Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja /* KUMM/2012/032 finali - 2012/0016 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006
tat-18 ta' Mejju 2006 jipprovdi għall-iffriżar
tal-assi tal-President Lukashenko u ta' ċerti uffiċjali
tal-Bjelorussja. (2)
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/ …
/PESK ta' …ta’ Jannar 2012, il-Kunsill iddeċieda li
r-restrizzjonijiet dwar l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi
għandhom ikunu applikati kontra (i) persuni responsabbli għal
każijiet ta’ vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem jew għal
ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika,
inklużi b'mod partikolari persuni f'pożizzjoni ta' tmexxija u kontra
(ii) persuni u entitajiet li jibbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenko jew
jappoġġjawh, inklużi b'mod partikolari persuni u entitajiet li
jipprovdu appoġġ finanzjarju jew materjali lir-reġim. (3)
Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija
meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tidħol
fis-seħħ, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata
l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati
Membri kollha. (4)
Għal din ir-raġuni, ir-Rappreżentant
Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u
l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill
(UE) Nru 765/2006. 2012/0016 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006
dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2012/…/PESK ta' ... ta’ Jannar 2012[1] li temenda
d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK dwar miżuri
restrittivi kontra l-Bjelorussja. Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006
tat-18 ta' Mejju 2006[2]
jipprovdi għall-iffriżar tal-assi tal-President Lukashenko u ta'
ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja. (2)
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/ …
/PESK ta' … ta’ Jannar 2012, il-Kunsill iddeċieda li
r-restrizzjonijiet dwar l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi
għandhom ikunu applikati kontra (i) persuni responsabbli għal
każijiet ta’ vjolazzjoni serja tad-drittijiet tal-bniedem jew għal
ripressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika,
inklużi b'mod partikolari persuni f'pożizzjoni ta' tmexxija u kontra
(ii) persuni u entitajiet li jibbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenko jew
jappoġġjawh, inklużi b'mod partikolari persuni u entitajiet li
jipprovdu appoġġ finanzjarju jew materjali lir-reġim. (3)
Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija
meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex tidħol
fis-seħħ, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata
l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati
Membri kollha. (4)
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE)
Nru 765/2006 għandu jiġi emendat skont dan, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa
emendat kif ġej: L-Artikolu 2 jiġi mibdul bl-Artikolu
li ġej: “Artikolu 2 1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi
kollha li jappartjenu għal persuni fiżiċi jew
ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi I, IA u IB,
jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma jew kontrollati minnhom,
jiġu ffriżati. 2. L-ebda fondi jew riżorsi
ekonomiċi ma jitpoġġew, direttament jew indirettament,
għad-dispożizzjoni ta’ persuni fiżiċi jew
ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi I, IA jew IB
jew isiru disponibbli b’mod li jgawdu minnhom huma . 3. Tiġi pprojbita
l-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li
l-għan jew l-effett tagħhom ikun, b'mod dirett jew b'mod indirett, li
jiġu evitati l-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2. 4. L-Anness I ikun jikkonsisti
f’persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont
l-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK,
kienu identifikati mill-Kunsill bħala persuni responsabbli
għall-vjolazzjoni tal-istandards elettorali internazzjonali
fl-elezzjonijiet Presidenzjali fil-Bjelorussja
fid-19 ta' Marzu 2006 u fit-trażżin ripressiv
tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew
bħala persuni assoċjati ma' dawk responsabbli. 5. L-Anness IA jkun jikkonsisti
f’persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont
l-Artikolu 2(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK,
kienu identifikati mill-Kunsill bħala persuni responsabbli
għall-vjolazzjoni tal-istandards elettorali internazzjonali
fl-elezzjonijiet Presidenzjali fil-Bjelorussja
fid-19 ta' Diċembru 2010 u fit-trażżin ripressiv
tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika, jew
bħala persuni assoċjati ma' dawk responsabbli. 6. L-Anness IB jkun jikkonsisti
minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li,
skont is-subparagrafi (c) u (d) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2010/639/PESK, kienu identifikati mill-Kunsill bħala
persuni (i) responsabbli għal każijiet ta’ vjolazzjoni serja
tad-drittijiet tal-bniedem jew għar-ripressjoni tas-soċjetà
ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Bjelorussja, jew (ii)
persuni jew entitajiet li jibbenefikaw mir-reġim ta' Lukashenko jew jappoġġjawh." Artikolu 2 L-Anness ta’ ma’ dan ir-Regolament
jiżdied bħala l-Anness IB ta’ mar-Regolament (KE)
Nru 765/2006. Artikolu 3 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President "ANNESS IB Ma hemmx entrati f'dan l-Anness" [1] ĠU L … , …1.2012, p. … . [2] ĠU L 134, tal-20.5. 2006, p. 1