Rapport mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (2001/220/JHA) [SEC(2009) 476] /* KUMM/2009/0166 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 20.4.2009 KUMM(2009) 166 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (2001/220/JHA) [SEC(2009) 476] RAPPORT MILL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali (2001/220/JHA) 1. DAħLA 1.1. Sfond Skont l-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2001 dwar id-drittijiet tal-vittmi fil-proċeduri kriminali[1] (“id-Deċiżjoni Kwadru” - DK) tirrikjedi li l-Kummissjoni tfassal rapport dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni meħuda mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel rapport fis-16 ta’ Frar 2004[2] li eżamina t-traspożizzjoni sal-25 ta’ Marzu 2003 meta AT, BE, FI, DE, IT, IE, LU, PT, ES u SE biss kienu bagħtu kontribuzzjonijiet relativament kompleti dwar it-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Dan ir-rapport finali jieħu in kunsiderazzjoni l-implimentazzjoni tal-Artikoli kollha tad-Deċiżjoni Kwadru sal-15 ta’ Frar 2008 fis-27 Stat Membru. Minkejja li l-Artikolu 18 stabbilixxa l-obbligazzjoni li l-Istati Membri jissottomettu leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-22 ta’ Marzu 2006, f’Novembru 2007 13-il Stat Membru biss (AT, DK, DE, ES, LU, NL, PT, SE, UK, CZ, HU, LT, PL) kienu bagħtu kontribuzzjonijiet relattivament kompleti. Il-Kummissjoni bagħtet noti ta’ tfakkir lill-Istati Membri; d-data tal-għeluq finali kienet iffissata għall-15 ta’ Frar 2008. Dan ir-rapport hu bbażat fuq is-sitwazzjoni tat-traspożizzjoni fil-15 ta’ Frar 2008, kważi sentejn wara d-data tal-għeluq tat-22 ta’ Marzu 2006. Dan għandu jinqara flimkien mal-ewwel rapport li fih informazzjoni dwar il-metodu u l-kriterji ta' evalwazzjoni, u mal-anness li jniżżel, f'forma ta’ tabella, id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni sottomessi mill-Istati Membri għal kull Artikolu. 1.2. Rimarki ġenerali 2 Stati Membri (MT u EL) ma ssottomettewx leġiżlazzjoni u għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tivvaluta jekk implimentawx id-Deċiżjoni Kwadru. LV bagħtet sett ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali bil-Latvjan fit-12 ta’ Diċembru 2007 u aktar dispożizzjonijiet fis-6 ta’ Marzu 2008 (wara d-data tal-għeluq), mingħajr deskrizzjoni tal-miżuri nazzjonali ta’ implimentazzjoni jew noti ta’ spjegazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tivvaluta jekk LV issodisfatx l-obbligazzjoni kif miġjuba fl-Artikolu 18. Stati Membri oħra ssottomettew dispożizzjonijiet nazzjonali li huma intenzjonati li jimplimentaw id-Deċiżjoni Kwadru, fis-sħiħ jew parti. LU informa lill-Kummissjoni li l-Abbozz imsemmi fl-ewwel rapport għadu ma sarx liġi. Dan mhux se jiġi meqjus fil-valutazzjoni tal-implimentazzjoni mill-LU. Il-UK jiddikjara li jkopri l-Ingilterra, Wales, l-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq, iżda l-UK bagħat kontribuzzjoni addizzjoni dwar it-traspożizzjoni fl-Iskozja (is-sistema Skoċċiża hi msemmija speċifikament meta tkun differenti mid-dispożizzjonijiet ġenerali għall-bqija tar-Renju Unit). L-ebda Stat Membru ma traspona d-Deċiżjoni Kwadru f'leġiżlazzjoni nazzjonali waħda. L-Istati Membri kollha serrħu fuq id-dispożizzjonijiet eżistenti u ħafna rreferew għall-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tagħhom għat-traspożizzjoni. Xi ftit adottaw leġiżlazzjoni ġdida li tkopri Artikolu wieħed jew aktar. Ħafna Stati Membri ssottomettew kodiċi li ma jorbtux, Istruzzjonijiet u karti minflok leġiżlazzjoni. Numru konsiderevoli ta’ Stati Membri koprew id-dispożizzjonijiet b’mod frammentarju permezz ta’ rkib ma’ varjetà ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti jew dispożizzjonijiet nazzjonali adottati dan l-aħħar. 2. ANALIżI ARTIKOLU ARTIKOLU Ara t-tabella annessa għal miżuri sottomessi mill-Istati Membri. L-Artikolu 1: Definizzjonijiet Din id-dispożizzjoni tagħti d-definizzjoni ta' 'vittma', ‘organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi’, ‘proċeduri kriminali’, ‘proċeduri’, u ‘medjazzjoni fil-każi kriminali’. L-ebda Stat Membru ma adotta leġiżlazzjoni ġdida sabiex jimplimenta dan l-Artikolu, għalkemm ħafna rreferew għal definizzjonijiet nazzjonali eżistenti ta’ ‘vittma’ li jikkorrispondu bejn wieħed u ieħor għad-definizzjoni fid-DK. It-termini l-oħra definiti ma ġewx indirizzati. Definizzjoni wiesgħa ta’ ‘vittma’ hi mogħtija minn UK, BG, RO, LT u SE. Id-definizzjoni SK tinkludi persuni legali. ES, NL, DK, LU, EE, FI, BE u PT ma sottomettewx leġiżlazzjoni li titrasponi. FR ddikjarat li d-definizzjonijiet jaqblu ma’ nozzjonijiet użati normalment. IE iddikjarat li hi tikkonforma mad-Deċiżjoni Kwadru permezz tal-liġi, regolamentazzjoni u dispożizzjonijiet amministrattivi tagħha. L-Artikolu 2: Rispett u rikonoxximent L-Artikolu 2(1) jirrikjedi li l-vittma tingħata ‘rwol sinifikanti u xieraq’ fis-sistema legali kriminali. Ir-rapport tal-2004 sab li AT, BE, FR, FI, DE, IT, LU, PT u SE kienu kkonformaw mad-Deċiżjoni Kwadru. BG, EE, CZ, HU, IE, PL, LT, RO, UK u ES jagħmlu referenza espliċita għal ‘ rwol sinifikanti u xieraq’. DK u SI jiġbdu l-attenzjoni li din id-dispożizzjoni hi ġenerali ħafna u drittijiet speċifiċi huma koperti minn Artikoli oħra. L-Artikolu 2(2) jittratta dwar “vittmi li jkunu partikolarment vulnerabbli” (mhux definita) li għalihom “trattament speċifiku li l-aktar ikun addattat għaċ-ċirkostanzi tagħhom” għandu jiġi provdut. FR, IE, BE, PT, PL, UK, SE, SI u IT jipproteġu ċerti persuni kkunsidrati vulnerabbli minħabba l-fraġilità fiżika jew mentali tagħhom (minuri u persuni fiżikament diżabbli). ES, NL, CY, FI u RO jiffukaw fuq sitwazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal vulnerabbilità (vjolenza fil-familja, reati sesswali, terroriżmu, traffikar tal-bnedmin). Oħrajn għażlu protezzjoni aktar wiesgħa, li tkopri kull tip ta’ persuni u sitwazzjonijiet. Fl-SK u DE, meta x-xhud ma jistax jitla' jixhed minħabba età, mard jew diżabbiltà, tiġi użata konferenza bil-video, LT, HU u CZ jipprovdu għal reġim ta’ protezzjoni (anonimità jew miżuri oħra) f’ċerti ċirkostanzi (theddida serja għall-ħajja tal-vittma jew tax-xhud, krimini serji, rilevanza tad-dikarazzjoni). Fl-HU l-età tal-vittma hi kriterju. BG u PL jagħtu protezzjoni speċifika lil ċerti kategoriji ta’ persuni vulnerabbli u meta ċerti krimini serji huma involuti (traffikar tal-bnedmin jew vjolenza domestika). EE ma ssottomettiet l-ebda dispożizzjoni speċifika li tipproteġi individwi vulnerabbli. L-Artikolu 3: Seduti u l-preżentazzjoni ta’ provi L-Artikolu 3 jistipula d-dritt għall-vittmi sabiex jinstemgħu matul il-proċeduri u li jressqu provi. Ħafna mill-pajjiżi (AT, BE, FI, FR, DE, IT, LU, NL, PT, ES, SE, HU, CZ, BG, PL, SK, SK, RO u EE) jagħtu lill-vittmi numru ta’ drittijiet bħala partijiet mill-proċeduri kriminali. Il-vittmi mhumiex partijiet mill-proċeduri kriminali fil-pajjiżi tal-liġi komuni iżda d-dritt li jinstemgħu hu rikonoxxut fil-UK u IE. Il-vittmi jistgħu jagħtu evidenza fil-proċeduri f’bosta mill-Istati Membri. 3 pajjiżi ma ssottomettewx dispożizzjonijiet speċifiċi (DK, NL, UK). 10 Stati Membri (AT, FI, IT, LU, ES, SE, HU, PL, CZ, BE) trasponew it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3, li jiddikjara li l-“awtoritajiet ġudiżżjarji għandhom jistaqsu lill-vittmi biss safejn ikun neċessarju għall-finijiet tal-proċeduri kriminali”, b’mod korrett. IT tillimita l-mistoqsijiet għal fatti rilevanti għall-akkuża. HU tipprovdi sabiex ix-xhud ikun jista’ jagħmel dikjarazzjoni bil-miktub bħala evidenza. Fiċ-CZ, vittma ma tistax tkun sfurzata sabiex tattendi proċeduri sussegwenti jekk ma jkunx hemm bżonn. Fil-PL, il-Qorti Suprema u l-Linji Gwida tal-Avukat Ġenerali jipprovdu għad-dritt għal vittma sabiex ma tkunx sottoposta għal mistoqsijiet repetutament. Il-UK jirreferi għal korsijiet ta’ taħriġ għal min jipprattika dwar kif jagħmel mistoqsijiet lill-vittmi. L-Artikolu 4: Id-dritt għall-informazzjoni L-Artikolu 4 jkopri d-drittijiet tal-vittmi li jirċievu tipi differenti ta’ informazzjoni. L-Artikolu 4(1) jelenka 10 tipi ta’ informazzjoni li għandha tiġi tra¿messa lill-vittmi. AT, CY, FI, DE, IE, NL, UK (Skozja) u SE ttrasponew din l-obligazzjoni billi poġġew il-maġġoranza tal-informazzjoni fuq siti elettroniċi u/jew billi ħolqu fuljetti ta’ informazzjoni. Iżda, mhux ċar mill-leġiżlazzjoni sottomessa, jekk il-vittma għandhiex aċċess effettiv għal din l-informazzjoni mill-ewwel kuntatt mal-awtoritajiet tal-infurzar. Fl-IT u fir-Renju Unit l-awtoritajiet mhuma taħt l-ebda obbligazzjoni sabiex jipprovdu lill-vittmi bl-informazzjoni kollha. Miżuri tal-PT ma jobbligawx lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jittrażmettu informazzjoni lill-vittmi. BE, EE, FR, ES, CZ, HU u SK għandhom sistema aċċettabbli fejn il-pulizija, il-prosekuturi u l-imħallfin huma obbligati li jinfurmaw lill-vittmi dwar il-parti l-kbira tad-drittijiet tagħhom. FI tillimita l-obbligu tal-awtoritajiet responsabbli mill-investigazzjoni preliminari għal li jinfurmaw lill-vittmi dwar id-dritt għall-kumpens. Fir-RO, BG, FI, LT u PL il-metodi huma mħalltin. L-awtoritajiet huma obbligati li jinfurmaw lill-vittmi dwar id-drittijiet tagħhom u dawn il-pajjiżi waqqfu siti elettroniċi. Fil-BG, CY u RO hemm numru tat-telefon li jipprovdi informazzjoni lill-vittmi. Il-leġiżlazzjoni tal-SI u CY hi inkompleta u mhux suffiċjenti. L-SI tirreferi għal-Linji Gwida tal-Ministeru tal-Intern li ma jidhrux li jorbtu (it-test ma ġiex sottomess). L-implimentazzjoni tal-LU hi fqira peress li l-Abbozz ma għaddiex għal-liġi. Wieħed għandu jinnota żewġ dgħjufijiet oħra. L-ewwel waħda tikkonċerna l-lingwi. Informazzjoni għandha tingħata “kemm jista’ jkun b'lingwi li huma miftiehma b’mod ġenerali”. Ċerti Stati Membri, (DE, il-UK (Skozja), NL, SE, BG u FI) għandhom informazzjoni disponibbli f’diversi lingwi (fosthom l-Ingliż). Il-maġġoranza tal-Istati Membri ma jgħidu xejn dwar dan. Il-leġiżlazzjoni tal-BG u RO biss speċifikament tirrikjedi li l-informazzjoni tingħata lill-vittma b'lingwa li hu jifhem. CZ u HU għandhom dispożizzjonijiet li jassiguraw id-dritt ta’ persuna li ma tifhimx il-lingwa tal-pajjiż sabiex tikkomunika mal-awtoritajiet b'lingwa li tifhem. It-tieni tikkonċerna arranġamenti speċjali għall-vittmi li mhumiex residenti. Din id-dispożizzjoni ġiet injorata mill-Istati Membri ħlief mir-Renju Unit (Skozja) u BG, li għandhom konnessjoni telefonika li tagħmilha possibbli li jkun hemm aċċess dirett għal interpreti. Fl-IE unità speċjali fl-organizzazzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi tappoġġja lill-vittmi li joqogħdu f’pajjiż ieħor. L-Artikolu 4(2) dwar informazzjoni fuq ir-riżultat tal-każ, ġie traspost b’mod korrett ħlief li DK, EE, UK, LU, SI u FR ma ssottomettewx informazzjoni fuq is-sentenzi. L-IT tinnotifika biss id-deċiżjoni lill-vittmi li kkostitwew ruħhom bħala parti ċivili fil-proċedimenti. Il-FI integrat l-obbligazzjoni (c) fis-sistema nazzjonali tagħha iżda ma provdiet l-ebda bażi leġiżlattiva. Il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-PT ma jassigurax li l-vittma hi informata b’mod attiv mill-awtorità nazzjonali jekk hi " tixtieq”. Il-Karta tal-Vittmi tal-IE m’għandhiex status mandatarju. L-EE ma ssottomettiex leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni. L-Artikolu 4(3) dwar li l-vittma tiġi avżata meta l-awtur tar-reat jinħeles, ġie traspost b’mod korrett minn FI, CZ, PL, SK u SE biss. Il-Karta tal-Vittmi tal-IE tiddikjara li l-vittma tiġi infurmata meta l-awtur tar-reat jinħeles; jekk dan ma jseħħx, il-vittma tista’ biss tikteb lil-“Garda Victim Liaison Officer” jew lill- “local Superintendent”. BG, LU, EE, HU, LT, RO u SI ma ssottomettew l-ebda traspożizzjoni. [Ir-regoli tar-Renju Unit għandhom żewġ dgħjufijiet. Il-“Criminal Justice and Court Service Act 2000” teħtieġ li l-vittma tiġi infurmata dwar pjanijiet sabiex l-awtur tar-reat jinħeles u dwar il-kundizzjonijiet li għalihom l-awtur tar-reat se jkun suġġett wara li jinħeles iżda dan japplika biss meta l-awtur tar-reat ikun ġie sentenzjat għal aktar minn 12-il xahar għal reat sesswali jew vjolenti. Is-sistema legali Skoċċiża tipprovdi sabiex il-vittma tkun infurmata dwar il-ħelsien tal-aggressur tagħha iżda tali strument mhux mandatorju. L-għoti ta’ informazzjoni dwar il-libertà kundizzjonali hi “il-prattika kurrenti” tal-pulizija.] L-ES tirreferi għal dispożizzjoni li tikkonċerna l-obbligu li tinforma l-vittma dwar kull pass proċedurali li jista’ jaffettwa s-sigurtà tagħha. FR tiddikjara li qed tieħu passi dwar dan. Il-PT tiddikjara li se tikkunsidra din id-dispożizzjoni f’Abbozz futur li jemenda l-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali. L-Artikolu 4(4) jittratta dwar id-dritt tal-vittma sabiex ma tirċevix informazzjoni dwar il-ħelsien tal-awtur tar-reat. Il-FI, SE u SK biss trasponew b’mod sħiħ din id-dispożizzjoni. L-HU, CY, LT u l-IT jiddikjaraw li m'għandhom l-ebda dispożizzjoni f’dan is-sens. L-AT, DK, il-UK, DE, FR, EL, NL, LU, LT, EE, RO, SI u ES ma ssottomettewx dispożizzjonijiet. Fl-IE, fejn l-għoti tal-informazzjoni li japplika għaliha l-Artikolu 4(3) hi volontarja, il-problema hi għal darba oħra l-valur ġuridiku tal-Karta tal-Vittmi. Id-dispożizzjonijiet tal-PT ma jiggarantux lill-vittma d-dritt sabiex ma tirċevix l-informazzjoni. Il-BE traspona din id-dispożizzjoni parzjalment peress li huwa jipprovdi biss għan-notifika ta’ informazzjoni dwar ir-rilaxx tal-awtur tar-reat fuq il-libertà kundizzjonali. L-Artikolu 5: Salvagwardji tal-komunikazzjoni L-Artikolu 5 jikkonsisti f’obbligazzjoni sabiex “inaqqas safejn ikun possibli id-difikultajiet ta' komunikazzjoni” rigward il-fehma jew l-involviment tal-vittmi fil-passi relevanti tal-proċeduri kriminali, safejn ikun komparabbli mal-mi¿uri ta’ dan it-tip li l-Istati Membri jieħdu fir-rigward tal-konvenuti. Diffikultajiet fil-komunikazzjoni jistgħu jiġu interpretati b’mod aktar wiesgħa sabiex jinkludu l-fehma tal-proċedura nnifisha, iżda l-Istati Membri kollha interpretaw dan bħala li hu limitat għall-ostakli lingwistiċi. Il-FI biss għandha reġim ta’ interpretazzjoni effettiva li testendi għall-investigazzjonijiet preliminari. Fi FR, IT, SI u BE l-assistenza ta’ interpretu jew traduttur tiġi mogħtija jekk il-vittma ssir parti mill-proċedimenti jew hi xhud. SK, BG, CZ, IE, DK, FI, HU, SI, ES, PL u RO joffru assistenza lingwistika totali. Id-dispożizzjonijiet tra¿messi juru livell ta’ implimentazzjoni fqira f’5 Stati Membri (LT, LU, SE, UK, NL) fil-konfront ta’ protezzjoni aktar għolja mogħtija lill-konvenuti. Mhux ċar jekk fl-EE is-servizzi ta’ appoġġ lill-vittmi jipprovdux servizz ta’ traduzzjoni jew jekk l-assistenza hix limitata sabiex tgħin lill-vittmi jifhmu l-proċess b'mod ġenerali. Il-PL u CY ma ssottomettewx dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni. L-Artikolu 6: Assistenza speċifika lill-vittma Dan l-Artikolu jimponi obbligazzjoni doppja. L-ewwel, l-Istati Membri huma rikjesti sabiex jassiguraw li l-vittmi għandhom aċċess, bla ħlas jekk meħtieġ, għal kull forma ta’ parir barra minn parir u għajnuna legali. 10 Stati Membri biss (BG, EE, BE, ES, IE, SE, FR, RO, UK u DK) ħadu azzjoni fuq din l-obbligazzjoni. Id-definizzjoni ta’ kull forma ta’ parir hi differenti minn Stat għal ieħor, minn assistenza psikoloġika sa trattament jew informazzjoni medika. B'mod ġenerali, l-implimentazzjoni mill-Istati Membri hi inkompleta. L-SI trażmettiet l-Artikolu 65 tal-Att tal-Proċedura Kriminali li ma jaqbilx mal-obbligazzjoni mniżżla f’Artikolu 6. L-IT bagħtet biss leġiżlazzjoni dwar għajnuna speċifika lill-minuri li huma vittmi ta’ reati serji u lil vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin. 9 Stati Membri (LU, HU, CZ, FI, PL, SK, LT, CY u NL) ma jassigurawx li l-vittmi jkollhom aċċess liberu għal pariri barra minn pariri u għajnuna legali. It-tieni, l-Istati Membri huma meħtieġa li jassiguraw li l-vittimi jkollhom aċċess għal għajnuna legali meta hu possibbli għalihom li jiġu rikonoxxuti bħala partijiet fil-proċedimenti. Din id-dispożizzjoni ġiet trasposta b’mod korrett mill-maġġoranza tal-Istati Membri ħlief SI. Hemm differenzi rigward min jista’ jibbenifika mill-għajnuna. NL infurmat lill-Kummissjoni dwar is-sistema tagħha ta’ għajnuna legali limitata (parir għal nofs siegħa) hu x’inhu l-isfond finanzjarju. L-Artikolu 7: L-ispejjeż tal-vittmi rigward il-proċeduri kriminali L-Artikolu 7 jkopri l-ispejjeż tal-vittmi li huma partijiet għal, jew xhieda fil-, proċedimenti kriminali. AT, DE, EE, DK, PL, IT, PT, FI, LT, ES u SE għamlu distinzjoni bejn vittma bħala parti u vittma bħala xhud. Il-maġġoranza tal-Istati Membri (ħlief BE, IE, NL u l-UK) ikopru l-ispejjeż tal-avukat jekk il-vittma hija parti mill-proċedimenti. Sakemm il-vittmi jkunu intitolati għal għajnuna legali, taħt il-liġi ta’ IT, HU, ES, CZ, RO u SK l-ispejjeż tal-avukat tal-vittma jistgħu biss jitħallsu mill-awtur tar-reat. Dan jista’ joħloq problemi jekk l-awtur tar-reat hu fallut. Fil-BG, spejjeż legali jistgħu jitħallsu. Fil-LT, l-ispejjeż tax-xhieda u tal-vittmi huma koperti. Fil-PL, l-ispejjeż legali tal-vittmi huma koperti mill-awtur tar-reat u taħt ċirkostanzi mhux speċifikati mill-Istat. Fil-FI, jekk l-ispejjeż legali tal-vittma mhumiex koperti mill-fondi pubbliċi, l-awtur tar-reat jista’ jkun obbligat li jħallashom. Is-sottomissjoni ta’ CY mhix kompleta u EE ssemmi biss rimbors tal-ispejjeż miġjuba mill-vittmi meta jiġu mismugħa bħala xhieda. L-Artikolu 8: Id-dritt għall-protezzjoni L-Artikolu 8 jagħti drittijiet differenti għal protezzjoni. L-Artikolu 8(1) ikopri l-obbligazzjoni sabiex tiġi assigurata s-sigurtà tal-vittmi u tal-familiji tagħhom u protezzjoni tal-privatezza tagħhom; dan ġie traspost minn AT, BE, FI, DE, PT, NL, ES, SE, CY, CZ, RO, SK, SI, BG u HU. FR, LT u PL ħadu miżuri sabiex jipproteġu l-vittmi iżda mhux il-familja; huma ma ssottomettewx dispożizzjonijiet li jittrasponu aspetti oħra tal-Artikolu 8(1). IE trasponiet Artikolu 8(1) fil-Karta tal-Vittmi tagħha (mhux mandatorja). Rigward il-protezzjoni tal-privatezza tal-vittmi, l-Istati Membri kollha ħlief għal SI semmew il-possibilità li jsiru proċedimenti in camera. Protezzjoni tal-privatezza tal-familja tal-vittma hi msemmija b’mod espliċitu mill-FI biss, għalkemm it-test rilevanti ma ntbagħatx. L-Artikolu 8(2) jirreferi għall-privatezza rigward proċedimenti fil-qorti. AT, BE, BG, FR, SK, HU, DE u PT fornew informazzjoni dwar protezzjoni tal-immaġini fotografika. DK provdiet informazzjoni mhux kompleta dwar l-Artikoli 8(1) u (2) u rriferiet biss għar-reġim ta’ protezzjoni tax-xhieda. L-Artikolu 8(3) għandu l-għan li jnaqqas il-kuntatt bejn il-vittma u l-awtur tar-reat, b'mod speċjali billi tipprovdi għal żoni ta' stennija separati fil-qrati. Il-DE, IT u ES biss bagħtu dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 8(3). Il-DE trasponietha b'mod korrett; L-ES provdiet biss għal bini separat għall-vittmi bħala xhieda. FI, IE, LU, CZ, UK u SE jiddikjaraw li huma jikkonformaw fil-prattika (iżda mhux fil-liġi). Il-PL ddikjarat li l-Presidenti tal-Qrati huma konxji tal-ħtieġa u d-DK ddikjarat li l-Ministeru tal-Ġustizzja kien bagħat komunikazzjonijiet f’dan is-sens. L-SK tiddikjara li l-imħallef jistà jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jassigura li m’hemm l-ebda kuntatt bejn l-akku¿at u l-vittma fil-qorti, iżda dan hu limitat għal ċerti każijiet u ma jassigurax li l-bini jkun separat. L-Artikolu 8(4) jirrikjedi l-Istati Membri sabiex jipproteġu l-vittmi billi jippermettulhom li jixhdu b’manjiera li tirrispetta l-vulnerabbilità tagħhom. Il-maġġoranza tal-Istati Membri trasponew dan l-artikolu sa ċertu punt. FR, SI, EE, LT u EL ma bagħtu l-ebda leġiżlazzjoni. Il-FI ssemmi Abbozz li jipprovdi għal miżuri ta’ protezzjoni għall-minuri. Ir-Renju Unit japplika miżuri fil-Qrati tal-Kuruna iżda l-applikazzjoni tagħhom fil-Qrati tal-Maġistrati hi limitata għall-użu tal-konnessjonijiet awdjo-viżivi. Ir-CZ tipprovdi għal protezzjoni limitata ta’ persuni taħt il-15-il sena. Id-DK tipprovdi għal reġim ġenerali ta’ protezzjoni (l-ebda komunikazzjoni tad-dejta persunali tal-persuna) fejn individwu jistà jkun fil-perikolu. Dan ma jissodisfax l-għan ta’ din id-dispożizzjoni pereżempju fir-rigward ta’ tfal żgħar. L-implimentazzjoni tal-EE tal-Artikolu 8 mhix sodisfaċenti peress li ma hemm l-ebda referenza għall-protezzjoni tal-familji u ta’ persuni vulnerabbli. Bl-istess mod, l-implimentazzjoni tal-LU hi fqira; peress li l-Abbozz ma ġiex adottat b’mod definittiv f'liġi. L-Artikolu 9: Id-dritt ta' kumpens matul il-proċeduri kriminali L-Artikolu 9(1) jobbliga lill-Istati Membri sabiex jassiguraw li d-deċiżjoni dwar kumpens mill-awtur tar-reat tinkiseb f’limiti ta’ ħin raġonevoli. Il-maġġoranza tal-Istati Membri kkonsidraw li dan jista’ jiġi traspost permezz ta’ proċeduri parte ċivile magħquda mal-proċeduri kriminali. Pajjiżi tal- Common Law m’għandhomx proċedimenti parte civile. L-IE għandha skema ta’ kumpens għal ċerti kategoriji ta’ vittmi. DK, EL u UK ma nnotifikaw l-ebda dispożizzjoni ta’ traspożizzjoni. CY, DE, FR, LT, BE, ES u SE provdew għal kumpens għal ċerti kategoriji ta’ vittmi biss. Miżuri bħal dawn ma jittrasponux l-Artikolu 9(1). L-Artikolu 9(2) jirrikjedi lill-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu lill-awtur tar-reat sabiex jagħti kumpens. AT, FR, DE, FI, IE, IT, ES u NL ħadu miżuri xierqa sabiex jimplimentawha. Ħelsien fuq pleġġ jew libertà kundizzjonata jiddependu fuq il-kondotta tal-awtur tar-reat lejn il-vittma. Fir-RO, il-prosekutur jew l-imħallef jista’ jieħu miżuri temporanji, bħal eżempju qbid jew konfiska tal-assi tal-ħati, sabiex jassiguraw li l-kumpens hu mħallas, iżda m'hemm l-ebda dispożizzjonijiet għal ħlas jekk l-awtur tar-reat hu fallut. Fil-LT, FI, HU, SI u CZ, ir-riparazzjoni tad-dannu kkawżat mir-reat jistà jiġi kkunsidrat bħala ċirkostanza attenwanti fir-rigward tas-sentenza. DK, EE, EL u UK ma nnotifikaw l-ebda dispożizzjoni ta’ traspożizzjoni. L-Artikolu 9(3) jirrikjedi l-Istati Membri sabiex jassiguraw li l-propjetà tal-vittmi tiġi restitwita mingħajr telf ta’ żmien. Il-maġġoranza tal-Istati Membri introduċew din l-obbligazzjoni. DK, FR, DE, EL u ES ma ssottomettew l-ebda dispożizzjoni. IE u UK jiddikjaraw li din l-obbligazzjoni hi sodisfatta, għalkemm ma bagħtu l-ebda leġiżlazzjoni. L-Artikolu 10: Medjazzjoni penali matul il-proċeduri kriminali L-Artikolu 10 jobbliga l-Istati Membri sabiex jippromwovu medjazzjoni f’każijiet xierqa. Il-maġġoranza tal-Istati Membri għandhom reġim li jagħmel il-medjazzjoni disponibbli. Il-LU jillimita l-għażla tal-użu ta’ medjazzjoni penali għall- procureur d'Etat ; il-partijiet m’għandhom l-ebda dritt għall-inizzjattiva. Fl-SI, il-prosekutur tal-istat jiddeċiedi li jitrasferixxi l-każ għall-medjazzjoni, iżda medjazzjoni tista’ biss isseħħ bil-kunsens tal-awtur tar-reat u tal-vittma; malli jirċievi n-notifikazzjoni li t-termini tal-ftehim intlaħqu, il-prosekutur tal-Istat jarkivja l-proċediment. Fil-PL u FI, il-medjazzjoni tista’ tnaqqas mis-severità tal-penali. Fil-LT, jekk il-partijiet jifthemu għall-medjazzjoni, il-proċedimenti kriminali jieqfu u fil-BG, ftehim ta’ medjazzjoni jorbot lill-partijiet. Fl-SE medjazzjoni hi disponibbli meta l-awtur tar-reat għandu anqas minn 21. Fir-CY u DK, il-medjazzjoni mhix regolata. Id-DK qed tesplora l-possibilità li tintroduċi medjazzjoni fuq bażi permanenti wara proġett pilota li beda fl-1994 u ġie estiż aktar fl-2003 u fl-2007. L-Artikolu 11: Vittmi residenti fi Stat Membru ieħor L-Artikolu 11(1) jitlob lill-Istati Membri sabiex jikkunsidraw li jippermettu lill-vittmi mhux residenti sabiex jagħmlu dikjarazzjoni immedjatament jew li jippermettu l-użu ta’ konferenzi bil-video, kif stabbilit fl-Artikoli 10 u 11 tal-Konvenzjoni dwar l-Assistenza Legali Reċiproka tal-2000. Il-Konvenzjoni mhix fis-seħħ fl-EL, IT, IE u LU. AT, BE, DK, DE, EL, LU, NL u SI ma ssottomettewx dispożizzjonijiet. Il-leġiżlazzjoni tagħhom tidher li tippermetti li ssir dikjarazzjoni immedjatament wara li jkun sar reat. ES ma trasponietx l-artikolu. NL, LU, SE u UK jiddeskrivu s-sistema tagħhom, iżda ma jispeċifikawx is-sorsi leġiżlattivi. L-Artikolu 11(2) jippermetti lill-vittmi mhux residenti sabiex jagħmlu lment fl-Istat ta’ residenza tagħhom. FR, IT, CY, PT, ES u SE ma trasponewx dan l-artikolu; AT, BE, DK, DE, LU, NL, LT, RO, EE, SI u SE ma ssottomettew l-ebda dispożizzjoni. BE, IE, DK, HU, NL u SK jaċċettaw ilmenti u jittrażmettuhom jekk meħtieġ lill-pajjiż fejn twettaq ir-reat. Il-LU u l-FI biss trasponew dan il-paragrafu. L-Artikolu 12: Koperazzjoni bejn l-Istati Membri L-Artikolu 12 ikopri koperazzjoni bejn l-Istati Membri Il-PT, HU u BG semmew dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ implimentazzjoni. Il-UK u CZ jirreferu għar-rwol li jiżvolġu l-organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi tagħhom fi ħdan il-Forum Ewropew għas-Servizzi tal-Vittmi (li issa jismu Victim Support Europe). L-SE issemi r-rwol tagħha fl-organizzazzjoni ta’ konferenzi internazzjonali. L-IT u l-ES ddikjaraw li trasponew l-Artikolu 12 billi implimentaw rispettivament id-Direttiva tal-2004 dwar Kumpens u l-Konvenzjoni dwar Assistenza Legali Reċiproka. FR, CY, SI, SK, DK u l-EE ma semmewx din id-dispożizzjoni. CY, FI u LT jiddikjaraw li leġiżlazzjoni mhix meħtieġa sabiex timplimentaha. L-Artikolu 13: Servizzi speċjalizzati u organizzazzjonijiet ta' appoġġ għall-vittmi L-Artikolu 13 jirrikjedi l-Istati Membri sabiex jippromuovu r-rwol tal-organizzazzzjoni ta’ appoġġ għall-vittmi għall-ewwel akkoljenza għal vittmi, akkumpanjament u appoġġ tal-vittmi. Il-maġġor parti tal-Istati Membri jiddikjaraw li għandhom servizz ta’ appoġġ iffinanzjat mill-Istat li jipprovdi informazzjoni, gwida u appoġġ. L-AT, BE, BG, FR, PT EE u l-SE biss issottomettew dispożizzjonijiet dwar il-funzjonijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, u b’mod partikolari dwar appoġġ wara proċedimenti kriminali. CY, SI u SK ma semmewx dan l-Artikolu. L-IT tipprovdi assistenza biss lil ċerti kategoriji ta’ vittmi (minuri abbużati, reati relatati ma’ estorsjoni eċċ.). Ir-RO tipprovdi appoġġ psikoloġiku b’xejn għal vittmi ta’ ċerti kategoriji ta’ reati. L-ES u FR jirreferu għal leġiżlazzjoni nazzjonali diġà eżistenti mingħajr ma jispeċifikaw artikoli, u għalhekk mhux possibbli sabiex tiċċekkja t-traspożizzjoni. Il-LT għandha “programmi nazzjonali ta’ appoġġ għall-vittmi” (m’hemmx aktar informazzjoni). L-UK (Skozja), l-PL u ċ-CZ jinnutaw li l-Istat jissussidja l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ għall-vittmi u jiddeskrivu l-funzjonijiet tagħhom iżda ma jagħtux bażi leġiżlattiva. L-Artikolu 14: Taħriġ għall-persunal involut fil-proċeduri jew b'xi mod ieħor f'kuntatt mal-vittmi L-Artikolu 14 jirrikjedi li persunal li jiġi f’kuntatt mal-vittmi (speċjalment pulizija u min jaħdem fil-qasam tal-ġustizzja) jirċievi taħriġ addattat. Il-PT, RO u l-SE huma l-uniċi pajjiżi li trasponew iż-żewġ paragrafi ta’ dan l-Artikolu. Mhux ċar jekk “il-persunal tal-assistenza għall-vittmi tar-reati” imsemmi mill-BG ikoprix lill-pulizija u lil min jaħdem fil-qasam tal-ġustizzja. Bosta mill-pajjiżi l-oħra, ħlief għad-DK u IT, jirreferu biss għal korpi bl-obbligu li jipprovdu taħriġ vokazzjonali għall-persunal rilevanti. Mhux dejjem ċar jekk dawn il-korpi humiex iffinanzjati mill-Istat, kif l-Artikolu 14 jiddisponi. Id-dispożizzjoni ta’ traspożizzjoni tal-AT ma tittrasponix l-Artikolu 14 peress li ma tittrattax dwar taħriġ għall-persunal. L-Artikolu 15: Kundizzjonijiet prattiċi rigward il-pożizzjoni tal-vittmi fil-proċeduri L-Artikolu 15(1) jittratta l-prevenzjoni tal-vittimizzazzjoni sekondarja. L-AT l-IT u l-ES biss trasponew dan l-Artikolu. Stati Membri oħra, ħlief għad-DK u l-IT, jiddikjaraw li introduċew il-miżuri meħtieġa, għalkemm id-deskrizzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri hija vaga u mhux sodisfaċenti. Fil-BE, il-pulizija huma intitolati għas-sussidji sabiex iħejju l-faċilitajiet għall-vittmi, iżda biss għal vittmi ta’ vjolenza fiżika jew sesswali. L-Artikolu 15(2) jirrikjedi li l-Istati Membri jadattaw faċilitajiet sabiex tiġi evitata vittimizzazzjoni sekondarja. Il-maġġoranza tal-Istati Membri ma rreferewx għal Artikolu 15(2). L-SE tiddikjara li l-maġġoranza tad-dipartimenti tal-pulizija issa għandhom kamra separata għat-tfal; għal kategoriji oħra ta’ vittmi, għadu qed isir ix-xogħol li se jwassal għal kundizzjonijiet xierqa fil-futur. L-Artikolu 16: Applikazzjoni territorjali Il-UK ma provdietx informazzjoni li tindika li din id-dispożizzjoni ġiet trasposta għal Ġibiltà. 3. KONKLUŻJONI L-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru mhix sodisfaċenti. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li ntbagħtet lill-Kummissjoni fiha bosta ommissjonijiet. Barra minn hekk, din tirrifletti, bejn wieħed u ieħor, il-prattika ta’ qabel ma ġiet adottata d-Deċiżjoni Kwadru. L-għan li tiġi armonizzata l-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam ma ntlaħaqx minħabba d-differenzi kbar fil-liġijiet nazzjonali. Bosta dispożizzjonijiet ġew implimentati permezz ta’ linji gwida li ma jorbtux, karti u rakkomandazzjonijiet. Il-Kummissjoni ma tistax tivvaluta jekk dawn humiex segwiti fil-prattika. Il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri biex jikkunsidraw dan ir-Rapport u biex jieħdu l-opportunità li jipprovdu l-informazzjoni relevanti ulterjuri kollha lill-Kummissjoni u lis-Segretarjat tal-Kunsill, sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Kwadru. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinkoraġġixxi lil dawk l-Istati Membri li indikaw li qed iħejju l-leġiżlazzjoni relevanti, biex idaħħlu fis-seħħ u jinnotifikaw dawn il-miżuri nazzjonali mill-aktar fis possibbli. [1] ĠU L 82, 22.3.2001, p. 1. [2] COM (2004) 54 finali/2