52012PC0645

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness IV (Enerġija) u għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE /* COM/2012/0645 final - 2012/0307 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-omoġeneità li huma neċessarji għas-Suq Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni kollha relevanti tal-Unjoni Ewropea fil-Ftehim dwar iż-ŻEE mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tagħha.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (anness mal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill) għandu l-għan li jemenda l-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistika) billi jżid l-acquis ġdid tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam.

Dan jikkonċerna d-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (tfassil mill-ġdid). Id-Direttiva 2008/92/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE, li hi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li b'hekk hi mħassra skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan l-att, qed jiġi propost adattament fir-rigward tal-Liechtenstein. Il-Liechtenstein tixtieq tkun eżentata mill-obbligi previsti f’din id-Direttiva, ħlief għall-obbligu li tipprovdi d-dejta dwar il-prezz industrijali għall-kategorija tal-konsumaturi IC fir-rigward tal-elettriku u għall-kategorija tal-konsumaturi I3 fir-rigward tal-gass.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ŻEE jipprevedi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni għal tali Deċiżjonijiet, wara li ssir proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tissottometti l-Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE lill-Kunsill biex jadottah bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun tista’ tippreżentah lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli.

2012/0307 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness IV (Enerġija) u għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[2] (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

(2) Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista’ jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness IV u l-Anness XXI tiegħu.

(3) L-Anness IV u l-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jinkludu dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi dwar l-enerġija u l-istatistika rispettivament.

(4) Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali[3] (tfassil mill-ġdid) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(5) Id-Direttiva 2008/92/KE tħassar id-Direttiva 90/377/KEE, li hi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li b'hekk hi mħassra skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(6) Il-Liechtenstein għandha tkun eżentata mill-obbligi previsti fid-Direttiva 2008/92/KE, ħlief għall-obbligu li tipprovdi d-dejta dwar il-prezz industrijali għall-kategorija tal-konsumaturi IC fir-rigward tal-elettriku u għall-kategorija tal-konsumaturi I3 fir-rigward tal-gass

(7)       L-Anness IV u l-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ.

(8)       Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni li jinsab mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinsab mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

Anness

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru

ta’

l-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE li temenda

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (tfassil mill-ġdid)[4] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2) Id-Direttiva 2008/92/KE tħassar id-Direttiva 90/377/KEE tal-Kunsill, li hi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE u li b'hekk għandha konsegwentement titħassar skont il-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(3) L-Anness IV u l-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 7 (Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE) fl-Anness IV tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi mibdul b'li ġej:

‘32008 L 0092: Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9)(1).

(1)       Elenkat hawn għal skop ta’ tagħrif biss: għall-applikazzjoni ara l-Anness XXI dwar l-istatistika.’

Artikolu 2

It-test tal-punt 26 (Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE) fl-Anness XXI tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi mibdul b'li ġej:

‘32008 L 0092: Id-Direttiva 2008/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta’ prezzijiet tal-gass u tal-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Il-Liechtenstein tkun eżentata mill-obbligi previsti f’din id-Direttiva, ħlief għall-obbligu li tipprovdi d-dejta dwar il-prezz industrijali għall-kategorija tal-konsumaturi IC fir-rigward tal-elettriku u għall-kategorija tal-konsumaturi I3 fir-rigward tal-gass. Din id-dejta (bi tliet livelli ta’ prezzijiet: mingħajr taxxi, mingħajr VAT u bil-VAT, u taxxi oħrajn inklużi) tiġi provduta kull sitt xhur fi żmien xahrejn wara l-perjodu ta’ referenza bl-użu ta’ kwestjonarji adattati provduti mill-Eurostat.’

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2008/92/KE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi [...], sakemm ikunu saru n-notifiki kollha, skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE *.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell,

            Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

            Il-President                                                 Is-Segretarji             tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

[1]               ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

[2]               ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

[3]               ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9.

[4]               ĠU L 298, 7.11.2008, p. 9.

*               [Ma huma indikati ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]