għażlet Regolament bħala l-istrument legali għal din il-proposta. Barra dan, għandu jiġi nnotat li huwa maħsub li l-proposta tkopri l-perjodu li jasal sal-2050. Għalhekk huwa diffiċli li jiġu antiċipati l-kategoriji ta' atturi li jistgħu jiġu involuti fil-proġetti tal-implimentazzjoni tat-TEN-T f'dak il-perjodu. 3.6. Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. 4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI Il-proposta mhijiex se tinvolvi xi spiża addizzjonali għall-baġit tal-UE. 5. FAĊILITÀ TAL-KONNESSJONI TAL-EWROPA Fil-kuntest tal-Komunikazzjoni dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020[17], il-Kummissjoni ħabbret il-ħolqien ta’ strument ġdid fil-livell tal-UE, il-“Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa”, li se jiffinanzja l-infrastruttura prijoritarja tal-UE fit-trasport, l-enerġija u l-broadband diġitali. Il-faċilità se tappoġġja infrastrutturi b’dimensjoni ta’ Suq Ewropew u Uniku, billi timmira li tikseb l-appoġġ tal-UE dwar netwerks prijoritarji li jridu jiġu implimentati sal-2020 u fejn l-azzjoni Ewropea hija l-aktar meħtieġa. Il-faċilità se jkollha fond uniku ta’ EUR 50 biljun għall-perjodu 2014-2020, li minnhom EUR 31.7 biljun se jiġu allokati għat-trasport, u minn dawn EUR 10 biljun huma ring fenced (separati) għal investimenti relatati ma’ infrastrutturi tat-trasport fl-Istati Membri eliġibbli għall-Fond ta’ Koeżjoni. Il-Komunikazzjoni tissuġġerixxi wkoll li proġetti ta’ infrastruttura ta’ interess għall-UE li jgħaddu minn pajjiżi tal-viċinat u dawk ta’ qabel l-adeżjoni, fil-ġejjieni għandhom jiġu kkoordinati u msaħħa permezz tal-Faċilità l-ġdida tal-Konnessjoni tal-Ewropa[18]. Flimkien mal-Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa, il-linji gwidi attwali se jistabbilixxu l-prijoritajiet għal finanzjament Ewropew tal-infrastruttura tat-trasport. 6. SiMPLIFIKAZZJONI Il-proposta tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tar-regoli eżistenti. Permezz tal-approċċ tal-kuritur il-ġdid u t-twaqqif ta’ pjattaformi ta’ kurituri, it-tħejjija tal-proġett tista' tiġi ssimplifikata. 2011/0294 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[19], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[20] Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: 1. Id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar il-linji gwidi tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew[21] ġiet riformulata fl-interess taċ-ċarezza bid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-linji gwidi tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew[22]. 2. L-ippjanar, l-iżvilupp u l-operat tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropew jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' għanijiet ewlenin tal-Unjoni, bħall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u għandhom ukoll l-għanijiet speċifiċi li jippermettu l-mobilità mingħajr interruzzjonijiet u sostenibbli tal-persuni u l-merkanzija u jiżguraw l-aċċessibbiltà għar-reġjuni kollha tal-Unjoni. 3. Dawn l-għanijiet speċifiċi għandhom jintlaħqu bit-twaqqif ta’ interkonnessjonijiet u interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-trasport nazzjonali b’mod effiċjenti fir-riżorsi. 4. Iż-żieda fit-traffiku rriżultat f’żieda fil-konġestjoni fil-kurituri tat-trasport internazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-mobilità internazzjonali tal-merkanzija u l-passiġġieri, il-kapaċità tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u l-użu ta’ din il-kapaċità għandhom jiġu ottimizzati u, jekk ikun meħtieġ, imkabbra bit-tneħħija tal-punti ta’ konġestjoni tal-infrastruttura u l-ħolqien ta’ konnessjonijiet ta’ infrastruttura nieqsa fi u bejn l-Istati Membri. 5. Kif iddikjarat fil-White Paper dwar it-Trasport “Pjan Direzzjonali għal Żona tat-Trasport Ewropea Unika – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti”[23], l-effiċjenza u l-effikaċja tat-trasport jistgħu jittejbu b’mod sinifikanti billi tiġi żgurata integrazzjoni modali aħjar matul in-netwerk, f’termini ta’ infrastruttura, flussi ta’ informazzjoni u proċeduri. 6. Il-White Paper tirrikjedi l-mobilitazzjoni ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni relatata mat-trasport sabiex tiġi żgurata ġestjoni tat-traffiku mtejba u integrata u sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi permezz ta' loġistika mtejba tat-trasport tal-merkanzija, rintraċċar tat-tagħbija,u skedi u flussi tat-traffiku ottimizzati. Billi miżuri bħal dawn jippromwovu l-ġestjoni u l-użu effiċjenti tal-infrastruttura tat-trasport, għandhom jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 7. Il-politika tan-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew għandha tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-politika ta’ trasport u s-sjieda tal-infrastruttura. Fl-imgħoddi, l-Istati Membri kienu l-entità ewlenija inkarigata mill-ħolqien u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport. Madankollu, entitajiet oħra, inklużi dawk privati, saru wkoll rilevanti għat-twettiq ta’ netwerk tat-trasport trans-Ewropew multimodali, inklużi pereżempju maniġers tal-infrastruttura, konċessjonarji jew awtoritajiet tal-portijiet u tal-ajruporti. 8. Fil-parti l-kbira tiegħu, in-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew jikkonsisti f' infrastruttura eżistenti. Din l-infrastruttura eżistenti hija ġestita minn entitajiet pubbliċi u privati differenti. Sabiex jintlaħqu b'mod sħiħ l-għanijiet tal-politika l-ġdida tan-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi dwar l-infrastruttura f’Regolament sabiex ikun hemm konformità magħhom minn kwalunkwe entità responsabbli għall-infrastruttura tan-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew. 9. L-aħjar mod li bih jista’ jiġi żviluppat in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew huwa permezz tal-approċċ tas-saff doppju, li jikkonsisti f’netwerk komprensiv u netwerk ewlieni, fejn dawn iż-żewġ saffi huma l-ogħla livell ta' ppjanar ta' infrastruttura fl-Unjoni. 10. In-netwerk komprensiv għandu jkun netwerk tat-trasport mifrux mal-Ewropa kollha li jiżgura l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha fl-Unjoni, inklużi l-iktar reġjuni remoti u mbiegħda, kif stabbilit ukoll fil-Politika Marittima Integrata[24] u t-tisħiħ tal-koeżjoni bejniethom. Il-linji gwidi għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-infrastruttura tan-netwerk komprensiv, sabiex jinkiseb netwerk ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni sal-2050. 11. In-netwerk ewlieni għandu jiġi identifikat u implimentat bħala prijorità fil-qafas ipprovdut bin-netwerk komprensiv sal-2030. Huwa għandu jikkostitwixxi s-sinsla tal-iżvilupp ta’ netwerk tat-trasport multimodali u jistimola l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv kollu. Għandu jippermetti li l-azzjoni tal-Unjoni tikkonċentra fuq dawk il-komponenti tan-netwerk ta’ trasport trans-Ewropew bl-ogħla valur miżjud Ewropew, b’mod partikolari s-sezzjonijiet transkonfinali, il-konnessjonijiet nieqsa, il-punti ta’ konnessjoni multimodali u l-punti ewlenin ta’ konġestjoni. 12. Sabiex jistabbilixxu n-netwerk ewlieni u komprensiv b’mod koordinat u fil-ħin, u b’hekk tkun possibbli l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tan-netwerk, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-proġetti ta' interess komuni jiġu finalizzati sal-2030 u l-2050 rispettivament. 13. Huwa meħtieġ li jiġu identifikati proġetti ta’ interess komuni li jikkontribwixxu għall-ilħuq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u li jikkorrispondu għall-prijoritajiet stabbiliti fil-linji gwidi. 14. Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom juru valur miżjud Ewropew ċar. Il-proġetti transkonfinali tipikament għandhom valur miżjud Ewropew għoli, iżda jista’ jkollhom effetti ekonomiċi diretti iżjed baxxi meta mqabbla ma’ proġetti purament nazzjonali. Għalhekk, huwa probabbli li ma jiġux implimentati mingħajr l-intervent tal-Unjoni. 15. Billi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew ma jitwettqux biss mill-Istati Membri, il-promoturi kollha tal-proġetti ta' interess komuni bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-maniġers tal-infrastruttura jew entitajiet privati jew pubbliċi oħra għandhom ikunu soġgetti għad-drittijiet u l-obbligi ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll għal regoli u proċeduri rilevanti oħra tal-Unjoni u nazzjonali, meta jkunu qegħdin iwettqu proġetti bħal dawn. 16. Il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi ġirien u dawk terzi hija meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konnessjoni u l-interoperabilità bejn in-netwerks rispettivi tal-infrastruttura. Għalhekk fejn ikun xieraq l-Unjoni għandha tippromwovi proġetti ta’ interess reċiproku ma’ dawk il-pajjiżi. 17. Sabiex tintlaħaq integrazzjoni modali matul in-netwerk, huwa meħtieġ ippjanar adegwat tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. Dan jimplika wkoll l-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti speċifiċi matul in-netwerk f’termini ta’ infrastruttura, sistemi intelliġenti ta’ trasport, tagħmir, u servizzi. Għalhekk huwa meħtieġ li tkun żgurata mobilitazzjoni adegwata u kkonċertata ta’ rekwiżiti bħal dawn fl-Ewropa kollha għal kull modulu tat-trasport u għall-interkonnessjoni tagħhom matul in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u lil hinn minnu, sabiex jinkisbu l-benefiċċji tal-effett tan-netwerk sabiex ikunu possibbli operazzjonijiet tat-trasport trans-Ewropew fuq medda twila. 18. Sabiex jiġu determinati infrastrutturi eżistenti u ppjanati għan-netwerk komprensiv u ewlieni, għandhom jiġu pprovduti u adatti maż-żmien mapep li għandhom jikkunsidraw l-evoluzzjoni tal-flussi tat-traffiku. Il-bażi teknika tal-mapep hija pprovduta mis-sistema TENtec tal-Kummissjoni li tinkludi livell ogħla ta’ dettall dwar l-infrastruttura tat-trasport trans-Ewropew. 19. Il-linji gwidi għandhom jistabbilixxu prijoritajiet sabiex jintlaħqu l-għanijiet saż-żmien speċifiku stipulat. 20. Is-sistemi tat-trasport intelliġenti huma meħtieġa sabiex jipprovdu l-bażi għall-ottimizzazzjoni tal-operat tat-traffiku u t-trasport u t-titjib tas-servizzi relatati. 21. Il-linji gwidi għandhom jipprovdu għall-iżvilupp tan-netwerk komprensiv fin-nodi urbani, billi dawk in-nodi huma l-punt tal-bidu jew id-destinazzjoni finali (“l-aħħar mil”) għall-passiġġieri u l-merkanzija li jkunu miexja fuq in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u huma punti ta’ trasferiment fi jew bejn moduli ta’ trasport differenti. 22. In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, minħabba l-iskala kbira tiegħu, għandu jipprovdi l-bażi għall-mobilitazzjoni fuq skala kbira ta’ teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, li, pereżempju, jistgħu jgħinu fit-titjib tal-effiċjenza ġenerali tas-settur tat-trasport Ewropew u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tiegħu. Dan se jikkontribwixxi lejn l-istrateġija Ewropa 2020 u l-mira tal-White Paper tat-Trasport ta' tnaqqis ta' 60% fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2050 (fuq bażi tal-livelli tal-1990) u fl-istess ħin jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għan taż-żieda tas-sigurtà tal-karburanti għall-Unjoni. 23. In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jiżgura multimodalità effiċjenti sabiex jippermetti għażliet modali aħjar li għandhom isiru u volumi kbar li għandhom jiġu konsolidati għat-trasferimenti fuq distanzi twal. Dan għandu jagħmel il-multimodalità iżjed ekonomikament attraenti għall-kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar. 24. Sabiex tintlaħaq infrastruttura tat-trasport ta’ kwalità għolja u effiċjenti matul il-moduli kollha, il-linji gwidi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-movimenti tal-passiġġieri u l-merkanzija, l-impatt tat-tibdil fil-klima u tad-diżastri potenzjali u dawk maħluqa mill-bnedmin tal-infrastruttura u l-aċċessibbiltà għall-utenti kollha tat-trasport. 25. In-netwerk ewlieni għandu jkun sottogrupp tan-netwerk komprensiv li jkun qed jissovrastah. Għandu jirrappreżenta n-nodi l-iżjed importanti mil-lat strateġiku tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, skont il-ħtiġijiet tat-traffiku. Għandu jkun multimodali, jiġifieri jinkludi l-moduli kollha tat-trasport u l-konnessjonijiet tagħhom kif ukoll sistemi rilevanti tal-ġestjoni tat-traffiku u l-informazzjoni. 26. Sabiex ikun implimentat in-netwerk ewlieni fil-perjodu ta' żmien mogħti, approċċ ta’ kuritur jista' jintuża bħala strument għall-koordinazzjoni ta' proġetti fuq bażi transnazzjonali u għas-sinkronizzazzjoni tal-iżvilupp tal-kuritur, u b'hekk ikunu massimizzati l-benefiċċji. 27. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jindirizzaw ukoll għanijiet usa’ tal-politika tat-trasport u jiffaċilitaw l-integrazzjoni modali u l-operat multimodali. Dan għandu jippermetti kurituri żviluppati b’mod speċjali li jkunu ottimizzati f’termini ta’ użu enerġetiku u emissjonijiet, u b'hekk jimminimizzaw l-impatti ambjentali, u huma wkoll attraenti għall-affidabilità, il-konġestjoni limitata u spejjeż tal-operat u amministrattivi baxxi tagħhom. Lista tal-bidu tal-kurituri għandha tiġi inkluża fir-Regolament (UE) XXX/2012 [Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa], iżda għandha tkun adattabbli sabiex tikkunsidra t-tibdil fil-flussi tat-traffiku. 28. L-iddisinjar tal-istruttura tajba tal-governanza u l-identifikazzjoni tas-sorsi tal-finanzjament għall-proġetti transkonfinali kumplessi jsir eħfef bil-ħolqien ta’ pjattaformi tal-kurituri għal dawn il-kurituri tan-netwerk ewlieni. Il-Koordinaturi Ewropej għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata tal-kurituri tan-netwerk ewlieni. 29. Fl-iżvilupp tal-kurituri tan-netwerk ewlieni għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għall-kurituri tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija mwaqqfa skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tat-22 ta’ Settembru 2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv[25] kif ukoll għall-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni għal ERTMS ipprovdut fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE tat-22 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/679/KE rigward l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità relatata mas-subsistema tal-kmand-kontroll u s-senjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea[26]. 30. Sabiex tiġi massimizzata l-konsistenza bejn il-linji gwidi u l-programmazzjoni tal-istrumenti finanzjarji rilevanti disponibbli f’livell tal-Unjoni, il-finanzjament tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jkun ibbażat fuq dan ir-Regolament u jiddependi fuq il-Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa[27]. B’mod korrispondenti, għandu jimmira għall-allinjament u l-għaqda tal-finanzjament minn strumenti interni u esterni rilevanti bħal fondi strutturali u ta’ koeżjoni, il-Faċilità tal-Investiment fil-Viċinat (NIF), l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA),[28] u mill-finanzjament mill-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp u istituzzjonijiet finanzjarji oħra. B'mod partikolari, meta jkun qed jiġi żviluppat in-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-kundizzjonalitajiet ex ante applikabbli għat-trasport kif previst fl-Anness IV għar-Regolament UE Nru XXX2012 [Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, kopert mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1083/2006][29]. 31. Sabiex jiġu aġġornati l-Annessi u b’mod partikolari l-mapep sabiex jiġi kkunsidrat tibdil possibbli li jirriżulta mill-użu effettiv ta’ ċertu elementi ta’ infrastruttura tat-trasport analizzati skont limiti massimi kwantitattivi stabbiliti minn qabel, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni rigward l-emendi tal-Annessi. Hija ta’ importanza partikolari għall-Kummissjoni li twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż f'livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tabbozza atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin opportun u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. 32. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi lill-Kummissjoni. Dawk il-poteri għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxu r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċitar tas-setgħat ta' implimentazzjoni mill-Kummissjoni[30] 33. Billi l-għanijiet tal-azzjoni li għandha tittieħed, u b’mod partikolari t-twaqqif u l-iżvilupp ikkoordinat tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-ħtieġa għal koordinazzjoni ta’ dawn l-għanijiet, jintlaħqu aħjar f’livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artiklu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit ukoll f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT KAPITOLU I PRINĊIPJI ĠENERALI Artikolu 1 Suġġett 34. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-linji gwidi tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem “il-linji gwida”) għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew li jiddeterminaw l-infrastruttura tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew li fih jiġu identifikati proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. 35. Il-linji gwida jispeċifikaw ir-rekwiżiti li għandhom jiġu rispettati mill-entitajiet responsabbli għall-ġestjoni tal-infrastruttura tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. 36. Il-linji gwida jistabbilixxu l-prijoritajiet għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew. 37. Il-linji gwida jipprovdu miżuri għall-implimentazzjoni tan-netwerk trans-Ewropew. Artikolu 2 Kamp ta' Applikazzjoni 38. Il-linji gwida għandhom japplikaw għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew li jinkludi 39. infrastruttura tat-trasport eżistenti u ppjanata msemmija fil-paragrafu 2, u 40. miżuri li jippromwovu l-ġestjoni u l-użu effiċjenti ta’ din l-infrastruttura. 41. L-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew tikkonsisti fi: (a) 42. infrastruttura tat-trasport ferrovjarju kif determinat fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II; (b) 43. infrastruttura tal-kanali interni kif determinat fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II; (c) 44. infrastruttura tat-trasport bit-toroq kif dterminat fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu II; (d) 45. infrastruttura tat-trasport marittimu kif determinat fit-Taqsima 4 tal-Kapitolu II; (e) 46. infrastruttura tat-trasport bl-ajru kif determinat fit-Taqsima 5 tal-Kapitolu II; (f) 47. infrastruttura għat-trasport multimodali kif determinat fit-Taqsima 6 tal-Kapitolu II; (g) 48. is-sistemi tat-tagħmir u tat-trasport intelliġenti assoċjati mal-infrastruttura tat-trasport imsemmija fil-punti (a) sa (f). Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-fini ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: 49. ‘proġett ta’ interess komuni’ tfisser kwalunkwe biċċa ta’ infrastruttura ppjanata, ta’ infrastruttura tat-trasport eżistenti jew kwalunkwe tibdil fl-infrastruttura tat-trasport eżistenti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II u kwalunkwe miżura li tipprovdi l-ġestjoni u l-użu effiċjenti ta’ infrastruttura bħal din. 50. ‘proġett ta’ interess reċiproku’ tfisser proġett li jinvolvi kemm l-Unjoni kif ukoll pajjiż terz wieħed jew iżjed minn wieħed li jkollu l-għan li jgħaqqad in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew man-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport ta’ dawk il-pajjiżi sabiex jiġu ffaċilitati l-flussi tat-trasport ewlenin. 51. ‘pajjiż terz’ tfisser kwalunkwe pajjiż tal-viċinat u l-pajjiżi l-oħra kollha li magħhom tista’ tikkoopera l-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet fil-mira ta’ dan ir-Regolament. 52. ‘pajjiż tal-viċinat’ tfisser il-pajjiż li jaqa’ taħt il-Politika Ewropea tal-Viċinat, inkluża s-Sħubija Strateġika, il-Politika tat-Tkabbir[31], iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. 53. Il-‘valur miżjud Ewropew’ tfisser, fir-rigward ta' proġett, il-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li kien jinħoloq b'azzjoni minn Stat Membru waħdu 54. ‘maniġer tal-infrastruttura’ tfisser kwalunkwe korp jew impriża responsabbli b’mod partikolari għall-istabbiliment u l-manutenzjoni ta’ infrastruttura tat-trasport. Dan jista’ jinkludi wkoll il-ġestjoni ta’ sistemi ta’ kontroll u sikurezza tal-infrastruttura; 55. ‘sistemi intelliġenti tat-trasport (ITS)’ tfisser sistemi li jużaw teknoloġiji ta’ informazzjoni, komunikazzjoni, navigazzjoni u pożizzjonar/lokalizzazzjoni sabiex jiġġestixxu l-mobbiltà u t-traffiku fuq in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u sabiex jipprovdu servizzi ta’ valur miżjud liċ-ċittadini u l-operaturi, inkluż għal użu tan-netwerk sikur, mingħajr periklu, ambjentalment b'saħħtu u b'effiċjenza tal-kapaċitajiet. Jistgħu jinkludu wkoll strumenti ta’ abbord, bil-kundizzjoni li jiffurmaw sistema indiviżibbli mal-komponenti tal-infrastruttura korrispondenti. Huma jinkludu sistemi, teknoloġiji u servizzi msemmija fil-punti (h)-(l); 56. ‘sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru’ tfisser sistema kif speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament tal-interoperabilità)[32] u fil-Plan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (ATM) kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)[33]. 57. 'Sistemi ta’ Monitoraġġ u Informazzjoni tat-Traffiku Marittimu’ (VTMIS) tfisser sistemi skjerati għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tat-traffiku u t-trasport marittimu, bl-użu ta’ informazzjoni mis-Sistemi tal-Identifikazzjoni Awtomatika tal-Vapuri (AIS), l-Identifikazzjoni u r-Rintraċċar fuq Medda Twila tal-Vapuri (LRIT), sistemi kostali tar-radar u l-komunikazzjonijiet bir-radju kif ipprovdut fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE[34]; 58. 'Servizzi tal-Informazzjoni dwar ix-Xmajjar (RIS)’ tfisser teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fuq passaġġi fuq l-ilma interni kif definit fid-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament u l-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar is-servizzi armonizzati ta’ informazzjoni tax-xmajjar (RIS) f’passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità[35]; 59. ‘Servizzi Marittimi elettroniċi’ tfisser servizzi li jużaw teknoloġiji avvanzati u interoperabbli tal-informazzjoni fis-settur tat-trasport marittimu sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġjar tal-volum tal-merkanzija fuq il-baħar u fiż-żoni tal-portijiet; 60. 'Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS)’ tfisser is-sistema definita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/679/KE tat-28 ta’ Marzu 2006[36] u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/860 tas-7 ta’ Novembru 2006[37] dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-sottosistemi tal-kontroll-kmand u tas-senjalar tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej konvenzjonali u ta’ veloċità għolja: 61. ‘modulu tat-trasport’ tfisser trasport ferrovjarju, tal-kanali interni, bit-toroq, marittimu jew bl-ajru. 62. ‘trasport multimodali’ tfisser il-ġarr ta’ merkanzija jew ta' passiġġieri, jew it-tnejn li huma, bl-użu ta’ żewġ moduli jew iżjed ta’ trasport; 63. ‘nodu urban’ tfisser żona urbana fejn l-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew hija konnessa ma’ partijiet oħra ta’ dik l-infrastruttura u mal-infrastruttura għat-traffiku reġjonali u lokali; 64. ‘pjattaforma loġistika’ tfisser żona li hija konnessa direttament mal-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew li tinkludi mill-inqas terminal wieħed tal-merkanzija, u tippermetti li jitwettqu attivitajiet loġistiċi; 65. ‘terminal tal-merkanzija’ tfisser struttura mgħammra għat-trasbord bejn mill-inqas żewġ moduli tat-trasport u għall-ħżin temporanju tal-merkanzija, bħal portijiet, portijiet interni, ajruporti u terminals ferrovjarji; 66. ‘Reġjun NUTS’ tfisser reġjun li kif inhu definit fin-Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Artikolu 4 Għanijiet tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew 67. In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jippermetti s-servizzi u l-operat tat-trasport li: 68. jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ mobilità u trasport tal-utenti tiegħu fl-Unjoni u fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, u b’hekk jikkontribwixxu sabiex ikun hemm iżjed żvilupp ekonomiku u kompetittività; 69. ikunu ekonomikament effiċjenti, jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet ta’ trasport b’livell baxx ta’ karbonju u nadif, is-sigurtà tal-karburant u l-ħarsien ambjentali, ikunu siguri u jkollhom standards ta’ kwalità għolja, kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll għal dak tal-merkanzija; 70. jippromwovu l-kunċetti teknoloġiċi u tal-operat l-iżjed avvanzati; 71. jipprovdu aċċessibbiltà xierqa tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, u b’hekk ikunu qegħdin jippromwovu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jappoġġjaw l-iżvilupp inklużiv. 72. Fl-iżvilupp tal-infrastruttura tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, għandhom jiġu segwiti l-għanijiet li ġejjin: 73. l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tan-netwerks tat-trasport nazzjonali; 74. it-tneħħija tal-punti ta’ konġestjoni u l-ħolqien ta’ konnessjonijiet nieqsa,kemm fl-infrastrutturi tat-trasport kif ukoll fil-punti tal-konnessjoni bejn dawn, fit-territorji tal-Istati Membri u fil-punti tal-qsim minn konfini għall-ieħor bejniethom; 75. l-iżvilupp tal-moduli kollha tat-trasport b’mod konsistenti mal-iżgurar ta’ trasport sostenibbli u ekonomikament effiċjenti fuq perjodu twil; 76. l-aħjar integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-moduli kollha tat-trasport; 77. l-użu effiċjenti tal-infrastruttura; 78. il-promozzjoni ta’ użu wiesgħa ta’ trasport bl-iżjed effett newtrali ta' karbonju; 79. il-konnessjonijiet tal-infrastruttura tat-trasport bejn in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u n-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport tal-pajjiżi ġirien, u l-promozzjoni tal-interoperabilità tagħhom; 80. l-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-infrastruttura, prinċipalment fil-qasam tal-interoperabilità, is-sigurtà u s-sikurezza, li se jkunu punt ta’ referenza għall-kwalità, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tas-servizzi tat-trasport; 81. kemm għat-traffiku tal-passiġġieri kif ukoll għal dak tal-merkanzija, konnessjonijiet mingħajr xkiel bejn l-infrastruttura tat-trasport għat-traffiku fuq distanzi twal min-naħa waħda, u traffiku reġjonali u lokali min-naħa l-oħra; 82. infrastruttura tat-trasport li tirrifletti s-sitwazzjonijiet speċifiċi fil-partijiet differenti tal-Unjoni u tipprovdi għal kopertura bilanċjata tar-reġjuni Ewropej, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda u oħra periferiċi; 83. aċċessibbiltà għall-persuni anzjani, persuni ta’ mobilità mnaqqsa u għall-passiġġieri b’diżabilità. (j) (k) Artikolu 5 Netwerk b’effiċjenza fir-riżorsi L-Istati Membri u, kif xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport u, kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra għandhom jippjanaw, jiżviluppaw u joperaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew b’mod effiċjenti għar-riżorsi, permezz ta’: 84. titjib tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-infrastruttura; 85. il-mobilitazzjoni wiesgħa ta’ teknoloġiji ġodda u ITS; 86. it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti; 87. il-kunsiderazzjoni ta’ sinerġiji possibbli ma’ netwerks oħra, b’mod partikolari netwerks trans-Ewropej tal-enerġija u/jew tat-telekomunikazzjoni; 88. il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali strateġiku, bl-istabbiliment ta’ pjanijiet u programmi xierqa u ta' impatti dwar il-mitigazzjoni tal-klima; 89. miżuri sabiex tiġi ppjanata u mkabbra l-kapaċità tal-infrastruttura fejn dan ikun meħtieġ; 90. kunsiderazzjoni adegwata għall-vulnerabbiltà tal-infrastruttura tat-trasport rigward klima li qed tinbidel kif ukoll diżastri naturali u dawk maħluqa mill-bnedmin. Artikolu 6 Struttura b’saff doppju tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew 91. L-iżvilupp gradwali tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew b’mod partikolari għandu jintlaħaq bl-implimentazzjoni ta’ struttura b'saff doppju għal dan in-netwerk, li tinkludi netwerk komprensiv u netwerk ewlieni. 92. In-netwerk komprensiv għandu jkun magħmul mill-infrastrutturi kollha eżistenti u ppjanati tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kif ukoll miżuri li jippromwovu l-użu effiċjenti ta’ infrastrutturi bħal dawn. Għandu jiġu żviluppat skont il-Kapitolu II. 93. In-netwerk ewlieni għandu jikkonsisti f'dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza strateġika għall-ilħuq tal-għanijiet għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. Għandu jiġi identifikat u żviluppat skont il-Kapitolu III. Artikolu 7 Proġetti ta’ interess komuni 94. Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida tat-trasport, il-manutenzjoni, ir-riabilitazzjoni u t-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti u permezz ta’ miżuri li jippromwovu l-użu tiegħu b’effiċjenza tar-riżorsi. 95. Proġett ta’ interess komuni għandu: 96. jikkontribwixxi għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4; 97. jikkonforma mal-Kapitolu II u, jekk jikkonċerna n-netwerk ewlieni, jikkonforma wkoll mal-Kapitolu III; 98. ikun ġie suġġett għal analiżi soċjo-ekonomika tal-benefiċċju tal-kostijiet li tirriżulta f'valur nett preżenti pożittiv; 99. juri valur miżjud Ewropew ċar. 100. Proġett ta’ interess komuni jista’ jinkludi ċ-ċiklu komplut tiegħu, inkluż l-istudji dwar il-fattibbiltà u l-proċeduri għall-ksib tal-permessi, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni. 101. L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġetti kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-proġetti jitwettqu b’konformità mar-regoli u l-proċeduri rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-ħarsien tal-klima, is-sigurtà, is-sikurezza, il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u s-saħħa pubblika. 102. Il-proġetti ta’ interess komuni huma eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni taħt l-istrumenti disponibbli għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, b’mod partikolari l-Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa stabbilita bir-Regolament (UE) Nru XXX/2012. Artikolu 8 Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi 103. L-Unjoni tista’ tappoġġja proġetti ta’ interess komuni sabiex tikkonnettja n-netwerk ta' trasport trans-Ewropew ma' netwerks tal-infrastruttura ta’ pajjiżi terzi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-Politika tat-Tkabbir, iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles u li l-għan tagħhom huwa li: 104. jikkonnettjaw in-netwerk ewlieni fil-punti ta’ qsim minn konfini għall-ieħor; 105. jiżguraw il-konnessjoni bejn in-netwerk ewlieni u n-netwerks tat-trasport tal-pajjiżi terzi; 106. Jikkompletaw l-infrastruttura tat-trasport f'pajjiżi terzi li sservi ta' ħolqa bejn partijiet tan-netwerk ewlieni fl-Unjoni; 107. jimplimentaw sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku f’dawk il-pajjiżi. Dawn il-proġetti ta' interess komuni għandhom isaħħu l-kapaċità jew l-utilità ta' netwerks li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar. 108. L-Unjoni tista’ tikkoopera ma’ pajjiżi terzi sabiex tippromwovi proġetti ta’ interess reċiproku. Dawn il-proġetti għandhom jippruvaw li: 109. jippromwovu l-interoperabilità bejn in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u n-netwerks tal-pajjiżi ġirien; 110. jippromwovu l-estensjoni tal-politka tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew fil-pajjiżi terzi; 111. jiffaċilitaw it-trasport bl-ajru mal-pajjiżi terzi, b’mod partikolari billi jestendu l-Ajru Uniku Ewropew u l-kooperazzjoni fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru; 112. jiffaċilitaw it-trasport marittimu u jippromvovu l-awtostradi tal-baħar mal-pajjiżi terzi. 113. Il-proġetti ta’ interess reċiproku li jaqgħu taħt il-paragrafu 2(a) għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kapitolu II. 114. L-Anness III jinkludi mapep indikattivi tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew estiż għal pajjiżi ġirien speċifiċi. 115. L-Unjoni tista' tuża strumenti tal-koordinazzjoni u finanzjarji eżistenti jew twaqqaf u tuża oħra ġodda mal-pajjiżi tal-viċinat, bħall-Facilità tal- Investiment fil-Viċinat (NIF), jew l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) , għall-promozzjoni ta' proġetti ta' interess reċiproku. 116. L-Unjoni tista’ tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali u reġjonali sabiex tilħaq kwalunkwe għan ieħor fil-mira ta’ dan l-Artikolu KAPITOLU II IN-NETWERK KOMPRENSIV Artikolu 9 Dispożizzjonijiet ġenerali 117. In-netwerk komprensiv għandu jikkostitwixxi l-bażi għall-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni. 118. In-netwerk komprensiv għandu: 119. ikun kif speċifikat fil-mapep fl-Anness I dan ir-Regolament; 120. jiġi speċifikat permezz tad-deskrizzjoni tal-komponenti tal-infrastruttura; 121. jikkonforma mar-rekwiżiti għall-infrastrutturi tat-trasport stabbiliti f’dan il-Kapitolu; 122. jistabbilixxi l-qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja kif imsemmi fl-Artikoli 10 sa 35. 123. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk komprensiv jitlesta u jkun jikkonforma kompletament mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Kapitolu mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2050. Artikolu 10 Prijoritajiet L-Unjoni, l-Istati Membri, il-maniġers tal-infrastrutturi u promoturi oħra ta’ proġetti, waqt l-iżvilupp ta’ netwerk komprensiv, għandhom jagħtu kunsiderazzjoni partikolari lill-miżuri li huma meħtieġa għal: (e) 124. l-implimentazzjoni u l-mobilitazzjoni ta’ sistemi tat-trasport intelliġenti, inklużi miżuri li jippermettu l-ġestjoni tat-traffiku, l-iskedar multimodali u s-servizzi tal-informazzjoni, ir-rintraċċar multimodali, l-ippjanar tal-kapaċitajiet u s-servizzi integrati onlajn ta' riservazzjoni u ta' xiri ta’ biljetti; (f) 125. il-ħolqien ta’ konnessjonijiet nieqsa u t-tneħħija ta’ punti ta’ konġestjoni,prinċipalment fis-sezzjonijiet transkonfinali; (g) 126. it-tneħħija tal-ostakli amministrattivi u tekniċi, b’mod partikolari għall-interoperabilità tan-netwerk u għall-kompetizzjoni; (h) 127. l-iżgurar tal-aħjar integrazzjoni tal-moduli tat-trasport; (i) 128. l-iżgurar ta’ aċċessibbiltà xierqa għar-reġjuni kollha tal-Unjoni; 129. it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-infrastruttura f’termini ta’ effiċjenza, sigurtà, sikurezza, klima u fejn ikun xieraq reżistenza għad-disastri, prestazzjonijiet ambjentali, kundizzjonijiet soċjali, aċċessibbiltà għall-utenti kollha, kwalità tas-servizzi u l-kontinwità tal-flussi tat-traffiku; 130. il-promozzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku avvanzat; (j) 131. -iżgurar tas-sikurezza tal-karburant billi jiġi permess l-użu ta’ sorsi tal-enerġija alternattivi u b’mod partikolari dawk b’livell baxx jew żero ta’ karbonju u sistemi ta’ propulsjoni (k) 132. l-evitar taż-żoni urbani għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. Taqsima 1INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT FERROVJARJU ARTIKOLU 11 Mapep Il-linji ferrovjarji li jiffurmaw parti min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Anness I. Artikolu 12 Komponenti tal-infrastruttura 133. L-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju tinkludi b’mod partikolari: 134. linji ferrovjarji ta’ veloċità għolja u konvenzjonali, inklużi: (i) binarji żgħar maġenb il-binarju ewlieni (sidings) (ii) mini; (iii) pontijiet; 135. terminals għat-trasport tal-merkanzija u pjattaformi loġistiċi għat-trasbord ta’ merkanzija fil-modulu ferrovjarju u bejn il-ferroviji u moduli oħra tat-trasport: 136. stazzjonijiet fuq il-linji indikati fl-Anness I għat-trasferiment tal-passiġġieri fil-modulu ferrovjarju u bejn il-ferroviji u moduli oħra tat-trasport; 137. tagħmir assoċjat; 138. ITS 139. Il-linji ferrovjarji għandu jkollhom waħda mill-forom li ġejjin: 140. Linji ferrovjarji għat-trasport ta’ veloċità għolja li huma: (i) linji ta’ veloċità għolja mibnija b’mod speċjali mgħammra għall-veloċitajiet li jkunu ekwivalenti għal jew ogħla minn 250 km/h; (ii) linji konvenzjonali mtejba b’mod speċjali mgħammra għall-veloċitajiet ta’ madwar 200 km/h; 141. Linji ferrovjarji għat-trasport konvenzjonali. 142. It-tagħmir tekniku assoċjat mal-linji ferrovjarji għandu jinkludi sistemi tal-elettrifikazzjoni, tagħmir għat-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri u t-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija fl-istazzjonijiet, il-pjattaformi loġistiċi u t-terminals għat-trasport tal-merkanzija. Huwa għandu jinkludi kwalunkwe faċilità meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-operat sikur, sigur u effiċjenti tal-vetturi. Artikolu 13 Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport 143. L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija għandhom jiżguraw li kwalunkwe terminal tal-merkanzija jkun miftuħ għall-peraturi kollha. L-operaturi tal-pjattaformi loġistiċi għandhom joffru mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha. L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija u l-pjattaforma loġistika għandhom jipprovdu dan l-aċċess b’mod mhux diskriminatorju u japplikaw tariffi trasparenti. 144. L-operaturi tal-istazzjonijiet tal-passiġġieri għandhom jiżguraw li l-istazzjonijiet tal-passiġġieri jipprovdu aċċess għal informazzjoni, ix-xiri tal-biljetti u l-attivitajiet kummerċjali għat-traffiku ferrovjarju matul in-netwerk komprensiv kollu u fejn ikun xieraq informazzjoni dwar il-konnessjoni mat-trasport lokali u reġjonali, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità relatata mas-subsistema ‘applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea.[38] 145. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: 146. il-linji ferrovjarji jkunu mgħammra b’ERTMS. 147. l-infrastruttura ferrovjarja tikkonforma mad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità[39] u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha sabiex tintlaħaq l-interoperabilità tan-netwerk komprensiv; 148. l-infrastruttura ferrovjarja tikkonforma mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni teknika ta’ Interoperabilità (TSI) adottata skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/57/KE għal linji ġodda u mtejba, minbarra f’każijiet ġustifikati kif xieraq, fejn ikun permess mit-TSI rilevanti jew taħt il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/57/KE. Fi kwalunkwe każ, l-infrastruttura ferrovjarja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: (a) 149. it-track gauge nominali għal-linji ferrovjarji ġodda: 1 435 mm[40]; 150. elettrifikazzjoni; 151. linji li jintużaw minn ferroviji għat-trasport tal-merkanzija konvenzjonali[41]: tagħbija tal-fus ta’ 22,5 t, u tul tal-ferrovija ta’ 750 metru; 152. diżlivelli massimi għal-linji ġodda li għandhom jintużaw minn ferroviji għat-trasport ta’ merkanzija konvenzjonali: 12,5 mm/m[42]. Artikolu 14 Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: 153. il-mobilitazzjoni tal-ERTMS; (g) 154. il-mitigazzjoni tal-impatt tal-istorbju kkawżat mit-trasport tal-ferroviji; (h) 155. l-ilħuq ta’ standards ogħla minn dawk stabbiliti bħala rekwiżiti minimi fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif deskritt fl-Artikolu13. (i) (j) (k) Taqsima 2INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT TAL-KANALI INTERNI ARTIKOLU 15 Mapep Il-kanali interni u l-portijiet interni li jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Anness I. Artikolu 16 Komponenti tal-infrastruttura 156. L-infrastruttura tal-kanali interni partikolarment tinkludi: 157. xmajjar; 158. kanali; 159. għadajjar; 160. infrastruttura relatata bħal serraturi, elevejters, pontijiet, ġibjuni; 161. portijiet interni inkluża l-infrastruttra meħtieġa għall-operat tat-trasport fiż-żona tal-port; 162. tagħmir assoċjat; 163. STI (Sistemi ta’ trasport intelliġenti). 164. Il-portijiet interni għandu jkollhom volum annwali ta’ trasbord tal-merkanzija li jaqbeż il-500 000 tunnellata. Il-volum annwali totali ta’ trasbord tal-merkanzija huwa bbażat fuq l-aħħar medja ta’ tliet snin disponibbli, kif ippubblikat mill-Eurostat. 165. B’mod parikolari t-tagħmir assoċjat mal-portijiet għandu jippermetti l-użu tas-sistemi tal-propulsjoni u l-operat li jnaqqsu t-tniġġis, il-konsum tal-enerġija u l-intensità tal-karbonju. Huwa jinkludi l-faċilitajiet għar-rimi tal-iskart. Artikolu 17 Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport 166. Fl-isfera tar-responsabbiltajiet tagħhom, l-Istati Membri, l-operaturi tal-portijiettal-portijiet u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-portijiet interni jkunu konnessi mal-infrastruttura tat-toroq u dik ferrovjarja tan-netwerk komprensiv. 167. L-operaturi tal-portijiettal-portijiet għandhom jiżguraw li kwaunkwe port intern joffri mill-inqas terminal wieħed għat-trasport tal-merkanzija li jkun miftuħ għall-operaturi kollha b'mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi trasparenti. 168. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: 169. ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi għall-kanali tal-Klassi IV kif stabbilit fil-Ftehim Ewropew dwar il-Kanali Interni Ewlenin ta’ Importanza Internazzjonali (AGN) dwar il-klassifikazzjoni l-ġdida tal-kanali interni[43] u jiżguraw ikklerjar kontinwu tal-pontijiet. 170. ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar ikunu mgħammra b’RIS. Artikolu 18 Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: 171. għall-kanali interni eżistenti: l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu l-istandards tal-kanali interni tal-klassi IV; 172. fejn ikun xieraq, l-ilħuq ta’ standards ogħla minn dawk tal-kanali interni tal-klassi IV, sabiex jiġu sodisfatti d-domandi tas-suq; 173. l-implimentazzjoni tal-STI, inkluż RIS; 174. il-konnessjoni tal-infrastruttura tal-portijiet interni mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju. Taqsima 3INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT FIT-TOROQ (b) ARTIKOLU 19 Mapep It-toroq li jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma indikati fuq mapep fl-Anness I. Artikolu 20 Komponenti tal-infrastruttura 175. L-infrastruttura tat-trasport marittimu tinkludi b’mod partikolari : 176. toroq ta’ kwalità għolja, inklużi (i) pontijiet; (ii) mini; (iii) punti ta’ konġunzjoni; (iv) passaġġi; (v) interskambji; 177. żoni ta' parkeġġ; 178. tagħmir assoċjat; 179. STI; 180. terminals għat-trasport tal-merkanzija u pjattaformi loġistiċi; 181. stazzjonijiet tal-karozzi tal-linja. 182. It-toroq ta’ kwalità għolja msemmija fil-paragrafu 1(a) huma dawk li għandhom irwol importanti għat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq distanzi twal, jintegraw iċ-ċentri urbani u ekonomiċi ewlenin, joħolqu interkonnessjoni ma’ moduli oħra tat-trasport u jgħaqqdu r-reġjuni NUTS 2 maqtugħa mill-baħar u dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni. 183. It-toroq ta’ kwalità għolja għandhom jiġu ddisinjati u mibnija b’mod speċjali għat-traffiku tal-vetturi bil-mutur, u għandhom ikunu kemm toroq prinċipali għall-vetturi bil-mutur (motorways) kif ukoll toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa (express). 184. Triq prinċipali għall-vetturi bil-mutur hija triq iddisinjata b’mod speċifiku u mibnija għat-traffiku tal-vetturi bil-mutur, li ma sservix proprjetajiet li jmissu magħha, u li: (i) tiġi pprovduta, minbarra f’punti speċjali jew temporanjament, b’karreġġjati separati għaż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku, separati minn xulxin bi strixxa diviżorja mhux maħsuba għat-traffiku, jew, b’mod eċċezzjonali, b’mezzi oħra. (ii) ma taqsamx f’livell mal-ebda triq, binarju ferrovjarju jew tat-tramm, jew mogħdija tar-riġel; u (iii) tiġi ssenjalata fit-toroq bħala triq prinċipali għall-vetturi bil-mutur. 185. Triq li tgħaqqad bliet direttament u bil-ħeffa hija triq riservata għat-traffiku tal-vetturi bil-mutur aċċessibbli minn interskambji jew punti ta’ konġunzjoni kkontrollati biss u li: (i) tipprojbixxi l-waqfien u l-parkeġġ fuq il-karreġġjata; u (ii) ma taqsamx f’livell mal-ebda binarju ferrovjarju jew tat-tramm, jew mogħdija tar-riġel. 186. It-tagħmir assoċjat mat-toroq għandu jinkludi b’mod partikolari tagħmir għall-ġestjoni tat-traffiku, gwida għall-ksib ta’ informazzjoni u dwar ir-rotot, għall-ġbir tat-tariffi tal-utenti, għas-sigurtà, għat-tnaqqis tal-effetti ambjentali negattivi, għar-riforniment bil-karburant jew l-iċċarċġjar mill-ġdid ta’ vetturi b’tip ta’ sewqan alternattiv u għaż-żoni ta’ parkeġġ siguri għall-vetturi kummerċjali. Artikolu 21 Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: 187. It-toroq jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(3). 188. Is-sigurtà tal-infrastruttura tat-trasport fit-toroq tkun garantita, immonitojrata u, meta jkun meħtieġ, imtejba skont il-proċedura pprovduta mid-Direttiva 2008/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-ġestjoni tas-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq[44]. 189. Il-mini bit-toroq b’tul ta’ iżjed minn 500 metru għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 2004/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-sigurtà għall-mini fin-netwerk trans-Ewropew tat-toroq[45]. 190. L-interoperabilità tas-sistemi tal-ġbir tal-ħlasijiet hija żgurata skont id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi tal-ġbir tal-ħlasijiet tat-toroq fil-Komunità[46] u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta’ Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tal-Ġbir tal-Ħlasijiet u l-elementi tekniċi tiegħu[47]. 191. Ikunu mobilitizzati s-sistemi tat-trasport intelliġenti tal-infrastruttura tat-trasport fit-toroq li jikkonformaw mad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-mobilitazzjoni ta’ Sistemi tat-Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport fit-toroq u għall-interfaċċji ma’ moduli oħra ta’ trasport[48]. Artikolu 22 Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: 192. l-użu ta’ ITS, b’mod partikolari l-informazzjoni multimodali u l-ġestjoni tat-traffiku u sabiex jiġu permessi sistemi ta’ komunikazzjoni u ħlasijiet integrati; 193. introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u innovazzjoni għall-promozzjoni tat-trasport b’livell baxx ta’ karbonju; 194. il-provvista ta’ żoni siguri ta’ parkeġġ; 195. il-promozzjoni tas-sigurtà fit-toroq. Taqsima 4INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT MARITTIMU ARTIKOLU 23 Mapep Il-portijiet marittimi li jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Anness I. Artikolu 24 Komponenti tal-infrastruttura 196. L-infrastruttura tat-trasport marittimu tinkludi b’mod partikolari : 197. spazju marittimu; 198. kanali fil-baħar; 199. portijiet marittimi, inkluża l-infrastruttura meħtieġa għall-operat tat-trasport fiż-żona tal-port; 200. għajnuniet navigazzjonali; 201. approċċi għall-portijiet; 202. awtostradi tal-baħar; 203. tagħmir assoċjat; 204. STI. 205. Il-portijiet marittimi għandhom ikunu punti tad-dħul u l-ħruġ għall-infrastruttura tal- art tan-netwerk komprensiv. Huma għandhom jissodisfaw mill-inqas wieħed mill- kriterji li ġejjin: 206. Il-volum totali annwali tat-traffiku tal-passiġġieri jaqbeż l-0.1 % tal-volum totali annwali tat-traffiku tal-passiġġieri tal-portijiet marittimi kollha tal-Unjoni. L-ammont ta’ referenza għal dan il-volum totali huwa l-aħħar medja disponibbli meħuda fuq tliet snin, ibbażata fuq l-istatistiki ppubblikati mill-Eurostat. 207. Il-volum totali annwali tal-merkanzija – kemm għall-immaniġġjar tal-merkanzija bil-grossa kif ukoll għal dik mhux bil-grossa – jaqbeż 0.1% tat-total annwali tal-volum ta’ merkanzija mmaniġġjata fil-portijiet marittimi kollha tal-Unjoni. L-ammont ta’ referenza għal dan il-volum totali huwa l-aħħar medja disponibbli meħuda fuq tliet snin, ibbażata fuq l-istatistiki ppubblikati mill-Eurostat. 208. Il-port marittimu jkun jinsab fuq gżira u jipprovdi l-uniku punt ta’ aċċess għal reġjun NUTS 3 fin-netwerk komprensiv. 209. Il-port marittimu jkun jinsab f’reġjun l-aktar imbiegħed jew żona periferika, lil hinn minn raġġ ta’ 200 kilometru mill-port l-iktar fil-qrib fin-netwerk komprensiv. 210. It-tagħmir assoċjat mal-infrastruttura tat-trasport marittimu għandu jinkludi b’mod partikolari tagħmir għat-tkissir tas-silġ, stħarriġ idroloġiku, u t-tħammil u l-manutenzjoni tal-port u l-approċċi għall-port. Artikolu 25 Awtostradi tal-baħar 211. L-awtostradi tal-baħar jirrappreżentaw id-dimensjoni marittima tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. Għandhom jikkonsistu minn rotot tal-baħar ta’ distanzi qosra, infrastruttura u tagħmir marittimu assoċjati, u faċilitajiet li jippermettu t-trasport bil-baħar għal distanzi qosra u/jew servizzi tal-baħar-xmajjar bejn mill-inqas żewġ portijiet, inklużi l-konnessjonijiet fil-hinterland, f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti. L-awtostradi tal-baħar għandhom jinkludu: 212. konnessjonijiet marittimi bejn portijiet marittimi tan-netwerk komprensiv; 213. faċilitajiet tal-port, teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) bħas-sistemi elettroniċi tal-ġestjoni tal-loġistika, proċeduri tas-sigurtà u s-sikurezza u dawk amministrattivi u doganali f’mill-inqas wieħed mill-Istati Membri; 214. infrastruttura għal aċċess dirett tal-art u l-baħar. 215. Il-proġetti ta’ interess komuni għall-awtostradi tal-baħar fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandhom jiġu proposti minn tal-inqas żewġ Stati Membri. Huma għandhom jieħdu waħda mill-forom li ġejjin: 216. ikunu l-komponent marittimu ta’ kuritur ta' netwerk ewlieni kif definit fl-Artikolu 49, jew jikkostitwixxu l-komponent marittimu bejn żewġ kurituri tan-netwerk ewlieni; 217. jikkostitwixxu konnessjoni marittima u l-konnessjonijiet tal-hinterland tagħha fin-netwerk ewlieni bejn żewġ portijiet jew iżjed tan-netwerk ewlieni; 218. jikkostitwixxu konnessjoni marittima u l-konnessjonijiet tal-hinterland tagħha bejn port tan-netwerk ewlieni u portijiet tan-netwerk komprensiv, b’iffokar speċjali fuq il-konnessjonijiet tal-hinterland tal-portijiet tan-netwerk ewlieni u dak komprensiv. 219. Il-proġetti ta’ interess komuni għall-awtostradi tal-baħar fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet li jkollhom benefiċċji usa’ u ma jkunux konnessi ma’ portijiet speċifiċi, bħall-attivitajiet għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, attivitajiet sabiex il-faċilitajiet għat-tkissir tas-silġ isiru disponibbli, attivitajiet li jiggarantixxu navigabilità matul is-sena kollha, operat ta’ tħammil, facilitajiet alternattivi għall-għoti tal-karburant, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-proċessi, il-proċeduri u l-element uman, pjattaformi tal-ICT u sistemi tal-informazzjoni, inkluż il-ġestjoni tat-traffiku u s-sistemi elettroniċi ta' rapportar. Artikolu 26 Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport 220. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri, l-operaturi tal-portijiet u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: 221. Il-portijiet marittimi huma konnessi mal-linji ferrovjarji, it-toroq u, fejn ikun possibbli, il-kanali interni tan-netwerk komprensiv, minbarra f’Malta u Ċipru sakemm l-ebda sistema ferrovjarja ma tiġi stabbilita fit-territorju tagħhom. 222. Kwalunkwe port marittimu joffri mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha b’mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi trasparenti. 223. Il-kanali fil-baħar, il-kanali navigabbli u l-estwarji tal-portijiet jgħaqqdu żewġ ibħra, jew jipprovdu aċċess mill-baħar għall-portijiet marittimi u jikkorrispondu mill-inqas għall-klassi VI tal-kanali interni. 224. L-operaturi tal-portijiet għandhom jiżguraw li l-portijiet jinkludu t-tagħmir meħtieġ sabiex jiżguraw il-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti fil-portijiet, b’mod partikolari l-faċilitajiet ta’ rimi ta' skart iġġenerat mill-bastimenti u r-residwi tal-merkanzija skont id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet fil-portijiet ta’ rimi ta' skart iġġenerat mill-bastimenti u r-residwi tal-merkanzija[49]. 225. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-VTMIS kif ipprovdut fid-Direttiva 2002/59/KE. Artikolu 27 Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: 226. il-promozzjoni ta' awtostradi tal-baħar inkluż trasport bil-baħar għal distanzi qosra; 227. l-interkonnessjoni tal-portijiet marittimi mal-kanali interni; 228. l-implimentazzjoni ta’ VTMIS u sevizzi elettroniċi Marittimi Taqsima 5Infrastruttura tat-trasport bl-ajru ARTIKOLU 28 Mapep L-ajruporti li jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Anness I. Artikolu 29 Komponenti tal-infrastruttura 229. L-infrastruttura tat-trasport bl-ajru tinkludi b’mod partikolari : 230. spazju tal-ajru, rotot u passaġġi tal-ajru; 231. ajruporti; 232. tagħmir assoċjat; 233. STI. 234. L-ajruporti għandhom jikkonformaw ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin: 235. Għall-ajruporti tal-passiġġieri: (i) it-traffiku totali annwali tal-passiġġieri jkun mill-inqas 0.1 % tal-volum totali annwali tal-passiġġieri tal-ajruporti kollha tal-Unjoni. Il-volum totali annwali tal-passiġġieri huwa bbażat fuq l-aħħar medja disponibbli fuq tliet snin, kif ippubblikat mill-Eurostat; (ii) il-limitu tal-volum ta’ 0.1% ma japplikax jekk l-ajruport ikun jinsab lil hinn minn raġġ ta’ 100 kilometru mill-eqreb ajruport fin-netwerk komprensiv, jew lil hinn minn raġġ ta’ 200 kilometru jekk ir-reġjun li fih ikun jinsab ikun ipprovdut b’linja ferrovjarja ta’ veloċità għolja. Għall-ajruporti tal-merkanzija: (b) 236. l-volum totali annwali tal-merkanzija huwa mill-inqas 0.2 % tal-volum totali annwali tal-merkanzija tal-ajruporti kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-volum totali annwali tal-merkanzija huwa bbażat fuq l-aħħar medja disponibbli meħuda fuq tliet snin, kif ippubblikat mill-Eurostat. Artikolu 30 Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport 237. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri u l-operaturi tal-ajruporti għandhom jiżguraw li kwalunkwe ajruport joffri mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha b’mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi trasparenti. 238. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri, l-operaturi tal-ajruporti u l-linji tal-ajru għandhom jiżguraw li l-istandards bażiċi komuni għas-salvagwardja tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali, kif adottat mill-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2320/2002[50], japplikaw għall-infrastruttura tat-trasport bl-ajru tan-netwerk komprensiv. 239. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri, l-operaturi tal-ajruporti u l-linjital-ajru għandhom jiżguraw li l-infrastruttra għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru tippermetti l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien tal-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament qafas)[51], ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-provvista ta’ servizzi għan-navigazzjoni bl-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-provvista tas-servizz)[52], ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament dwar l-ispazju tal-ajru)[53] u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tan-netwerk tal-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Ewropew (ir-Regolament tal-interoperabilità)[54] sabiex tittejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni, tar-regoli tal-implimentazzjoni u tal-ispeċifikazzjonijiet tal-Unjoni. Artikolu 31 Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: 240. It-titjib tal-infrastruttura eżistenti; 241. iż-żieda tal-kapaċità tal-ajruporti; 242. l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew u tas-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, b'mod partikolari dawk li jimmobilitizzaw is-SESAR Taqsima 6Infrastruttura għat-trasport multimodali ARTIKOLU 32 Mapep It-terminals tal-merkanzija u l-pjattaformi loġistiċi li jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Anness I. Artikolu 33 Komponenti tal-infrastruttura It-terminals tal-merkanzija jew il-pjattaformi loġistiċi għandhom jikkonformaw mill-inqas ma’ wieħed mill-kriterji li ġejjin: 243. it-trasbord totali tal-merkanzija tagħhom jaqbeż il-limitu kwantitattiv massimu għall-portijiet marittimi stabbilit fl-Artikolu 24; 244. fejn ma jkun hemm l-ebda terminal tal-merkanzija jew pjattaforma loġistika li jikkonformaw mal-punt (a) f’reġjun NUTS 2, it-terminal tal-merkanzija jew il-pjattaforma loġistika ewlenin iddeżinjati mill-Istat Membru kkonċernat, konnessi mill-inqas ma’ toroq u ferroviji għar-reġjun NUTS 2. Artikolu 34 Rekwiżiti tal-infrastruttura tat-trasport 245. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri, l-operaturi ta’ terminals tal-merkanzija, portijiet u ajruporti, u maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: 246. l-modi tat-trasport ikunu konnessi fi kwalunkwe post minn dawn li ġejjin: Terminals tal-merkanzija, stazzjonijiet tal-passiġġieri, portijiet interni, portijiet marittimi sabiex jippermettu t-trasport multimodali tal-merkanzija u l-passiġġieri. 247. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, it-terminals għat-trasport ta’ merkanzija u l-pjattaformi loġistiċi, il-portijiet interni u dawk marittimi kif ukoll l-ajruporti li jimmaniġġjaw it-tagħbija tal-merkanzija huma mgħammra għall-provvista tal-flussi ta’ informazzjoni f’din l-infrastruttura u bejn il-moduli tat-trasport tul il-katina loġistika. Sistemi bħal dawn għandhom b’mod partikolari jippermettu l-informazzjoni f’ħin reali dwar il-kapaċità tal-infrastruttura disponibbli, il-flussi tat-traffiku u l-pożizzjonar u r-rintraċċar, u jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza matul il-vjaġġi multimodali. 248. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, it-traffiku kontinwu tal-passiġġieri matul in-netwerk komprensiv għandu jiġi ffaċilitat permezz ta’ tagħmir xieraq u d-disponibbiltà tal-ITS fl-istazzjonijiet ferrovjarji, l-istazzjonijiet tal-karozzi tal-linja, l-ajruporti u fejn ikun rilevanti l-portijiet marittimi u dawk tal-kanali interni. 249. L-operaturi tat-terminals tat-trasport tal-merkanzija għandhom jiżguraw li t-terminals tal-merkanzija jkunu mgħammra bi krejns, konvejers u strumenti oħra għall-ispostament ta’ merkanzija bejn moduli differenti ta’ trasport u għall-pożizzjonar u l-ħżin tal-merkanzija. Artikolu 35 Qafas għall-iżvilupp ta’ infrastruttura prijoritarja L-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta’ interess komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: 250. il-provvista għal interkonnessjoni u integrazzjoni effettivi tal-infrastruttura tan-netwerk komprensiv, inkluż permezz ta' infrastruttura tal-aċċess fejn ikun meħtieġ u permezz ta’ terminals tat-trasport tal-merkanzija u pjattaformi loġistiċi; 251. it-tneħħija tal-ostakli tekniċi u amministrattivi ewlenin għat-trasport multimodali; 252. l-iżvilupp ta’ fluss mingħajr xkiel ta’ informazzjoni bejn il-moduli tat-trasport u li tiġi permessa l-provvista ta’ servizzi multimodali u ta’ modulu uniku matul is-sistema tat-trasport trans-Ewropew, inkluż is-servizzi relatati ta’ komunikazzjoni, ħlas, xiri ta’ biljetti u kummerċjalizzazzjoni. Taqsima 7Dispożizzjonijiet komuni ARTIKOLU 36 Nodi urbani L-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti, meta jkunu qegħdin jiżviluppaw in-netwerk komprensiv fin-nodi urbani għandhom ikollhom l-għan li jiżguraw: 253. għat-trasport tal-passiġġieri: l-interkonnessjoni bejn l-infrastruttura ferrovjarja, tal-ajru u, skont kif xieraq, tal-kanali interni, tat-toroq u dik marittima tan-netwerk komprensiv; 254. għat-trasport tal-merkanzija: l-interkonnessjoni bejn l-infrastruttura ferrovjarja u, skont kif xieraq, tal-kanali interni, tal-ajru, dik marittima u tat-toroq tan-netwerk komprensiv; 255. konnessjoni adegwata bejn stazzjonijiet ferrovjarji differenti jew ajruporti tan-netwerk komprensiv fin-nodu urban; 256. konnessjoni mingħajr xkiel bejn l-infrastruttura tan-netwerk komprensiv u l-infrastruttura għat-traffiku reġjonali u lokali, inklużi ċ-ċentri tal-konsolidazzjoni u d-distribuzzjoni loġistiċi; 257. l-evitar taż-żoni urbani għat-trasport fit-toroq sabiex jiġu faċilitati l-flussi tat-traffiku fuq distanzi twal fin-netwerk komprensiv; 258. l-evitar taż-żoni urbani għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija; 259. il-promozzjoni tal-kunsinna effiċjenti tal-merkanzija urbana b’ħoss baxx u b'karbonju-baxx. Artikolu 37 STI 260. L-STI għandhom jippermettu l-ġestjoni tat-traffiku u l-iskambju tal-informazzjoni fi u bejn il-moduli tat-trasport għall-operat tat-trasport multimodali u s-servizzi b'valur miżjud relatati mat-trasport, it-titjib tas-sigurtà, is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali. 261. L-STI għandhom jiffaċilitaw il-konnessjoni mingħajr xkiel bejn l-infrastruttura tan-netwerk komprensiv u l-infrastruttura għat-trasport reġjonali u lokali. 262. L-STI assoċjati mal-moduli tat-trasport għandhom jinkludu b’mod partikolari: 263. għall-ferroviji: L-ERTMS - Sistema Ewropea għall-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju 264. għall-kanali interni: Servizzi ta’ Informazzjoni tax-Xmajjar u sevizzi Marittimi elettroniċi; 265. għat-trasport bit-toroq: ITS skont id-Direttiva 2010/40/UE; 266. għat-trasport marittimu: VTMIS u servizzi Marittimi elettroniċi; 267. għat-trasport bl-ajru: sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw minn SESAR. Artikolu 38 Servizzi tat-trasport tal-merkanzija L-Unjoni, l-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-proġetti ta’ interess komuni li jipprovdu servizzi effiċjenti tat-trasport tal-merkanzija li jużaw l-infrastruttura tan-netwerk komprensiv u jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju. B’mod partikolari dawn il-proġetti għandu jkollhom l-għan li: 268. itejbu l-użu sostenibbli tal-infrastruttura tat-trasport, inkluż il-ġestjoni effiċjenti tagħha; 269. jippromwovu l-mobilitazzjoni ta’ servizzi tat-trasport innovattivi jew kombinazzjonijiet ġodda ta’ servizzi tat-trasport eżistenti li l-effiċjenza tagħhom tkun ġiet ippruvata, inkluż permezz tal-applikazzjoni ta' ITS u t-twaqqif ta' strutturi rilevanti ta' governanza; 270. jiffaċilitaw l-operat tas-servizz tat-trasport multimodali u jtejbu l-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizz tat-trasport; 271. jistimolaw l-effiċjenza fir-riżorsi u l-karbonju, prinċipalment fl-oqsma tat-trazzjoni tal-vetturi, is-sewqan/tisħin bil-fwar, l-ippjanar ta’ sistemi u operat, il-kondiviżjoni tar-riżorsi u l-kooperazzjoni; 272. janalizzaw, jipprovdu informazzjoni dwar u jagħmlu monitoraġġ tas-swieq, il-karatteristiċi u l-prestazzjoni tal-flotot, ir-rekwiżiti amministrattivi u r-riżorsi umani. Artikolu 39 Teknoloġiji ġodda u innovazzjoni In-netwerk komprensiv għandu jżomm aġġornat mal-iżviluppi u l-mobilitazzjoni b’teknoloġija avvanzata. B’mod partikolari dawn għandu jkollhom l-għan li: 273. jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport permezz ta’ tranżizzjoni lejn teknoloġiji innovattivi tat-trasport; 274. jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tal-moduli kollha tat-trasport billi jistimolaw l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-introduzzjoni ta’ sistemi alternattivi ta’ propulsjoni u l-provvista tal-infrastruttura korrispondenti. Infrastruttura bħal din tista’ tinkludi gradilji u faċilitajiet oħra meħtieġa għall-provvista tal-enerġija, b’kunsiderazzjoni tal-infrastruttura - interfaċċja tal-vetturi u tinkludi sistemi tat-trasport intelliġenti; 275. itejbu s-sigurtà u s-sostenibbiltà tal-moviment tal-persuni u l-merkanzija; 276. itejbu l-operat, l-aċċessibbiltà, l-interoperabilità, il-multimodalità u l-effiċjenza tan-netwerk, inkluż ix-xiri tal-biljetti multimodali; 277. jippromwovu miżuri għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, bħat-tniġġis ta’ kwalunkwe tip, inkluż l-istorbju, il-konġestjoni u l-ħsara għas-saħħa; 278. jintroduċu teknoloġija tas-sikurezza u standards tal-identifikazzjoni konformi fuq in-netwerks; 279. itejbu r-reżistenza għat-tibdil fil-klima; 280. itejbu aktar l-iżvilupp u l-mobilitazzjoni ta' sistemi ta' trasport intelliġenti fi u bejn il-moduli tat-trasport. Artikolu 40 Infrastruttura ta’ sigurtà u sikura L-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari sabiex jiġi garantit li l-infrastruttura tat-trasport tipprovdi grad għoli ta’ sigurtà u sikurezza għall-movimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Artikolu 41 Infrastruttura b’garanzija li tiflaħ għat-tibdil fil-klima u r-reżistentza għad-diżastri Waqt l-ippjanar tal-infrastruttura, l-Istati Membri u promoturi oħra ta’ proġetti għandhom jagħtu konsiderazzjoni xierqa għall-valutazzjonijiet tar-riskju u l-miżuri tal-adozzjoni li jtejbu b’mod adegwat ir-reżistenza għat-tibdil fil-klima, b’mod partikolari b’relazzjoni mal-preċipitazzjonijiet, l-għargħar, il-maltempati, it-temperaturi għolja u l-imwieġ ta’ sħana, in-nixfiet, it-tlugħ fil-livell tal-baħar u l-mewġ fuq il-kosta, b’konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit li jista’ jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Fejn ikun xieraq, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għar-reżistenza tal-infrastruttura għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem b’konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit li jista’ jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Artikolu 42 Ħarsien ambjentali L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġettgħandhom iwettqu valutazzjoni ambjentali tal-pjani u l-proġetti b’mod partikolari kif ipprovdut fid-Direttivi Nru 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1984 dwar l-istima ta’ l-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent[55] u Nru 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa[56] u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill: Nru 2000/60/KE tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma[57], Nru 2001/42/KE tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent[58] u Nru 2009/147/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi[59], sabiex ikunu evitati, jew fejn possibbli miġġielda jew ikkumpensati għal impatti negattivi fuq l-ambjent bħall-frammentazzjoni tal-pajsaġġ, l-issiġillar tal-ħamrija, it-tniġġiż tal-ilma u tal-arja kif ukoll l-istorbju u biex tkun protetta b’mod effettiv il-bijodiversità. Artikolu 43 Aċċessibbiltà għall-utenti kollha L-infrastruttura tat-trasport għandha tippermetti mobilità u aċċessibbiltà mingħajr xkiel għall-utenti kollha, b’mod partikolari l-persuni anzjani, il-persuni b’mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b’diżabilità. KAPITOLU III IN-NETWERK EWLIENI Artikolu 44 Identifikazzjoni tan-netwerk ewlieni 281. In-netwerk ewlieni għandu jikkonsisti minn dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza strateġika għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. In-netwerk ewlieni għandu b’mod partikolari jikkontribwixxi għall-ġestjoni tajba ta' mobilità li dejjem qiegħda tiżdied u għall-iżvilupp ta' sistema tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju. 282. In-netwerk ewlieni għandu jkun interkonness f’nodi u jipprovdi għal konnessjonijiet man-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport tal-pajjiżi tal-viċinat. 283. L-infrastrutturi tat-trasport li jikkostitwixxu n-netwerk ewlieni huma indikati fil-mapep korrispondenti tan-netwerk komprensiv fl-Anness I. Artikolu 45 Rekwiżiti 284. In-netwerk ewlieni għandu jirrifletti d-domanda tat-traffiku li tkun qiegħda tevolvi u l-ħtieġa għal trasport multimodali. Għandhom jiġu kkunsidrati teknoloġiji avvanzati u miżuri regolatorji u ta’ governanza għall-ġestjoni tal-użu tal-infrastruttura sabiex jiġi garantit użu b’effiċjenza tar-riżorsi tal-infrastruttura tat-trasport u ssir provvista għal kapaċità suffiċjenti. 285. L-infrastruttura tan-netwerk ewlieni għandha tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II mingħajr eċċezzjoni. Barra minn hekk, l-infrastruttura għandha tissodisfa wkoll r-rekwiżiti li ġejjin tan-netwerk ewlieni: 286. għall-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju: 287. elettrifikazzjoni sħiħa tal-linji ferrovjarji; 288. il-linji bi traffiku regolari ta’ merkanzija: tal-inqas 22.5 t ta’ piż tal-fus, veloċità tal-linja ta’ 100 km/h u tul tal-ferrovija ta’ 750 m; 289. għall-infrastruttura tan-navigazzjoni interna u t-trasport marittimu: 290. id-disponibilità ta’ karburanti nodfa alternattivi; 291. għall-infrastruttura tat-trasport bit-toroq: 292. l-iżvilupp ta’ żoni ta’ mistrieħ madwar kull 50 kilometru fuq l-awtostradi sabiex inter alia jiġi pprovdut spazju biżżejjed għal parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq b’livell xieraq ta’ sigurtà u sikurezza; 293. id-disponibilità ta’ karburanti nodfa alternattivi; 294. għall-infrastruttura tat-trasport bl-ajru: 295. il-kapaċità li jsiru disponibbli karburanti nodfa alternattivi. Artikolu 46 Żvilupp tan-netwerk ewlieni 296. L-infrastruttura tat-trasport inluża fin-netwerk ewlieni għandha tiġi żviluppata skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Kapitolu II. 297. Il-proġetti ta’ interess komuni li jikkontribwixxu għat-tkomplija tan-netwerk ewlieni għandhom jiġu implimentati bħala prijorità. 298. Bla ħsara għall-Artikolu 47(2) u (3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk ewlieni jitlesta u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2030. Artikolu 47 Nodi tan-netwerk ewlieni 299. In-nodi tan-netwerk ewlieni huma stabbiliti fl-Anness II u jinkludu: 300. nodi urbani, inklużi l-portijiet u l-ajruporti tagħhom; 301. il-portijiet marittimi; 302. il-punti ta’ qsim minn konfini għall-ieħor f’pajjiżi tal-viċinat. 303. Il-portijiet marittimi indikati fil-Parti 2 tal-Anness II għandhom jiġu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u dak tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2030, minbarra f’każijiet li jiġu ġustifikati kif xieraq. 304. L-ajruporti ewlenin indikati fil-Parti 1b tal-Anness II għandhom ikunu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2050. B’kunsiderazzjoni għad-domanda potenzjali tat-traffiku, ajruporti bħal dawn għandhom jiġu integrati fin-netwerk ferrovjarju ta’ veloċità għolja kull fejn ikun possibbli. KAPITOLU IV IMPLIMENTAZZJONI TAN-NETWERK EWLIENI PERMEZZ TA’ KURITURI TAN-NETWERK EWLIENI Artikolu 48 Għan ġenerali tal-kurituri tan-netwerk ewlieni 305. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni huma strument li jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jiġu bbażati fuq l-integrazzjoni modali, l-interoperabilità, kif ukoll fuq żvilupp u ġestjoni koordinati tal-infrastruttura, sabiex iwasslu għal trasport multimodali u effiċjenti fir-riżorsi. 306. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jipprovdu għal approċċ ikkoordinat rigward l-użu tal-infrastruttura u l-investimenti, sabiex jiġġestixxu l-kapaċitajiet bl-iżjed mod effiċjenti. L-infrastruttura multimodali fil-kurituri tan-netwerk ewlieni għandha tinbena u tiġi koordinata, kull fejn ikun meħtieġ, b’mod li jottimizza l-użu ta’ kull modulu tat-trasport u l-kooperazzjoni tagħhom. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jappoġġjaw il-mobilitazzjoni komprensiva tas-sistemi interoperabbli tal-ġestjoni tat-traffiku. Artikolu 49 Definizzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni 307. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni jikkonsistu f'partijiet tan-netwerk ewlieni. Huma għandhom jinvolvu mill-inqas tliet moduli tat-trasport u jaqsmu mill-inqas tliet Stati Membri. Huma jkopru l-flussi transkonfinali fuq distanza twila l-iżjed importanti fin-netwerk ewlieni. 308. F’każijiet li jiġu ġustifikati kif xieraq il-kuritur tan-netwerk ewlieni jista' jinvolvi biss żewġ moduli tat-trasport. 309. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jinkludu portijiet marittimi u l-aċċessi għalih, minbarra f’każijiet li jiġu ġġustifikati kif xieraq. Artikolu 50 Lista tal-kurituri tan-netwerk ewlieni 310. Kull Stat Membru għandu jipparteċipa f’mill-inqas kuritur wieħed tan-netwerk ewlieni. 311. Il-lista tal-kurituri tan-netwerk ewlieni hija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 ta’ … [Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa]. Artikolu 51 Koordinazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni 312. Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni koordinata tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni għandha tinnomina, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, persuni msejħa “Koordinatur Ewropew”. 313. Il-Koordinatur Ewropew għandu jintgħażel, b’mod partikolari, fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħu/tagħha tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-għarfien tal-kwistjonijiet relatati mal-finanzjament u l-evalwazzjoni soċjo-ekonomika u ambjentali tal-proġetti ewlenin. 314. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinnomina Koordinatur Ewropew għandha tispeċifika kif ix-xogħlijiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jitwettqu. 315. Il-Koordinatur Ewropew għandu jaġixxi f’isem il-Kummissjoni. Il-mandat tal-Koordinatur Ewropew għandu jkun relatat ma’ kuritur uniku tan-netwerk ewlieni. Il-Koordinatur Ewropew għandu jfassal flimkien mal-Istati Membri kkonċernati pjan ta’ ħidma għall-attivitajiet li jkollhom jitwettqu. 316. Il-Koordinatur Ewropew għandu: 317. imexxi l-implimentazzjoni koordinata tal-kuritur tan-netwerk ewlieni sabiex jippermetti li tiġi rispettata l-iskeda tal-orarji stabbilita fid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni għall-kuritur tan-netwerk ewlieni individwali; 318. jirrapporta lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u, skont kif xieraq, lill-entitajiet l-oħra kollha involuti direttament fl-iżvilupp tal-kuritur tan-netwerk ewlieni dwar kwalunkwe diffikultà li tinħoloq u jikkontribwixxi sabiex jinstabu soluzzjonijiet xierqa; 319. jagħmel rapport kull sena għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-kuritur tan-netwerk ewlieni; 320. jikkonsulta, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, b’mod parikolari l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport, l-utenti tat-trasport u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra, bl-għan li jinkiseb għarfien iżjed komplut tad-domanda għas-servizzi tat-trasport, il-possibbiltajiet ta’ fondi ta’ investiment u finanzjament u tal-passi li għandhom jittieħdu u l-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal fondi jew finanzjament bħal dawn. 321. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw mal-Koordinatur Ewropew u għandhom jagħtu lill-Koordinatur l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tax-xogħlijiet imsemmija fil-paragrafu 5. 322. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, il-Kummissjoni tista’ titlob l-opinjoni tal-Koordinatur Ewropew fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni għall-kurituri tan-netwerk ewlieni li għalihom il-Koordinatur Ewropew ikun responsabbli. Artikolu 52 Governanza tal-kurituri tan-netwerk ewlieni 323. Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu pjattaforma tal-kuritur responsabbli għad-definizzjoni tal-għanijiet ġenerali tal-kuritur tan-netwerk ewlieni u għat-tħejjija u s-superviżjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 53(1). 324. Il-pjattaforma tal-kuritur għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra. Fi kwalunkwe każ, il-maniġers tal-infrastruttura rilevanti kif definiti fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura u t-tqegħid ta’ piżijiet għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà[60] għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-kuritur. 325. Il-Koordinatur Ewropew għandu jippresjedi l-pjattaforma tal-kuritur. 326. Il-pjattaforma tal-kuritur tista’ tiġi stabbilita bħala entità legali permanenti, bħall-Grupp Ewropew ta’ Interess Ekonomiku. 327. L-istabbiliment tal-pjattaformi tal-kuritur huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li l-benefiċjarju tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandu r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-proġetti. Artikolu 53 Pjan tal-iżvilupp tal-kuritur 328. Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati, b’kooperazzjoni mal-pattaforma tal-kuritur, għandhom ifasslu u jinnotifikaw b’mod konġunt lill-Kummissjoni pjan ta’ żvilupp tal-kuritur fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dan il-pjan għandu jinkludi b’mod partikolari: 329. deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-kuritur tan-netwerk ewlieni, inkluż il-punti tal-konġestjoni; 330. l-għanijiet għall-kuritur tan-netwerk ewlieni b’mod partikolari f’termini ta’ prestazzjoni espressa bħala l-kwalità tas-servizz, il-kapaċità tiegħu u l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II; 331. il-programm tal-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tal-kuritur tan-netwerk ewlieni; 332. studju tas-suq tat-trasport multimodali; 333. pjan ta’ implimentazzjoni li jinkludi: 334. pjan tal-mobilitazzjoni relatat mas-sistemi interoperabbli tal-ġestjoni tat-traffiku fuq il-kurituri multimodali tat-trasport tal-merkanzija mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni; 335. pjan għat-tneħħija tal-ostakli fiżiċi, tekniċi, operattivi u amministrattivi bejn u fil-moduli tat-trasport u għat-titjib tat-trasport u s-servizzi multimodali effiċjenti; 336. miżuri għat-titjib tal-kapaċità amministrattiva u teknika sabiex jiġu maħsuba, ippjanati, iddisinjati, akkwistati, implimentati u mmonitorjati proġetti ta’ interess komuni; 337. valutazzjoni tar-riskju, inklużi l-impatti possibbli tat-tibdil fil-klima fuq l-infrastruttura u fejn xieraq miżuri proposti għat-titjib tar-reżistenza għall-klima; 338. miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġu mitigati l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra; 339. pjan ta’ investiment, li għandu jiġi aġġornat regolarment, inkluż: 340. il-lista tal-proġetti għall-estensjoni, it-tiġdid jew il-mobilitazzjoni mill-ġdid ta’ infrastruttura tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 2(2) għal kull wieħed mill-moduli tat-trasport involuti fil-kuritur tan-netwerk ewlieni; 341. il-pjan finanzjarju relatat, bis-sorsi differenti maħsuba għal fondi u finanzjament, f’livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali, lokali u tal-Unjoni, inkluż, kull meta jkun possibbli, sistemi ssenjalati ta’ finanzjament reċiprokut kif ukoll kapital privat, flimkien mal-ammont ta’ impenji diġà meħuda u, fejn applikabbli, referenza għall-kontribut tal-Unjoni maħsub taħt il-programmi finanzjarji tal-Unjoni. 342. Fuq bażi tal-pjan ta’ żvilupp tal-kuritur ipprovdut mill-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni se tagħti l-opinjoni tagħha. 343. Sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni għall-kurituri tan- netwerk ewlieni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu: 344. jinkludu l-ippjanar tal-investiment, l-ispejjeż relatati u l-orarju tal-implimentazzjoni, stmati bħala meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni b’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; 345. jiddefinixxu l-miżuri kollha għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, b’mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-istorbju, u jkunu mmirati sabiex jippromwovu l-introduzzjoni ta’ teknoloġiji ġodda fil-ġestjoni tat-traffiku u l-kapaċitajiet; 346. jipprevedu miżuri oħra li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ żvilupp tal-kuritur u għall-użu effiċjenti tal-infrastruttura tal-kuritur tan-netwerk ewlieni Dawk l-atti tal-implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 55(2). KAPITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI Artikolu 54 Aġġornament u rapportar 347. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kontinwament permezz tas-sistema tal-informazzjoni ġeografika u teknika interattiva għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TENtec), dwar il-progress magħmul fl-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni u l-investimenti magħmula għal dan il-għan. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarji tal-pjanijiet u l-programmi nazzjonali li jkunu qegħdin ifasslu bl-għan li jiżviluppaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, b’mod partikolari b’relazzjoni man-netwerk ewlieni. Ladarba jiġu adottati, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet u l-programmi nazzjonali lill-Kummissjoni għall-informazzjoni. 348. Kull sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwidi, li għandu jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. 349. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 56 dwar l-adattament tal-l-Annessi I, II u III sabiex tikkunsidra t-tibdil possibbli li jirriżulta mil-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Artikoli 16, 24, 29 u 33. Meta tkun qiegħda tadotta l-Annessi, il-Kummissjoni għandha: 350. tinkludi pjattaformi loġistiċi, terminals għat-trasport tal-merkanzija, portijiet interni, portijiet marittimi u ajruporti fin-netwerk komprensiv, jekk jintwera li l-aħħar medja meħuda fuq sentejn tal-volum tat-traffiku taqbeż il-limitu rilevanti; 351. teskludi pjattaformi loġistiċi, terminals għat-trasport tal-merkanzija, portijiet interni, portijiet marittimi u ajruporti min-netwerk komprensiv, jekk jintwera li l-medja tal-volum tat-traffiku tagħhom fuq l-aħħar sitt snin huwa iżjed baxx mil-limitu rilevanti; 352. taġġusta l-mapep għall-infrastruttura tat-toroq, il-ferroviji u l-kanali interni sabiex jirriflettu l-progress fit-tkomplija tan-netwerk. Meta tkun qiegħda taġġusta dawk il-mapep, il-Kummissjoni ma għandha tammetti l-ebda aġġustament fl-allinjament tar-rotot lil hinn minn dak li huwa permess mill-proċedura rilevanti tal-awtorizzazzjoni tal-proġett. L-adattamenti taħt il-punti (a) u (b) għandhom ikunu bbażati fuq l-istatistiki disponibbli l-iżjed reċenti ppubblikati mill-Eurostat. 353. Il-proġetti ta’ interess komuni li jikkonċernaw infrastruttura li għadha kif ġiet inkluża fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandhom ikunu eliġibbli għall-finijiet tal-Artikolu 7(5) mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati skont il-paragrafu 3. Il-proġetti ta’ interess komuni li jikkonċernaw l-infrastruttura li ġew esklużi min-netwerk tat-trasport trans-Ewropew m’għandhomx ikunu eliġibbli iżjed mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati skont il-paragrafu 3. It-tmiem tal-eliġibbiltà m'għandux jaffettwa d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament jew għotja meħuda mill-Kummissjoni qabel din id-data. Artikolu 55 Kumitat 354. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Il-kumitat għandu jkun kumitat skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. 355. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 56 Eżerċitar ta’ delega 356. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati bħal dawn qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 357. Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 54(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu mingħajr limitu, minn [data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament]. 358. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 54(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ. 359. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 360. Att delegat adottat skont l-Artikol 54(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 57 Reviżjoni Mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni, sabiex tevalwa l-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament preżenti u l-progress fl-implimentazzjoni. Artikolu 58 Awtorità ta' Kuntatt Uniku L-Istati Membri jistgħu jaħtru Awtorità ta' Kuntatt Uniku sabiex tiffaċilta u tikkoordina l-proċess tal-permess għall-proġetti ta' interess komuni, b'mod partikolari l-proġetti transkonfinali, f'konformità mal-acquis tal-Unjoni rilevanti. Artikolu 59 Dewmien fit-tkomplija tan-netwerk ewlieni 361. Fl-eventwalità ta’ dewmien sinifikanti fil-bidu jew it-tlestija tax-xogħol fuq in-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istati Membri kkonċernati biex jipprovdu r-raġunijiet għad-dewmien fi żmien tliet xhur. Fuq il-bażi tat-tweġiba li tingħata, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Istati Membri kkonċernati sabiex issolvi l-problema li tkun qiegħda twassal għad-dewmien. 362. Il-Kummissjoni tista’, bħala parti mill-monitoraġġ attiv tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni u b’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, tiddeċiedi li tieħu miżuri xierqa. 363. Il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfa minnufih bi kwalunkwe miżura meħuda. Artikolu 60 Konformità mal-liġi tal-Unjoni u l-politiki tal-Unjoni L-azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament għandhom jikkunsidraw kwalunkwe politika rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk relatati mal-kompetizzjoni, l-aċċess għas-swieq, il-ħarsien tal-ambjent, is-saħħa, l-iżvilupp sostenibbli, u l-akkwist pubbliku. Artikolu 61 Promozzjoni u evalwazzjoni Il-Kummissjoni għandha tippromwovi u tevalwa l-progress tal-politika tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u l-implimentazzjoni ġenerali tagħha. Artikolu 62 Revoka Id-deċiżjoni Nru 661/2010/UE qiegħda tiġi revokata: Għad-deċiżjonijiet finanzjarji kollha bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 680/2007[61], għandha tkompli tapplika d-Deċiżjoni Nru 611/2010/UE. Artikolu 63 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic] [1] Id-Deċiżjoni Nru 1692/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq il-linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1 [2] Id-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 t’April 2004 li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida Komunitarji sabiex jiġi żviluppat network trans-Ewropew tat-trasport, ĠU L 201, 7.6.2004, p. 1 [3] Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija ĠU L 162, 22.6.2007, p.1. [4] Id-Deċiżjoni 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq Linji Gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (riformulazzjoni), ĠU L L204, 5.8.2010, p. 1. [5] COM (2011) 144. [6] Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv, ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22. [7] Ara t-taqsima 3.1: "Infrastruttura tat-trasport: koeżjoni territorjali u żvilupp ekonomiku” tal-Anness 1 għall-White Paper. [8] COM(2010) 245 finali/2 [9] COM (2011) 206 finali [10] COM(2010) 2020 finali [11] "TEN-T: Reviżjoni tal-politika. Lejn netwerk transewropew integrat aħjar għad-dispożizzjoni tal-politika komuni tat-trasport”, COM (2009) 44 finali [12] L-oqsma koperti mill-gruppi esperti huma: l-istruttura ta’ netwerk komprensiv u ewlieni u l-metodoloġija għall-ippjanar tat-TEN-T, l-integrazzjoni tal-politika tat-trasport fl-ippjanar tat-TEN-T, sistemi intelliġenti tat-trasport u teknoloġiji ġodda fil-qafas tat-TEN-T, TEN-T u konnessjonijiet barra l-UE, il-finanzjament tat-TEN-T, aspetti legali u mhux finanzjarji tat-TEN-T. [13] "Konsultazzjoni dwar il-politika futura tan-netwerk trans-ewropew tat-trasport", COM(2010)212 finali [14] "Il-Politika Ġdida tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew. Kwistjonijiet ta’ ippjanar u implimentazzjoni", SEC(2011) 101. [15] Il-metodoloġija dettaljata ġiet ippubblikata fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni “Il-Politika l-Ġdida tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew – Kwistjonijiet ta’ Ippjanar u Implimentazzjoni f’Jannar tal-2011. Ġie soġġett għal aġġustamenti żgħar dwar kwistjonijiet li tqajmu f’laqgħa tal-Ministri tat-Trasport fis-7/8 ta’ Frar tal-2011 u f’laqgħat b’rappreżentanti ta’ livell għoli tal-Istati Membri kollha tal-UE. [16] Fl-Anness III, in-netwerks tat-trasport reġjonali ta' dawn il-pajjiżi huma previsti u saħansitra diġà ġew definiti. Għall-pajjiż tal-viċinat taħt is-Sħubija tal-Lvant, in-netwerk reġjonali se jiġi definit wara x-xogħol tal-Panil tat-Trasport taħt is-Sħubija tal-Lvant, imsejjes fuq ix-xogħol li sar fil-kuntest tat-TRACECA. Għall-pajjiż tal-viċinat fin-Nofsinhar, in-netwerk reġjonali se jkun definit abbażi tax-xogħol li sar fil-kuntest tal-Forum tat-Trasport Ewro-Mediterranju [17] COM (2011) 500 finali [18] Din il-koordinazzjoni fost affarijiet oħra tista' tinkludi finanzjament mill-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat (NIF) jew mill-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) [19] ĠU C, , p. [20] ĠU C, , p. [21] ĠU L 228, 9.9.1996, p.1. [22] ĠU L 204, 5.8.2010. p. 1. [23] COM (2011) 144 finali [24] COM(2007) 575 finali [25] ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22 [26] ĠU L 194, 25.7.2009, p. 60 [27] Regolament (UE) Nru XXX/2012 ta’…[Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa] [28] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għal-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA), ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82. [29] COM (2011) 615 finali [30] ĠU L 55,28.2.2011, p. 13 [31] COM (2004) 106 finali [32] ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26 [33] ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1 [34] ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10 [35] ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152 [36] ĠU L 284, 16.10.2006, p. 1 [37] ĠU L 342, 7.12.2006, p. 1 [38] ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11 [39] ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1 [40] Qies standard nominali tal-binarju Ewropew kif imsemmi fl-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità dwar l-infrastruttura, Taqsima 4.2.5.1. għal-linji konvenzjonali (minn hawn ‘il quddiem: CR TSI) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/275/UE tas-26 ta’April 2011 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-‘infrastruttura’ tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea, ĠU L 126, 14.5.2011, p. 53, u t-Taqsima 4.2.2. għal-linji ta’ veloċità għolja (minn hawn 'il quddiem: HS TSI) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/UE tal-20 ta' Diċembru2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema tal-‘infrastruttura’ tas-sistema ferrovjarja ta’ veloċità għolja trans-Ewropea, ĠU L 77, 19.3.2008, p. 1. [41] Ara r-rekwiżiti tal-kategorija tas-serje V-F speċifikati fit-taqsima 4.2.2. tal-CR TSI. [42] Rekwiżiti għall-kategoriji tas-serje IV-F, IV-M, VI-F u VI-M kif speċifikat fit-taqsima 4.2.4.3. tal-CR TSI. [43] Konferenza Ewropea tal-Ministri tat-Trasport (ECMT), ECMT/CM(92)6/Finali. [44] ĠU L 319, 29.11.2008, p. 59 [45] ĠU L 167, 30.4.2004, p. 39. [46] ĠU L 166, 30.4.2004, p. 124 [47] ĠU L 268, 13.10.2009, p. 11 [48] ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1 [49] ĠU L 332, 28.11.2000, p. 81 [50] ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72 [51] ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1 [52] ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10 [53] ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20 [54] ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26. [55] ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40. [56] ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7 [57] ĠU L 327, 22.12.2000, p.1. [58] ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30 [59] ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7 [60] ĠU L 75,15.3.2001, p. 29. [61] Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija ĠU L 162, 22.6.2007, p.1.