52011PC0841

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari /* KUMM/2011/0841 finali - 2011/0414 (CNS) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Sa minn kmieni fis-snin disgħin (1990s) l-appoġġ għall-promozzjoni tas-sikurezza nukleari u salvagwardji nukleari f’pajjiżi terzi saru parti essenzjali mix-xogħol tal-Komunità, kemm fl-Ewropa Ċentrali kif ukoll fil-pajjiżi ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika, taħt il-komponenti tal-programm ta' sikurezza nukleari tal-programmi TACIS u PHARE. Mill-2007 il-kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari ġiet estiża biex tinkludi 'pajjiżi terzi' taħt l-Istrument għall-Kooperazzjoni għas-Sikurezza Nukleari, filwaqt li l-Istrument għal Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) ipprovda għall-kooperazzjoni fis-sikurezza nukleari mal-pajjiżi involuti fil-proċess ta' adeżjoni mal-UE.

L-inċident ta' Chernobyl fl-1986 enfasizza l-importanza globali tas-sikurezza nukleari. L-inċident ta' Fukushima Daiichi fl-2011 ikkonferma l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex titjieb is-sikurezza nukleari biex tilħaq l-ogħla standards. Iż-żewġ inċidenti wrew biċ-ċar li l-konsegwenzi tas-saħħa, soċjali, ambjentali u ekonomiċi ta' inċident nukleari jistgħu jestendu sew lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u, potenzjalment, madwar id-dinja.

L-importanza tas-sikurezza nukleari kienet rikonoxxuta mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-problemi teknoloġiċi tas-sikurezza nukleari li enfasizzat “l-importanza partikolari li jagħti lis-sikurezza nukleari fl-Ewropa, u għalhekk jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni li jadottaw bħala l-objettiv fundamentali u ta' prijorità tal-kooperazzjoni tal-Komunità fil-qasam nukleari, b'mod partikolari mal-pajjiżi l-oħrajn Ewropej, … li jġibu l-installazzjonijiet nukleari tagħhom konformi mal-livelli ta' sikurezza ekwivalenti ma' dawk li jintużaw fil-Komunità …”.

Il-Komunità ddeċidiet li taċċedi mal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari fl-1999 u mal-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni tal-Fjuwil Użat u dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv fl-2005, iż-żewġ Konvenzjonijiet bl-għan li jsaħħu l-miżuri nazzjonali u l-kooperazzjoni internazzjonali f’dawn l-oqsma.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta d-Direttiva 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009, li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari sabiex jinżamm u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha. Fl-2011 il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea adotta wkoll id-Direttiva li biha stabbilixxa qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv. Dawn id-direttivi u l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u skart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil maħruq implimentati fl-Unjoni Ewropea huma eżempji li jistgħu jintużaw biex jinkoraġixxu pajjiżi terzi jadottaw standards għolja simili.

Il-Komunità diġà tipprattika kooperazzjoni mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat tal-Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), kemm fir-rigward tas-salvagwardji nukleari (lejn l-objettivi tal-Kapitolu 7 tat-Tieni Titolu tat-Trattat tal-Euratom), kif ukoll fir-rigward tas-sikurezza nukleari.

Il-promozzjoni ta' kooperazzjoni regolatorja u ta' forom oħra ma' ekonomiji emerġenti l-promozzjoni ta' approċċi, regoli, standards u prattiki tal-UE huma l-għanijiet tal-politika esterna tal-istrateġija Ewropa 2020.

Sabiex l-Unjoni Ewropea twettaq ir-rwol tagħha bħala attur globali fil-promozzjoni ta' sigurtà strateġika u tal-bniedem, huwa essenzjali li l-Komunità jkollha l-kapaċità u l-mezzi sabiex tirreaġixxi għall-isfidi li jqumu fil-qasam tas-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u salvagwardji nukleari fi kwalunkwe pajjiż terz, filwaqt li tibni fuq l-esperjenza tal-Komunità u tal-Istati Membri tagħha, f’dawn l-oqsma, fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Fid-dawl ta' dan, l-istrument propost għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (INSC) se jkompli l-azzjonijiet mibdija fid-disgħinijiet (1990s) fl-Ewropa Ċentrali u fil-pajjiżi ta' dik li kienet l-Unjoni Sovjetika li kien ġie estiż mill-2007 lejn il-'pajjiżi terzi'.

Huwa mistenni li l-motivazzjonijiet bażiċi li wasslu għal involviment f'kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi se jibqgħu validi matul il-perjodu 2014 sa l-2020. Madankollu, hekk kif proġetti ewlenin imwettqa taħt l-INSC (partikolarment dawk relatati mar-rimedjazzjoni tas-sit ta' Chernobyl u proġetti ta' titjib ta' impjanti nukleari) il-biċċa l-kbira tagħhom se jkunu lesti sa l-2014, dan se jħoll ir-riżorsi biex ikunu jistgħu jiġi indirizzati oqsma problematċi oħra. Rimedjazzjoni ta' siti tal-minjieri (il-wirt ta' tħaffir tal-minjieri tal-uranju, li ma kienx jirrispetta r-rekwiżiti ambjentali bażiċi), ir-rimi ta' fjuwil użat, il-ġestjoni tal-iskart u d-diżattivazzjoni tal-installazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala programm ta' prijorità.

Qed isseħħ ukoll bidla fl-intervent tal-Unjoni Ewropea, minn għajnuna teknika lejn kooperazzjoni. Hu jiffoka fuq attivitajiet ċentrali maħsuba biex itejbu l-kultura tas-sikurezza nukleari, il-protezzjoni u s-salvagwardji kontra r-radjazzjoni .

Taħt il-Programmi Qafas tal-Euratom għar-riċerka u l-innovazzjoni hemm azzjonijiet li jinkoraġġixxu l-prevenzjoni u t-taffija ta' inċidenti gravi u fit-titjib tal-protezzjoni mir-radjazzjoni bil-għan li titjieb il-kultura tas-sikurezza. Ftehimiet bilaterali ta' kooperazzjoni internazzjonali taħt il-Euratom dwar is-sikurezza nukleari għandhom ukoll jiġu meqjusa bħala mod addizzjonali li jikkontribwixxi biex titjieb is-sikurezza nukleari, il-ħarsien mir-radjazzjoni u l-ġestjoni sikura ta' skart radjuattiv, permezz ta' iżjed sforzi ta' riċerka u innovazzjoni ma' pajjiżi msieħba terzi.

It-tagħlimiet meħuda wara l-inċident ta' Fukushima-Daiichi se jkollhom rwol importanti fit-titjib tas-sikurezza nukleari fis-snin li ġejjin. Ir-riżultati tal-valutazzjonijiet komprensivi u trasparenti tar-riskju u s-sikurezza tal-Istati Membri tal-UE ("stress tests"), li huma mistennija li jiġu estiżi għal pajjiżi ġirien tal-UE u possibbilment pajjiżi terzi oħra, huma mistennija li jkollhom impatt konsiderevoli fid-disinn, l-operazzjoni, il-manutenzjoni u r-regolamentazzjoni tal-impjanti nukleari. L-esperjenza miksuba fi ħdan l-UE se tkun importanti għal pajjiżi terzi oħra.

Il-kooperazzjoni taħt l-INSC għandha tkun kumplimentari għal dik ipprovduta mill-Unjoni Ewropea taħt strumenti ta' kooperazzjoni tal-iżvilupp oħra, u l-miżuri adottati għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika strateġika ġenerali tal-Komunità Ewropea għall-pajjiżi msieħba kkonċernati. Minħabba l-impenji internazzjonali relatati mat-titjib tas-sikurezza nukleari, il-kooperazzjoni taħt l-INSC għandha tisfrutta aktar is-sinerġiji mal-Programmi Qafas tal-Euratom għal attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MA' PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni Pubblika

Il-Kummissjoni organizzat konsultazzjoni pubblika mis-26 Novembru 2010 sal-31 ta' Jannar 2011 dwar finanzjament futur għall-azzjoni esterna tal-UE. Dan il-proċess kien ibbażat fuq kwestjonarju onlajn akkumpanjat minn dokument ta' kuntest intitolat 'Liema finanzjament għall-azzjoni esterna tal-UE wara l-2013?" imħejji mis-servizzi involuti tal-Kummissjoni u l-EEAS. Il-220 kontribuzzjoni li waslu bi tweġiba għall-konsultazzjoni pubblika jirriflettu spektrum wiesa' u divers li jirrappreżenta l-varjetà ta' strutturi, fehmiet u tradizzjonijiet li jikkaratterizzaw l-azzjoni esterna tal-Komunità.

B’mod ġenerali, it-tweġibiet ma kinux jissuġġerixxu l-ħtieġa għal bidla sostanzjali fl-istruttura kurrenti tal-istrumenti eżistenti. Madankollu, bosta kwistjonijiet ġew identifikati li huma relevanti għall-INSC u, kif xieraq, jiġu kkunsidrati fit-tħejjija tar-Regolament il-ġdid.

Il-maġġoranza ta' dawk li wieġbu (madwar 70%) ikkonfermat li l-intervent finanzjarju tal-UE jipprovdi valur miżjud sostanzjali fl-oqsma ta' politika ewlenin appoġġati permezz tal-istrumenti finanzjarji tal-UE għal Azzjoni Esterna. Il-kriterju tal-valur miżjud tal-UE huwa msemmi minn ħafna minn dawk li wieġbu, bħala l-mutur prinċipali għall-futur: l-UE għandha tisfrutta l-vantaġġ komparattiv tagħha marbut mal-preżenza globali tagħha fil-qasam, il-firxa wiesgħa ta' għarfien espert tagħha, in-natura sopranazzjonali tagħha, ir-rwol tagħha bħala dik li tiffaċilita l-koordinazzjoni, u l-ekonomiji tal-kobor.

Kważi dawk kollha li wieġbu (92%) jappoġġaw approċċ aktar differenzjat, imfassal għas-sitwazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju, ibbażat fuq kriterji sammi u effiċjenti għall-ġbir tad-dejta, sabiex jiġu użati bħala mezz biex jiżdied l-impatt tal-istrumenti finanzjarji tal-UE.

Iktar minn żewġ terzi ta' dawk li wieġbu jemmnu li l-interessi tal-UE huma ikkunsidrati biżżejjed fl-azzjoni esterna tagħha, u li dawn tal-aħħar għandhom ikunu ibbażati sa ċertu punt fuq il-valuri u l-prinċipji tal-UE u fuq l-għanijiet tal-iżvilupp tal-pajjiżi msieħba. Bil-kontra, il-minoranza tqis li l-azzjoni esterna tal-UE għandha tikkonċentra aktar fuq l-interessi proprji tal-UE fl-ekonomija globali, partikolarment fir-rigward ta' ekonomiji emerġenti.

Maġġoranza kbira ta' dawk li wieġbu tappoġġja enfasi aktar qawwi fuq sistemi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjonijiet għall-istrumenti futuri u għall-implimentazzjoni ta' proġetti/programmi.

F'dak li jirrigwarda l-mezzi biex tittejjeb il-viżibilità tal-finanzjament estern tal-UE, il-maġġoranza tal-partijiet interessati tappoġġja sforzi akbar fil-qasam ta' attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, b'mod partikolari fil-pajjiżi benefiċjarji; Madankollu, il-viżibilità tal-UE tidher li tiġi moqdija aħjar minn politiki effettivi, strateġiji u preżenza f'pajjiżi terzi, aktar milli minn infiq addizzjonali għall-komunikazzjoni.

L-ideat tat-tisħiħ tar-rwol ta' koordinazzjoni tal-UE fost donaturi oħra u l-iżgurar li l-imsieħba implimentattivi jagħtu aktar viżibbiltà għal fondi tal-UE jirċievu wkoll appoġġ qawwi mill-partijiet interessati.

Valutazzjoni tal-Impatt

Il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt, fejn analizzat erba' għażliet kif ġej:

(a) Ebda azzjoni ulterjuri mill-UE (l-ebda Strument ta' Kooperazzjoni u Sikurezza Nukleari). Xi attivitajiet ta' kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari li setgħu jiġu inklużi fl-istrumenti ta' kooperazzjoni ġeografika u jiġu implimentati bħala tali. Madankollu dan jista' joħoloq kumplikazzjonijiet mal-bażi ġuridika u l-implimentazzjoni mhux sodisfaċenti minħabba n-natura teknika għolja tal-kwistjonijiet.

(b) 'L-ebda bidla' (il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi tibqa' taħt ir-Regolament eżistenti INSC). Din l-alternattiva ma tippermettix li jiġu inkorporati t-tagħlimiet li ttieħdu, ir-reviżjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku u li jiġu stabbiliti l-kriterji għal kooperazzjoni u l-prijoritajiet fir-regolament. Se tintilef l-opportunità biex jitjiebu l-implimentazzjoni u l-effettività tar-Regolament.

(c) Jiġi emendat ir-Regolament INSC. Ir-Regolament emendat jista' jipprovdi għal reviżjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku biex jiġu inklużi l-pajjiżi terzi kollha (inklużi dawk attwalment koperti mill-Istrument għall-Preadeżjoni (IPA)) u jiġu speċifikati l-prijoritajiet u l-kriterji għal kooperazzjoni. Dan iwassal għal simplifikazzjoni u implimentazzjoni aktar effiċjenti milli huwa l-każ bir-Regolament attwali.

(d) Strument ġdid, li jista' jinkludi l-kamp ta' applikazzjoni kurrenti tal-INSC apparti parti tal-kamp ta' applikazzjoni tal-istrument eżistenti għall-Istabbiltà (IFS). Dan jista' jipprovdi approċċ unit lejn is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari('3S'); madankollu, jkun hemm bżonn bażi legali doppja (it-Trattat Euratom u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea). Il-bażi legali doppja aktarx twassal għal żieda fil-kumplessità fl-implimentazzjoni u tipperpetwa l-ħtieġa ta' koordinazzjoni mill-qrib ma' azzjonijiet oħra ta' mitigazzjoni tar-riskji (kimiċi u biojoloġiċi).

L-alternattiva li jiġi emendat ir-Regolament instab li hija ppreferuta. F'paragun mal-alternattivi 'l-ebda bidla' u 'Strument ġdid', din tippermetti kontinwità u l-użu tal-esperjenza ta' sistema ippruvata sewwa, filwaqt li ssolvi numru ta' kwistjonijiet li ġew identifikati, inkluż għarfien aktar ċar tal-limiti ta' intervent. Dan, kif ukoll l-użu ta' bażi legali waħda (meta mqabbla mal-alternattiva ta' strument ġdid), jissimplifikaw l-implimentazzjoni.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-bażi legali kurrenti tar-Regolament INSC huwa t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea huwa t-Trattat tal-Enerġija Atomika ('it-Trattat Euratom') u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu. Meta jiġi kkunsidrat il-qafas leġiżlattiv għas-sikurezza nukleari fil-livell tal-UE u l-fatt li l-kamp ta' applikazzjoni rivedut ma jinvolvix bidla fil-bażi legali, dan għandu jibqa’ l-każ bir-Regolament futur.

Sussidjarjetà u Proporzjonalità

B'27 Stat Membru li jaġixxu fi ħdan politiki u strateġiji komuni, l-UE waħdeha għandha l-massa kritika biex tirrispondi għall-isfidi globali, filwaqt li l-azzjoni tal-Istati Membri tista' tkun limitata u frammentata, bi proġetti li ta' sikwit huma żgħar wisq biex jagħmlu differenza sostenibbli fil-qasam. Din il-massa kritika wkoll tpoġġi lill-UE f'pożizzjoni aħjar biex tmexxi djalogu politiku ma' gvernijiet imsieħba.

L-UE hija f'pożizzjoni unikament newtrali u imparzjali biex tirnexxi fl-azzjoni esterna f'isem l-Istati Membri u magħhom, u tagħti kredibbiltà msaħħa fil-pajjiżi fejn taħdem. Tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu r-rwol ta' mexxej globali għan-nom taċ-ċittadini tagħha.

4.           IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI

Il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 70 biljun għall-perijodu 2014-2020 għal strumenti esterni[1]. L-allokazzjoni prevista għall-INSC matul il-perjodu 2014 sa l-2020 huwa EUR 631.1 miljun (EUR 560 miljun fi prezzijiet tal-2011). L-impenji baġitarji annwali indikattivi INSC huma identifikati fit-tabella hawn taħt.

Sena || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || L-AMMONT TOTALI

Allokazzjoni tal-INSC (F'miljuni ta' EUR) || 84.9 || 86.6 || 88.3 || 90.1 || 91.9 || 93.7 || 95.6 || 631.1

L-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għal kull għan speċifiku huma stipulati fl-Istqarrija Finanzjarja Leġiżlattiva.

5.           ELEMENTI FAKULTATTIVI

Simplifikazzjoni

L-Artikoli ta' natura orizzontali ġew imħassra peress li huma koperti bir-Regolament Nru …. /… li jistabbillixxi r-regoli komuni ta' implimentazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament tar-relazzjonijiet esterni.

Sabiex jiġu ssimplifikati l-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tad-definizzjoni tal-INSC, qed jiġi pprovdut anness ma' dan ir-Regolament tal-kriterji għal kooperazzjoni u l-prijoritajiet tematiċi u ġeografiċi għall-għażla ta' proġetti ta' kooperazzjoni.

Spjegazzjoni tal-akbar artikoli tar-Regolament u t-tibdiliet relattivi attwali tal-INSC kurrenti

TITOLU I - Għanijiet

L-Artikolu 1 – Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

L-Artikolu 1 jistipula l-għanijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. Ir-Regolament se japplika għall-pajjiżi terzi kollha (kif spjegat iktar fl-Anness).

Tliet għanijiet speċifiċi huma stabbiliti:

(a) il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni;

(b) ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, id-diżattivazzjoni u r-rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti u stallazzjonijiet nukleari;

(c) it-twaqqif tal-oqfsa u l-metodoloġiji għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi.

Rigward ir-Regolament attwali tal-INSC il-preżentazzjoni hi ssimplifikata. L-Artikoli 1 u 2 tal-INSC kurrenti twaħħdu. L-Artikolu jiddefinixxi l-oqsma ewlenin ta' kooperazzjoni, filwaqt li l-Anness jiddefinixxi miżuri speċifiċi.

TITOLU II – Programmar u allokazzjoni ta' fondi

Artikolu 2 – Dokumenti ta' Strateġija

Dan l-artikolu jistipula li d-dokument(i) tal-istrateġija multi-annwali għandhom jikkostitwixxu l-bażi ġenerali għall-kooperazzjoni b'hekk ifasslu l-strateġija tal-Unjoni għal kooperazzjoni taħt ir-Regolament.

Artikolu 3 – Programmi indikattivi multiannwali

Dan l-Artikolu jistipula li l-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi ta' prestazzjoni u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi.

TITOLU III - Implimentazzjoni

Dan it-Titolu kien issimplifikat ħafna peress li l-Artikolu 4 jistipula li d-Deċiżjoni għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament Nru …. /… li jistabbillixxi r-regoli komuni ta' implimentazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament tar-relazzjonijiet esterni.

Titolu IV – Dispożizzjonijiet finali

Dan it-titolu jipprovdi id-definizzjoni tal-ammont tar-referenza finanzjarja (l-Artikolu 7) u d-dħul fis-seħħ (l-Artikolu 8).

L-ANNESS

L-Anness dwar miżuri u kriterji speċifiċi appoġġjati li japplikaw għal kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari ġie introdott sabiex tkompli s-simplifikazzjoni tal-korp tat-test tar-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu, billi jiġu ddefiniti l-oqsma tal-kooperazzjoni, tekniċi u l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku, il-kriterji għall-kooperazzjoni u l-prijoritajiet.

Taħt it-termini tal-proposta, l-Anness jista' jiġi emendat bl-użu ta' proċedura eħfef milli kien ikun meħtieġ għar-Regolament sħiħ (l-Artikolu 5 tar-Regolament).

L-Anness jiddefinixxi l-miżuri speċifiċi appoġġjati mir-Regolament (verżjoni riveduta tal-INSC kurrenti li tiddefinixxi mill-ġdid l-oqsma ta' kooperazzjoni), il-kriterji għall-kooperazzjoni fis-sikurezza nukleari mal-pajjiżi terzi, il-prijoritajiet u l-koordinazzjoni. Il-kriterji għall-kooperazzjoni jqisu u jsegwu essenzjalment dawk proposti mill-Kunsill fl-2008.

2011/0414 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 203 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi wieħed mill-istrumenti li jipprovdi appoġġ dirett għall-politika esterna tal-Unjoni Ewropea, ser jissostitwixxi r-Regolament Nru 300/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari[3] li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2013.

(2) L-Unjoni Ewropea hija fornitur ewlieni ta' assistenza ekonomika, finanzjarja, teknika, umanitarja u makro-ekonomika tal-pajjiżi terzi. Ir-Regolament preżenti huwa parti mill-qafas imfassal għall-ippjanar tal-kooperazzjoni u l-għoti ta' assistenza mmirati biex jagħtu appoġġ lill-promozzjoni ta' livell għoli tas-sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f' pajjiżi terzi.

(3) L-inċident ta' Chernobyl fl-1986 enfasizza l-importanza globali tas-sikurezza nukleari. L-inċident ta' Fukushima Daiichi fl-2011 ikkonferma l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex titjieb is-sikurezza nukleari sal-ogħla standards. Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati il-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-'Komunità') għandha tkun tista' tappoġġja is-sikurezza nukleari fil-pajjiżi terzi.

(4) Billi taġixxi fi ħdan politiki komuni u strateġiji mal-Istati Membri tagħha, l-Unjoni Ewropea waħedha għandha massa kritika biex tirrispondi għall-isfidi globali u hija wkoll fl-aħjar pożizzjoni biex tikkoordina l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

(5) Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/819/Euratom[4] il-Komunità ffirmat il-Konvenzjoni tal-1994 dwar is-Sikurezza Nukleari. Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/510/Euratom[5] il-Komunità wkoll iffirmat il-Konvenzjoni Konġunta dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni tal-Fjuwil Użat u dwar is-Sikurezza fil-Ġestjoni tal-Iskart Radjuattiv.

(6) Sabiex jinżamm u jiġi promoss it-titjib kontinwu tas-sikurezza nukleari u r-regolamentazzjoni tagħha, il-Kunsill adotta d-Direttiva 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' stallazzjonijiet nukleari[6]. Il-Kunsill adotta wkoll id-Direttiva 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv[7]. Dawn id-Direttivi u l-istandards għolja ta' sikurezza nukleari u skart radjuattiv u l-ġestjoni tal-fjuwil maħruq implimentati fl-Unjoni huma eżempji li jistgħu jintużaw biex jinkoraġixxu pajjiżi terzi biex jadottaw standards għolja simili.

(7) Il-promozzjoni ta' kooperazzjoni regolatorja u ta' forom oħra ma' ekonomiji li qed jemerġu u l-promozzjoni ta' approċċi, regoli, standards u prattiki tal-Unjoni huma l-għanijiet tal-politika esterna tal-istrateġija Ewropa 2020.

(8) L-Istati Membri tal-Unjoni huma partijiet firmatarji tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni u l-Protokoll Addizzjonali.

(9) Il-Komunità diġà tipprattika kooperazzjoni mill-qrib, skont il-Kapitolu 10 tat-Trattat tal-Euratom, mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA), kemm fir-rigward tas-salvagwardji nukleari (lejn l-objettivi tal-Kapitolu 7 tat-Tieni Titolu tat-Trattat tal-Euratom) kif ukoll fir-rigward tas-sikurezza nukleari.

(10) Hemm bżonn partikolari li l-Komunità tkompli bl-isforzi tagħha b'appoġġ għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effikaċi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi, billi tibni fuq l-attivitajiet ta' salvagwardja tagħha stess fi ħdan l-Unjoni.

(11) Huwa mifhum li responsabbilità għas-sikurezza tal-istallazzjoni għandha tkun f'idejn l-operatur u l-Istat li għandu ġurisdizzjoni fuq l-installazzjoni.

(12) Filwaqt li assistenza esterna tal-Unjoni għandha ħtiġijiet finanzjarji li dejjem qed jiżdiedu, is-sitwazzjoni ekonomika u baġitarja tal-Unjoni tillimita r-riżorsi disponibbli għal din l-għajnuna. Il-Kummissjoni għalhekk għandha tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli permezz, partikolarment, tal-użu ta' strumenti finanzjarji b’effett ta' ingranaġġ. Tali l-effett ta' ingranaġġ jiżdied billi wieħed jippermetti l-possibbiltà tal-użu u l-użu mill-ġdid tal-fondi investiti u ġġenerati mill-istrumenti finanzjarji.

(13) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat implimentattivi fuq il-Kummissjoni.

(14) Is-setgħat implimentattivi li jirrigwardaw l-ipprogrammar u l-finanzjament tal-azzjonijiet appoġġati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat tal-implimentazzjoni[8]. B'kunsiderazzjoni tan-natura ta' dawk l-atti implimentattivi, partikolarment in-natura tal-orjentazzjoni politika tagħhom jew l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, il-proċedura ta' eżaminazzjoni għandha fil-prinċipju tintuża għall-adozzjoni tagħhom, ħlief għal miżuri implimentattivi tekniċi ta' skala finanzjarja żgħira. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti implimentattivi applikabbli immedjatament fejn f'każijiet debitament ġustifikati relatati mal-bżonn għal reazzjoni rapida mill-Unjoni, ikunu meħtieġa minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza.

(15) Regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni ta' strumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru../… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ....

(16) L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna huma deskritti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

OBJETTIVI

Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

L-Unjoni Ewropea għandha tiffinanzja miżuri sabiex tappoġġa l-promozzjoni ta' livell għoli ta' sikurezza nukleari, ta' protezzjoni minn radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effikaċi ta' materjal nukleari f'pajjiżi terzi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

1. L-għanijiet speċifiċi li ġejjin għandhom jiġu segwiti:

(a) il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni;

(b) ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet;

(c) it-twaqqif tal-oqfsa u l-metodoloġiji għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi.

2. Il-progress globali fil-ksib tal-għanijiet speċifiċi imsemmija hawn fuq għandu jiġi evalwat, rispettivament, permezz tal-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin:

(a) l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati matul missjonijiet ta' reviżjoni tal-esperti tal-IAEA rilevanti;

(b) l-istatus tal-iżvilupp ta' fjuwil użat, l-iskart nukleari u strateġiji tad-diżattivazzjoni, il-qafas rispettiv leġiżlattiv u regolatorju u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

(c) l-għadd u l-importanza ta' kwistjonijiet identifikati fir-rapporti rilevanti tal-IAEA dwar is-salvagwardji nukleari.

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati huma konsistenti mal-qafas politiku strateġiku ġenerali tal-Unjoni fil-qafas għall-pajjiż imsieħeb, u partikolarment mal-għanijiet tal-iżvilupp tagħha u ta' politiki u programmi ta' kooperazzjoni ekonomika.

4. Miżuri speċifiċi appoġġjati minn dan ir-Regolament u l-kriterji li japplikaw għal kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari huma dettaljati fl-Anness.

5. Kooperazzjoni finanzjarja, ekonomika u teknika pprovduta taħt dan ir-Regolament għandha tkun kumplimentarja għal dik ipprovduta mill-Unjoni taħt strumenti oħra ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

TITOLU II

L-IPROGRAMMAR U ALLOKAZZJONI INDIKATTIVA TA' FONDI

Artikolu 2 Dokumenti ta' Strateġija

1. Il-kooperazzjoni tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandha tiġi implimentata fuq il-bażi ta' dokumenti ta' strateġija multi-annwali.

2. Id-dokument ta' strateġija multi-annwali għandu jikkostitwixxi l-bażi ġenerali għall-kooperazzjoni u għandu jiġi stabbilit għal perjodu sa seba’ snin. Hu għandu jistabbilixxi l-istrateġija tal-Unjoni għall-kooperazzjoni taħt dan ir-Regolament, b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-pajjiżi konċernati, il-prijoritajiet tal-Unjoni, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-imsieħba prinċipali.

3. Id-dokumenti ta' istrateġija se jkollhom l-għan li jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi msieħba jew ir-reġjuni kkonċernati, konsistenti mal-għan globali u l-kamp ta' applikazzjoni, mal-objettivi, il-prinċipji u l-politika tal-Unjoni.

4. Il-preparazzjoni ta' dokumenti ta' strateġija għandha tapplika prinċipji tal-effettività tal-għajnuna: appartenenza nazzjonali, sħubija, koordinazzjoni, armonizzazzjoni, allinjament għall-pajjiż destinatarju jew għas-sistemi reġjonali, responsabilità reċiproka u orjentazzjoni lejn ir-riżultati.

5. Id-dokument ta' strateġija għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni. Id-dokumenti ta' strateġija jistgħu jiġu riveduti f'nofs il-perjodu jew kull meta jkun meħtieġ skont l-istess proċedura. Madankollu, din il-proċedura m'għandhiex tkun meħtieġa għall-aġġornamenti tal-istrateġija li ma jaffettwawx żoni prijoritarji inizjali u l-objettivi stipulati fid-dokument.

Artikolu 3 Il-programmi indikattivi multiannwali

1. Il-programmi indikattivi multiannwali se jitfasslu fuq il-bażi tad-dokumenti ta' strateġija msemmija fl-Artikolu 2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom normalment ikopru perjodu ta' minn minn 2 sa 4 snin.

2. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta' prijorità magħżula għall-finanzjament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi ta' prestazzjoni u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm globalment kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità, u li jinkludu riżerva raġonevoli ta' fondi mhux allokati; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, fil-forma ta' firxa jew ta' minimu.

3. Il-programmi multiannwali indikattivi għandhom, fil-prinċipju, ikunu bbażati fuq djalogu mal-pajjiżi msieħba jew reġjun(i) li jinvolvu l-partijiet interessati, sabiex jiġi żgurat li dak il-pajjiż jew reġjun ikkonċernat ikollu biżżejjed appartenenza tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għal strateġiji nazzjonali ta' żvilupp.

4. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni.

5. Il-programmi indikattivi multiannwali għandhom jiġu riveduti kif meħtieġ, b'kunsiderazzjoni ta' kwalunkwe eżaminazzjoni tad-dokumenti rilevanti ta' strateġija f'konformità mal-istess proċedura. Madankollu, il-proċedura tal-eżami m'għandhiex tkun meħtieġa għal modifiki li l-programmi indikattivi multiannwali, li jagħmlu aġġustamenti tekniċi, jassenjaw mill-ġdid fondi fi ħdan l-allokazzjonijiet għal kull qasam ta' priorità, jew iżidu jew inaqqsu d-daqs inizjali tal-allokazzjoni indikattiva b'inqas minn 20%, kemm-il darba dawn il-modifiki ma jaffettwawx l-oqsma prijoritarji inizjali u l-miri stipulati fid-dokument. Kull miżura teknika bħal dawn għandha tiġi kkomunikata fi żmien xahar lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

TITOLU III

L-IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 4 Implimentazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament Nru …. /….tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi l-implimentazzjoni komuni tar-regoli għall-istrumenti tal-iffinanzjar tar-relazzjonijiet esterni, minn issa 'l quddiema imsejjaħ 'ir-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni'.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 5 Modifikazzjoni tal-Anness

L-Anness għal dan ir-Regolament jista' jiġi modifikat skont il-proċedura ta' eżami prevista fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Komuni.

Artikolu 6 Kumitat

Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat ta' Kooperazzjoni tas-Sikurezza Nukleari. Dak il-kumitat għandu jikun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 7 Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427 UE, li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Artikolu 8 L-ammont tar-referenza finanzjarja

1. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul il-perjodu 2014 sal-2020 huwa ta' EUR 631 100 000

2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Artikolu 9 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

L-ANNESS

Miżuri speċifiċi appoġjati u l-kriterji li japplikaw għal kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari

Dan ir-Regolament jappoġġja l-promozzjoni ta' sikurezza nukleari ta' livell għoli, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi f'pajjiżi terzi madwar id-dinja li qed ifittxu l-kooperazzjoni f'dawn l-oqsma. Dan l-Anness jiddefinixxi l-miżuri speċifiċi appoġġjati u l-kriterji għall-kooperazzjoni, inkluż il-prijoritajiet.

Miżuri speċifiċi appoġġjati

Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu appoġġjati biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

(a) Il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni kontra r-radjazzjoni fil-livelli kollha, b'mod partikolari permezz ta' :

– appoġġ kontinwu għall-korpi regolatorji, organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż l-eżaminazzjoni u s-segwitu ta' valutazzjonijiet effettivi u komprensivi ta' riskju u sikurezza ('stress tests');

– il-promozzjoni ta' oqfsa, proċeduri u sistemi regolatorji effikaċi li jiżguraw protezzjoni adegwata kontra radjazzjoni jonizzanti minn materjali radjuattivi, b'mod partikolari minn sorsi radjuattivi ta' attività għolja, u r-rimi tagħhom mingħajr periklu;

– it-twaqqif ta' arranġamenti effettivi għall-prevenzjoni tal-inċidenti b'konsegwenzi radjoloġiċi kif ukoll il-mitigazzjoni ta' tali konsegwenzi jekk iseħħu (pereżempju, il-monitoraġġ tal-ambjent fil-każ ta' rilaxxi radjuattivi, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' attivitajiet ta' mitigazzjoni u rimedju), u għall-miżuri ta' ppjanar għall-emerġenzi, preparatezza u rispons, protezzjoni ċivili u riabilitazzjoni.

– appoġġ lill-operaturi nukleari, f'każijiet eċċezzjonali, taħt ċirkostanzi speċifiċi u ġġustifikati tajjeb fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-valutazzjonijiet komprensivi ta' sikurezza u ta' riskju ('istress tests');

(b) Ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet, b'mod partikolari permezz ta' :

– kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-qasam ta' karburant nukleari użat u l-ġestjoni tal-iskart radjoattiv (jiġifieri t-trasport, il-pretrattament, it-trattament, l-ipproċessar, il-ħżin u r-rimi) inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji speċifiċi u oqfsa għal ġestjoni responsabbli ta' fjuwil nukleari moħli u skart radjuattiv;

– l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u oqfsa għad-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti, għal r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, u għall-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u materjal radjuattiv mgħarraq fil-baħar;

– It-twaqqif tal-qafas u l-metodoloġiji regolatorji meħtieġa (inklużi l-metodi forensiċi nukleari) għall-implimentazzjoni ta' salvagwardji nukleari, inklużi l-kontabilità u l-kontroll kif suppost ta' materjali fissili fil-livell Statali u fil-livell tal-operaturi;

– Miżuri li jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali (anke fil-qafas ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari tal-IAEA) fl-oqsma msemmija hawn fuq, inklużi l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' Konvenzjonijiet u Trattati internazzjonali, l-iskambju ta' informazzjoni, bini ta' kapaċità u t-taħriġ fil-qasam ta' sikurezza u riċerka nukleari.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu element sostanzjali ta' trasferiment ta' know-how sabiex isaħħu s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba. Dawn għandhom jiġu implimentati permezz ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet, ir-regolaturi nukleari u l-organizzazzjonijiet ta' sostenn tekniku tagħhom u, f'każijiet speċifiċi, mal-operaturi nukleari tal-pajjiżi terzi Il-miżuri għandhom ukoll ikunu appoġġjati billi jiġu sfruttati aktar is-sinerġiji ma' azzjonijiet diretti u indiretti tal-Programmi Qafas tal-Euratom għar-riċerka u taħriġ nukleari.

Kriterji[9]

Il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin u l-issodisfar tal-kondizzjonijiet minn pajjiżi terzi.

1. Il-kriterji ġenerali

– Il-kooperazzjoni tista' tkopri l-'pajjiżi terzi' kollha (Stati Membri mhux fl-UE) madwar id-dinja.

– Se tingħata prijorità lill-pajjiżi ta' Adeżjoni u l-pajjiżi fir-reġjun Ewropew tal-Viċinat. Approċċi reġjonali ser ikunu ffavoriti.

– Pajjiżi bi dħul għoli għandhom ikunu inklużi biss biex jippermettu għal miżuri eċċezzjonali li għandhom jitwettqu, per eżempju wara inċident nukleari maġġuri, jekk ikun meħtieġ u xieraq.

– Fehim komuni u fehim reċiproku bejn il-pajjiż terz u l-Unjoni Ewropea għandu jiġi kkonfermat permezz ta' talba formali lill-Kummissjoni, li tikkommetti lill-Gvern rispettiv.

– Pajjiżi terzi li jixtiequ jikkooperaw mal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonformaw totalment mal-prinċipji ta' non-proliferazzjoni. Għandhom ukoll ikunu partijiet mill-konvenzjonijiet rilevanti, fil-qafas tal-IAEA, fuq is-sikurezza u s-sigurtà nukleari jew ħadu passi li juru impenn sod biex jaderixxu għal tali konvenzjonijiet. Il-kooperazzjoni mal-Unjoni Ewropea tista' ssir bil-kundizzjoni tal-adeżjoni jew it-tlestija ta' passi lejn l-adeżjoni mal-konvenzjonijiet rilevanti. F'każijiet ta' emerġenza, il-flessibilità għandha, eċċezzjonalment, tiġi murija fl-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju.

– Sabiex jiżgura u jimmonitorja l-konformità mal-għanijiet ta' kooperazzjoni, il-pajjiż terz benefiċjarju għandu jaċċetta l-prinċipju ta' valutazzjoni tal-azzjonijiet meħuda. L-evalwazzjoni tagħmilha possibbli biex wieħed jimmonitorja u jivverifika l-konformità mal-għanijiet miftiehma u tista' tkun kundizzjoni għat-tkomplija ta' pagament tal-kontribut tal-Komunità.

– Il-kooperazzjoni fl-oqsma tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari taħt dan ir-Regolament mhijiex immirata lejn il-promozzjoni tal-enerġija nukleari.

2. Pajjiżi b'kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari li ġiet installata

Fil-każ ta' pajjiżi li jkunu diġà bbenefikaw mill-finanzjament tal-Komunità, kooperazzjoni addizzjonali għandha tiddependi fuq l-evalwazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit Komunitarju u fuq ġustifikazzjoni xierqa ta' ħtiġijiet ġodda. L-evalwazzjoni għandha tagħmilha possibbli li tiġi ddeterminata b'mod aktar preċiż in-natura tal-kooperazzjoni u l-ammonti li jingħataw lil dawk il-pajjiżi fil-futur.

Fil-każ tal-pajjiżi li jeħtieġu kooperazzjoni rapida, konsiderazzjoni għandha tingħata għal:

(a) il-grad ta' urġenza ta' intervent f'pajjiż partikolari, fid-dawl tas-sitwazzjoni rigward is-sikurezza u s-sigurtà nukleari; u

(b) is-sinifikat, f’ċerti pajjiżi fejn hemm pjan ta' programm ambizzjuż għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari, ta' intervent fil-mument opportun sabiex ikun żgurat li l-kultura tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari tiġi mrawma b’mod parallel ma' dak il-proċess, partikolarment fir-rigward ta' skjerament jew it-tisħiħ tal-awtoritajiet regolatorji u organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u oqfsa għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv.

L-użu tal-missjonijiet tas-Servizz ta' Reviżjoni Integrat tar-Regolamentazzjoni (IRRS) tal-IAEA u t-Tim Operazzjonali tal-Eżaminazzjoni tas-Sikurezza (OSART), ikun meqjus bħala favorevoli għalkemm dan ma jikkostitwixxix kriterju formali għall-kooperazzjoni tal-UE.

3. Pajjiżi mingħajr kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari li ġiet installata

Fil-każ ta' pajjiżi li għandhom reatturi ta' riċerka iżda ma xtaqux jiżviluppaw il-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari, il-kooperazzjoni ser tjiddependi fuq il-grad ta' urġenza fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

Fil-każ ta' pajjiżi li jixtiequ jiżviluppaw il-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari, kemm jekk għandhom jew m'għandhomx reatturi għar-riċerka u li għalihom tqum il-kwistjoni tal-intervent fil-mument opportun biex jiġi żgurat li kultura ta' sikurezza u s-sigurtà nukleari titrawwem mod parallel mal-iżvilupp tal-programm tal-ġenerazzjoni nukleari, speċjalment fir-rigward tat-tisħiħ tal-awtoritajiet regolatorji u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ tekniku, il-kooperazzjoni se tikkunsidra l-kredibilità tal-programm tal-iżvilupp tal-enerġija nukleari, l-eżistenza ta' deċiżjoni governattiva dwar l-użu tal-enerġija nukleari u t-tfassil preliminari ta' pjan direzzjonali[10].

Għall-pajjiżi f’din il-kategorija, il-kooperazzjoni għandha primarjament tkun immirata lejn l-iżvilupp tal-infrastruttura regolatorja meħtieġa, il-kompetenza teknika tar-regolatur nukleari u tal-organizzazzjoni(jiet) rispettivi tal-appoġġ tekniku. L-iżvilupp ta' strateġiji u oqfsa għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv għandu jiġi kkunsidrat ukoll, u jekk ikun xieraq, appoġġjat, inkluż f'pajjiżi li mhux qed jippjanaw jew iddeċidew li ma jiżviluppawx il-kapaċità tal-ġenerazzjoni nukleari.

Fil-każ ta' pajjiżi li ma jaqgħux fil-kategoriji hawn fuq imsemmija, il-kooperazzjoni tista' tkun ipprovduta fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari. Dawn il-pajjiżi għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn ċertu grad ta' flessibilità fl-applikazzjoni tal-kriterji ġenerali.

Prijoritajiet

Sabiex jinħolqu l-kundizzjonijiet ta' sikurezza meħtieġa biex jiġu eliminati l-perikli għall-ħajja u s-saħħa tal-pubbliku, u biex jiġi żgurat li l-materjali nukleari ma jingħatawx direzzjoni oħra għal għanijiet barra dawk li hu maħsub għalihom, il-kooperazzjoni hi diretta primarjament lejn ir-regolaturi nukleari (u l-organizzazzjonijiet ta' sostenn tekniku tagħhom). L-għan huwa li tkun żgurata l-kompetenza teknika u l-indipendenza tagħhom u r-rinfurzar tal-qafas regolatorju, partikolarment dwar l-attivitajiet ta' liċenzjar, inkluż ir-reviżjoni u segwitu effettiv u komprensiv ta' valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza ('stress tests').

Prijoritajiet oħra ta' programmi ta' kooperazzjoni biex jiġu żviluppati fil-kuntest ta' dan ir-Regolament jinkludu:

– l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji u strutturi responsabbli għall-użu responsabbli u l-ġestjoni sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv;

– id-diżattivazzjoni ta' stallazzjonijiet eżistenti u r-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u siti storiċi relatati mat-tħaffir għall-uranju, kif ukoll l-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u ta' materjal radjuattiv mgħarrqa fil-baħar, meta dawn jikkostitwixxu periklu għall-pubbliku.

Kooperazzjoni ma' operaturi ta' installazzjonijiet nukleari f'pajjiżi terzi se jiġu kkunsidrati f’sitwazzjonijiet speċifiċi fil-qafas ta' miżuri ta' segwitu tal-'istress tests'. Tali kooperazzjoni mal-operaturi ta' stallazzjonijiet nukleari ser teskludi provvista ta' tagħmir.

Koordinazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijijiet li jkunu qed jagħmlu sforzi biex jilħqu objettivi simili, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża b'mod partikolari l-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika (IAEA). Din il-koordinazzjoni għandha tpoġġi lill-Unjoni Ewropea u l-organizzazzjonijiet ikkonċernati f'pożizzjoni biex jevitaw xi duplikazzjoni ta' azzjonijiet jew finanzjamernt b'rabta mal-pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għanha tinvolvi wkoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-operaturi Ewropej biex dan il-kompitu jitwettaq, biex b'hekk jisfruttaw il-kwalità tal-kompetenza Ewropea fil-qasam tas-sikurezza u s-salvagwardji nukleari .

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    It-titlu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    L-għan(ijiet)

              1.5.    Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    il-perjodu u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu(i) tal-ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta' monitoraġġ u rappurtar

              2.2.    Sistema ta' ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    L-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta' partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    L-istima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        It-titlu tal-proposta/inizjattiva

L-Istrument għall-Kooperazzjoni għas-Sikurezza Nukleari (INSC)

1.2.        Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[11]

Relazzjonijiet esterni, Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[12]

x Il-proposta/l-inizjattiva għandha x’taqsam mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għanijiet

L-Unjoni Ewropea għandha kultura twila tas-sikurezza nukleari u know-how li kienet żviluppata fl-Ewropa u partijiet oħra tad-dinja fejn qed tintuża l-enerġija nukleari. Dan diġà kien il-każ fl-1992 meta tnieda programm Komunitarju biex jgħin lill-pajjiżi tas-CIS u s-CEEC fit-titjib tal-Impjanti tagħhom tal-Enerġija Nukleari.

Il-promozzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza u sigurtà nukleari ġiet riaffermata bħala objettiv fundamentali u ta' prijorità għall-kooperazzjoni Komunitarja fil-qasam nukleari, fil-komunikazzjoni COM2008 (312) datata 22 ta' Mejju 2008 tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew li tindirizza l-isfida internazzjonali tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari.

Kwalunkwe pajjiż jaħseb biex juża l-enerġija nukleari għal skopijiet ċivili għandu jirrispetta standards rikonoxxuti internazzjonalment dwar sikurezza u s-sigurtà nukleari. Għal dan se jaffaċċja l-isfida li jiżviluppa l-kapaċitajiet (kemm ir-riżorsi umani kif ukoll l-infrastruttura) u li jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv u l-istituzzjonijiet neċessarji biex jissodisfaw l-obbligi internazzjonali. Fuq il-bażi ta' esperjenza estensiva, l-UE tista' tipprovdi kontribuzzjoni konsiderevoli biex ittejjeb is-sikurezza nukleari, il-ħarsien mir-radjazzjoni u s-salvagwardji permezz tal-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari, li l-kamp tal-applikazzjoni ġeografiku tiegħu ġie estiż għall-'pajjiżi terzi' kollha.

L-intervent tal-Kummissjoni qed jiġi ttrasferit minn għajnuna teknika lejn kooperazzjoni. Hu jiffoka fuq l-attivitajiet maħsuba biex itejbu l-protezzjoni u s-salvagwardji tas-sikurezza nukleari u r-radjazzjoni, inklużi l-istudji, l-iżvilupp tal-legiżlazzjoni, il-bini tal-istituzzjonijiet, it-titjib tal-proċeduri u l-metodoloġiji, inkluż għall-ġestjoni sikura tal-iskart radjuattiv u karburant nukleari użat. Tingħata attenzjoni partikolari għat-taħriġ fil-pajjiżi kkonċernati. F'dan il-kuntest, il-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE jinsab fit-tqegħid għad-disponibbiltà tal-pajjiżi terzi, il-benefiċċju tal-esperjenza tal-UE mibnija fuq l-ogħla standards għas-sikurezza nukleari, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika (IAEA).

L-inċident ta' Chernobyl (1986) enfasizza l-importanza tas-sikurezza nukleari u stabbilixxa biċ-ċar il-ħtieġa għal approċċ globali biex wieħed jiffaċċja l-konsegwenzi globali u transkonfinali ta' inċident nukleari. Il-ħtieġa li jiġu adottati l-ogħla standards tas-sikurezza nukleari madwar id-dinja riċentament saret saħansitra aktar evidenti wara l-inċident ta' Fukushima-Daiichi, li qajjem tħassib serju dwar il-kapaċità ta' installazzjonijiet nukleari operattivi li tiflaħ il-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu imposti minn avvenimenti naturali maġġuri, inkluż it-terremoti u l-għargħar.

Bħala rispons għall-avveniment ta' Fukushima-Daiichi, il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet nazzjonali talbu t-twettiq ta' valutazzjonijiet tar-riskju u tas-sikurezza ('stress tests') komprensivi u trasparenti tal-impjanti nukleari fl-Istati Membri tal-UE. Ġew miftiehma speċifikazzjonijiet ta' Grupp Ewropew tar-Regolaturi tas-Sikurezza Nukleari (l-ENSREG) u qed isiru sforzi biex l-eżerċizzju jiġi estiż għall-pajjiżi terzi (partikolarment fil-viċinat tal-UE).

L-impatt fuq is-saħħa, ambjentali, soċjali u ekonomiku ta' inċidenti nukleari f' pajjiżi terzi fl-UE ġie kkonfermat li potenzjalment ikun għoli ħafna. Il-ħtieġa li tiġi stabbilita kooperazzjoni effettiva immirata biex tipprevjeni aċċidenti permezz tal-istabbiliment ta' livelli għolja ta' sikurezza nukleari qed tiġi affermata mill-ġdid. Xi pajjiżi ħadu d-deċiżjoni politika li gradwalment ineħħu l-enerġija nukleari u oħrajn iddeċidew li ma jibdewx programmi previsti, għadd kbir ta pajjiżi madankollu ser ikomplu joperaw l-impjanti nukleari u xi wħud x'aktarx li jibnu oħrajn ġodda. Filwaqt li l-UE tirrikonoxxi li l-użu tal-enerġija nukleari hija deċiżjoni sovrana, huwa fl-aħjar interess tal-UE li l-installazzjonijiet jiġu mħaddma b'mod sikur, partikolarment fil-viċinat tal-UE, u li jittieħed kont kif suppost tal-materjali nukleari. L-UE se tikkopera ma' pajjiżi u organizzazzjonijiet terzi f’dan ir-rigward.

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-Unjoni Ewropea għandha tiffinanzja miżuri ta' appoġġ għall-promozzjoni ta' sikurezza nukleari ta' livell għoli, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f' pajjiżi terzi.

1.4.2.     L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru 1

Il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni.

Attività/Attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru 2

Ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti u stallazzjonijiet nukleari;

Attività/Attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru 3

It-twaqqif tal-oqfsa u l-metodoloġiji għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi.

Attività/Attivitajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

1.4.3.     Ir-riżultat(i) u l-impatt mistennija

– Il-ħolqien ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards tas-sikurezza nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni għal installazzjonijiet nukleari u fi prattiki radjoloġiċi f' pajjiżi terzi;

– L-istabbiliment ta' strutturi regolatorji effettivi dwar is-sikurezza nukleari, inkluż proċeduri u sistemi biex tiġi żgurata protezzjoni adegwata kontra r-radjazzjonijiet ijonizzanti minn materjali radjuattivi;

– Stabbiliment ta' arranġamenti effikaċi għall-prevenzjoni ta' inċidenti b'konsegwenzi radjoloġiċi u l-miżuri ta' mitigazzjoni ta' tali konsegwenzi jekk dawn iseħħu, u għal miżuri ta' ppjanar, tħejjija u rispons f'emerġenzi, ta' protezzjoni ċivili u ta' miżuri ta' rijabilitazzjoni;

– Kooperazzjoni u appoġġ internazzjonali ta' kwistjonijiet tas-sikurezza nukleari li tiżgura li l-ogħla u l-aktar livelli robusti tas-sikurezza nukleari jkunu fis-seħħ u jiġu implimentati;

– Elaborazzjoni u implimentazzjoni ta' strateġiji responsabbli dwar ir-rimi ta' karburant moħli, l-immaniġġjar tal-iskart, d-diżattivazzjoni tal-istallazzjonijiet, ir-riabilitazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u l-irkupru u l-ġestjoni ta' oġġetti u ta' materjal radjuattiv mgħarrqa fil-baħar jew imferrxa fuq l-art;

– Stabbiliment ta' oqfsa u metodoloġiji effettivi għat-titjib tas-salvagwardji nukleari madwar id-dinja.

1.4.4.     L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

– Il-programmi annwali ta' azzjoni jispjegaw fid-dettall l-attivitajiet li għandhom jiġu mwettqa mill-UE, inkluż l-għanijiet segwiti permezz l-azzjonijiet rispettivi u r-riżultati mistennija. Indikaturi speċifiċi huma definiti qabel l-implimentazzjoni tal-proġetti, bil-ħsieb tal-partikolaritajiet ta' kull azzjoni. Fl-Artikolu 1 tar-Regolament qed jiġi pprovdut indikatur wieħed għal kull objettiv għal valutazzjoni tal-progress globali.

1.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

Il-bażi legali tal-INSC hu t-Trattat Euratom, partikolarment l-Artikolu 203.

1.5.1.     Ir-rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat/i fuq terminu qasir jew twil ta' żmien

Il-proposta leġiżlattiva tindirizza l-ħtieġa għall-promozzjoni u l-implimentazzjoni f'pajjiżi terzi tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari.

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

B’numru kbir ta' impjanti tal-enerġija nukleari kummerċjali (146 minn 436 madwar id-dinja) u bl-enerġija nukleari tipprovdi għal madwar 30% tal-produzzjoni tal-elettriku, l-UE akkumulat esperjenza twila fil-qasam tas-sikurezza nukleari, inkluż id-diżattivazzjoni ta' installazzjonijiet nukleari u l-ġestjoni ta' skart radjuattiv. Bħala riżultat kompetenza wiesgħa fid-dominji kollha tas-sikurezza nukleari hija disponibbli fl-Istati Membri tal-UE. Id-diversità tat-teknoloġiji, li teħtieġ approċċi differenti, tippermetti għall-flessibbiltà meħtieġa fl-indirizzar tal-ħtiġijiet ta' pajjiżi terzi.

L-UE adottat qafas legali komuni dwar is-sikurezza nukleari u l-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat. F’dan ir-rigward, l-UE waqqfet eżempju u tistenna li tikkonvinċi oħrajn sabiex jadottaw standards simili għoljin.

Quddiem sfidi dejjem iktar kumplessi, l-ebda prijorità interna tal-UE – is-sigurtà, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, il-bidla fil-klima, l-aċċess għall-enerġija, is-saħħa u l-pandemiji u migrazzjoni – mhi se tinltaħaq f’iżolament mill-bqija tad-dinja. Fi żminijiet ta' kriżi ekonomika, approċċ aktar koordinat u integrat bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha permezz ta' programmazzjoni konġunta jġib aktar valur miżjud, saħħa u leġittimità akbar, u aktar impatt u effettività.

L-UE hija f'pożizzjoni unikament newtrali u imparzjali biex tirnexxi fl-azzjoni esterna f'isem l-Istati Membri u magħhom, u tagħti kredibbiltà msaħħa fil-pajjiżi fejn taħdem. Hija tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tieħu r-rwol ta' mexxej globali għan-nom taċ-ċittadini tagħha.

B'27 Stat Membru li jaġixxu fi ħdan politiki u strateġiji komuni, l-UE waħdeha għandha l-piż kritiku biex tirrispondi għall-isfidi globali, filwaqt li l-azzjoni tal-Istati Membri tista' tkun limitata u frammentata, bi proġetti li ta' sikwit huma żgħar wisq biex jagħmlu differenza sostenibbli fil-qasam. Din il-massa kritika wkoll tpoġġi lill-UE f'pożizzjoni aħjar biex tmexxi djalogu politiku ma' gvernijiet imsieħba.

Meta tipprogramma l-kooperazzjoni tagħha, l-UE tagħti attenzjoni partikolari lill-kapaċità strutturali kif ukoll dik ekonomika tal-pajjiżi kkonċernati. Il-possibbiltà li wieħed jirreaġixxi għal ħtiġijiet imprevisti hi maħsuba fi ħdan ir-Regolament preżenti tal-INCC u kienet saret disponibbli għall-Ġappun wara l-inċident ta' Fukushima.

L-UE għandha netwerk ta' ftehimiet internazzjonali fid-dinja kollha, li mhux komparabbli ma' tal-Istati Membri individwali, li jagħmilhom influwenti fi kważi l-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali, inkluża s-sikurezza nukleari. L-UE għandha rwol ewlieni f’dan il-qasam iżda teħtieġ tkompli ssaħħaħ il-viżibilità tagħha.

L-UE tista' tagħmel aktar mill-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħrajn peress li għandha approċċ ħolistiku għall-iżvilupp u r-relazzjonijiet esterni. Id-diviżjoni tax-xogħol permezz tal-UE hi komponent kruċjali tal-valur miżjud tagħha. Permezz tan-netwerk tagħha ta' ftehimiet internazzjonali mal-imsieħba u l-organizzazzjonijiet madwar id-dinja kollha, l-UE hija koordinatur naturali, u tista' tinfluwenza kważi l-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali, li Stati Membri individwali, li jaġixxu fi ħdan politiki u strateġiji komuni, ma jistgħux jagħmlu waħedhom.

Barra minn hekk, fi żmien ta' restrizzjonijiet baġitarji, meta diversi Stati Membri huma mġiegħla biex joħorġu minn setturi u pajjiżi sħaħ, l-UE hija kapaċi tkompli bir-rwol attiv tagħha.

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-għeruq tal-kawżi ta' inċidenti nukleari maġġuri kienu prinċipalment nuqqas ta' kultura tas-sikurezza nukleari, tas-sikurezza tad-disinn (l-aspetti tas-sikurezza tad-disinn tal-impjant) u s-sikurezza operazzjonali. Għalhekk kien meqjus xieraq li programmi ta' kooperazzjoni għas-sikurezza nukleari tal-Unjoni Ewropea jindirizzaw l-operaturi nukleari, biex itejbu s-sitwazzjoni fuq il-post, u r-regolaturi nukleari biex jiżguraw li dawn ikollhom l-indipendenza u l-kapaċità teknika meħtieġa biex jinfurzaw l-aderenza ma' standards ta' sikurezza nukleari xierqa.

F’xi każijiet, kellu jiġi fornut tagħmir marbut mas-sikurezza biex jiġi żgurat li każijiet urġenti jkunu riżolti fil-pront. Madankollu, peress li dawn il-każijiet ġew indirizzati u l-programmi huma ggwidati mill-prinċipju tal-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi u l-evitar ta' prattiċi li jista' jkollhom implikazzjonijiet kummerċjali u ta' kompetizzjoni, il-forniment ta' tagħmir, b' mod ġenerali twaqqaf.

Taħt l-INSC, inbdiet kooperazzjoni ma' għadd ta' pajjiżi terzi li kien bi ħsiebhom jużaw l-enerġija nukleari bħala parti mit-taħlita tal-enerġija tagħhom (l-hekk imsejħa "pajjiżi emerġenti"). Il-kooperazzjoni kopriet prinċipalment il-bini tal-kapaċità tar-regolaturi, l-infrastruttura regolatorja u l-strateġiji għall-immaniġġjar tal-iskart biex jiġi żgurat li jkunu żvluppati kultura u qafas tas-sikurezza nukleari fi stadju bikri biżżejjed. L-għażla tal-pajjiżi segwiet il-kriterji proposti mill-Kunsill.

Il-konsegwenzi ta' inċidenti nukleari jistgħu, sa ċertu punt, jiġu mitigati mit-tħejjija għall-emerġenzi. Għalhekk, it-tħejjija għall-emerġenza jeħtieġ li tibqa' parti importanti tal-programm.

Inċidenti serji b'konsegwenzi radjoloġiċi kellhom bżonn l-għajnuna tal-komunità internazzjonali għall-popolazzjoni affettwata u sabiex jirrestawraw is-siti biex is-sitwazzjoni terġa' tiġi ambjentalment sikura. Dan kien il-każ fir-rigward Chernobyl meta l-proġetti kbar ta' kostruzzjoni deħlin fil-fażi finali. Fi programmi futuri għandha titħalla l-possibbiltà ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi f' dan ir-rigward, jekk ikun meħtieġ u xieraq.

Attivitajiet tal-passat relatati maċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, l-użu ta' bastimenti, sottomarini u radjoisotopi nukleari mhux dejjem kien konformi mal-istandards meħtieġa biex jitħarsu l-popolazzjoni u l-ambjent. Il-gvernijiet u l-awtoritajiet lokali tħallew bil-kompitu diffiċli li jirrestawraw is-siti affettwati biex iġibuhom fi stat li jkunu ambjentalment sikuri u bir-rimi ta' karburant u iskart nukleari użat, li għalihom il-kooperazzjoni internazzjonali tista' tkun meħtieġa. Din il-parti tal-programm tas-sikurezza nukleari għandha tkun fost il-prijoritajiet tal-istrument fil-futur.

Sabiex il-fjuwil nukleari wżat u l-iskart nukleari jiġu trattati sew u b'mod responsabbli, il-programmi dwar is-sikurezza nukleari pprovdew għall-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu stabbiliti strateġiji u oqfsa nazzjonali għall-fjuwil eżawrit u l-iskart nukleari. Peress li l-Unjoni Ewropea għadha kemm adottat direttiva għall-ġestjoni tal-iskart radjuattiv u tal-fjuwil użat, il-pajjiżi terzi għandhom ikomplu jiġu mħajra li jadottaw standards għolja simili, il-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandha titkompla wkoll bħala kwistjoni ta' prijorità.

Il-promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali se tibqa' essenzjali biex tiġi żgurata koordinazzjoni tal-attivitajiet mill-atturi differenti u l-aħjar użu tar-riżorsi. L-IAEA se tkompli taqdi rwol fundamentali f’dan ir-rigward, b’mod partikolari biex jissaħħaħ ir-Reġim Globali għas-Sikurezza Nazzjonali (il-qafas għall-kisba tal-implimentazzjoni dinjija ta' livell għoli ta' sikurezza fl-istallazzjonijiet nukleari). Appoġġ għall-attivitajiet tal-IAEA, partikolarment dawk ta' natura globali jew reġjonali għandhom ikomplu jiġu ppjanati, b'viżibbiltà xierqa għall-azzjonijiet/kontribuzzjonijiet tal-UE.

Wara l-inċident ta' Fukushima-Daiichi, kwistjonijiet relatati ma' valutazzjonijiet komprensivi tar-riskju u tas-sikurezza ta' impjanti nukleari li qed jintużaw ('stress tests') huma mistennija jsiru aktar rilevanti u jiġu estiżi għal faċilitajiet nukleari oħra, inklużi reatturi ta' riċerka, faċilitajiet tal-ħażna interim ta' fjuwil użat, faċilitajiet ta' ħażna u rimi tal-iskart radjuattiv.

Il-kooperazzjoni ma' regolaturi nukleari (inkluż l-organizzazzjonijiet ta' sostenn tekniku tagħhom) għandha tibqa' fiċ-ċentru ta' kooperazzjoni għas-sikurezza nukleari, filwaqt li l-kooperazzjoni mal-operaturi tal-impjant nukleari teħtieġ tiġi kkunisdrata mill-ġdid b'kunsiderazzjoni tal-prestazzjoni u r-riżultati tat-'stress tests' u ċirkostanzi speċifiċi.

Ir-rimi ta' fjuwil użat, l-immaniġġjar tal-iskart, id-diżattivazzjoni tal-istallazzjonijiet, ir-restawr ta' siti kisbu iżjed rilevanza matul is-snin. Fil-futur il-kooperazzjoni f'dawn l-oqsma għandha tiġi ttrattata bħala prijorità tal-programm.

Il-prossimità ġeografika tal-UE (inklużi pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni u l-viċinat tal-UE) għandha tibqa' prijorità iżda mhux l-uniku kriterju f'deċiżjoni dwar programmi ta' kooperazzjoni taħt strument futur.

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni internazzjonali tqajjem ħtieġa ta' bidla fl-enfasi u fil-prijoritajiet aktar milli bidla fil-kamp ta' applikazzjoni usa' ta' kooperazzjoni dwar is-sikurezza nukleari.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħra

Għandha tkun żgurata konsistenza mal-miżuri previsti fil-qasam tal-mitigazzjoni tar-riskju kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari (CBRN), fil-qafas tal-Istrument għall-Istabbiltà (IfS), partikolarment dawk relatati ma' salvagwardji nukleari (inkluża l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu ta' materjali nukleari u radjoloġiku u l-kontroll tal-fruntieri) kif ukoll it-tħejjija għall-emerġenzi.

1.6.        Id-dewmien u l-impatt finanzjarju

x Proposta/inizjattiva ta' perjodu limitat

– x Il-proposta/inizjattiva b'effett mill-2014 sal-2020

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

¨ Proposta/inizjattiva ta' perjodu illimitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta' bidu minn SSSS sa SSSS,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Il-mod(i) ta' ġestjoni previst(i)[13]

x Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

x Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delegazzjoni tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

¨        aġenziji eżekuttivi

¨        entitajiet imwaqqfa mill-Komunitajiet[14]

x        entitajiet nazzjonali mis-settur pubbliku/entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

x Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

x Tmexxija deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

x Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (IAEA)

Jekk huwa indikat aktar minn metodu wieħed ta' ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".

Kummenti

Il-parti l-kbira tal-proġetti u l-programmi tal-istrument se tkun immexxija minn amministrazzjoni diretta ċentralizzata. Meta meħtieġ u xieraq se tiġi kkunsidrata ġestjoni indiretta, konġunta jew kondiviża biex titjieb l-effiċjenza tal-interventi, għal raġunijiet politiċi, u loġistiċi; tal-aħħar b'mod partikolari tista' tiġi applikata meta l-Istati Membri u/jew l-aġenziji tagħhom jew l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (AIEA) ikunu diġà nedew jew qed iħejju biex iniedu azzjonijiet simili.

2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta' monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Is-sistemi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea qegħdin dejjem aktar jiffukaw fuq ir-riżultati. Dawn jinvolvu kompetenza ta' persunal intern kif ukoll estern.

Task Managers f'Delegazzjonijiet u Kwartieri ġenerali qegħdin kontinwament jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi b’diversi modi, inkluż kulfejn possibbli permezz ta' żjarat fuq il-post. Il-monitoraġġ jipprovdi informazzjoni prezzjuża dwar il-progress; jgħin lill-maniġers biex jidentifikaw l-ostakli attwali u potenzjali, u biex jieħdu azzjoni korrettiva.

Esperti esterni, indipendenti huma kkuntrattati biex jivvalutaw il-prestazzjoni tal-azzjonijiet esterni tal-UE permezz ta' tliet sistemi differenti. Dawn il-valutazzjonijiet jikkontribwixxu għal akkontabbiltà, u għat-titjib tal-interventi li għadhom għaddejjin; huma wkoll jitgħallmu mill-esperjenza tal-imgħoddi biex jinformaw il-politiki u l-azzjonijiet futuri. L-għodod kollha jużaw il-kriterji ta' evalwazzjoni internazzjonalment rikonoxxuti tal-OECD-DAC inkluż l-impatt (potenzjali).

L-ewwelnett, fuq il-livell tal-proġett, is-sistema tal-Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultati ġestita mill-Kwartieri Ġenerali (ROM) tipprovdi deskrizzjoni qasira u ffukata tal-kwalità ta' kampjun tal-interventi. Bl-użu ta' metodoloġija strutturata u standardizzata ħafna, l-esperti indipendenti tar-ROM jassennjaw gradi li jenfasizzaw il-punti tajbin kif ukoll id-dgħufijiet tal-proġett u jagħtu rakkomandazzjonijiet dwar kif tittejjeb l-effettività.

L-evalwazzjonijiet fuq il-livell tal-proġett, li huma ġestiti mid-delegazzjoni tal-UE inkarigata mill-proġett, iwasslu analiżi fil-fond u aktar dettaljata, u jgħinu l-maniġers tal-proġett li jtejbu l-interventi kontinwi u jħejju dawk tal-ġejjieni. Esperti esterni, indipendenti b'kompetenzi ġeografiċi u tematiċi huma mpjegati biex iwettqu analiżi u jiġbru segwitu u evidenza mill-partijiet interessati kollha, mhux l-inqas il-benefiċjarji finali.

Il-Kummissjoni tmexxi wkoll evalwazzjonijiet strateġiċi tal-politiki tagħha, minn ipprogrammar u strateġija għall-implimentazzjoni ta' interventi f' settur speċifiku (bħal saħħa, edukazzjoni eċċ), f'pajjiż jew reġjun, jew ta' strument speċifiku. Dawn l-evalwazzjonijiet huma kontribut importanti għall-formulazzjoni tal-politiki u t-tfassil tal-istrumenti u proġetti. Dawn l-evalwazzjonijiet huma kollha ppubblikati fuq is-sit tal-Kummissjoni u sommarju tas-sejbiet huwa inkluż fir-rapport annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

2.2.        Sistema ta' ġestjoni u kontroll

Il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati skont ir-Regolament Finanzjarju.

F'każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' , skont l-Artikolu 54 tar-Regolament Finanzjarju, tiddeċiedi li tafda l-inkarigi ta' awtorità pubblika, u b'mod partikolari l-inkarigi tal-implimentazzjoni tal-baġit, lill-korpi msemmija fl-Artikolu 54(2)(ċ) tar-Regolament Finanzjarju, jekk ikunu ta' reputazzjoni rikonoxxuta internazzjonalment, ikunu konformi ma' sistemi ta' amministrazzjoni u kontroll rikonoxxuti internazzjonalment, u jkunu sorveljati minn awtorità pubblika.

Skont ir-Regolament Finanzjarju, il-miżuri ffinanzjati taħt dan ir-Regolament jistgħu jiġu implimentati direttament mill-Kummissjoni, b'ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri jew indirettament billi tafda kompiti ta' implimentazzjoni tal-baġit lil xi entitajiet jew persuni elenkati fl-Artikolu 55 (1) il-punt c) tar-Regolament Finanzjarju. Dawn l-entitajiet jew persuni jistgħu, taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju, ikunu awtorizzati biex jużaw ir-regoli u l-proċeduri tal-għotja tal-kuntratt tagħhom stess.

2.2.1.     Riskju(i) identifikat(i)

L-ambjent tar-riskju

L-ambjent operazzjonali tal-għajnuna taħt dan l-istrument hu kkaratterizzat mir-riskji li ġejjin li ma jilħqux l-objettivi tal-istrument, ta' ġestjoni finanzjarja subottimali u/jew ta' li ma jikkonformawx mar-regoli applikabbli (żbalji ta' legalità u regolarità):

– instabilità ekonomika/politika u/jew diżastru naturali jistgħu jwasslu għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' interventi, partikolarment fi stati fraġli;

– nuqqas ta' kapaċità amministrattiva u istituzzjonali fil-pajjiżi msieħba jistgħu jwasslu għal diffikultajiet u dewmien fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' interventi;

– proġetti u programmi imxerrda ġeografikament (li jkopru ħafna stati/territorji/reġjuni) jistgħu joħolqu sfidi loġistiċi/ta' riżorsi għall-monitoraġġ - partikolarment kwalunkwe ‘attivitajiet ta' segwitu fuq il-post;

– id-diversità tal-imsieħba potenzjali/benefiċjarji bl-istrutturi u l-kapaċitajiet tal-kontroll intern differenti tagħhom tista' titkisser u għalhekk tnaqqas l-effettività u l-effiċjenza tar-riżorsi disponibbli tal-Kummissjoni biex tappoġġja u tikkontrolla l-implimentazzjoni;

– kwalità u kwantità fqira ta' dejta disponibbli dwar ir-riżultati u l-impatt tal-għajnuna esterna/implimentazzjoni ta' pjan nazzjonali għall-iżvilupp fil-pajjiżi imsieħba jistgħu jfixklu l-abbiltà tal-Kummissjoni biex tirrapporta dwar ir-riżultati u tkun responsabbli għalihom.

Livell mistenni ta' riskju ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli

L-objettiv ta' konformità għall-istrument hu li jżomm il-livell storiku ta' riskju ta' non-konformità (rata ta' żbalji) għall-protafoll tad-DEVCO li hu livell 'nett' ta' zbalji residwi ta' anqas minn 2% (fuq bażi multiannwali wara li l-kontrolli u l-korrezzjonijiet kollha ppjanati jkunu saru fuq il-kuntratti magħluqa). Dan tradizzjonalment jimplika firxa stmata ta' żbalji ta' 2-5% f’termini ta' kampjun annwali aleatorju ta' tranżazzjonijiet imwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri għal skopijiet ta' dikjarazzjoni annwali ta' assigurazzjoni (DAS). Id-DEVCO tqis li dan huwa riskju baxx ta' non-konformità li jista' jinkiseb fir-rigward tal-ambjent ta' riskju għoli tagħha u billi tqis il-piż amministrattiv u l-effikaċja fl-ispejjeż meħtieġa tal-kontrolli ta' konformità.

2.2.2.     Il-metodu(i) tal-kontroll previst(i)

L-arkitettura tal-Kontroll Intern tad-DEVCO

Il-proċess intern tal-kontroll/ġestjoni tad-DEVCO hu mfassal sabiex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-kisba tal-għanijiet fl-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tiegħu, l-affidabilità tar-rapportaġġ finanzjarju tiegħu u l-konformità mal-qafas proċedurali u leġislattiv rilevanti.

L-effettività u l-effiċjenza

Biex jiġu żgurati l-effettività u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tiegħu (u biex jittaffa l-livell għoli ta' riskju fl-ambjent tiegħu ta' għajnuna esterna), b'żieda mal-elementi kollha tal-proċess ta' Politika u Ppjanar Strateġiku madwar il-Kummissjoni, l-ambjent tal-awditjar intern u rekwiżiti oħra tal-Istandards tal-Kontroll Intern tal-Kummissjoni, id-DEVCO se jibqa' jkollu qafas maħdum speċifikament ta' ġestjoni ta' għajnuna operattiv taħt l-istrumenti kollha tiegħu li jinkludi:

– Maniġment devolut tal-maġġoranza tal-għajnuna esterna mid-delegazzjonijiet tal-UE fil-qasam;

– Linji ċari u formalizzati tar-responsabbiltà finanzjarja (mill-Uffiċjal Awtorizzanti Ddelegat (Direttur Ġenerali) permezz ta' sottodelegazzjoni minn uffiċjal Awtorizzanti Sottodelegat (Direttur) fil-KĠ lill-Kap tad-Delegazzjoni;

– Rappurtar regolari minn delegazzjonijiet tal-UE lill-KĠ (Rapporti dwar il-Maniġment tal-Għajnuna Esterna) inkluża d-Dikjarazzjoni annwali ta' Assigurazzjoni mill-Kap tad-Delegazzjoni;

– Dispożizzjoni ta' programm sostanzjali ta' taħriġ għall-persunal kemm fil-KĠ u fid-delegazzjonijiet;

– Appoġġ u gwida sinjifikanti tal-KĠ/Delegazzjoni (inkluż permezz tal-internet);

– Żjarat ta' 'verifika' lil delegazzjonijiet 'devoluti' kull 3 sa 6 snin;

Proġett u programm għall-metodoloġija ta' maniġment ċikliku li jinkludi:

– Għodod għall-appoġġ tal-kwalità għat-tfassil tal-intervent, il-metodu tal-konsenja, il-mekkaniżmu ta' finanzjament, is-sistema tal-maniġment, il-valutazzjoni u l-għażla tal-imsieħba implimentattivi tiegħu, eċċ.

– Il-programm u l-maniġment tal-proġett, il-monitoraġġ u l-għodod tal-irrappurtar għal implimentazzjoni effettiva inklużi il-monitoraġġ estern regolari fuq il-post tal-proġetti.

– Komponenti sinjifikanti ta' evalwazzjoni u awditjar.

Rappurtar Finanzjarju u tal-Kontabbiltà

Id-DEVCO se jkompli jaħdem biex jilħaq l-ogħla standards ta' rrappurtar ta' kontabbiltà u dak finanzjarju bl-użu tas-sistema tal-Kummissjoni ta' kontabilità bbażata fuq id-dovuti (ABAC) kif ukoll għodod speċifiċi bħas-Sistema ta' Informazzjoni Komuni Relex (CRIS).

B'rabta mal-konformità mal-qafas leġiżlattiv u proċedurali rilevanti, il-metodi ta' konformità u kontroll huma spjegati ċar fit-taqsima 2.3 (miżuri biex jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet).

2.3.        Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-irregolaritajiet

Minħabba r-riskju għoli tal-ambjent li l-EuropeAid taħdem fih, is-sistemi tagħha jeħtieġu li jantiċipaw okkorrenza sostanzjali ta' żbalji potenzjali ta' konformità (irregolaritajiet) fit-tranżazzjonijiet u jibnu livell għoli ta' kontrolli ta' prevenzjoni, individwazzjoni u korrezzjoni mill-aktar kmieni possibbli fil-proċess tal-ħlas. Fil-prattika dan ifisser li l-kontrolli tal-konformità tal-EuropeAid se jagħmlu l-akbar enfasi fuq il-kontrolli ex-ante fuq bażi multi-annwali kemm mill-awdituri esterni kif ukoll mill-persunal tal-Kummissjoni fil-qasam, qabel il-ħlas finali tal-proġett (filwaqt li xorta jsiru xi eżerċizzji ta' awditjar u kontrolli ex-post), li jmorru lil hinn sew mis-salvagwardji finanzjarji mitluba mir-Regolament Finanzjarju. Il-qafas tal-konformita tal-EuropeAid hu magħmul fost l-oħrajn mill-komponenti sinifikanti li ġejjin:

Miżuri preventivi

– Taħriġ obbligatorju ewlieni li jkopri kwistjonijiet ta' frodi għall-persunal u l-awdituri tal-ġestjoni tal-għajnuna;

– L-għoti ta' gwida (inkluż permezz tal-internet) inkluż il-Gwida Prattika għal Kuntratti, u l-EuropeAid Companion u l-Financial Management Toolkit (għall-imsieħba implimentattivi);

– Valutazzjoni ex-ante li tiżgura li jkunu fis-seħħ il-miżuri xierqa ta' kontra l-frodi li jipprevjenu u jindividwaw frodi fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE fl-awtoritajiet li jamministraw fondi taħt ġestjoni konġunta u deċentralizzata);

– Skrinjar ex-ante tal-mekkaniżmi ta' kontra l-frodi disponibbli fil-pajjiż imsieħeb bħala parti mill-valutazzjoni tal-kriterju ta' eliġibbiltà tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi sabiex jasal l-appoġġ tal-baġit (i.e. impenn attiv fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, awtoritajiet ta' spezzjoni adegwata, kapaċità ġudizzjarja u rispons effiċjenti u mekkaniżmi ta' sanzjoni);

– Il-Kummissjoni ffirmat l-Inizjattiva għat-Trasparenza fl-Għajnuna Internazzjonali (IATI) f'Akkra fl-2008, u qablet fuq standard għal trasparenza fl-għajnuna li jiżgura dejta aktar fil-ħin, dettaljata u regolari fuq il-flussi tal-għajnuna u d-dokumenti.

– Il-Kummissjoni mill-14 ta' Ottubru 2011 qed timplimenta l-ewwel fażi tal-istandard tal-IATI għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar it-trasparenza tal-għajnuna qabel il-forum ta' Livell Għoli dwar l-Effettività tal-Għajnuna li jmiss f’Busan f’Novembru 2011. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se taħdem f'kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE fuq applikazzjoni konġunta bbażata fuq il-web msejħa TR-AID li tittrasforma d-dejta tal-għajnuna tal-UE pprovduta permezz tal-IATI u sorsi oħra f'informazzjoni aktar faċli biex wieħed jużaha.

Miżuri ta' indivwazzjoni u dawk korrettivi

– Eżerċizzji ta' awditjar u verifiki esterni (kemm dawk mandatorji kif ukoll dawk ibbażati fuq ir-riskju) inkluża l-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

– Kontrolli retrospettivi (fuq il-bażi ta' riskju) u l-irkupri;

– Is-sospensjoni tal-finanzjament tal-UE fejn hemm każ serju ta' frodi, inkluż korruzzjoni fuq skala kbira, sakemm l-awtoritajiet ikunu ħadu azzjoni xierqa bil-ħsieb li jiġu kkorreġuti u pprevenuti każijiet ta' frodi bħal dawn fil-ġejjieni.

EuropeAid se tfassal ulterjorment l-istrateġija tagħha ta' kontra l-frodi skont l-strateġija l-ġdida ta' kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) adottata fl-24 ta' Ġunju 2011 sabiex tiżgura fost l-oħrajn li:

– l-kontrolli interni relatati ta' kontra l-frodi tal-EuropeAid ikunu totalment allinjati mal-CAFS;

– l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju tal-frodi tal-EuropeAid ikun mmirat biex jidentifika żoni ta' riskju ta' frodi u reazzjonijiet adegwati;

– is-sistemi użati għall-infiq tal-fondi tal-UE f’pajjiżi terzi jgħinu biex id-dejta rilevanti tinġabar bil-ħsieb li din id-dejta tinforma lill-ġestjoni tar-riskju ta' frodi (eż. il-finanzjament doppju);

– fejn meħtieġ, jistgħu jiġu stabbiliti gruppi ta' netwerking u għodod xierqa tal-IT ddedikati biex janalizzaw każijiet ta' frodi marbuta mas-settur tal-għajnuna esterna.

2.4         Stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli

Għall-portafoll kollu tal-EuropeAid b'mod ġenerali, l-ispejjeż tal-maniġment/kontroll intern jitilgħu għal stima ta' madwar EUR 658 miljun f'impenji fl-ippjanar tal-baġit 2014-2020. Din iċ-ċifra tinkludi l-ġestjoni tal-EDF li topera b'mod integrat fi ħdan l-istruttura tal-maniġment tal-EuropeAid. Dawn l-ispejjeż "mhux operattivi" jirrappreżentaw madwar 6,4% tal-istima medja annwali ta' EUR10.2 biljuni ppjanati għall-impenn ġenerali (operazzjonali + amministrattiv) mill-EuropeAid fuq portafoll tan-nefqa tagħha iffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-UE u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-perijodu 2014-2020.

Dawn l-ispejjeż tal-maniġment jikkunsidraw il-persunal kollu tal-EuropeAid fil-KĠ u fid-Delegazzjonijiet, l-infrastruttura, l-ivvjaġġar, it-taħriġ, is-sorveljanza, u l-kuntratti tal-evalwazzjoni u tal-awditjar (inklużi dawk imnedija mill-benefiċjarji).

EuropeAid qed tippjana biex maż-żmien tnaqqas il-proporzjon tal-attivitajiet ta' ġestjoni/dawk operazzjonali skont arranġamenti mtejba u ssimplifikati ta' strumenti ġodda, il-bini fuq bidliet aktarx jaqgħu taħt ir-Regolament Finanzjarju rivedut. Il-benefiċċji ewlenin ta' dawn l-ispejjeż ta' ġestjoni huma rrealizzati f’termini tal-ilħuq tal-għanijiet ta' politika, użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi, u l-eżerċizzju ta' miżuri robusti preventivi effettivi u verifiki oħra biex jiżguraw l-użu legali u regolari tal-fondi.

Filwaqt li se jkompli jiġi segwit it-titjib fin-natura u fl-immirar tal-attivitajiet ta' ġestjoni u kontrolli tal-konformità fir-rigward tal-portafoll, dawn l-ispejjeż huma globalment meħtieġa biex effettivament u effiċjentement jintlaħqu l-għanijiet tal-istrumenti f’riskju minimu ta' non-konformità (taħt it-2% żball residwali). Huma notevolment inqas mir-riskji involuti fit-tneħħija jew it-tnaqqis ta' kontrolli interni f'din ż-żona ta' riskju għoli.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji baġitarji:

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru 19 06 04 Assistenza fis-settur nukleari || AD/AMD ([15]) || mill- pajjiżi tal-EFTA[16] || minn pajjiżi kandidati[17] || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| Numru 19 06 04 01 || AD || LE || LE || LE ||

· Il-linji l-ġodda tal-baġit mitluba MHUX APPLIKABBLI

Fl-ordni ta' intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u ta' linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura……………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

                EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || || Assistenza fis-Settur tas-Sikurezza Nukleari

DĠ: <…….> || || || Sena N[18] 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || Sena N+3 2017 || Sena N+4 2018 || Sena N+5 2019 || Sena N+6 2020 || L-AMMONT TOTALI

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

L-Istrument għall-Kooperazzjoni għas-Sikurezza nukleari (19.06.04) || Impenji || (1) || 83,584 || 85,277 || 86,970 || 88,763 || 90,478 || 92,348 || 94,241 || 621,661

Pagamenti || (2) || 0,581 || 38,592 || 59,602 || 69,624 || 76,548 || 84,636 || 81,649 || 411,232

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva  [19] || || || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit 19.0104 06 || || (3) || 1,316 || 1,323 || 1,330 || 1,337 || 1,422 || 1,352 || 1,359 || 9,439

TOTAL approprjazzjonijiet għad-DĠ <….> || Impenji || =1+1a +3 || 84,900 || 86,600 || 88,300 || 90,100 || 91,900 || 93,700 || 95,600 || 631,100

Pagamenti || =2+2a +3 || 1,897 || 39,915 || 60,932 || 70,961 || 77,970 || 85,988 || 83,008 || 420,671

Ÿ TOTAL approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 83,584 || 85,277 || 86,970 || 88,763 || 90,478 || 92,348 || 94,241 || 621,661

Pagamenti || (5) || 0,581 || 38,592 || 59,602 || 69,624 || 76,548 || 84,636 || 81,649 || 621,661

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi || (6) || 1,316 || 1,323 || 1,330 || 1,337 || 1,422 || 1,352 || 1,359 || 9,439

TOTAL approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA <4> tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 84,900 || 86,600 || 88,300 || 90,100 || 91,900 || 93,700 || 95,600 || 631,100

Pagamenti || =5+ 6 || 1,897 || 39,915 || 60,932 || 70,961 || 77,970 || 85,988 || 83,008 || 420,671

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva: Mhux applikabbli

Ÿ TOTAL approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva ”

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

|| || || Sena N 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || Sena N+3 2017 || Sena N + 4 2018 || Sena N + 5 2019 || Sena N + 6 2020 || L-AMMONT TOTALI

DĠ: <…….> ||

Ÿ Riżorsi Umani || 2,440 || 2,415 || 2,391 || 2,367 || 2,367 || 2,367 || 2,367 || 16,716

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,368 || 0,340 || 0,335 || 0,335 || 0,335 || 0,335 || 0,335 || 2,383

TOTAL DĠ <….> || Approprjazzjonijiet || 2,808 || 2,756 || 2,726 || 2,702 || 2,702 || 2,702 || 2,702 || 19,099

TOTAL approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 2,808 || 2,756 || 2,726 || 2,702 || 2,702 || 2,702 || 2,702 || 19,099

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

|| || || Sena N 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || Sena N+3 2017 || Sena N + 4 2018 || Sena N + 5 2019 || Sena N + 6 2020 || L-AMMONT TOTALI

TOTAL approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 87,708 || 89,356 || 91,026 || 92,802 || 94,602 || 96,402 || 98,302 || 650,199

Pagamenti || 4,705 || 42,671 || 63,658 || 73,663 || 80,672 || 88,690 || 85,710 || 439,770

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi ¨            Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

x        Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

L-approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || L-AMMONT TOTALI

OUTPUTS

Tip ta' output[20] || Spiża medja tal-output || Numru ta' outputs || Kost || Numru ta' outputs || Kost || Numru ta' outputs || Kost || Numru ta' outputs || Kost || Numru ta' outputs || Kost || Numru ta' outputs || Kost || Numru ta' outputs || Kost || Numru totali ta' riżultati || Total Spiża

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[21] Il-promozzjoni ta' kultura effettiva ta' sikurezza nukleari u l-implimentazzjoni tal-ogħla standards ta' sikurezza nukleari u protezzjoni mir-radjazzjoni. || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || 25,08 || || 25,58 || || 26,09 || || 26,63 || || 27,14 || || 27,70 || || 28,27 || || 186,50

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2: Ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, diżattivazzjoni u rimedjazzjoni ta' dawk li kienu siti nukleari u stallazzjonijiet; || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || - Output ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || 54,33 || || 55,43 || || 56,53 || || 57,70 || || 58,81 || || 60,03 || || 61,26 || || 404,08

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3: It-twaqqif tal-oqfsa u l-metodoloġiji għall-applikazzjoni ta' salvagwardji effiċjenti u effettivi ta' materjali nukleari f'pajjiżi terzi. || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || || 4,18 || || 4,26 || || 4,35 || || 4,44 || || 4,52 || || 4,62 || || 4,71 || || 31,08

IL-KOST TOTALI || || 83,58 || || 85,28 || || 86,97 || || 88,76 || || 90,48 || || 92,35 || || 94,24 || || 621,66

N.B. Għandu jkun enfasizzat li l-analiżi skont l-għanijiet speċifiċi u l-allokazzjonijiet tagħhom fost outputs tista' biss, f'dan l-istadju, tkun indikattiva. Għalhekk l-outputs huma bbażati fuq stimi inizjali u ġew ippreżentati biex jagħtu spjega.

3.2.3.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

3.2.3.1.  Ġabra fil-qosor

¨        Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu tal-approprjazzjonijiet amministrattivi

x        Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

|| 2014[22] || 2015 || 2016 || 2107 || 2018 || 2019 || 2020 || L-AMMONT TOTALI

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi Umani || 2,440 || 2,415 || 2,391 || 2,367 || 2,367 || 2,367 || 2,367 || 16,716

Nefqa amministrattiva oħra || 0,368 || 0,340 || 0,335 || 0,335 || 0,335 || 0,335 || 0,335 || 2,383

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 2,808 || 2,756 || 2,726 || 2,702 || 2,702 || 2,702 || 2,702 || 19,099

Barra l-INTESTATURA 5 [23]tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || ||

Riżorsi Umani || 0,968 || 0,968 || 0,968 || 0,968 || 0,968 || 0,968 || 0,968 || 6,778

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0,348 || 0,355 || 0,362 || 0,369 || 0,453 || 0,384 || 0,391 || 2,661

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 1,316 || 1,323 || 1,330 || 1,337 || 1,422 || 1,352 || 1,359 || 9,439

L-AMMONT TOTALI || 4,124 || 4,079 || 4,056 || 4,039 || 4,124 || 4,054 || 4,062 || 28,538

3.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

¨        Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani

x        Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu tar-riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f'ammonti sħaħ (jew sa massimu ta' post deċimali wieħed)

|| Sena N 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || Sena N+3 2017 || Sena N + 4 2018 || Sena N + 5 2019 || Sena N + 6 2020

Karigi tal-pjan ta' stabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Assistenza fis-settur nukleari 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 18,5 || 18,4 || 18,2 || 18,0 || 18,0 || 18,0 || 18,0

Assistenza fis-settur nukleari 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

Assistenza fis-Settur Nukleari 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Assistenza fis-Settur Nukleari 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 1,3 || 1,2 || 1,2 || 1,2 || 1,2 || 1,2 || 1,2

Assistenza fis-Settur Nukleari 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

Assistenza fis-settur nukleari 01 04 yy[24] || - fil-Kwartieri ġenerali[25] || 17,3 || 16,9 || 16,6 || 16,3 || 15,9 || 15,6 || 15,3

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

Assistenza fis-Settur Nukleari 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE għar-Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji tal-baġit oħra (speċifika) || || || || || || ||

L-AMMONT TOTALI || 37,0 || 36,5 || 36,0 || 35,5 || 35,1 || 34,8 || 34,5

Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani se jiġu koperti permezz tal-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit eżistenti.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji ||

Persunal estern ||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

x        Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

¨        Il-proposta/inizjattiva tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega xi programmar mill-ġdid huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

¨        Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[26].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Il-kontribuzzjonijiet tal-parti terza MHUX APPLIKABBLI

Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn isfel:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-entità ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul (MHUX APPLIKABBLI)

¨        Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

¨        Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨ fuq ir-riżorsi proprji

¨ fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja li għaddejja bħalissa || Impatt tal-proposta/inizjattiva[27]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal kemm tista' kolonni skont il-ħtieġa sabiex turi l-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tal-infiq affetwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               EDF, Fond tal-Klima u l-Biodiversità Globali u Riżerva għal Għajnuna ta' Emerġenza huma addizzjonali għal dan u jibqgħu barra mill-baġit tal-UE.

[2]               ĠU C , , p. .

[3]               ĠU L 81, 22.3.2007, p. 1–10

[4]               ĠU L 318, 11.12.1999, p. 20.

[5]               ĠU L 185, 16.7.2005, p. 33.

[6]               ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18.

[7]               ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48.

[8]               ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[9]               Il-kriterji jikkunsidraw il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar assistenza lil pajjiżi terzi fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari (l-2913 laqgħa tal-Kunsill tat-Trasport, it-Telekomunikazzjonijiet u l-Enerġija, Brussell, id-9 ta' Diċembru 2008).

[10]             Dan għandu jqis il-Ġrajjiet Importanti fl-Iżvilupp tal-Infrastruttura Nazzjonali għall-Enerġija Nukleari (id-dokument serjet tal-IAEA dwar l-Enerġija Nukleari Ng-G-3.1)

[11]             ABM: Activity-Based Management [Immaniġġjar Abbażi ta' Attività] – ABB: Ibbaġġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

[12]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[13]             Id-dettalji tal-modi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq il-websajt tal-Baġit: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[14]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[15]             AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD= Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[16]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[17]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi li huma kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[18]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[19]             Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta

[20]             L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġi fornuti (p.e.: Numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, numru ta' kilometri ta' toroq mibnija, eċċ.).

[21]             Kif deskritti fis-Sezzjoni 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/ċi…”

[22]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[23]             Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b'appoġġ għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta

[24]             Anqas mil-limitu stabbilit għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (ex linji "BA").

[25]             Essenzjament għal Fondi Sturutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[26]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[27]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, dazji fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta' 25% tal-imposti tal-ġbir.