Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) /* KUMM/2011/0873 finali - 2011/0427 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.
IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA
1.1.
Introduzzjoni
Din il-proposta tipprovdi għall-qafas
legali meħtieġ biex iwieġeb għat-talba tal-Kunsill Ewropew
tat-23-24 ta' Ġunju 2011 biex tkompli tiżviluppa ulterjorment is-Sistema
Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) bħala kwistjoni ta’ prijorità
sabiex issir operazzjonali sal-2013, u tippermetti lill-awtoritajiet tal-Istati
Membri li jwettqu attivitajiet ta’ sorveljanza fuq il-fruntieri u
l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni
Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea[1] (Frontex), minn hawn ’il
quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija’,
biex jaqsmu bejniethom l-informazzjoni
operazzjonali u jtejbu l-kooperazzjoni. L-għan tal-EUROSUR huwa li
ssaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri esterni taż-żona
Schengen. L-EUROSUR se tistabbilixxi mekkaniżmu għall-awtoritajiet
tal-Istati Membri li jwettqu attivitajiet ta’ sorveljanza fuq il-fruntieri biex
jaqsmu bejniethom l-informazzjoni operazzjonali u jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Aġenzija
sabiex inaqqsu l-imwiet fil-baħar u n-numru ta’ immigranti illegali li
jidħlu fl-UE bil-moħbi, u biex tiżdied is-sigurtà interna
permezz tal-prevenzjoni tal-kriminalità transkonfinali bħat-traffikar
tal-bnedmin u l-kuntrabandu ta’ drogi. Ix-xogħlijiet li twettqu attwalment
għall-ittestjar u l-istabbiliment gradwali tal-EUROSUR huma bbażati
fuq pjan direzzjonali ppreżentat f’Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
fl-2008.[2]
1.2.
Bażi legali
Il-proposta
leġiżlattiva hija bbażata fuq l-Artikolu 77 (2) (d)
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li skontu
l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, jadottaw miżuri li jikkonċernaw
kull miżura meħtieġa għall-istabbiliment gradwali ta’ sistema
ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni.[3] L-istabbiliment tal-EUROSUR
jifforma parti minn politika bl-għan li ssaħħaħ il-ġestjoni
tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri. Għalhekk
l-EUROSUR se tikkostitwixxi strument ġdid ta’ politika li se
jiffaċilita l-kooperazzjoni u jippermetti l-iskambju ta’ informazzjoni sistematiku
bejn l-Istati Membri kif ukoll mal-Aġenzija dwar is-sorveljanza fuq il-fruntieri,
xi ħaġa li bħalissa ma teżistix fuq livell tal-UE. Ladarba jiġi adottat, l-att
leġiżlattiv dwar l-EUROSUR ikun jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet
tal-acquis ta’ Schengen, li r-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex qed jieħdu
sehem fih, iżda li huwa applikabbli għal erba’ pajjiżi
assoċjati (In-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein). L-istati
ta’ Schengen huma impenjati biex iżommu standards komuni
għall-kontroll tal-fruntieri esterni.
1.3.
L-għan u l-kontenut tal-proposta
leġiżlattiva
L-iskop tal-proposta leġiżlattiva
huwa li ttejjeb l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċità ta’ reazzjoni
tal-Istati Membri u tal-Aġenzija waqt il-prevenzjoni tal-migrazzjoni
illegali u l-kriminalità transkonfinali fil-fruntieri esterni fuq l-art u dawk
marittimi (Artikolu 1). Dan isir billi jiġi stabbilit qafas
komuni (Artikolu 4), b’responsabbiltajiet u kompetenzi ċari għaċ-ċentri
nazzjonali ta’ koordinazzjoni għas-sorveljanza fuq il-fruntieri fl-Istati
Membri (Artikolu 5) u l-Aġenzija (Artikolu 6), li jiffurmaw
il-qofol tal-EUROSUR. Dawn iċ-ċentri, li jiżguraw ġestjoni effettiva
u effiċjenti tar-riżorsi u l-persunal fuq livell nazzjonali, u
l-Aġenzija, jikkomunikaw ma’ xulxin permezz tan-netwerk tal-komunikazzjoni
(Artikolu 7), li jippermetti l-iskambju kemm ta’ informazzjoni sensittiva
mhux klassifikata, kif ukoll ta’ informazzjoni klassifikata. Il-kooperazzjoni u l-iskambju
tal-informazzjoni bejn iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u
l-Aġenzija isir permezz ta’ ‘stampi tas-sitwazzjoni’ (Artikolu 8), li
jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali (Artikolu 9) u Ewropew
(Artikolu 10) kif ukoll għaż-żona prefruntiera (Artikolu 11).
Dawn it-tliet stampi, li minnhhom l-aħħar tnejn jitmexxew
mill-Aġenzija, huma strutturati b'mod simili biex ikun iffaċilitat
il-fluss tal-informazzjoni bejniethom. L-istampi tas-sitwazzjoni bħala regola
ġenerali mhumiex se jinvolvu dejta personali, iżda minflok se
jinvolvu l-iskambju ta’ informazzjoni dwar inċidenti u oġġetti
depersonalizzati bħad-detezzjoni u t-traċċar ta’ bastimenti. F'sitwazzjonijiet
eċċezzjonali d-dejta personali tista’ tkun tifforma parti mid-dejta
kondiviża mill-Istati Membri mal-Aġenzija sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet
tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004.[4] Safejn id-dejta personali tkun
tifforma parti mill-Istampa tas-Sitwazzjoni Nazzjonali ta’ sezzjonijiet
ġirien tal-fruntiera esterna, din tista’ tiġi skambjata bejn l-Istati
Membri ġirien biss, skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-qafas legali
orizzontali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Barra minn hekk, l-Aġenzija tipprovdi
servizz għall-applikazzjoni komuni ta’ għodod ta’ sorveljanza (Artikolu 12),
billi tqis li servizz bħal dan ikun jista’ jiġi provdut b’mod aktar
kosteffettiv fuq livell Ewropew. Servizz bħal dan jista’ jiġi
implimentat bl-appoġġ tal-programmi spazjali Ewropej rilevanti,
inkluż il-Monitoraġġ Globali tal-Ambjent u s-Sigurtà (GMES)
operazzjonali. L-approċċ magħżul fl-EUROSUR
huwa li jsir l-aħjar użu tal-informazzjoni eżistenti,
il-kapaċitajiet u s-sistemi disponibbli f'aġenziji oħrajn tal-UE
safejn ikun possibbli (Artikolu 17). Għal din ir-raġuni,
l-Aġenzija tikkoopera mill-qrib maċ-Ċentru Satellitari tal-UE,
l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea
tas-Sigurtà Marittima fil-forniment tas-servizz għall-applikazzjoni komuni
tal-għodod ta’ sorveljanza kif ukoll mal-EUROPOL sabiex tiġi
skambjata l-informazzjoni dwar il-kriminalità transkonfinali. Fir-rigward tad-dejta dwar it-traffiku
marittimu li għandha tiġi pprovduta mis-sistema SafeSeaNet skont
id-Direttiva 2002/59/KE, fl-2013 il-Kummissjoni biħsiebha tagħmel
proposta adegwata li tibdel id-Direttiva. Huwa ppjanat li l-informazzjoni
rilevanti fis-SafeSeaNet se ssir ukoll disponibbli għal skopijiet
oħrajn minbarra dwak relatati mas-sigurtà marittima, is-sikurezza
marittima u l-ħarsien tal-ambjent marittimu u għalhekk tkun parti
mill-għodod ta’ sorveljanza użati fil-qafas tal-EUROSUR. L-għarfien aħjar ta’ x’qed isir
fil-fruntieri esterni għandu biss valur limitat jekk ma jkunx
ikkomplimentat minn titjib fil-kapaċità tal-Istati Membri tal-UE li jirreaġixxu
għall-isfidi li jiltaqgħu magħhom fil-fruntieri esterni
tagħhom. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom
jaqsmu l-fruntieri esterni tagħhom f’sezzjonijiet ta’ fruntieri
(Artikolu 13), li għalihom – abbażi tal-analiżi tar-riskju
u n-numru ta’ inċidenti li jseħħu – għandhom jiġu
attribwiti livelli tal-impatt (Artikolu 14). Skont liema livelli
tal-impatt jiġu attribwiti, iċ-ċentri nazzjonali ta’
koordinazzjoni u l-Aġenzija għandhom jieħdu kontromiżuri
sabiex inaqqsu l-impatt fuq is-sezzjoni tal-fruntiera inkwistjoni (Artikolu
15). Il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi
ġirien hija importanti ħafna għas-suċċess tal-EUROSUR.
Għalhekk in-netwerks reġjonali eżistenti u ppjanati mwaqqfa bejn
l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi ġirien ikunu kollegati mal-EUROSUR
permezz taċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni (qabbel
l-Artikolu 9 (2)(h) u l-Artikolu 18). Meta jitqies li l-Istati Membri
u l-Aġenzija diġà qegħdin fil-proċess li jistabbilixxu
l-komponenti differenti tal-EUROSUR fuq livell nazzjonali u Ewropew, l-EUROSUR
għandha ssir operazzjonali fit-tieni nofs tas-sena 2013
(Artikolu 21). Iċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka
tal-Kummissjoni Ewropea għandu jipprovdi lill-Aġenzija appoġġ
tekniku għall-iżvilupp tekniku ulterjuri tal-EUROSUR. Peress li l-EUROSUR mhijiex maħsuba
bħala sistema biex tirregola l-ġbir, il-ħżin jew l-iskambju
transkonfinali ta’ dejta personali, din ma kinitx koperata mill-Komunikazzjoni
tal-Kummissjoni dwar ħarsa ġenerali lejn il-ġestjoni
tal-informazzjoni fil-Qasam tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja
tal-2010.[5]
L-iżvilupp tal-EUROSUR madankollu ġie analizzat fuq il-bażi
tal-prinċipji stabbiliti f’dik il-Komunikazzjoni, kif kompla jiġi
elaborat fil-valutazzjoni tal-impatt. Dan jikkonċerna b’mod partikolari
l-prinċipju tal-ħtieġa fejn il-possibbiltà li jintuża
l-EUROSUR għall-iskambju tad-dejta personali nżammet
għall-minimu assolut, il-prinċipju tal-kosteffettività fejn intgħażel
approċċ li jimxi pass pass li jagħmel użu
mis-soluzzjonijiet tekniċi l-anqas kumplessi, u politika mfassla minn
isfel għal fuq, filwaqt li sa mill-2008 l-Kummissjoni ħadmet f’kooperazzjoni
mill-qrib mal-esperti tal-Istati Membri biex tevalwa s-soluzzjonijiet
tekniċi differenti u biex tivvalida b’mod konġunt is-sejbiet u
r-rakkomandazzjonijiet tal-istudji mwettqa. Din il-proposta kienet soġġetta
għal skrutinju biex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet
tagħha jikkonformaw għal kollox mad-drittijiet fundamentali u
speċjalment mad-dinjità tal-bniedem, il-projbizzjoni tat-tortura u
tal-pieni jew trattamenti inumani jew degradanti, id-dritt għal-libertà u
s-sigurtà, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali,
in-non-refoulement, in-nondiskriminazzjoni u d-drittijiet tat-tfal.
Ingħatat attenzjoni partikolari lill-Artikoli 4 u 19 (2)
tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tipprojbixxi
t-tneħħija ta’ persuni għal Stat fejn ikun hemm riskju serju
tal-piena tal-mewt, tortura jew trattament jew kastig inuman jew degradanti.
L-Artikolu 18 (2) ta’ dan ir-Regolament jipprojbixxi b’mod
espliċitu kull skambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiż terz li jkun
jista’ jagħmel użu minn din l-informazzjoni biex jidentifika persuni
jew gruppi ta’ persuni li jkunu f’riskju serju li jkunu soġġetti
għal tortura, trattament jew kastig inuman u degradanti jew kull ksur
ieħor ta’ drittijiet fundamentali. Barra minn hekk, l-Artikolu 24 tal-Karta
kien ta’ importanza, peress li ħafna migranti illegali u vittmi tat-traffikar
huma tfal. L-Artikolu 1 (3) jipprovdi b’mod espliċitu li
l-Istati Membri u l-Aġenzija għandhom jagħtu prijorità
lill-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, lill-vittmi tat-traffikar, lill-persuni
li jkunu jeħtieġu assistenza medika urġenti, lill-persuni li
jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, lill-persuni fil-periklu
fuq il-baħar u lil persuni oħrajn f’sitwazzjoni partikolarment
vulnerabbli. L-Artikolu 8 tal-Karta dwar il-protezzjoni tad-dejta
personali wkoll għandu importanza partikolari minħabba li
l-kondiviżjoni tad-dejta jista' jinkludi dejta personali, u f'din
is-sitwazzjoni r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta japplikaw u għandhom
jiġu osservati bis-sħiħ. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Id-Dokumnet ta’ Ħidma tal-Persunal
tal-Kummissjoni mehmuż ma’ din il-proposta, li qed jivvaluta l-impatt ta’
din il-proposta, jipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata dwar il-konsultazzjonijiet
li saru mill-2008 sal-2011 u jipprovdi wkoll għal spjegazzjoni dettaljata
tal-qafas tal-EUROSUR u l-għażliet ta' politika differenti u
l-ispejjeż għall-istabbiliment tiegħu. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA L-Artikolu 77 (2) (d)
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huwa l-bażi legali
għall-proposta. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-komponenti differenti tal-EUROSUR se
jiġu prinċipalment implimentati mill-Aġenzija u mill-Istati
Membri (ġestjoni kondiviża) fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali
tal-EUROSUR 2008 (COM (2008) 68 finali). Fir-rigward tal-istabbiliment
taċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni, l-Istati Membri se jkunu
appoġġjati mill-Fond għall-Fruntieri Esterni fl-2012-2013 u
mill-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri
esterni u l-viża bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna
ppjanat fl-2014-2020. Min-naħa l-oħra, l-Aġenzija se
tuża l-baġit tagħha stess biex tistabbilixxi n-netwerk ta’
komunikazzjoni u komponenti orizzontali oħrajn tal-EUROSUR,
bħall-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea u l-istampa ta’ intelligence
prefruntiera komuni, u fejn meħtieġ dan se jsir bl-appoġġ
taħt il-Fond għas-Sigurtà Interna (ġestjoni finanzjarja
ċentralizzata diretta jew indiretta). Il-finanzjament provdut taħt is-7
Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp se jagħti
appoġġ għall-istabbiliment tas-servizz ippjanat
għall-applikazzjoni komuni tal-għodod ta’ sorveljanza fl-2012-2013. Il-miżuri f’pajjiżi terzi
ġirien se jkunu appoġġjati fl-2012-2013 mill-Programm Tematiku
għall-Asil u l-Migrazzjoni, bħala parti mill-Istrument ta’
Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp. 2011/0427 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL Li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’
Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) IL-PARLAMENT
EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77 (2) (d)
tiegħu, Wara li kkunsidraw
il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li l-abbozz ta’
att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li
jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) L-istabbiliment tas-Sistema
Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (minn hawn quddiem imsejħa l-‘EUROSUR’)
hija meħtieġa għat-tisħiħ tal-iskambju tal-informazzjoni
u tal-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati
Membri, kif ukoll mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’
Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni
Ewropea stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004
tas-26 ta' Ottubru 2004[6]
(Frontex), minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija’. L-EUROSUR
għandha tipprovdi lil dawn l-awtoritajiet u lill-Aġenzija l-infrastruttura
u l-għodod meħtieġa biex itejbu l-għarfien tas-sitwazzjoni
u l-kapaċità ta’ reazzjoni tagħhom fid-detezzjoni u l-prevenzjoni tal-migrazzjoni
illegali u l-kriminalità transkonfinali kif ukoll meta jipproteġu u
jsalvaw il-ħajjiet ta’ migranti fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri
tal-Unjoni. (2) L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni għas-sorveljanza
fuq il-fruntieri biex itejbu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni
bejniethom u mal-Aġenzija. Għall-funzjonament tajjeb tal-EUROSUR huwa
essenzjali li l-awtoritajiet nazzjonali kollha b’responsabbiltà għal
sorveljanza fuq il-fruntiera esterna skont il-liġi nazzjonali jkunu qed
jikkooperaw permezz taċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni. (3) Dan ir-Regolament
m’għandux itellef lill-Istati Membri milli jagħmlu ċ-ċentri
nazzjonali ta’ koordinazzjoni tagħhom responsabbli wkoll
mill-koordinazzjoni tal-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni
fir-rigward tas-sorveljanza tal-fruntieri tal-ajru u għall-kontrolli
fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri. (4) Dan ir-Regolament
jagħmel parti mill-mudell Ewropew għall-ġestjoni integrata
tal-fruntieri tal-fruntieri esterni u mill-Istrateġija għas-Sigurtà
Interna tal-Unjoni Ewropea. L-EUROSUR tikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp
tal-Ambjent Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni għas-sorveljanza
tad-dominju marittimu tal-UE. (CISE), li jipprovdi qafas usa’
għall-għarfien tas-sitwazzjoni marittima permezz tal-iskambju
tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet pubbliċi bejn setturi differenti
fl-Unjoni. (5) Skont l-Artikolu 2 (i)
tar-Regolament 2007/2004, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-għajuna
meħtieġa għall-iżvilupp u l-operazzjoni tal-EUROSUR, u, kif
xieraq, għall-iżvilupp tas-CISE, inkluża l-interoperabilità
tas-sistemi. (6) Dan ir-Regolament jirrispetta
d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta
tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment id-dinjità
tal-bniedem, il-projbizzjoni tat-tortura u trattament jew kastig inuman jew
degradanti, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, id-dritt
għall-protezzjoni tad-dejta personali, in-non-refoulement,
in-nondiskriminazzjoni u d-drittijiet tat-tfal. Dan ir-Regolament għandu
jiġi applikat mill-Istati Membri skont dawn id-drittijiet u
l-prinċipji. (7) Kull skambju ta’ dejta
personali permezz tan-netwerk tal-komunikazzjoni għall-EUROSUR għandu
jitwettaq fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u d-dispożizzjonijiet
legali tal-Unjoni eżistenti u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti
speċifiċi tagħhom dwar il-protezzjoni tad-dejta. Id-Direttiva
95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi
fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu
ta’ dik id-dejta[7],
ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi
fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u
l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[8] u, fil-qafas tal-kooperazzjoni
tal-pulizija u dik ġudizzjarja, id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI
tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tad-dejta personali
pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik
ġudizzjarja f’materji kriminali[9]
huma applikabbli f’sitwazzjonijiet fejn strumenti aktar speċifiċi,
bħar-Regolament (KE) Nru 2007/2004, ma jkunux jipprovdu sistema
sħiħa tal-protezzjoni tad-dejta. (8) Minħabba li
l-istabbiliment tal-EUROSUR ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti
mill-Istati Membri weħidhom u għalhekk jista’, minħabba l-iskala
u l-impatt tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni
tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif
stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. F'konformità
mal-prinċipju tal-proporzjonalità dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn
dak li huwa meħtieġ sabiex jikseb l-għan tiegħu. (9) Sabiex tiġi implimentata
tnedija gradwali fuq bażi geografika tal-EUROSUR, l-obbligu li jiġu
maħtura u li jibdew joperaw iċ-ċentri nazzjonali ta’
koordinazzjoni għandu japplika fi tliet stadji suċċessivi,
l-ewwel wieħed għal Stati Membri li jkunu jinsabu fil-fruntieri
esterni fil-baħar tan-Nofsinhar u fil-fruntieri esterni fuq l-art
tal-Lvant, fit-tieni stadju għall-bqija tal-Istati Membri li għandhom
fruntieri esterni fuq l-art jew fil-baħar, u fit-tielet stadju għall-bqija
l-oħra tal-Istati Membri. (10) Skont l-Artikoli 1 u 2
tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-Trattat
tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u
għalhekk mhijiex marbuta minnu jew soġġetta
għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis
ta’ Schengen, taħt it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka għandha, skont
l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur
wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament jekk timplimentahx jew le fil-liġi
nazzjonali tagħha. (11) Dan ir-Regolament
jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta'
Shengen, li r-Renju Unit mhux qed jieħu sehem fih, skont
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000
li jikkonċerna t-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’
Fuq li jieħdu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis
ta’ Schengen[10].
Ir-Renju Unit għalhekk mhuwiex qed jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan
ir-Regolament u mhuwiex marbut minnu jew soġġett
għall-applikazzjoni tiegħu. (12) Dan ir-Regolament
jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’
Schengen, li l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fih, skont
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 li
tikkonċerna t-talba tal-Irlanda li tieħu sehem f’xi wħud
mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen[11]. L-Irlanda għalhekk mhijiex
qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta minnu
jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu. (13) Fir-rigward tal-Islanda u
n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp
tad-dispożizzjonijiet tal-aquis ta’ Schengen, kif dispost bil-Ftehim
konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u
r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk
iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u
l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[12].
(14) Fir-rigward tal-Isvizzera, dan
ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis
ta’ Schengen, kif dispost bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità
Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jikkonċerna l-assoċjazzjoni
tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u
l-iżvilupp tal-acquis ta’ Shengen[13].
(15) Fir-rigward tal-Liechtenstein,
dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-aquis
ta’ Schengen, kif dispost bil-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità
Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar
l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni
Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar
l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni
u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen[14]. (16) L-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament
ma tippreġudikax id-diviżjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati
Membri, u ma taffettwax l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Konvenzjoni
tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Liġi tal-Baħar, il-Konvenzjoni
Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja fuq il-Baħar,
il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi,
il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata
Transnazzjonali u l-Protokoll tagħha kontra t-Traffikar tal-Immigranti
bl-Art, bil-Baħar u bl-Ajru, il-Konvenzjoni relatata mal-Istatus
tar-Refuġjati, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani
u l-Libertajiet Fundamentali u strumenti internazzjonali rilevanti oħrajn. (17) L-implimentazzjoni ta’ dan
ir-Regolament ma taffettwax ir-regoli għas-sorveljanza tal-fruntieri
esterni fil-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata
mill-Aġenzija, kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill
2010/252/UE tas-26 ta’ April 2010[15]. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: TITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET
ĠENERALI Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni
għall-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u
l-Aġenzija sabiex jitjiebu l-għarfien tas-sitwazzjoni u
l-kapaċità ta’ reazzjoni fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri u
tal-Unjoni Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejħa: Is-Sistema Ewropea ta’
Sorveljanza tal-Fruntieri Esterni (EUROSUR). Artikolu 2 Kamp
ta’ applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament japplika
għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni fuq l-art u fil-baħar
tal-Istati Membri, inklużi miżuri għall-monitoraġġ, id-detezzjoni,
l-identifikazzjoni, it-traċċar, il-prevenzjoni u
l-interċettazzjoni tal-qsim illegali tal-fruntieri. 2. Dan ir-Regolament ma japplikax
għall-miżuri operazzjonali, proċedurali u legali li
jittieħdu wara l-interċettazzjoni. 3. L-Istati Membri u
l-Aġenzija jikkonformaw mad-drittijiet fundamentali, inklużi
r-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-dejta, meta japplikaw dan ir-Regolament.
Huma jagħtu prijorità lill-ħtiġijiet speċjali tat-tfal,
lill-vittmi tat-traffikar, lill-persuni li jkunu jeħtieġu assistenza
medika urġenti, lill-persuni li jkunu jeħtieġu protezzjoni
internazzjonali, lill-persuni fil-periklu fuq il-baħar u lil persuni
oħrajn f’sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli. Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) ‘għarfien tas-sitwazzjoni’
tfisser il-kapaċità tal-monitoraġġ, id-detezzjoni, l-identifikazzjoni,
it-traċċar u l-fehim tal-attivitajiet transkonfinali sabiex jinstabu
raġunijiet loġiċi għall-miżuri ta’ kontroll billi
l-informazzjoni l-ġdida tingħaqad flimkien mal-għarfien
eżistenti; (b) ‘kapaċità tar-reazzjoni’
tfisser il-kapaċità li jitwettqu azzjonijiet maħsuba sabiex
jiġġieldu kontra l-movimenti illegali transkonfinali, inklużi
l-mezzi u l-iskeda biex wieħed jirreaġixxi b’mod adegwat għal
ċirkostanzi mhux tas-soltu; (c) ‘stampa tas-sitwazzjoni’
tfisser interfaċċja grafika għall-preżentazzjoni ta’ dejta,
informazzjoni u intelligence f’ħin reali mingħand
awtoritajiet, sensuri, u pjattaformi differenti, u sorsi oħra, li
tiġi kondiviża permezz tal-kanali ta' komunikazzjoni u
tal-informazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn sabiex jinkiseb l-għarfien
tas-sitwazzjoni u tiġi appoġġjata l-kapaċità ta' reazzjoni
mal-fruntieri esterni fiż-żona prefruntiera; (d) ‘kriminalità transkonfinali’
tfisser kull kriminalità serja u organizzata li titwettaq fil-fruntieri esterni
tal-Istati Membri, bħat-traffikar tal-persuni umani, il-kuntrabandu ta’
drogi u attivitajiet oħra illeċiti. (e) ‘sezzjoni tal-fruntiera
esterna’ tfisser il-fruntiera kollha jew parti mill-fruntiera ta’ Stat Membru fuq
l-art jew fil-baħar kif definita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali
jew kif ġiet iddeterminata miċ-ċentru nazzjonali ta'
koordinazzjoni jew kwalunkwe awtorità nazzjonali oħra responsabbli. (f) ‘żona prefruntiera’
tfisser żona ġeografika lil hinn mill-fruntiera esterna tal-Istati
Membri, li ma tkunx koperta mis-sistema nazzjonali ta’ sorveljanza
tal-fruntiera. TITOLU II QAFAS KAPITOLU I Komponenti Artikolu 4 Il-qafas
tal-EUROSUR 1. Għall-iskambju ta’
informazzjoni u l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sorveljanza fuq il-fruntieri,
l-Istati Membri u l-Aġenzija jagħmlu użu mill-qafas tal-EUROSUR,
li jikkonsisti mill-komponenti li ġejjin: (a) ċentri
nazzjonali ta’ koordinazzjoni għas-sorveljanza fuq il-fruntieri. (b) stampi
tas-sitwazzjoni nazzjonali. (c) netwerk
ta' komunikazzjoni; (d) Stampa
tas-sitwazzjoni Ewropea; (e) Stampa
ta’ intelligence prefruntiera komuni; (f) l-applikazzjoni
komuni ta’ għodod ta’ sorveljanza. 2. Iċ-ċentri
nazzjonali ta’ koordinazzjoni, permezz tan-netwerk ta’ komunikazzjoni,
jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha mill-istampi
tas-sitwazzjoni nazzjonali tagħhom li tkun meħtieġa
għall-istabbiliment u ż-żamma tal-istampa tas-sitwazzjoni
Ewropea u tal-istampa ta' intelligence prefruntiera komuni. 3. L-Aġenzija, permezz
tan-netwerk ta’ komunikazzjoni, tagħti liċ-ċentri nazzjonali ta’
koordinazzjoni aċċess bla limitu għall-istampa tas-sitwazzjoni
Ewropea u għall-istampa ta’ intelligence prefruntiera komuni. 4. Il-komponenti elenkati
fil-paragrafu 1 jiġu stabbiliti u miżmuma f'konformità
mal-prinċipji msemmija fl-Anness; Artikolu 5 Iċ-Ċentru
Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni 1. Kull Stat Membru li jkollu
fruntieri fuq l-art u fil-baħar jaħtar, jopera u jżomm
Ċentru Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni għas-sorveljanza fuq
il-fruntieri, li jikkoordina u jiskambja l-informazzjoni bejn l-awtoritajiet
kollha responsabbli għas-sorveljanza fuq il-fruntieri esterni fuq
il-livell nazzjonali kif ukoll maċ-ċentri nazzjonali ta’
koordinazzjoni l-oħrajn u l-Aġenzija. L-Istat Membru jinnotifika
l-istabbiliment taċ-ċentru lill-Kummissjoni, li tinforma minnufih lill-Istati
Membri l-oħra u lill-Aġenzija. 2. Bla ħsara
għall-Artikolu 16, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni huwa
l-uniku punt ta’ kuntatt għall-iskambju ta’ informazzjoni u
l-kooperazzjoni ma’ ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni oħrajn u
mal-Aġenzija. 3. Iċ-ċentri
nazzjonali ta’ koordinazzjoni: (a) jiżgura l-iskambju
f’waqtu ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali
kollha responsabbli għas-sorveljanza fuq il-fruntieri esterni u
mal-awtoritajiet rilevanti tal-infurzar tal-liġi fuq il-livell nazzjonali
kif ukoll ma' ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni oħrajn u
mal-Aġenzija; (b) jikkontribwixxi
għall-ġestjoni effettiva u effiċjenti tar-riżorsi u
l-persunal; (c) jistabbilixxi u jżomm
l-Istampa tas-Sitwazzjoni Nazzjonali skont l-Artikolu 9; (d) jagħti appoġġ
għall-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet kollha ta’
sorveljanza fuq il-fruntieri nazzjonali; (e) jamministra s-sistema ta’
sorveljanza fuq il-fruntiera nazzjonali, fejn ikun applikabbli skont
il-liġi nazzjonali; (f) ikejjel regolarment
l-effetti tal-attivitajiet ta’ sorveljanza fuq il-fruntiera nazzjonali; (g) jikkoordina miżuri
operazzjonali ma’ Stati Membri oħrajn, mingħajr preġudizzju
għall-kompetenzi tal-Aġenzija; 4. Iċ-ċentru
nazzjonali ta’ koordinazzjoni jopera erbgħa u għoxrin siegħa
kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. Artikolu 6 L-Aġenzija 1. L-Aġenzija: (a) tamministra n-netwerk
tal-komunikazzjoni għall-EUROSUR skont l-Artikolu 7; (b) tistabbilixxi u
żżomm l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea skont l-Artikolu 10; (c) tistabbilixxi u
żżomm l-istampa ta’ intelligence prefruntiera komuni skont
l-Artikolu 11; (d) tiffaċilita
l-applikazzjoni komuni tal-għodod ta’ sorveljanza f’konformità
mal-Artikolu 12. 2. Għall-finijiet
tal-paragrafu 1, l-Aġenzija topera erbgħa u għoxrin
siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa. Artikolu 7 In-netwerk
ta’ komunikazzjoni 1. L-Aġenzija tistabbilixxi
u żżomm netwerk ta’ komunikazzjoni sabiex tipprovdi għodod ta’
komunikazzjoni u analitiċi u tippermetti l-iskambju sigur
tal-informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u l-informazzjoni klassifikata qrib
għall-ħin reali ma’ u fost iċ-ċentri nazzjonali ta’
koordinazzjoni. In-netwerk jopera erbgħa u għoxrin siegħa kuljum
u sebat ijiem fil-ġimgħa u jippermetti: (a) l-iskambju ta’ informazzjoni
bilaterali u multilaterali kważi fil-ħin reali; (b) konferenzi bil-vidjo u
bl-awdjo; (c) it-trattament,
il-ħżin, u l-ipproċessar b’mod sigur ta’ informazzjoni
sensittiva mhux klassifikata; (d) l-immaniġġjar,
il-ħżin, it-trażmissjoni u l-ipproċessar b’mod sigur
tal-informazzjoni klassifikata tal-UE sal-livell ta’ ‘RESTREINT UE/RISTRETT
GĦALL-UE’ jew livelli ta’ klassifika nazzjonali ekwivalenti, filwaqt li
jiżgura li l-informazzjoni klassifikata tiġi trattata f'parti
separata u debitament akkreditata tan-netwerk ta’ komunikazzjoni; 2. L-Aġenzija tipprovdi
appoġġ tekniku u tiżgura li n-netwerk ta’ komunikazzjoni jkun
interoperabbli ma' kull sistema oħra ta' komunikazzjoni u informazzjoni
mmexxija mill-Aġenzija 3. L-Aġenzija u
ċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni jiskambjaw, jipproċessaw
u jaħżnu informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u informazzjoni
klassifikata fin-netwerk ta’ komunikazzjoni f’konformità mar-regoli u
l-istandards li japplikaw il-prinċipji bażiċi u l-istandards
komuni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE li temenda r-Regoli
ta’ Proċedura interni tagħha[16]
jew li jkunu ekwivalenti għaliha. 4. L-awtoritajiet tal-Istati
Membri, l-aġenziji u korpi oħrajn li jużaw in-netwerk ta’
komunikazzjoni jiżguraw li jkun hemm konformità mar-regoli u l-istandards
ta’ sigurtà ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija
għall-immaniġġjar ta’ informazzjoni klassifikata. KAPITOLU II L-Għarfien
tas-Sitwazzjoni Artikolu 8 L-istampi
tas-sitwazzjoni 1. L-istampi tas-sitwazzjoni
nazzjonali, l-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea u l-istampa ta’ intelligence
prefruntiera komuni jinħolqu permezz tal-ġbir, il-valutazzjoni,
il-kollazzjoni, l-analiżi, l-interpretazzzjoni, il-ġenerazzjoni,
il-viżwalizzazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni. 2. L-istampi msemmija
fil-paragrafu 1 ikunu magħmula mil-livelli li ġejjin: (a) livell tal-avvenimenti, li
jkun fih informazzjoni dwar inċidenti li jikkonċernaw il-migrazzjoni
illegali, il-kriminalità transkonfinali u sitwazzjonijiet ta’ kriżi. (b) il-livell operazzjonali, li
jkun fih informazzjoni dwar l-istatus u l-pożizzjoni tal-assi tagħhom
stess, iż-żoni tal-operazzjoni u informazzjoni ambjentali; (c) il-livell tal-analiżi,
li jkun fih informazzjoni strateġika, prodotti ta’ analiżi, intelligence
kif ukoll użu ta’ xbihat u dejta ġeografika. Artikolu 9 L-Istampa
tas-Sitwazzjoni Nazzjonali 1. Iċ-ċentru
nazzjonali ta’ koordinazzjoni jistabbilixxi u jżomm stampa tas-sitwazzjoni
nazzjonali sabiex jipprovdi lill-awtoritajiet kollha responsabbiltajiet ta’
sorveljanza fuq il-fruntiera fuq livell nazzjonali informazzjoni effettiva,
preċiża u f’waqtha li tkun rilevanti għall-prevenzjoni
tal-migrazzjoni illegali u l-kriminalità transkonfinali fil-fruntieri esterni
tal-Istat Membru kkonċernat. 2. L-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali
tkun magħmula minn informazzjoni miġbura mis-sorsi li ġejjin: (a) is-sistema
nazzjonali ta’ sorveljanza fuq il-fruntiera, fejn ikun applikabbli skont
il-liġi nazzjonali; (b) sensuri
stazzjonarji jew mobbli operati mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli
għas-sorveljanza tal-fruntieri esterni; (c) pattulji
fuq is-sorveljanza tal-fruntieri u missjonijiet oħra ta’
monitoraġġ; (d) ċentri
ta’ koordinazzjoni lokali, reġjonali u oħrajn; (e) sistemi
u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn; (f) l-Aġenzija; (g) iċ-ċentri
nazzjonali ta’ koordinazzjoni fi Stati Membri oħrajn u f’pajjiżi
terzi; (h) netwerks reġjonali ma’ pajjiżi terzi
ġirien, bħan-netwerk SEAHORSE Atlantic, in-netwerk SEAHORSE
Mediterranean, in-netwerk tal-Kooperazzjoni għall-Kontroll fil-Fruntieri
fir-Reġjun tal-Baħar Baltiku CoastNet, iċ-Ċentru ta’
Koordinazzjoni u Informazzjoni tal-Fruntieri tal-Baħar l-Iswed u netwerks
reġjonali oħrajn stabbiliti fil-fruntieri esterni fuq l-art; (i) sistemi tar-rappurtar tal-vapuri, bħas-Sistema ta’
Identifikazzjoni Awtomata (AIS) u s-Sistema ta’ Kontroll tal-Bastimenti (VMS).
Id-dejta minn dawn is-sistemi tinkiseb fuq livell nazzjonali mingħand
l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ċ-ċentri ta’
monitoraġġ tas-sajd; (j) organizzazzjonijiet
Ewropej u internazzjonali oħrajn rilevanti; (k) sorsi
oħrajn. 3. Il-livell tal-avvenimenti
tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali għandu jkun jikkonsisti
mis-sottolivelli li ġejjin: (a) sottolivell dwar
il-migrazzjoni illegali, li jkun fih informazzjoni dwar inċidenti li
jinvolvu l-qsim illegali tal-fruntieri minn migranti li jseħħu
fil-fruntieri esterni tal-Istat Membru kkonċernat jew fil-viċin
tagħhom, dwar faċilitazzjonijiet ta’ qsim illegali tal-fruntieri u
dwar kull inċident ieħor tal-migrazzjoni illegali rilevanti,
bħall-missjoni tat-tfittxija u tas-salvataġġ għall-persuni
li jippruvaw jaqsmu l-fruntiera illegalment. (b) sottolivell dwar
il-kriminalità transkonfinali, li jkun fih informazzjoni dwar inċidenti li
jikkonċernaw it-traffikar tal-bnedmin, il-kuntrabandu ta’ drogi u beni
illeċiti oħrajn, u dwar kull inċident ieħor serju u
organizzat jew inċident li jinvolvi kriminalità organizzata fil-fruntieri
esterni tal-Istat Membru kkonċernat jew fil-viċin tagħhom. (c) sottolivell dwar
is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi, li jkun fih informazzjoni fir-rigward
ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, inċidenti u
kull sitwazzjoni ta’ kriżi oħra li sseħħ fil-fruntieri
esterni tal-Istat Membru kkonċernat jew fil-viċin tagħhom, li
jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-kontroll tal-fruntieri esterni. (d) sottolivell dwar avvenimenti
oħrajn, li jkun fih informazzjoni dwar pjattaformi u persuni mhux
identifikati u suspettużi li jkunu preżenti fil-fruntieri esterni
tal-Istat Membru kkonċernat jew fil-viċin tagħhom, kif ukoll
kull avveniment ieħor li jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq il-kontroll
tal-fruntieri esterni. 4. Kull inċident fil-livell
tal-avvenimenti tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali jkun assenjat livell tal-impatt
indikattiv uniku, minn impatt ‘baxx’ u 'medju' sa wieħed ‘għoli’. L-avvenimenti
kollha assenjati livell tal-impatt ‘medju’ sa 'għoli’ jiġu
kondiviżi mal-Aġenzija. 5. Il-livell operazzjonali tal-istampa
tas-sitwazzjoni nazzjonali jkun fih is-sottolivelli li ġejjin: (a) sottolivell dwar l-assi proprji,
li jkun fih informazzjoni dwar il-pożizzjoni, il-ħin, il-perkors,
il-veloċità, l-istatus, u t-tip ta’ assi proprji, u l-pjan ta’ skjerament,
inklużi l-koordinati ġeografiċi taż-żona
tal-operazzjoni, l-iskedi tal-pattulja u l-kodiċijiet tal-komunikazzjoni;
meta jintużaw l-assi proprji f'missjoni b'diversi kompiti li tkun tinkludi
kompiti militari, iċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni jista'
jiddeċiedi li ma jaqsamx informazzjoni ta’ dan it-tip ma’ ċentri
nazzjonali ta’ koordinazzjoni oħrajn u mal-Aġenzija ħlief meta
l-assi proprji jiġu skjerati fis-sezzjoni konfinanti ġirien ma' Stat
Membru ieħor; (b) sottolivell dwar żoni
tal-operazzjoni, li jkun fih informazzjoni dwar il-missjoni, il-pożizzjoni,
l-istatus, it-tul taż-żmien u l-awtoritajiet involuti
fl-operazzjonijiet. (c) sottolivell dwar
informazzjoni ambjentali, li jkun fih jew jipprovdi aċċess għal
informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tat-territorju u tat-temp fil-fruntieri
esterni tal-Istat Membru kkonċernat. 6. Il-livell ta’ analiżi
tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali jkun jikkonsisti mis-sottolivelli li
ġejjin: (a) sottolivell dwar
l-informazzjoni, li jkun fih żviluppi ewlenin u indikaturi rilevanti
għall-analiżi tal-migrazzjoni illegali u l-kriminalità
transkonfinali. (b) sottolivell ta’ analiżi,
li għandu jippreżenta rapporti ta’ analiżi, tendenzi
ta-klassifikazzjoni tar-riskju, monitoraġġ reġjonali u noti ta’
informazzjoni rilevanti għall-Istat Membru kkonċernat; (c) sottolivell ta’ stampa ta’ intelligence,
li jkun fih profili ta’ migranti, rotot, informazzjoni dwar il-livelli
tal-impatt attribwiti għas-sezzjonijiet tal-fruntieri esterni fuq l-art u
fil-baħar u analiżi tal-faċilitazzjoni. (d) sottolivell dwar l-użu
ta’ xbihat u dejta ġeografika, li jkun fih użu ta’ xbihat ta’
referenza, mapep tal-isfond, valutazzjonijiet tal-validazzjoni tal-intelligence,
analiżi tal-bidla (xbihat għall-osservazzjoni tad-dinja) kif ukoll id-detezzjoni
tal-bidla, dejta ġeoreferenzjata u mapep li juru l-permeabilità
tal-fruntieri. 7. L-informazzjoni li tinsab
fil-livell ta’ analiżi u dwar l-informazzjoni ambjentali fil-livell operazzjonali
tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali tista’ tkun ibbażata fuq
l-informazzjoni pprovduta fl-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea u fl-istampa ta' intelligence
prefruntiera komuni. 8. L-informazzjoni dwar l-assi
tagħhom stess fil-livell operazzjonali tiġi kklassifikata bħala Ristretti
għall-UE. 9. Iċ-ċentri nazzjonali
ta’ koordinazzjoni tal-Istati Membri ġirien jaqsmu ma’ xulxin direttament
u qrib għall-ħin reali l-istampa tas-sitwazzjoni tas-sezzjonijiet
tal-fruntiera esterna ġirien, li hija relatata ma’: (a) l-inċidenti kollha li
jkunu jikkonċernaw il-migrazzjoni illegali u l-kriminalità transkonfinali
u avvenimenti sinifikanti oħrajn li jkunu jinsabu fil-livell
tal-avvenimenti; (b) il-pożizzjonijiet
tal-pattulji tagħhom stess li jkunu jinsabu fil-livell operazzjonali, meta
l-missjoni ewlenija tal-pattulja tkun li tipprevjeni l-migrazzjoni illegali u
l-kriminalità transkonfinali; (c) l-iskemi tal-ippjanar,
l-iskedi u l-kodiċijiet ta’ komunikazzjoni għall-ġurnata ta’
wara pattulji li jkunu qed joperaw fis-sezzjonijiet tal-fruntiera esterni
tal-viċin; (d) ir-rapporti dwar l-analiżi
tattika tar-riskju kif ikunu jinsabu fil-livell ta’ analiżi. Artikolu 10 L-Istampa
tas-Sitwazzjoni Ewropea 1. L-Aġenzija tistabbilixxi
u żżomm stampa tas-sitwazzjoni Ewropea sabiex tipprovdi
liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni informazzjoni u analiżi
li jkunu rilevanti għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali u
l-kriminalità transkonfinali fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri. 2. L-Istampa tas-Sitwazzjoni
Ewropea tkun magħmula minn informazzjoni miġbura mis-sorsi li
ġejjin: (a) stampi
tas-sitwazzjoni nazzjonali, inkluża informazzjoni bażika rċevuta
skont l-Artikolu 9 (8);. (b) l-Aġenzija; (c) organizzazzjonijiet
Ewropej u internazzjonali oħrajn rilevanti; (d) sorsi
oħrajn. 3. Il-livell tal-avvenimenti
tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea jkun jinkludi informazzjoni relatata ma’: (a) inċidenti li jinvolvu l-migrazzjoni
illegali u l-kriminalità transkonfinali kif ukoll sitwazzjonijiet ta’
kriżi u avvenimenti oħra li jkunu jinsabu fil-livell tal-avvenimenti
tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali, li jkunu ġew assenjati livell
tal-impatt medju sa wieħed għoli miċ-ċentru nazzjonali ta’
koordinazzjoni; (b) inċidenti li jinvolvu
migrazzjoni illegali u kriminalità transkonfinali kif ukoll sitwazzjonijiet ta’
kriżi u avvenimenti oħrajn li jkunu jinsabu fl-Istampa ta' Intelligence
Prefruntiera Komuni, ladarba qed ikollhom impatt moderat jew sinifikanti fuq
il-fruntieri esterni tal-Istati Membri; (c) inċidenti li jinvolvu
l-migrazzjoni illegali u l-kriminalità transkonfinali fiż-żona
tal-operazzjonali ta' operazzjoni konġunta kkoordinata mill-Aġenzija. 4. Fl-istampa tas-sitwazzjoni
Ewropea, l-Aġenzija tagħmel użu mil-livell tal-impatt assenjat
miċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni għal inċident
speċifiku fl-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali. 5. Il-livell operazzjonali
tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea jkun jikkonsisti mis-sottolivelli li
ġejjin: (a) sottolivell
dwar l-assi tagħhom stess, li għandu jkun fih informazzjoni dwar
il-pożizzjoni, il-ħin, il-perkors, il-veloċità, l-istatus, u
t-tip ta’ assi li jkunu qed jieħdu sehem fl-operazzjonijiet konġunti
tal-Aġenzija jew għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija, u l-pjan
ta’ skjerament, inkluża ż-żona tal-operazzjoni, l-iskedi
tal-pattulja u l-kodiċijiet tal-komunikazzjoni; (b) sottolivell dwar operazzjonijiet,
li jkun fih informazzjoni dwar l-operazzjonijiet konġunti kkoordinati
mill-Aġenzija, inkluża l-istqarrija tal-missjoni, il-pożizzjoni,
l-istatus, it-tul taż-żmien, informazzjoni dwar l-Istati Membri u
atturi oħrajn involuti, rapporti tas-sitwazzjoni ta’ kuljum u ta’ kull
ġimgħa, dejta statistika u pakketti ta’ informazzjoni
għall-midja; (c) sottolivell dwar
l-informazzjoni ambjentali, li jkun fih informazzjoni dwar it-territorju u
l-kundizzjonijiet tat-temp fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri. 6. Il-livell ta’ analiżi
tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea jkun jikkonsisti mis-sottolivelli li
ġejjin: (a) sottolivell tal-informazzjoni,
li jkun fih żviluppi ewlenin u indikaturi rilevanti
għall-analiżi tal-migrazzjoni illegali u l-kriminalità
transkonfinali; (b) sottolivell ta’ analiżi,
li jippreżenta mapep tal-klassifikazzjoni tar-riskju ġenerali u
b’sottokategoriji; tendenzi tal-klassifikazzjoni tar-riskju;
monitoraġġ reġjonali; noti tal-informazzjoni kif ukoll
indikaturi tal-korrelazzjoni għall-klassifikazzjoni tar-riskju u
indikaturi tan-Netwerk tal-Analiżi tar-Riskju tal-Frontex; (c) sottolivell ta’ stampa ta’ intelligence,
li jkun fih profili ta’ migranti, rotot, informazzjoni dwar il-livelli
tal-impatt attribwiti lis-sezzjonijiet tal-fruntieri esterni fuq l-art u
fil-baħar u analiżi tal-faċilitazzjoni; (d) sottolivell dwar l-użu
ta’ xbihat u d-dejta ġeografika, li jkun fih xbihat ta’ referenza, mapep
tal-isfond, valutazzjonijiet tal-validazzjoni tal-intelligence,
analiżi tal-bidla (xbihat għall-osservazzjoni tad-dinja) kif ukoll id-detezzjoni
tal-bidla, dejta ġeoreferenzjata u mapep li juru l-permeabilità
tal-fruntieri. 7. L-informazzjoni dwar l-assi
tagħhom stess fil-livell operazzjonali tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea
tiġi kklassifikata bħala Ristretta għall-UE. Artikolu 11 L-Istampa
ta’ Intelligence Prefruntiera Komuni 1. L-Aġenzija tistabbilixxi
u żżomm stampa ta’ intelligence prefruntiera komuni sabiex
tipprovdi liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni informazzjoni u
analiżi dwar iż-żona prefruntiera li tkun rilevanti
għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali u l-kriminalità serja jew
organizzata fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri u f’pajjiżi terzi
ġirien. 2. L-istampa ta' intelligence
prefruntiera komuni tkun magħmula minn informazzjoni miġbura
mis-sorsi li ġejjin: (a) ċentri
nazzjonali ta’ koordinazzjoni; (b) informazzjoni
u rapporti pprovduti mill-uffiċjali ta’ kollegament dwar l-immigrazzjoni; (d) l-Aġenzija; (d) organizzazzjonijiet
Ewropej u internazzjonali oħrajn rilevanti; (e) pajjiżi
terzi; (f) sorsi
oħrajn. 3. L-istampa ta’ intelligence
prefruntiera komuni tista' tinkludi informazzjoni li tkun rilevanti
għall-operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntiera tal-ajru u l-kontrolli
fil-punti ta' qsim tal-fruntieri. 4. Il-livell tal-avvenimenti tal-istampa
ta’ intelligence prefruntiera komuni jkun jinkludi informazzjoni dwar: kull
inċident, sitwazzjoni ta’ kriżi u dwar kull avveniment ieħor
fiż-żona prefruntiera, li jista’ jkollu impatt moderat jew
sinifikanti fuq il-migrazzjoni illegali u l-kriminalità transkonfinali
fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri. 5. L-Aġenzija tassenja livell
tal-impatt indikattiv wieħed lil kull inċident fil-livell tal-avvenimenti
tal-istampa ta' intelligence prefruntiera komuni. L-Aġenzija
tinforma liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni dwar kull
inċident fiż-żona prefruntiera, li jkun ġie assenjat livell
tal-impatt medju jew għoli. 6. Il-livell operazzjonali
tal-istampa ta' intelligence prefruntiera komuni jkun strutturat
bl-istess mod bħal fl-Istampa tas-Sitwazzjoni Ewropea, u jkun fih
informazzjoni dwar l-assi li jkunu qed joperaw u l-operazzjonijiet li jkunu qed
jitwettqu fiż-żona prefruntiera kif ukoll informazzjoni ambjentali. 7. Il-livell ta’ analiżi
fl-istampa ta' intelligence prefruntiera komuni jkun strutturat
bħal dak tal-Istampa tas-Sitwazzjoni Ewropea, u jkun fih informazzjoni
strateġika, prodotti analitiċi u servizzi, intelligence kif
ukoll xbihat u dejta ġeografika dwar iż-żona prefruntiera. Artikolu 12 L-applikazzjoni
komuni tal-għodod ta’ sorveljanza 1. L-Aġenzija
tiffaċilita l-applikazzjoni komuni tal-għodod ta’ sorveljanza,
bħal satelliti u sistemi ta’ rappurtar tal-vapuri, mill-Istati Membri,
sabiex tforni liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u lilha
nnifisha informazzjoni dwar is-sorveljanza dwar il-fruntieri esterni u dwar
iż-żona prefruntiera fuq bażi regolari, affidabbli u kosteffettiva.
2. L-Aġenzija, fuq talba,
tista‘ tipprovdi lil ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni informazzjoni
dwar il-fruntieri esterni tal-Istat Membru li jkun għamel it-talba u dwar
iż-żona prefruntiera li tittieħed minn: (a) monitoraġġ selettiv
ta’ portijiet u kosti ta’ pajjiż terz deżinjati li jkunu ġew
identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju u l-intelligence bħala
punti ta’ imbarkazzjoni u ta’ tranżitu għal bastimenti li
jintużaw għall-migrazzjoni illegali u l-kriminalità transkonfinali. (b) traċċar ta’
bastiment fl-ibħra miftuħa li jkun issuspettat jew li jkun ġie identifikat
bħala li jkun qed jintuża għall-migrazzjoni illegali u
l-kriminalità transkonfinali; (c) monitoraġġ ta’
żoni deżinjati fil-qasam marittimu sabiex jiġu skoperti,
identifikati u traċċati bastimenti ssuspettati li qed iwettqu
migrazzjoni illegali u kriminalità transkonfinali jew li jkunu qed
jintużaw għal dan l-għan; (d) valutazzjoni ambjentali ta’
żoni deżinjati fil-qasam marittimu u fil-fruntiera esterna fuq l-art
sabiex jitjiebu kemm jista’ jkun l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u
pattulja; (e) monitoraġġ selettiv
ta’ żoni prefruntiera deżinjati fil-fruntiera esterna fuq l-art, li
jkunu ġew identifikati permezz tal-analiżi tar-riskju u l-intelligence
bħala żoni ta’ tluq u ta’ tranżitu potenzjali
għall-migrazzjoni illegali u l-kriminalità transkonfinali. 3. L-Aġenzija tista’
tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 billi tgħaqqad u
tanalizza dejta miġbura mis-sistemi, is-sensuri u l-pjattaformi li
ġejjin: (a) is-sistemi ta’ rappurtar
tal-vapuri, fil-limitazzjonijiet legali pprovduti għalihom, bħas-Sistema
ta' Identifikazzjoni Awtomata (AIS) u s-Sistema tal-Monitoraġġ
tal-Vapuri (VMS); (b) xbihat bis-satellita; (c) sensuri li
jitpoġġew fuq kwalunkwe pjattaforma, inklużi inġenji
tal-ajru bil-kontroll uman u mingħajr kontroll uman. 4. L-Aġenzija tista’
tirrifjuta talba minn ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni fuq
il-bażi ta’ limitazzjonijiet tekniċi u finanzjarji kif ukoll
għal raġunijiet oħra ġustifikati. 5. L-Aġenzija tista'
tagħmel użu mill-għodod ta' sorveljanza msemmija
fil-paragrafu 2 fuq l-inizjattiva tagħha stess, biex tiġbor
informazzjoni li tkun rilevanti għall-istampa ta' intelligence
prefruntiera komuni. KAPITOLU III Il-Kapaċità
ta’ Reazzjoni Artikolu 13 Id-determinazzjoni
tas-sezzjonijiet tal-fruntiera esterna Kull Stat Membru jaqsam il-fruntieri esterni tiegħu
fuq l-art u fil-baħar f’sezzjonijiet tal-fruntiera, b’ċentru ta’
koordinazzjoni lokali u reġjonali li jiżgura l-ġestjoni effettiva
u effiċjenti tal-persunal u r-riżorsi. Artikolu 14 L-attribuzzjoni
tal-livelli tal-impatt lil sezzjonijiet tal-fruntiera esterna 1. Fuq il-bażi
tal-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u wara konsultazzjoni mal-Istati
Membri kkonċernati, l-Aġenzija tattribwixxi l-livelli tal-impatt li
ġejjin lil kull waħda mis-sezzjonijiet tal-fruntiera esterna fuq l-art
u fil-baħar tal-Istati Membri: (a) livell tal-impatt baxx
f’każ li l-inċidenti relatati mal-migrazzjoni illegali u
l-kriminalità transkonfinali li jseħħu fis-sezzjoni tal-fruntiera
inkwistjoni jkollhom impatt mhux sinifikanti fuq is-sigurtà tal-fruntiera; (b) livell tal-impatt medju
f’każ li l-inċidenti relatati mal-migrazzjoni illegali u
l-kriminalità transkonfinali li jseħħu fis-sezzjoni tal-fruntiera
inkwistjoni jkollhom impatt moderat fuq is-sigurtà tal-fruntiera; (c) livell tal-impatt għoli
f’każ li l-inċidenti relatati mal-migrazzjoni illegali u
l-kriminalità transkonfinali li jseħħu fis-sezzjoni tal-fruntiera
inkwistjoni jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà tal-fruntiera; 2. Iċ-ċentru
nazzjonali ta’ koordinazzjoni jwettaq valutazzjoni regolari biex jara jkunx
hemm ħtieġa li jiġi aġġustat il-livell tal-impatt ta’
kwalunkwe sezzjoni tal-fruntiera. Iċ-ċentru nazzjonali ta’
koordinazzjoni jista’ jistieden lill-Aġenzija sabiex tibdel il-livell
tal-impatt billi tipprovdi informazzjoni sostanzjata dwar il-kundizzjonijiet
mibdula fis-sezzjoni tal-fruntiera esterna kkonċernata. 3. L-Aġenzija twettaq viżwalizzazzjoni
tal-livelli tal-impatt attribwiti lill-fruntieri esterni fl-istampa tas-sitwazzjoni
Ewropea. Artikolu 15 Reazzjoni
li tikkorrispondi għal-livelli tal-impatt 1. L-Istati Membri jiżguraw
li l-attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ pattulja li jitwettqu fis-sezzjonijiet
tal-fruntiera esterna jkunu jikkorrispondu mal-livelli tal-impatt attribwiti
bil-mod segwenti: (a) meta jiġi attribwit
livell tal-impatt baxx lil sezzjoni tal-fruntiera esterna, iċ-ċentru
ta’ koordinazzjoni lokali jew reġjonali jorganizza sorveljanza regolari
fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju u jiżgura li jkunu qed
jinżammu biżżejjed pattulji fiż-żona tal-fruntiera
lesti għat-traċċar, l-identifikazzjoni u
l-interċettazzjoni. (b) meta jiġi attribwit
livell tal-impatt medju lil sezzjoni tal-fruntiera esterna, iċ-ċentru
nazzjonali ta’ koordinazzjoni jagħti appoġġ liċ-ċentru
ta’ koordinazzjoni lokali jew reġjonali permezz tal-allokazzjoni
temporanja ta' persunal u riżorsi addizzjonali; (c) meta jiġi attribwit
livell tal-impatt għoli lil sezzjoni tal-fruntiera esterna,
iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni jiżgura li
ċ-ċentru ta’ koordinazzjoni lokali jew reġjonali jingħata
l-appoġġ kollu meħtieġ fuq il-livell nazzjonali, li
jinkludi informazzjoni, riżorsi u persunal; iċ-ċentru nazzjonali
ta’ koordinazzjoni jista’ jitlob ukoll lill-Aġenzija għal
appoġġ skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE)
Nru 2007/2004. 2. Iċ-ċentru
nazzjonali ta’ koordinazzjoni jinforma lill-Aġenzija dwar il-miżuri
meħuda fuq il-livell nazzjonali skont il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1
mingħajr dewmien. 3. Meta jiġi attribwit
livell tal-impatt medju jew għoli lil sezzjoni tal-fruntiera esterna li
tkun tinsab maġenb is-sezzjoni tal-fruntiera ta’ Stat Membru ieħor
jew ta’ pajjiż terz, iċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni
jikkoordina l-miżuri meħuda flimkien maċ-ċentru nazzjonali
ta’ koordinazzjoni tal-pajjiż ġar. 4. Meta ċentru nazzjonali
ta’ koordinazzjoni jissottometti talba skont il-punt (c) tal-paragrafu 1,
l-Aġenzija tista’ tagħti appoġġ lil dak iċ-ċentru
partikolarment billi: (a) tagħti trattament
prijoritarju għall-applikazzjoni komuni tal-għodod ta’ sorveljanza; (b) tikkoordina l-iskjerament ta'
Timijiet tal-Għassa tal-Fruntiera Ewropea f'konformità mar-Regolament (KE)
Nru 2007/2004; (c) tiżgura l-iskjerament
ta’ tagħmir tekniku għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija skont
ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004; (d) tikkoordina kull
appoġġ addizzjonali offrut mill-Istati Membri. 5. L-Aġenzija tevalwa
l-attribuzzjoni tal-livelli tal-impatt u l-miżuri korrispondenti
meħuda fuq il-livell nazzjonali u tal-Unjoni fir-rapporti tal-analiżi
tar-riskju tagħha. TITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET
SPEĊIFIĊI Artikolu 16 L-allokazzjoni
ta’ kompiti lil ċentri oħrajn fl-Istati Membri 1. L-Istati Membri jistgħu
jafdaw lil ċentri reġjonali, lokali, funzjonali jew oħrajn li
jkunu f'pożizzjoni li jieħdu deċiżjonijiet operazzjonali, biex
jiżguraw l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċità ta' reazzjoni
fiż-żona rispettiva ta’ kompetenza, inklużi l-kompiti u l-kompetenzi
msemmija fil-punti (b), (d) u (e) Artikolu 5 (3). 2. Id-deċiżjoni
tal-Istat Membru msemmi fil-paragrafu 1 ma taffettwax liċ-ċentru
ta’ koordinazzjoni nazzjonali fil-kapaċità tiegħu li jikkoopera u
jiskambja informazzjoni ma’ ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni
oħrajn u mal-Aġenzija. 3. F’każijiet predefiniti ċ-ċentru
nazzjonali ta’ koordinazzjoni jista’ jawtorizza lil ċentru msemmi
fil-paragrafu 1 biex jikkomunika u jiskambja informazzjoni
maċ-ċentru ta’ koordinazzjoni reġjonali jew iċ-ċentru
nazzjonali ta’ koordinazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ pajjiż
terz sakemm dan jinforma liċ-ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni
tiegħu stess regolarment dwar il-komunikazzjoni u l-iskambju
tal-informazzjoni. Artikolu 17 Il-kooperazzjoni
tal-Aġenzija ma’ partijiet terzi 1. L-Aġenzija tagħmel
użu mill-informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi eżistenti
disponibbli f’aġenziji u entitajiet oħrajn tal-UE, fl-oqfsa legali
rispettivi. 2. Skont il-paragrafu 1,
l-Aġenzija tikkoopera b’mod partikolari mal-entitajiet li ġejjin: (a) L-Uffiċċju Ewropew
tal-Pulizija (Europol), iċ-Ċentru għall-Analiżi u
l-Operazzjonijiet Marittimi - Narkotiċi (MAOC-N) u s-Centre
de Coordination pour la lutte antidrogue en Méditerranée (CeCLAD-M) (iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni għall-ġlieda kontra
d-drogi fil-Mediterran) biex tiġi skambjata informazzjoni dwar
il-kriminalità transkonfinali li tiġi inkluża fl-Istampa
tas-Sitwazzjoni Ewropea; (b) Iċ-Ċentru
Satellitari tal-UE, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u
l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd fil-provvediment tal-applikazzjoni
komuni tal-għodod ta’ sorveljanza; (c) il-Kummissjoni Ewropea u
aġenziji tal-UE li jistgħu jipprovdu lill-Aġenzija informazzjoni
rilevanti għaż-żamma tal-Istampa tas-Sitwazzjoni Ewropea u
l-Istampa ta’ Intelligence Prefruntiera Komuni; (d) organizzazzjonijiet
internazzjonali li jistgħu jipprovdu lill-Aġenzija informazzjoni
rilevanti għaż-żamma tal-Istampa
tas-Sitwazzjoni Ewropea u l-Istampa ta’ Intelligence Prefruntiera Komuni. 3. L-informazzjoni bejn
l-Aġenzija u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 tiġi
skambjata permezz tan-netwerk imsemmi fl-Artikolu 7 jew netwerks ta’
komunikazzjoni oħrajn li jissodisfaw il-kriterji ta’ disponibbiltà,
kunfidenzjalità u integrità. 4. Il-kooperazzjoni bejn
l-Aġenzija u l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 tiġi
rregolata f’arranġamenti ta’ ħidma skont ir-Regolament (KE)
Nru 2007/2004 u l-bażi legali rispettiva ta' kull entità. Fir-rigward
tal-immaniġġjar ta’ informazzjoni klassfikata, dawn l-arranġamenti
jipprovdu li l-aġenziji u entitajiet oħrajn ikkonċernati jkunu
jikkonformaw mar-regoli u l-istandards tas-sigurtà ekwivalenti għal dawk
applikati mill-Aġenzija. 5. L-aġenziji u
ċ-ċentri msemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jużaw
l-informazzjoni li jirċievu fil-kuntest tal-EUROSUR fil-limiti tal-qafas
legali tagħhom u b’mod konformi mad-drittijiet fundamentali. Artikolu 18 Il-kooperazzjoni
ma’ pajjiżi terzi ġirien 1. L-iskambju tal-informazzjoni
u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi ġirien għall-prevenzjoni
tal-migrazzjoni illegali u l-kriminalità transkonfinali jistgħu
jseħħu fuq il-bażi ta' ftehimiet bilaterali jew multilaterali
bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz ġar wieħed
jew diversi pajjiżi terzi ġirien ikkonċernati. Iċ-ċentri
nazzjonali ta’ koordinazzjoni tal-Istati Membri jkunu l-punt ta’ kuntatt
għall-iskambju tal-informazzjoni bejn in-netwerk imsemmi
fl-Artikolu 7 u n-netwerks reġjonali ma’ pajjiżi terzi
ġirien. 2. Kull skambju ta’ informazzjoni
skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u skont il-punt (h)
tal-Artikolu 9 (2), li pajjiż terz li jkun jista’ jagħmel
użu minn din l-informazzjoni biex jidentifika persuni jew gruppi ta’ persuni
li qegħdin f’riskju serju li jkunu soġġetti għal tortura,
trattament inuman u degradanti jew kastig jew kull ksur ieħor ta’ drittijiet
fundamentali, huwa pprojbit. 3. Kull skambju ta’ informazzjoni
taħt il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u skont il-punt (h)
tal-Artikolu 9 (2) ta’ dan ir-Regolament isir f'konformità
mal-kundizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi
mal-pajjiżi terzi ġirien. 4. Hija meħtieġa l-approvazzjoni
minn qabel ta’ kull Stat Membru ieħor, li jkun ipprovda informazzjoni
fil-kuntest tal-EUROSUR u li ma jkunx parti minn l-ebda wieħed
mill-ftehimiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 1 u
min-netwerks li ssir referenza għalihom fil-punt (h) tal-Artikolu 9 (2),
qabel dik l-informazzjoni tkun tista’ tiġi kondiviża ma’ kull
pajjiż terz skont dak il-ftehim jew in-netwerk. 5. Kull skambju ta'
informazzjoni ma' pajjiżi terzi ta' informazzjoni miksuba mis-servizz
għall-applikazzjoni komuni tal-għodod ta' sorveljanza huwa
soġġett għal-leġiżlazzjoni u r-regoli li jirregolaw
dawn l-għodod u s-sistemi kif ukoll għad-dispożizzjonijiet
rilevanti tad-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Artikolu 19 Manwal Il-Kummissjoni Ewropea, b’kooperazzjoni
mill-qrib mal-Istati Membri u mal-Aġenzija, tagħmel disponibbli
Manwal għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-EUROSUR (minn hawn ’il
quddiem il-‘Manwal’), li jipprovdi linji gwida tekniċi u operazzjonali,
rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni Ewropea
għandha tadotta l-Manwal fil-forma ta’ rakkomandazzjoni. Artikolu 20 Il-monitoraġġ
u l-valutazzjoni 1. L-Aġenzija tiżgura
li l-proċeduri jkunu stabbiliti għall-monitoraġġ
tal-funzjonament tekniku u operazzjonali tal-EUROSUR meta mqabbel mal-għanijiet
li jinkisbu għarfien tas-sitwazzjoni u kapaċità ta’ reazzjoni
adegwati fil-fruntieri esterni. 2. L-Aġenzija tissottometti
rapport dwar il-funzjonament tal-EUROSUR fl-1 ta’ Ottubru 2015 u
kull sentejn minn dakinhar. 3. Il-Kummissjoni tipprovdi
valutazzjoni ġenerali tal-EUROSUR lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-1 ta’ Ottubru 2016
u kull erba’ snin minn dakinhar. Din il-valutazzjoni tkun tinkludi eżami
tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet u valutazzjoni
tal-validità kontinwa tar-raġunijiet sottostanti, l-applikazzjoni ta’ dan
ir-Regolament fl-Istati Membri u mill-Aġenzija, u l-konformità
mad-drittijiet fundamentali. Fejn meħtieġ, dik il-valutazzjoni tkun
akkumpanjata minn proposti adegwati biex jiġi emendat dan ir-Regolament. 4. L-Istati Membri jipprovdu
lill-Aġenzija l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi abbozzat
ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2. L-Aġenzija tipprovdi
lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex twettaq
il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3. Artikolu 21 Dħul fis-seħħ u
applikabbiltà 1. Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 2. Dan ir-Regolament japplika
mill-1 ta’ Ottubru 2013. 3. L-Artikolu 5 (1) japplika
għall-Istati Membri li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni
fil-baħar tan-Nofsinhar u l-fruntieri esterni fuq l-art tal-Lvant
(il-Bulgarija, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Greċja,
l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall,
ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenja u Spanja) mill-1 ta’
Ottubru 2013. 4. L-Artikolu 5 (1)
japplika għall-bqija tal-Istati Membri bi fruntieri esterni fuq l-art u
fil-baħar (il-Belġju, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi u
l-Isvezja) sa mill-1 ta’ Ottubru 2014. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont
it-Trattati. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President Anness Il-prinċipji li ġejjin jiġu
kkunsidrati meta jiġu stabbiliti, operati u miżmuma l-komponenti
differenti tal-qafas tal-EUROSUR: (a) Il-Prinċipju ta’
komunitajiet ta’ interess: Iċ-ċentri nazzjonali ta’
koordinazzjoni u l-Aġenzija jiffurmaw komunitajiet ta’ interess
partikolari għall-qsim tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni fil-qafas
tal-EUROSUR. Il-komunitajiet ta’ interess jintużaw biex jiġu
organizzati ċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni differenti u
l-Aġenzija biex jiskambjaw informazzjoni fit-tfittxija ta’ għanijiet,
rekwiżiti u interessi komuni. (b) Il-Prinċipji ta’
ġestjoni koerenti u tal-użu ta’ strutturi eżistenti: L-Aġenzija
tiżgura l-koerenza bejn il-komponenti differenti tal-qafas tal-EUROSUR,
inklużi l-provvediment ta’ gwida u ta’ appoġġ
liċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u l-promozzjoni
tal-interoperabbiltà tal-informazzjoni u t-teknoloġija. Safejn ikun
possibbli, il-qafas tal-EUROSUR jagħmel użu minn sistemi u
kapaċitajiet eżistenti. F’dan il-kuntest, l-EUROSUR tiġi
stabbilita b’mod kompatibbli għal kollox mal-inizjattiva għal Ambjent
Komuni għall-Qsim tal-Informazzjoni għas-sorveljanza tad-dominju
marittimu tal-UE (CISE), u għalhekk tkun tikkontribwixxi għal
approċċ ikkoordinat u kosteffiċjenti u tibbenefika minnu
għall-iskambju tal-informazzjoni transsettorjali fl-Unjoni. (c) Il-Prinċipji tal-qsim
tal-informazzjoni u tal-assigurazzjoni tal-informazzjoni: L-informazzjoni
magħmula disponibbli fil-qafas tal-EUROSUR tkun disponibbli
għaċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni kollha u
għall-Aġenzija, sakemm ma jkunux ġew stabbiliti restrizzjonijiet
speċifiċi jew sakemm ma jkunx sar ftehim dwarhom. Iċ-ċentri
nazzjonali ta’ koordinazzjoni jiggarantixxu d-disponibbiltà, il-kunfidenzjalità
u l-integrità tal-informazzjoni li tkun se tiġi skambjata fuq il-livell
nazzjonali u Ewropew. L-Aġenzija tiggarantixxi d-disponibbiltà,
il-kunfidenzjalità u l-integrità tal-informazzjoni li tkun se tiġi
skambjata fuq il-livell Ewropew. (d) Il-Prinċipji
tal-orjentament lejn is-servizzi u tal-istandardizzazzjoni: Il-kapaċitajiet
differenti tal-EUROSUR jiġu implimentati permezz ta’ approċċ
orjentat lejn is-servizz. L-Aġenzija tiżgura li, safejn ikun
possibbli, il-qafas tal-EURSUR ikun ibbażat fuq standards miftiehma
internazzjonalment. (e) Il-Prinċipju
tal-flessibbiltà: L-organizzazzjoni, l-informazzjoni u t-teknoloġija jkunu
mfassla sabiex il-partijiet interessati tal-EUROSUR ikunu jistgħu jirreaġixxu
għas-sitwazzjonijiet li jkunu qed jinbidlu b’mod flessibbli u strutturat. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titlu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma
ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB. 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għan(ijiet)
1.5. Ġustifikazzjoni
tal-proposta/inizjattiva 1.6. Tul
ta’ żmien u impatt finanzjarju 1.7. Metodu(i)
ta' ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
għall-monitoraġġ u r-rappurtar 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 2.3. Miżuri
ta’ prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura(i)
tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i 3.2. L-Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt
stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. Impatt
stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali 3.2.5. Il-parteċipazzjoni
ta’ partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA
1.
IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
1.1.
It-titlu tal-proposta/inizjattiva
Proposta
għal Regolament li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea tas-Sorveljanza
tal-Fruntieri (EUROSUR)
1.2.
Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)
fl-istruttura ABM/ABB[17]
Attwalment
l-Intestatura 3a, Titolu 18 – Affarijiet Interni Perspettivi
Finanzjarji Multiannwali Futuri: Intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) In-natura tal-proposta/inizjattiva þ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ġdida (finanzjament
għal affarijiet interni għall-perjodu mill-2014 sal-2020) ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/ azzjoni ta’
tħejjija[18]
¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta
mill-ġdid lejn azzjoni ġdida
1.3.
Għanijiet
1.3.1.
L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi
multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva
Fil-konklużjonijiet
tiegħu tat-23-24 ta' Ġunju 2011, il-Kunsill Ewropew iddikjara li
"is-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) se tkompli
tiġi żviluppata bħala kwistjoni ta’ prijorità sabiex issir
operazzjonali sal-2013, u tippermetti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri li
jwettqu attivitajiet ta’ sorveljanza fuq il-fruntieri biex jaqsmu bejniethom
l-informazzjoni operazzjonali u jtejbu l-kooperazzjoni”. Kif ġie
ddikjarat fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni (CWP) għall-2011[19] "l-għan tal-EUROSUR
huwa li ssaħħaħ il-kontroll tal-fruntiera esterna ta’ Schengen,
speċjalment il-fruntieri tal-baħar tan-Nofsinhar u l-fruntieri fuq
l-art tal-Lvant. L-EUROSUR se tistabbilixxi mekkaniżmu
għall-awtoritajiet tal-Istati Membri li jwettqu attivitajiet ta’
sorveljanza fuq il-fruntieri (għassiesa tal-fruntieri, għassiesa
tal-kosta, pulizija, dwana, u l-forzi navali) sabiex jaqsmu bejniethom
l-informazzjoni operazzjonali u jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Frontex biex
inaqqsu l-imwiet fil-baħar u n-numru ta’ migranti illegali li jidħlu
fl-UE bil-moħbi, u sabiex tiżdied is-sigurtà interna permezz
tal-prevenzjoni tal-kriminalità transkonfinali bħat-terroriżmu,
it-traffikar tal-bnedmin, il-kuntrabandu ta’ armi u drogi, eċċ.” Sa mill-2008,
l-Istati Membri tal-UE, l-aġenzija tal-UE għall-fruntieri Frontex u
l-Kummissjoni Ewropea qed jikkooperaw mill-qrib sabiex jistabbilixxu u
jiżviluppaw il-qafas tal-EUROSUR. Il-komponenti tal-EUROSUR qed jiġu
ttestjati u stabbiliti bil-mod il-mod fuq bażi pilota sa mill-2011,
bl-użu ta’ finanzjament provdut taħt il-baġit tal-Frontex. B’mod
parallel, sa mill-2008, l-Istati Membri bdew jużaw il-Fond
għall-Fruntieri Esterni biex jistabbilixxu l-komponenti nazzjonali
tal-EUROSUR, bħaċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u sistemi
nazzjonali ta' sorveljanza fuq il-fruntieri. Għalhekk
l-attivitajiet ABB li ġejjin huma attwalment ikkonċernati: 18. 02 –
Solidarjetà, fruntieri esterni, ritorn, politika dwar il-viża u l-moviment
liberu tal-persuni – Għan 1: Li l-persuni jitħallew jaqsmu
l-fruntieri interni mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri, il-promozzjoni
tal-fruntieri siguri u l-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali permezz ta’ aktar
żvilupp fis-sistema integrata ta' ġestjoni tal-fruntieri esterni u
standards għoljin ta' kontrolli fuq il-fruntieri, inkluż
l-istabbiliment tas-SIS II u l-appoġġ finanzjarju mill-Fond
għall-Fruntieri Esterni. L-iżvilupp
u l-implimentazzjoni paralleli tal-EUROSUR inaqqsu b’mod sinifikanti
ż-żmien meħtieġ għall-istabbiliment tagħha u
jippermettu wkoll li l-komponenti differenti tal-EUROSUR jiġu ttestjati u
adattati qabel issir operazzjonali fl-aħħar tal-2013. Il-xogħlijiet
li twettqu għall-iżvilupp, l-ittestjar u l-istabbiliment gradwali
tal-EUROSUR huma bbażati fuq pjan direzzjonali ppreżentat
f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fl-2008.[20]
Dan il-pjan direzzjonali kien approvat mill-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet
Interni fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2008 u Frar 2010 u
mill-Programm ta’ Stokkolma u l-Pjan ta’ Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta’
Stokkolma.
1.3.2.
Għan(ijiet) speċifiċi u
attivita(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernati
L-EUROSUR
għandha żewġ għanijiet speċifiċi, li
żżid b’mod sinifikanti l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċità
ta' reazzjoni tal-awtoritajiet ta' kontroll fuq il-fruntieri tal-Istati
Membri u tal-Frontex, sabiex fl-aqwa xenarju kull rotta jew metodu ġdid
għall-migrazzjoni irregolari u l-kriminalità transkonfinali jiġi
identifikat u ostakolat ftit wara li jkun ġie stabbilit.
1.3.3.
Riżultat(i) u impatt mistennija
Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. 1. L-għarfien
tas-sitwazzjoni jkejjel kemm l-awtoritajiet huma kapaċi jindunaw
bil-movimenti transkonfinali u jsibu soluzzjonijiet raġonevoli
għall-miżuri ta' kontroll. Dan jista’ jinkiseb billi jintlaħqu
l-għanijiet operazzjonali li ġejjin fuq il-livell nazzjonali u
Ewropew: a. It-titjib fil-kooperazzjoni bejn
l-aġenziji permezz tas-simplifikazzjoni ta’ strutturi u l-kollegament ta’
sistemi fil-qasam tal-infurzar tal-liġi; b. L-użu tal-fużjoni tad-dejta
flimkien ma’ kapaċitajiet tekonloġiċi moderni
għad-detezzjoni u t-traċċar ta’ movimenti transkonfinali, b’mod
partikolari bastimenti (żgħar); c. Skambju ta’ informazzjoni intersettorjali
ma’ atturi oħrajn fil-qasam marittimu, bħat-trasport, id-dwana,
il-kontroll tas-sajd u d-difiża; d. Titjib fl-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi
ġirien. 2. Il-kapaċità
ta’ reazzjoni tkejjel iż-żmien li jkun għadda li jinħtieġ
sabiex jintlaħaq xi moviment traskonfinali li għandu jiġi
kkontrollat kif ukoll iż-żmien u l-mezzi meħtieġa biex ikun
hemm reazzjoni xierqa għal ċirkostanzi mhux tas-soltu.
L-għanijiet operazzjonali li ġejjin għalhekk għandhom
jintlaħqu fuq livell nazzjonali u Ewropew: a. L-iskambju ta’ dejta, informazzjoni u intelligence
qrib għall-ħin reali u - kull meta jkun hemm bżonn - b'mod
sigur, għalhekk għandu jkun hemm bidla minn approċċ immexxi
mill-pattulja għal wieħed immexxi aktar mill-intelligence li
jkun ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju; b. Il-ġestjoni effettiva tal-persunal u
r-riżorsi, inklużi s-sensuri u l-pattulji; c. Il-kejl effettiv, li jevalwa l-effett tal-attivitajiet ta’
sorveljanza fuq il-fruntieri, u li għalhekk jipprovdi xenarju bażi
ġdid għall-valutazzjoni tar-riskju u l-aġġustament
mill-ġdid tal-prijoritajiet. Tabella li tgħaqqad flimkien problemi,
għanijiet u azzjonijiet Għanijiet speċifiċi || Azzjonijiet ippjanati 1 a – Is-simplifikazzjoni ta’ strutturi u l-kollegament ta’ sistemi fuq il-livell nazzjonali. 2a - Il-ġestjoni effettiva tar-riżorsi u l-persunal. 2c - Kejl effettiv. || Stabbiliment ta’ ċentru nazzjonali ta’ koordinazzjoni (NCC) u taċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni Frontex (FSC). 2a - Skambju ta’ dejta, informazzjoni u intelligence qrib għall-ħin reali. || L-istabbiliment tan-netwerk tal-EUROSUR, il-kollegament tal-NCCs mal-Frontex. L-istabbiliment tal-Istampa ta’ Intelligence Prefruntiera Komuni. 1d- Titjib fl-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi terzi ġirien. || Il-kollegament tal-EUROSUR ma’ netwerks reġjonali stabbiliti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi ġirien. 1b- L-użu tal-fużjoni tad-dejta flimkien ma’ kapaċitajiet tekonloġiċi għad-detezzjoni u t-traċċar ta’ movimenti transkonfinali. 1c – Skambju ta’ informazzjoni intersettorjali ma’ atturi oħrajn fil-qasam marittimu. || L-istabbiliment ta’ servizz għall-applikazzjoni komuni ta’ għodod ta’ sorveljanza fuq il-livell tal-UE
1.3.4.
Indikaturi tar-riżultati u l-impatt
Speċifika
l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva Il-Frontex tiżgura li jkunu
stabbiliti metodi għall-monitoraġġ tal-funzjonament tal-EUROSUR
meta mqabbla mal-għanijiet ta’ politika ewlenin, billi jiġu
kkunsidrati l-indikaturi li ġejjin:[21] Indikaturi tal-impatt[22] Numru inqas ta’ migranti illegali li
jidħlu fiż-żona ta’ Schengen bil-moħbi; Inqas imwiet ta' migranti
fil-baħar; Inqas kriminalità transkonfinali, b’mod
partikolari ta’ drogi mdaħħlin b’kuntrabandu mill-fruntieri esterni. Indikaturi tar-riżultat u
tal-produzzjoni[23] Aktar għarfien tas-sitwazzjoni
fil-fruntieri esterni u fiż-żona prefruntiera; Aktar kooperazzjoni bejn l-aġenziji
fuq livell nazzjonali; Aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri
kif ukoll mal-Frontex; Aktar kooperazzjoni ma’ pajjiżi
terzi ġirien. Aktar kapaċità teknika u
operazzjonali għad-detezzjoni u t-traċċar ta’ dgħajjes
żgħar; Aktar skambju ta’ informazzjoni mhux
klassifikata u klassifikata qrib għall-ħin reali; Aktar kapaċità ta’ reazzjoni
għal twissijiet, inċidenti u avvenimenti oħrajn fil-fruntieri
esterni.
1.4.
Ġustifikazzjoni tal-proposta/inizjattiva
1.4.1.
Rekwiżit(i) li għandhom jiġu
sodisfatti fi żmien qasir jew fit-tul
L-UE se
tkompli tiffaċċja numru ta’ problemi ġenerali u
speċifiċi fil-qasam tas-sorveljanza tal-fruntieri fil-perjodu bejn
l-2012 u l-2020, li huma indirizzati mill-EUROSUR.[24] L-UE qed
tesperjenza pressjoni konsiderevoli mill-migrazzjoni illegali fil-fruntieri
esterni tagħha, li mistennija tkompli matul is-snin li ġejjin.
L-użu ta’ dgħajjes żgħar mhux tajbin
għat-tbaħħir wassal għal żieda kbira fin-numru ta’
migranti li jegħrqu fil-Baħar Mediterran, fatt li joħloq sfida
ewlenija għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi minħabba li
d-detezzjoni u t-traċċar ta' dgħajjes żgħar bħal
dawn fl-ibħra miftuħa huma diffiċli ħafna. In-netwerks kriminali
involuti fil-kuntrabandu ta' migranti spiss jużaw l-istess rotot u metodi
għall-attivitajiet ta’ kriminalità transkonfinali bħat-traffikar
tal-bnedmin u d-drogi. Il-kooperazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet tal-kontroll
fuq il-fruntieri u tal-pulizija għandha tikkontribwixxi b'mod sinifikanti
għall-ġlieda ta' kriminalità bħal din fil-fruntieri esterni. In-netwerks
kriminali spiss jaħdmu b’pass aktar mgħaġġel u jkunu aktar
flessibbli meta jbiddlu r-rotot u l-metodi għall-migrazzjoni illegali u
l-kriminalità transkonfinali milli jkunu l-awtoritajiet tal-Istati Membri biex
jirreaġixxu għal sitwazzjonijiet mibdula. Waħda
mir-raġunijiet għal din ir-reazzjoni tardiva hija li f’xi Stati
Membri, sa sitt awtoritajiet differenti jkunu involuti direttament
fis-sorveljanza tal-fruntieri marittimi, mingħajr regoli u workflows
ċari għall-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejniethom. Madankollu,
jeżisti nuqqas ta’ koordinazzjoni mhux biss f’xi Stati Membri, iżda
wkoll bejn l-Istati Membri, minħabba n-nuqqas ta’ proċeduri, netwerks
jew kanali ta' komunikazzjoni xierqa biex tiġi skambjata l-informazzjoni.
Il-pressjoni tal-migrazzjoni toħloq sfidi konsiderevoli anki għal
pajjiżi terzi li jinsabu fix-xtut tan-Nofsinhar tal-Baħar Mediterran.
Għalhekk hija meħtieġa kooperazzjoni aktar mill-qrib
mal-pajjiżi tal-oriġini u l-pajjiżi fejn issir l-imbarkazzjoni
tal-migranti illegali.
1.4.2.
Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE
F’konformità
mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,[25]
l-EUROSUR issegwi approċċ deċentralizzat, fejn
iċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni għas-sorveljanza fuq
il-fruntieri jiffurmaw il-qofol tal-kooperazzjoni tal-EUROSUR. Permezz
tal-kollegament tas-sistemi eżistenti nazzjonali u Ewropej u
l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ġodda, l-EUROSUR tippermetti
lill-awtoritajiet ta’ kontroll tal-Istati Membri u lil Frontex jikkomunikaw u
jiskambjaw informazzjoni sabiex ikollhom għarfien aħjar
tas-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni, u b’hekk iġġib magħha
valur miżjud ġenwin għas-sorveljanza fuq il-fruntieri. Il-qsim
aħjar tal-informazzjoni se jgħin sabiex jiġu identifikati miri
bħal dgħajjes li jintużaw għall-migrazzjoni illegali u
l-kriminalità transkonfinali b’mod aktar preċiż u b’hekk se
jippermetti użu aktar immirat, f’waqtu u kosteffettiv tat-tagħmir
disponibbli għall-interċettazzjoni. Dan huwa għan li ma jistax
jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri weħidhom u li jista’
jintlaħaq b’mod aħjar fuq il-livell tal-Unjoni.
1.4.3.
Il-lezzjonijiet li ħarġu minn esperjenzi
simili fil-passat
L-inizjattiva
tal-EUROSUR tibni fuq esperjenzi miġbura fil-passat, bħal dawk
taħt in-Netwerk Ewropew ta' Pattulji (EPN) ikkoordinat mill-Frontex. Barra
minn hekk, l-intenzjoni hija li jsir l-aħjar użu tal-infrastrutturi
eżistenti għall-kontroll tal-fruntiera nazzjonali flimkien
mas-sistemi operazzjonali internazzjonali u Ewropej kif ukoll żviluppi
teknoloġiċi reċenti (eż. l-użu ta’ satelliti).
Partikolarment fir-rigward tal-użu tat-teknoloġija moderna, l-EUROSUR
qed tieħu vantaġġ min-numru ta’ proġetti ta’ riċerka
mwettqa taħt is-7 Programm ta Qafas għar-Riċerka u
l-Iżvilupp (FP7).[26]
1.4.4.
Il-koerenza u sinerġija possibbli ma’
strumenti rilevanti oħrajn
Billi jsir
l-aħjar użu tas-sistemi eżistenti, il-kapaċitajiet u
l-programmi ta' finanzjament fuq il-livell tal-Unjoni, l-EUROSUR għandha
l-għan li tiżgura l-aħjar koerenza u sinerġiji ma'
strumenti rilevanti oħrajn.
1.5.
Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju
þ Proposta/inizjattiva ta’ perjodu ta’ żmien limitat –
¨ Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa
[JJ/XX]SSSS –
þ Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 ¨ Proposta/inizjattiva għal perjodu ta’ żmien illimitat –
Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa
SSSS, –
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.
1.6.
Metodu/i ta’ ġestjoni previsti[27]
þ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni þ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega ta’
kompiti implimentattivi lil: –
¨ aġenziji eżekuttivi –
þ korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[28]
–
¨ korpi nazzjonali pubbliċi/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku –
¨ persuni inkarigati mill-eżekuzzjoni ta’ azzjonijiet
speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u
identifikati fl-att bażiku kkonċernat skont l-Artikolu 49
tar-Regolament Finanzjarju þ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet
internazzjonali (li għandhom jiġu speċifikati) Jekk huwa indikat aktar
minn metodu ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi
dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”. Il-komponenti differenti tal-EUROSUR prinċipalment se jiġu
implimentati mill-Frontex u mill-Istati Membri (ġestjoni konġunta)
fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali tal-EUROSUR 2008 (COM (2008) 68 finali).
Fir-rigward tal-istabbiliment taċ-ċentri nazzjonali ta’
koordinazzjoni, l-Istati Membri se jkunu appoġġjati mill-Fond
għall-Fruntieri Esterni bejn l-2012 u l-2013 u mill-istrument għall-appoġġ
finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża bħala parti
mill-Fond għas-Sigurtà Interna ppjanat mill-2014 sal-2020. Min-naħa
l-oħra, il-Frontex se tuża l-baġit tagħha stess biex
tistabbilixxi n-netwerk tal-EUROSUR u l-komponenti orizzontali oħrajn
tal-EUROSUR, bħall-Istampa ta’ Intelligence Prefruntiera Komuni, u
fejn meħtieġ dan se jseħħ bl-appoġġ taħt
il-Fond għas-Sigurtà Interna (amministrazzjoni finanzjarja
ċentralizzata diretta jew indiretta). Il-finanzjament provdut taħt is-7 Programm Qafas għar-Riċerka
u l-Iżvilupp se jagħti appoġġ għall-istabbiliment
tas-servizz ippjanat għall-applikazzjoni komuni tal-għodod ta’
sorveljanza mill-2012 sal-2013. Il-miżuri f’pajjiżi terzi ġirien se jkunu
appoġġjati mill-2012 sal-2013 mill-Programm Tematiku għall-Asil
u l-Migrazzjoni, bħala parti mill-Istrument ta’ Kooperazzjoni
għall-Iżvilupp.
2.
MIŻURI TA’ ĠESTJONI
2.1.
Regoli għall-monitoraġġ u
r-rappurtar
Għandhom jiġu speċifikati l-frekwenza u
l-kundizzjonijiet. Sentejn wara li
l-EUROSUR tkun saret kompletament operazzjonali u kull sena minn dakinhar,
il-Frontex tissottometti rapport lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament tekniku
u operazzjonali tal-EUROSUR, filwaqt li tqis l-indikaturi msemmija hawn fuq.[29] Barra minn hekk, tliet snin
wara li s-sistema tal-EUROSUR tkun bdiet l-operazzjonijiet kollha tagħha u
mbagħad kull erba’ snin, il-Kummissjoni tipproduċi valutazzjoni
ġenerali tal-EUROSUR, li tinkludi eżami tar-riżultati meta
mqabbla mal-għanijiet u l-valutazzjoni tal-validità kontinwa
tar-raġunijiet fundamentali sottostanti. L-ewwel valutazzjoni hija
mistennija sseħħ fl-2016 taħt il-kundizzjoni li l-EUROSUR issir
operazzjonali sa mill-2013. Il-Kummissjoni għandha tissottometti
r-rapporti dwar il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li
għandhom ikunu akkumpanjati, fejn meħtieġ, bi proposti adegwati
biex jemendaw ir-Regolament li jistabbilixxi l-EUROSUR.
2.2.
Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
2.2.1.
Riskju/i identifikat(i)
–
L-istimi tal-ispejjeż provduti
fil-valutazzjoni tal-impatt ta’ akkumpanjament ġew żviluppati fuq
il-bażi ta’ dejta provduta mill-Istati Membri, l-aġenziji tal-UE u
s-settur privat u verifikati mill-kuntrattur estern għall-istudju tekniku
li jevalwa l-impatt finanzjarju tal-EUROSUR (GHK). Dawn jikkostitwixxu
l-aħjar stima tal-ispejjeż tal-implimentazzjoni
tal-għażliet ta’ politika kkunsidrati fuq il-bażi
tad-deskrizzjoni tagħhom fil-pjan direzzjonali tal-EUROSUR 2008 u f’dokumenti
tekniċi sussegwenti. Aġġustamenti għall-kamp
tal-applikazzjoni, l-istrutturi organizzazzjonali u ta’ governanza, ir-rekwiżiti
tekniċi, in-natura tal-provvista tas-servizzi u l-implimentazzjoni
progressiva tal-pjan direzzjonali tal-EUROSUR ikunu mistennija li jwasslu
għal bidliet fl-ispejjeż tal-provvista ta’ dawk is-servizzi. –
Minħabba li komponenti u passi differenti identifikati
fil-pjan direzzjonali tal-EUROSUR 2008 (COM (2008) 68 finali) qed jiġu
żviluppati, ittestjati u implimentati b'mod parallel. Ir-raġuni
għal dan l-approċċ hija li ċ-ċiklu tal-ħajja
normali għall-iżvilupp ta’ sistema, fejn pass wieħed jibni fuq ir-riżultati
tal-pass ta’ qablu u fejn l-implimentazzjoni ta’ sistema ssegwi l-iżvilupp
tagħha, jieħu wisq żmien. Għandha tingħata attenzjoni
meta r-riżultati tal-passi differenti jingħaqdu flimkien f’qafas wieħed
komuni. Din il-koerenza tista’ tinkiseb l-aħjar permezz ta’
leġiżlazzjoni, li tiddefinixxi b'mod ċar il-kontenut differenti
tal-komponenti kif ukoll ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-atturi differenti.
2.2.2.
Metodu/i ta’ kontroll previsti
Is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll
stabbiliti taħt il-programmi finanzjarji differenti użati (eż. il-Fond
għas-Sigurtà Interna) se jiġu applikati. Barra minn hekk, huwa
ppjanat l-użu ta’ għarfien intern (eż. Ċentru ta'
Riċerka Konġunta) kif ukoll għarfien estern (eż.
kuntratturi esterni) biex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa u bla
tfixkil tal-komponenti differenti tal-EUROSUR.
2.3.
Miżuri ta' prevenzjoni ta' frodi u
irregolaritajiet
Għandhom
jiġu speċifikati l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni
previsti. Il-miżuri kontra l-frodi stabbiliti fuq livell
nazzjonali u Ewropew japplikaw bis-sħiħ.
3.
IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA
3.1.
Intestatura(i) tal-qafas finanzjarju multiannwali u
l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i
· Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti[30] Skont l-ordni tal-intestaturi u linji tal-baġit
tal-qafas finanzjarju multiannwali. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru || Diff. ([31]) || minn pajjiżi tal-EFTA[32] || minn pajjiżi kandidati[33] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18 (1) (aa) tar-Regolament Finanzjarju 3a || 18 02 03 02 - Frontex || Diff || LE || LE || LE || LE 3a || 18 02 06 – Fond għall-Fruntieri Esterni || Diff || LE || LE || IVA || LE · Linji baġitarji ġodda mitluba Skont l-ordni tal-intestaturi u linji tal-baġit
tal-qafas finanzjarju multiannwali. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru || Diff. /mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18 (1) (aa) tar-Regolament Finanzjarju 3 || 18 02 cc – Fond għas-Sigurtà Interna – Fruntieri u Viżi || Diff || LE || LE || IVA || LE 3 || 18 02 05 02 - Frontex || Diff || LE || LE || LE || LE
3.2.
L-Impatt stmat fuq in-nefqa għall-2014
sal-2020[34]
3.2.1.
Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa
F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru 3 || Sigurtà u Ċittadinanza DĠ: AFFARIJIET INTERNI || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Snin sussegwenti || TOTAL Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || || || Fond għas-Sigurtà Interna[35] || Impenji || (1) || 14,107 || 16,111 || 16,111 || 16,411 || 16,411 || 16,411 || 16,411 || || 111,973 Pagamenti || (2) || 1,915 || 3,997 || 7,720 || 12,130 || 15,751 || 16,266 || 16,347 || 37,848 || 1111,973 18 02 03 02[36] || Impenji || (1a) || 20,601 || 19,997 || 18,290 || 18,290 || 18,290 || 18,290 || 18,290 || || 132,048 Pagamenti || (2a) || 10,301 || 20,299 || 19,144 || 18,290 || 18,290 || 18,290 || 18,290 || 9,145 || 132,048 Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi[37] || || || || || || || || || Numru tal-linja baġitarja. || || (3) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 0 Approprjazzjonijiet TOTALI għal DĠ AFFARIJIET INTERNI || Impenji || =1+1a +1b+1c || 34,708 || 36,108 || 34,401 || 34,701 || 34,701 || 34,701 || 34,701 || || 244,021 Pagamenti || || 12,215 || 24,296 || 26,864 || 30,420 || 34,041 || 34,556 || 34,637 || 46,993 || 244,021 Approprjazzjonijiet operattivi TOTALI || Impenji || (4) || 34,708 || 36,108 || 34,401 || 34,701 || 34,701 || 34,701 || 34,701 || || 244,021 Pagamenti || (5) || 12,215 || 24,296 || 26,864 || 30,420 || 34,041 || 34,556 || 34,637 || 46,993 || 244,021 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 0 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || 34,708 || 36,108 || 34,401 || 34,701 || 34,701 || 34,701 || 34,701 || || 244,021 Pagamenti || =5+ 6 || 12,215 || 24,296 || 26,864 || 30,420 || 34,041 || 34,556 || 34,637 || 46,993 || 244,021 Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “Nefqa għall-amministrazzjoni” F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Snin sussegwenti || TOTAL DĠ: AFFARIJIET INTERNI || Riżorsi umani || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || || 1,778 Nefqa oħra għall-amministrazzjoni || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || || 0 TOTAL DĠ AFFARIJIET INTERNI || Approprjazzjonijiet || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || || 1,778 TOTAL tal-Approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || || 1,778 F’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || || TOTAL TOTAL tal-Approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 34,962 || 36,362 || 34,655 || 34,955 || 34,955 || 34,955 || 34,955 || || 245,799 Pagamenti || 12,469 || 24,550 || 27,118 || 30,674 || 34,295 || 34,810 || 34,891 || 46,993 || 245,799
3.2.2.
Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet operattivi
–
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi –
þ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL || RIŻULTATI || Tip ta’ riżultat[38] || Spiża medja tar-riżultat || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru ta’ riżultati || Spiża || Numru totali ta’ riżultati || Spiża totali || Għanijiet speċifiċi N 1a, 2a & 2c[39] || || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat[40] || Ċentru || 2,179 || 24 || 7,470 || 24 || 7,470 || 24 || 7,470 || 24 || 7,470 || 24 || 7,470 || 24 || 7,470 || 24 || 7,470 || 24 || 52,29 || - Riżultat[41] || Ċentru || 75,765 || 1 || 11,316 || 1 || 12,164 || 1 || 10,457 || 1 || 10,457 || 1 || 10,457 || 1 || 10,457 || 1 || 10,457 || 1 || 75,765 || Total parzjali għal għanijiet speċifiċi N 1a, 2a & 2c || 25 || 18,786 || 25 || 19,634 || 25 || 17,927 || 25 || 17,927 || 25 || 17,927 || 25 || 17,927 || 25 || 17,927 || 25 || 128,055 || GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2a[42] || || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat[43] || Netwerk || 33,071 || 1 || 5,969 || 1 || 4,517 || 1 || 4,517 || 1 || 4,517 || 1 || 4,517 || 1 || 4,517 || 1 || 4,517 || 1 || 33,071 || - Riżultat[44] || Stampa || 23,212 || 1 || 3,316 || 1 || 3,316 || 1 || 3,316 || 1 || 3,316 || 1 || 3,316 || 1 || 3,316 || 1 || 3,316 || 1 || 23,212 || Total parzjali għall-għan speċifiku N° 2a || 2 || 9,285 || 2 || 7,833 || 2 || 7,833 || 2 || 7,833 || 2 || 7,833 || 2 || 7,833 || 2 || 7,833 || 2 || 56,283 || GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1d[45] || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat[46] || Netwerks || 537,75 || 4 || 951 || 4 || 0 || 4 || 0 || 4 || 300 || 4 || 300 || 4 || 300 || 4 || 300 || 4 || 2,151 || Total parzjali għall-għan speċifiku N° 1d || 4 || 0,951 || 4 || 0 || 4 || 0 || 4 || 0,300 || 4 || 0,300 || 4 || 0,300 || 4 || 0,300 || 4 || 2,151 GĦANIJIET SPEĊIFIĊI N° 1b & 1c[47] || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat[48] || Servizz || || 1 || 5,686 || 1 || 8,641 || 1 || 8,641 || 1 || 8,641 || 1 || 8,641 || 1 || 8,641 || 1 || 8,641 || 1 || 57,532 Total parzjali għall-għanijiet speċifiċi N° 1b & 1c || 1 || 5,686 || 1 || 8,641 || 1 || 8,641 || 1 || 8,641 || 1 || 8,641 || 1 || 8,641 || 1 || 8,641 || 1 || 57,532 SPIŻA TOTALI || 32 || 37,198 || 32 || 38,688 || 32 || 36,891 || 32 || 37,191 || 32 || 37,191 || 32 || 37,191 || 32 || 37,191 || 32 || 244,021 ||
3.2.3.
Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura
amministrattiva
3.2.3.1.
Sommarju
–
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet
amministrattivi –
þ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: F’miljuni ta’ EUR (sa
tliet ċifri wara l-punt deċimali) || Sena 2014[49] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali: || || || || || || || || Riżorsi umani || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 1,778 Nefqa oħra għall-amministrazzjoni || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Total parzjali tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 1,778 Barra mill-INTESTATURA 5[50] tal-qafas finanzjarju multiannwali: || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 Total parzjali barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0 TOTAL || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 0,254 || 1,778
3.2.3.2.
Ir-rekwiżiti proġettati ta’ riżorsi
umani
–
¨ Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani –
þ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi
umani, kif spjegat hawn taħt:[51] L-istima għandha tiġi espressa
f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 Il-karigi tal-pjan ta' istabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) 18 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 2 AD || 2 AD || 2 AD || 2 AD || 2 AD || 2 AD || 2 AD XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[52] XX 01 02 01 (IK, INT, SNE mill-"pakkett globali") || || || || || || || XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 04 yy [53] || - fil-Kwartieri Ġenerali[54] || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || || Intestaturi tal-baġit oħrajn (speċifika) || || || || || || || TOTAL || 2 AD || 2 AD || 2 AD || 2 AD || 2 AD || 2 AD || 2 AD XX huwa l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa ser ikunu koperti minn persunal mid-DĠ mogħtija
diġà lill-amministrazzjoni ta’ din l-azzjoni u/jew jitqassmu
mill-ġdid fid-DĠ, ikkumplimentati skont il-każ bi kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed
imexxi fil-qafas tal-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl
tal-limiti baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li għandhom jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || Monitoraġġ u appoġġ għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-EUROSUR. Persunal estern ||
3.2.4.
Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali
attwali u dak li jmiss
–
þ Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
multiannwali attwali u ma’ dak li jmiss. –
¨ Il-proposta/inizjattiva se teħtieġ l-ipprogrammar
mill-ġdid tal-intestatura rilevanti tal-qafas finanzjarju multiannwali. Spjega liema programmar mill-ġdid huwa
meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi tal-baġit
ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti. –
¨ Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju
multiannwali[55]. Spjega x’inhu meħtieġ, billi
tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u
l-ammonti korrispondenti.
3.2.5.
Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi
–
þ Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn
partijiet terzi –
¨ Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn
taħt: Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet
ċifri wara l-punt deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... inkludi snin kemm meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total Speċifika l-korp tal-kofinanzjament || || || || || || || || Approprjazzjonijiet totali kofinanzjati || || || || || || || ||
Impatt stmat fuq id-dħul –
þ Il-proposta/inizjattiva m’għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq
id-dħul. –
¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: ¨ fuq ir-riżorsi proprji ¨ fuq id-dħul mixxellanju F’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja kurrenti || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[56] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...inkludi kolonni kemm meħtieġ biex tirrifletti t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …………. || || || || || || || || Għad-dħul
mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i. Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. [1] ĠU L349, 25.11.2004, p. 1. [2] COM (2008) 68 finali ta’ 13.2.2008 (pjan direzzjonali
tal-EUROSUR). Dwar il-progress li sar fl-2008-2010, ara SEC (2009)1265 finali
tal-24.9.2009 u SEC (2011)145 finali tat-28.1.2011. [3] Qabbel ukoll l-Artikolu 77 (1) (c) tat-TFUE. [4] Ara l-Artikolu 11c tar-Regolament (KE)
Nru 2007/2004, introdott permezz tar-Regolament (UE) Nru 1168/2011. [5] COMCOMCOM (2010) 385 finali, 20.7.2010. [6] ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1. [7] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. [8] ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1. [9] ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60. [10] ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43. [11] ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20. [12] ĠU L 176, 10. 7. 1999, p. 36. [13] ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52. [14] ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19. [15] ĠU L 111, 4.5.2010, p. 20. [16] ĠU L 317, 3.12.2001, p.1. [17] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB:
Ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività. [18] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6) (a) jew (b) tar-Regolament
Finanzjarju. [19] COMCOM (2010) 623 finali, 27.10.2010,
VOL. II, 43, 14. [20] COMCOM (2008) 68 finali, 13.2.2008 (‘pjan direzzjonali
tal-EUROSUR’). [21] Qabbel il-Kapitolu 8 tal-valutazzjoni tal-impatt ta’
akkumpanjament. [22] Meta mqabbla maċ-ċifri għall-2011 kif
provduti fir-rapporti tal-analiżi tar-riskju tal-Frontex u rapporti
rilevanti tal-EUROPOL. Dawn l-indikaturi se jkunu wkoll jiddependu fuq fatturi
barra mill-EUROSUR, bħal bidliet fis-sitwazzjoni politika u ekonomika
f’pajjiżi terzi ġirien. [23] Meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali kif deskritta
fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għar-Regolament
tal-EUROSUR. [24] Qabbel il-Kapitoli 3.2 u 3.3 tal-valutazzjoni tal-impatt
ta’ akkumpanjament. [25] Qabbel il-Kapitolu 3.5 tal-valutazzjoni tal-impatt
ta’ akkumpanjament. [26] Ara l-listi ta’ proġetti fl-Anness 1.5 ta’ [27] Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit elettroniku
tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [28] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [29] Qabbel il-Kapitolu 8 tal-valutazzjoni tal-impatt ta’
akkumpanjament. [30] Dawn il-linji tal-baġit qed jintużaw
għall-iżvilupp u l-ittestjar gradwali tal-komponenti differenti
tal-EUROSUR sal-2013. Meta jiġi kkunsidrat li r-Regolament propost
tal-EUROSUR għandu jidħol fis-seħħ fl-aħħar
tal-2013, id-dikjarazzjoni legali finanzjarja hija limitata għall-perjodu
ta’ żmien bejn l-2014 u l-2020. Ħarsa ġenerali lejn l-ispejjeż
minfuqa fl-iżvilupp tal-EUROSUR bejn l-2008 u l-2010 u dwar
l-ispejjeż smati għall-EUROSUR bejn l-2011 u l-2020 jistgħu
jinsabu fil-valutazzjoni tal-impatt ta’ akkumpanjament. [31] Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Non-Diff. =
Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati [32] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [33] Il-pajjiżi kandidati, u fejn applikabbli,
il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [34] Ħarsa ġenerali lejn it-total tal-ispejjeż
stmati għall-2011-2020 tinsab fil-valutazzjoni tal-impatt ta’ akkumpanjament. [35] Din il-linja tal-baġit tkopri l-ispejjeż li
ġejjin: 1) 75 % ta’ kofinanzjament tal-ispejjeż operattivi
għaċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni (NCCs) fl-24 Stat
Membru bi fruntieri esterni fuq l-art u fil-baħar, sakemm dawn
l-ispejjeż ikunu pprogrammati mill-Istati Membri li jużaw
il-baġit tal-Unjoni; 2) Spejjeż tas-servizz għall-applikazzjoni
komuni tal-għodod ta’ sorveljanza, li għandhom ikunu kofinanzjati
wkoll mill-programmi spazjali Ewropej rilevanti, inkluż
il-Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà (GMES)
operazzjonali, safejn ikunu disponibbli bejn l-2014 u l-2020. 3) Spejjeż
għall-kollegament tal-EUROSUR ma’ netwerks reġjonali
stabbiliti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi ġirien. 4) Kull
spiża oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-EUROSUR. [36] Għal spejjeż operazzjonali
għaċ-Ċentru tas-Sitwazzjoni tal-Frontex (FSC). in-netwerk li
jikkollega l-NCCs u l-Frontex, l-Istampa ta’ Intelligence Prefruntiera
Komuni. Huwa ppjanat li bejn EUR 5 sa 10 miljuni kull sena ta’ dawn l-istimi
jkunu koperti mill-baġit tal-Frontex u bejn EUR 10 sa 15-il miljun
fis-sena mill-Fond għas-Sigurtà Interna. L-ammonti
preċiżi li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Frontex se
jiġu stabbiliti fil-proċedura baġitarja annwali. [37] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’
appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew azzjonijiet tal-UE
(preċedentement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta. [38] Ir-riżultati (outputs) huma prodotti u servizzi li
għandhom jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji
tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija,
eċċ.). [39] Ara t-Taqsima 1.4.2: 1a – Is-simplifikazzjoni ta’
strutturi u l-kollegament ta’ sistemi fuq il-livell nazzjonali; 2a –
Ġestjoni effettiva tal-persunal u r-riżorsi; 2c – Ġestjoni
effettiva. [40] 75 % ta’ kofinanzjament tal-UE tal-ispejjiż
operazzjonali għaċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni (NCCs)
fl-24 Stat Membru bi fruntieri esterni fuq l-art u fil-baħar. [41] Spejjeż operazzjonali għaċ-ċentru
tas-sitwazzjoni tal-Frontex (FSC). [42] 2a - Skambju ta’ dejta, informazzjoni u intelligence
qrib għall-ħin reali. [43] Spejjeż operazzjonali għan-netwerk li jikkollega
ċ-ċentri nazzjonali ta’ koordinazzjoni u l-Frontex. [44] Spejjeż operazzjonali għall-Istampa ta’ Intelligence
Prefruntiera Komuni (CPIP). [45] 1d - Titjib fl-iskambju ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi
terzi ġirien. [46] Il-kollegament tal-EUROSUR ma’ netwerks reġjonali
stabbiliti bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi ġirien. [47] 1b – L-użu ta’ fużjoni ta’ dejta flimkien ma’
kapaċitajiet teknoloġiċi għad-detezzjoni u t-traċċar
tal-movimenti transkonfinali; 1c – Skambju ta’ informazzjoni intersettorjali
ma’ atturi oħrajn fid-dominju marittimu. [48] Spejjeż operazzjonali għas-servizz għall-applikazzjoni
komuni ta’ għodod ta’ sorveljanza fuq il-livell tal-UE [49] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [50] Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’
appoġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi u/jew azzjonijiet tal-UE
(ex-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta. [51] Iż-żewġ karigi AD msemmija fit-tabella
t’hawn taħt huma inklużi fil-proposta għar-Regolement li
jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna. [52] CA= Impjegat Kuntrattwali, INT= persunal tal-aġenzija
(“Intérimaire”); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti
Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA= Aġent Lokali;
SNE=Espert Nazzjonali Sekondat. [53] Taħt
il-limitu għal persunal estern minn
approprjazzjonijiet operattivi (ex- linji “BA”). [54] Essenzjalment għal Fondi Strutturali, il-Fond
Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew
għas-Sajd (FES). [55] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [56] Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali proprji (dazji
doganali, tariffi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti,
jiġifieri l-ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 %
għall-ispejjeż tal-ġbir.