Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ ċerti riżoluzzjonijiet li għandu jittieħed vot fuqhom, fil-qafas tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) /* COM/2012/0192 final - 2012/0095 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA L-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u
l-Inbid (OIV) hija organizzazzjoni intergovernattiva xjentifika u teknika
attiva fis-settur tad-dwieli, tal-inbid, tax-xorb abbażi tal-inbid,
tal-għeneb tal-ikel, taż-żbib u ta’ prodotti oħra
tad-dwieli. L-għanijiet tal-OIV huma (i) li tinforma permezz ta'
pubblikazzjonijiet u organizzazzjoni ta' avvenimenti u simpożji, (ii) li
tassisti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali oħra li huma involuti
f'attivitajiet ta' standardizzazzjoni u (iii) li tikkontribwixxi
għall-armonizzazzjoni internazzjonali tal-prattiki u l-istandards
eżistenti. Attwalment, 44 Stat huma membri tal-OIV, li fosthom hemm
20 li huma Stati Membri tal-Unjoni. Attwalment, l-UE mhijiex Membru tal-OIV. Fil-livell tal-UE, minħabba r-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li
jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar
dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti
agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, ĠU L 299,
p. 1), ċerti riżoluzzjonijiet adottati u ppubblikati mill-OIV
jaffettwaw il-liġi tal-UE. Fil-fatt, l-OKS Unika tipprevedi referenzi
dinamiċi: - għall-metodi tal-analiżi biex tkun
iddeterminata l-kompożizzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid u
ċerti speċifikazzjonijiet ta’ purità u identifikazzjoni tas-sustanzi
użati fil-prattiki enoloġiċi hekk li r-regoli dwarhom adottati u
ppubblikati mill-OIV isiru jorbtu ipso facto dwar din il-kwistjoni fl-UE
(l-Artikolu 120(g) tal-OKS Unika u l-Artikolu 9 tar-Regolament
tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li
jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti
tad-dwieli, il-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli
(ĠU L 193, p. 1); - għall-prattiki enoloġiċi adottati
u ppubblikati mill-OIV li magħhom trid timxi l-Kummissjoni meta tawtorizza
prattiki bħal dawn (l-Artikolu 120(f) tal-OKS Unika); u - għall-istess prattiki enoloġiċi
li abbażi tagħhom l-Unjoni trid taċċetta nbejjed prodotti
f’pajjiżi terzi u li għalhekk isiru jorbtu ipso facto fl-UE
(l-Artikolu 158(a) tal-OKS Unika). Abbażi ta' diskussjonijiet li saru fi
ħdan il-gruppi ta’ esperti li ltaqgħu biex jippreparaw l-Assemblea Ġenerali
tal-OIV, jista’ jkun mistenni li r-Riżoluzzjonijiet li ġejjin, li
jipproduċu effett legali fl-acquis tal-UE, ser ikunu fuq l-aġenda
tal-Assemblea Ġenerali għall-adozzjoni: - L-abbozz tar-Riżoluzzjonijiet OENO-TECHNO
08-394A, 08-394B, 10-442, 10-443, 10-450A, 10-450B, 11-483 u 11-484
jistabbilixxu prattiki enoloġiċi ġodda. Skont
l-Artikoli 120(f) u 158(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007,
dawn ir-Riżoluzzjonijiet ser jaffettwaw l-acquis. - L-abbozz tar-Riżoluzzjonijiet OENO-SCMA
08-385, 09-419B, 10-436, 10-437, 10-461, 10-465 u 10-466, jistabbilixxu
l-metodi tal-analiżi. Skont l-Artikolu 120(g) tar-Regolament (KE)
Nru 1234/2007, dawn ir-Riżoluzzjonijiet ser jaffettwaw l-acquis. - L-abbozz tar-Riżoluzzjonijiet OENO-SPECIF
08-363, 08-364, 09-412, 10-451, 10-452, 10-459, 11-485, 11-486B, 11-489,
11-490, 11-491 u 11-494 jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet ta’ purità u
identifikazzjoni tas-sustanzi użati fil-prattiki enoloġiċi.
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, dawn
ir-Riżoluzzjonijiet ser jaffettwaw l-acquis. Ir-riżoluzzjonijiet imsemmija hawn fuq
ġew diskussi b’mod estensiv bejn l-esperti xjentifiċi u tekniċi
tas-settur tal-inbid. Dawn jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni
internazzjonali tal-istandard tal-inbid u dawn ser jistabbilixxu qafas li ser
jiżgura kompetizzjoni ġusta fil-kummerċ ta' prodotti fis-settur
tal-inbid. Għaldaqstant, dawn għandhom jiġu appoġġati. Bħal fl-imgħoddi, jista’ jkun mistenni
li l-aġenda tal-laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tal-OIV ser tibqa’
tevolvi u li aktar Riżoluzzjonijiet li jaffettwaw l-acquis ser jiġu
miżjuda mal-aġenda. Sabiex tiżgura l-effiċjenza
tal-ħidma tal-Assemblea Ġenerali filwaqt li tirrispetta r-regoli
tat-Trattati, fiż-żmien dovut, il-Kummissjoni ser tissupplimenta
u/jew temenda din il-proposta biex tippermetti lill-Kunsill jadotta
l-pożizzjoni li għandha tittieħed ukoll għal dawn
ir-Riżoluzzjonijiet. 2012/0095 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li
għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’
ċerti riżoluzzjonijiet li għandu jittieħed vot fuqhom,
fil-qafas tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43,
flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) L-Organizzazzjoni
Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) hija organizzazzjoni
intergovernattiva xjentifika u teknika attiva fis-settur tad-dwieli, tal-inbid,
tax-xorb abbażi tal-inbid, tal-għeneb tal-ikel, taż-żbib u
ta’ prodotti oħra tad-dwieli. L-għanijiet tal-OIV huma (i) li
tinforma permezz ta' pubblikazzjonijiet u organizzazzjoni ta' avvenimenti u
simpożji, (ii) li tassisti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali
oħra li huma involuti f'attivitajiet ta' standardizzazzjoni u (iii) li
tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni internazzjonali tal-prattiki u
l-istandards eżistenti. Attwalment, 44 Stat huma membri tal-OIV, li
fosthom hemm 20 li huma Stati Membri tal-Unjoni. Attwalment, l-UE mhijiex
Membru tal-OIV. (2) Fil-livell tal-UE, skont
ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007
tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni
ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal
ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU
L 299, p. 1), xi wħud mir-riżoluzzjonijiet adottati u
ppubblikati mill-OIV jaffettwaw il-liġi tal-UE. L-OKS Unika tipprevedi
referenzi dinamiċi: - għall-metodi tal-analiżi għad-determinazzjoni
tal-kompożizzjoni tal-prodotti tas-settur tal-inbid u ċerti
speċifikazzjonijiet ta’ purezza u identifikazzjoni tas-sustanzi użati
fil-prattiki enoloġiċi, hekk li r-regoli dwarhom adottati u
ppubblikati mill-OIV isiru jorbtu ipso facto dwar din il-kwistjoni fl-UE
(l-Artikolu 120(g) tal-OKS Unika u l-Artikolu 9 tar-Regolament
tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta’ Lulju 2009 li
jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti
tad-dwieli, il-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli,
ĠU L 193, p. 1); - għall-prattiki enoloġiċi adottati
u ppubblikati mill-OIV li magħhom trid timxi l-Kummissjoni meta tawtorizza
prattiki bħal dawn (l-Artikolu 120(f) tal-OKS Unika); u - għall-istess prattiki enoloġiċi
li abbażi tagħhom l-UE trid taċċetta nbejjed prodotti f’pajjiżi
terzi u li għalhekk isiru jorbtu ipso facto fl-UE (l-Artikolu 158a
tal-OKS Unika). (3) Il-laqgħa li jmiss
tal-Assemblea Ġenerali tal-OIV ser issir
fit-22 ta' Ġunju 2012. F’dik l-okkażjoni, l-Assemblea
Ġenerali ser teżamina u possibbilment tadotta Riżoluzzjonijiet
li ser jipproduċu l-effetti legali msemmija. (4) Huwa għalhekk
meħtieġ li jiġu adottati, qabel dik il-laqgħa tal-Assemblea
Ġenerali tal-OIV, il-pożizzjonijiet li l-Istati Membri li huma Membri
tal-OIV, li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-UE, għandhom
jieħdu fl-Assemblea Ġenerali tal-OIV fir-rigward ta' dawn
ir-Riżoluzzjonijiet. (5) L-abbozz
tar-Riżoluzzjonijiet OENO-TECHNO 08-394A, 08-394B, 10-442, 10-443,
10-450A, 10-450B, 11-483 u 11-484 jistabbilixxu prattiki enoloġiċi
ġodda. Skont l-Artikoli 120(f) u 158(a) tar-Regolament (KE)
Nru 1234/2007, dawn ir-Riżoluzzjonijiet ser jaffettwaw l-acquis. (6) L-abbozz
tar-Riżoluzzjonijiet OENO-SCMA 08-385, 09-419B, 10-436, 10-437,
10-461, 10-465 u 10-466, jistabbilixxu l-metodi tal-analiżi. Skont
l-Artikolu 120(g) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, dawn
ir-riżoluzzjonijiet ser jaffettwaw l-acquis. (7) L-abbozz
tar-Riżoluzzjonijiet OENO-SPECIF 08-363, 08-364, 09-412, 10-451, 10-452,
10-459, 11-485, 11-486B, 11-489, 11-490, 11-491 u 11-494 jistabbilixxu
l-ispeċifikazzjonijiet ta' purità u identifikazzjoni tas-sustanzi
użati fil-prattiki enoloġiċi. Skont l-Artikolu 9
tar-Regolament (KE) Nru 606/2009, dawn ir-Riżoluzzjonijiet ser
jaffettwaw l-acquis. (8) Ir-riżoluzzjonijiet
imsemmija hawn fuq ġew diskussi b’mod estensiv bejn l-esperti
xjentifiċi u tekniċi tas-settur tal-inbid. Dawn jikkontribwixxu
għall-armonizzazzjoni internazzjonali tal-istandard tal-inbid u dawn ser
jistabbilixxu qafas li ser jiżgura kompetizzjoni ġusta fil-kummerċ
ta' prodotti fis-settur tal-inbid. Għaldaqstant, dawn għandhom
jiġu appoġġati. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni tal-Unjoni fl-Assemblea
Ġenerali tal-OIV fl-2012 għandha tkun skont l-Anness għal din
id-Deċiżjoni u għandha tiġi espressa mill-Istati Membri li
huma Membri tal-OIV, li jaġixxu b’mod konġunt fl-interess tal-Unjoni. Artikolu 2 Meta l-pożizzjoni msemmija
fl-Artikolu 1 x’aktarx li tkun ser tiġi affettwata b’informazzjoni
xjentifika jew teknika ġdida li tkun ippreżentata qabel jew waqt
il-laqgħat tal-OIV fuq kwistjonijiet li għadhom mhux
soġġetti għal pożizzjoni tal-Unjoni, l-Istati Membri li
huma Membri tal-OIV għandhom jastjenu milli jivvutaw f’Assemblea
Ġenerali tal-OIV. Il-votazzjoni għandha tiġi posposta sakemm
il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun stabbilita fuq il-bażi tal-elementi
l-ġodda. Artikolu 3 Din
id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS L-Istati Membri li jaġixxu b’mod
konġunt fl-interess tal-Unjoni għandhom jappoġġaw biss, u
soġġett għal kwalunkwe eżami futur fuq il-bażi ta'
żviluppi ġodda, dawn l-abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet dwar
il-metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni
tal-prodotti tas-settur tal-inbid, dwar l-ispeċifikazzjonijiet ta’ purezza
u identifikazzjoni tas-sustanzi użati fil-prattiki enoloġiċi u
fuq il-prattiki enologiċi: OENO-TECHNO 08-394A,
id-dealkoħolizzazzjoni tal-inbejjed OENO-TECHNO 08-394B, il-korrezzjoni
tal-kontenut tal-alkoħol fl-inbejjed OENO-TECHNO 10-442,
l-aċidifikazzjoni bi trattament bl-iskambjaturi tal-katjoni – il-most OENO-TECHNO 10-443, l-aċidifikazzjoni bi
trattament bl-iskambjaturi tal-katjoni – l-inbid OENO-TECHNO 10-450A, it-tnaqqis
tal-kontenut taz-zokkor fil-mosti OENO-TECHNO 10-450B, it-tnaqqis tal-kontenut
taz-zokkor fil-mosti permezz tal-akkoppjament tal-membrana OENO-TECHNO 11-483,
id-deaċidifikazzjoni bl-użu ta' proċess ta’ elettromembrana –
il-mosti OENO-TECHNO 11-484,
id-deaċidifikazzjoni bl-użu ta' proċess ta’ elettromembrana –
l-inbejjed OENO-SPECIF 08-363, id-determinazzjoni
tal-attività tal-pettinmetilesterażi fi preparati ta’ enżimi OENO-SPECIF 08-364, id-determinazzjoni
tal-attività tal-poligalatturonażi fi preparati ta’ enżimi OENO-SPECIF 09-412, id-determinazzjoni
tal-attività tal-endo-arabinanażi α-1,5 fi preparazzjonijiet ta'
enżimi pektolitiċi OENO-SPECIF 10-451, żieda
għall-monografija marbuta mal-attività tal-ß-d- glukożidażi
(OENO 5/2007) - codex OENO-SPECIF 10-452, il-monografija dwar
l-estratti tal-proteini tal-ħmira (ype) OENO-SPECIF 10-459, il-monografija dwar
il-ħmira inattivata OENO-SPECIF 11-485, ir-reviżjoni
tal-monografija dwar il-preparazzjonijiet enżimatiċi
(OIV-OENO 365-2009) OENO-SPECIF 11-486B, ir-reviżjoni
tal-monografija dwar id-determinazzjoni tal-attività
taċ-ċellulażi (OIV-OENO 8-2008) OENO-SPECIF 11-489, ir-reviżjoni
tal-monografija dwar id-determinazzjoni tal-attività tal-glikożidażi
(OIV-OENO 5-2007) OENO-SPECIF 11-490, ir-reviżjoni
tal-monografija dwar id-determinazzjoni tal-attività tal-galattanażi
(OIV-OENO 313-2009) OENO-SPECIF 11-491, ir-reviżjoni
tal-monografija dwar id-determinazzjoni tal-attività tal-pektinilażi
(OIV-OENO 314-2009) OENO-SPECIF 11-494, il-monografija dwar
batterji lattiċi – ir-reviżjoni tal-fajl OENO-SCMA 08-385, id-determinazzjoni
tal-liżożima fl-inbid bl-użu ta’ elettroforeżi kapillari
ta’ rendiment għoli OENO-SCMA 09-419B, il-metodi
speċifiċi għall-analiżi taz-zokkor tal-għeneb (mosti
kkonċentrati rrettifikati) OENO-SCMA 10-436, analiżi
tar-residwi tal-pestiċidi fl-inbid (minn gc/ms jew lc/ms-ms) wara estrazzjoni
bl-użu tal-metodu quechers OENO-SCMA 10-437, l-aġġornament
tal-metodu għad-determinazzjoni tad-densità tal-etanol (il-metodu
OIV-MA-AS2-01A) OENO-SCMA 10-461, il-metodi
għad-determinazzjoni tan-natamiċina fl-inbid OENO-SCMA 10-465, is-suppliment għall-metodu
għad-determinazzjoni tal-estratt niexef (OIV-oeno 387/2009) OENO-SCMA 10-466, il-modifika tal-metodu
ta’ evalwazzjoni bir-rifrattometrija tal-konċentrazzjoni taz-zokkor
fl-għeneb, il-mosti, il-mosti tal-għeneb ikkonċentrati u l-mosti
tal-għeneb ikkonċentrati rrettifikati (oeno 21/2004) L-Istati Membri li jaġixxu b’mod
konġunt fl-interess tal-Unjoni jistgħu jaqblu ma’ bidliet minuri
għal dawn l-abbozzi ta’ riżoluzzjonijiet mingħajr
deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.