Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku /* KUMM/2011/0562 finali - 2011/0240 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA - Ir-raġunijiet għal u l-għanijiet tal-proposta Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd, il-PKS tfittex li tiżgura l-isfruttar tar-riżorsi akkwatiċi ħajjin f’kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għodda importanti f’dan ir-rigward hija l-istabbiliment annwali tal-opportunitajiet tas-sajd fl-għamla ta’ qabdiet totali permissibbli (Total Allowable Catches - TACs), ta' kwoti u ta' limiti tal-isforzi tas-sajd. L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġu stabbiliti l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri għall-2012 fir-rigward tal-istokkijiet tal-ħut l-iktar importanti kummerċjalment fil-Baħar Baltiku. - Il-kuntest ġenerali Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd (COM(2011)298 finali), tiddeskrivi l-isfond tal-proposta. Bil-għan li jiġu ssimplifikati u ċċarati d-deċiżjonijiet annwali dwar it-TAC u l-kwoti, l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku ilhom li ġew stabbiliti mill-2006 permezz ta' Regolament separat. Il-parir xjentifiku għall-istokkijiet fil-Baħar Baltiku għall-2012 ingħata mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (International Council for the Exploration of the Sea - ICES) f’Mejju 2011 u mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (Scientific, Technical and Economic Committee for Fisheries - STECF) f’Ġunju 2011. Il-proposta fiha żewġ taqsimiet ta’ importanza għall-ġestjoni tas-sajd fil-Baltiku fl-2012 permezz tal-opportunitajiet tas-sajd: taqsima minnhom tistabbilixxi t-TACs u l-kwoti u t-taqsima l-oħra tillimita l-isforzi tas-sajd, billi timponi l-limiti fuq l-attività tagħhom (l-għadd ta' jiem fuq il-baħar). - 130 Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta L-opportunitajiet tas-sajd u l-mod li bih jiġu allokati lill-Istati Membri huma rregolati kull sena. L-aħħar Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1124/2010 tad-29 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2011 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku. Ta’ rilevanza għall-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Baltiku huwa wkoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 jiddeskrivi l-miżuri ta’ kontroll u ta' monitoraġġ għar-rokostituzzjoni tal-istokkijiet tal-merluzz inkwistjoni. Jistabbilixxi wkoll ir-regoli għall-istabbiliment tat-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz tal-Lvant u tal-Punent u l-limitazzjonijiet [limiti] tal-isforzi tas-sajd assoċjati magħhom. - Il-konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-UE Il-miżuri proposti huma konformi mal-għanijiet u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT - Il-ġbir u l-użu ta' kompetenza esperta L-organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati L-organizzazzjonijiet xjentifiċi kkonsultati kienu l-Kunsill Internazzjonali dwar l-Esplorazzjoni tal-Ibħra (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF). Kull sena, l-Unjoni titlob lill-ICES u lill-STECF parir xjentifiku dwar il-qagħda tal-istokkijiet importanti tal-ħut . Il-parir li tirċievi jkopri l-istokkijiet kollha tal-Baltiku li għalihom huma proposti t-TACs. - Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-Kunsill Reġjonali Konsultattiv tal-Baħar Baltiku (Baltic Sea Regional Advisory Council -BSRAC) ġie kkonsultat fil-laqgħa tal-Grupp Konġunt ta’ Ħidma dwar is-sajd Demersali/Pelaġiku/tas-Salamun f’Ġunju 2011 abbażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-Konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd. L-ICES u l-STECF ipprovdew il-bażi xjentifika għall-proposta. F'dawk il-laqgħat ġew ippreżentati r-regoli għall-istabbiliment tat-TACs u l-kwoti għall-2012 abbażi tal-Komunikazzjoni. L-opinjonijiet preliminari espressi matul dawn il-laqgħat dwar l-istokkijiet tal-ħut kollha konċernati kienu kkunsidrati u tqiesu kemm jista' jkun fil-proposta mingħajr ma nħolqu kontradizzjonijiet mal-politiki eżistenti jew deterjorament fl-istat tar-riżorzi vulnerabbli. Il-BSRAC jappoġġa t-tentattiv tal-Kummissjoni li tistabbilixxi t-TACs li huma iktar konsistenti mal-parir xjentifiku, kif ukoll l-applikazzjoni tal-pjan multiannwali għall-merluzz fir-rigward tal-istabbiliment tat-TACs. Barra minn hekk, il-BSRAC ma jaqbilx mal-politika tal-Kummissjoni li tnaqqas it-TACs b'25 % għall-istokkijiet li għalihom mhijiex disponibbli d-dejta u l-valutazzjoni analitika tal-istokk ma setgħetx tingħata mix-xjenzjati. - Il-valutazzjoni tal-impatt It-TACs għall-merluzz tal-Punent u tal-Lvant tal-Baltiku bħala medja żdiedu b'14 % skont il-pjan multiannwali. Tnejn mill-ħames TACs pelaġiċi se jiżdiedu u t-tliet TACs li jibqa' se jonqsu. Inġenerali, il-miżuri proposti se jwasslu għal tnaqqis kumplessiv ta' madwar 16 % fl-opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet kollha minbarra l-istokkijiet tas-salamun f’termini tal-volumi tal-qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni fil-Baħar Baltiku. Il-proposta ma tirriflettix biss tħassib għal żmien qasir imma hija wkoll parti minn approċċ iktar fit-tul fejn il-livell tas-sajd jitnaqqas gradwalment għal-livelli ta’ sostenibbiltà fit-tul. Għalhekk, fi żmien medju sa twil, l-approċċ meħud fil-proposta se jwassal għal tnaqqis fl-isforz tas-sajd iżda wkoll għal kwoti stabbli jew li jiżdiedu. Il-konsegwenzi fit-tul tal-approċċ huma mistennija li jkollhom impatt imnaqqas fuq l-ambjent minħabba t-tnaqqis fl-isforz tas-sajd, tnaqqis fis-settur tal-qbid f’termini tal-għadd ta’ bastimenti u/jew l-isforz medju tas-sajd għal kull bastiment, u l-istess ammont ta’ qabdiet jew iktar. Is-sostenibbiltà tal-attivitajiet tas-sajd se tiżdied fuq żmien twil. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta tistabbilixxi l-limiti tal-qbid u tal-isforz applikabbli għas-sajd tal-UE sabiex jintlaħaq l-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd li jiġi żgurat sajd f’livelli li huma bijoloġikament, ekonomikament u soċjalment sostenibbli. - Il-bażi legali L-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà, ma japplikax. - Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja. Il-Politika Komuni tas-Sajd hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE hija r-responsabbiltà tal-Kunsill biex jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd. Ir-Regolament tal-Kunsill inkwistjoni jalloka opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri. B’kunsiderazzjoni għall-Artikolu 20(3) tar-Regolament 2371/2002, l-Istati Membri huma liberi jallokaw opportunitajiet bħal dawn lir-reġjuni jew lill-operaturi skont kif jidhrilhom xieraq. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom spazju biżżejjed biex jimmanuvraw dwar deċiżjonijiet relatati mal-mudell soċjali/ekonomiku tal-għażla tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom. Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji ġodda għall-Istati Membri. Dan ir-Regolament jiġi adottat mill-Kunsill kull sena, u l-mezzi pubbliċi u privati għall-implimentazzjoni tiegħu diġà jinsabu fis-seħħ. - L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: Regolament. Din hija proposta għall-ġestjoni tas-sajd abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-TFUE u skont l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002. L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet fuq il-baġit tal-UE. IKTAR INFORMAZZJONI - Is-simplifikazzjoni Il-proposta tkompli tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (l-UE jew nazzjonali), minħabba li fiha dispożizzjonijiet simili għar-Regolament tal-2011 dwar l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku. - Analiżi/reviżjoni/klawżola ta’ estinzjoni Il-proposta tirrigwarda Regolament annwali għas-sena 2012 u għalhekk ma tinkludix klawżola ta' reviżjoni. - Spjegazzjoni Dettaljata Il-proposta tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet għas-sajd tal-Istati Membri fil-Baħar Baltiku. Iċ-ċifri proposti jirriflettu l-parir xjentifiku, il-konsultazzjoni mal-BSRAC u l-qafas għall-istabbiliment tat-TACs u l-kwoti deskritti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd. Fejn rilevanti, il-kwantitajiet teoretiċi tal-istokkijiet maqsuma mal-Federazzjoni Russa tnaqqsu mit-TACs proposti. Peress li l-intenzjoni tal-Kummissjoni hija li tiżgura l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd f’konformità mal-politika tal-UE u l-impenji internazzjonali filwaqt li l-opportunitajiet tas-sajd jinżammu stabbli, il-varjazzjonijiet annwali fit-TACs huma limitati sa fejn huwa prattiku filwaqt li jiġi kkunsidrat l-istatus ta’ stokk partikolari. It-TACs u l-kwoti allokati lill-Istati Membri huma mogħtija fl-Anness I u l-limiti tal-isforz tas-sajd huma stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament. Għall-istokkijiet tal-merluzz, il-limit proposti fuq it-TACs u fuq l-isforz kienu konformi mar-rekwiżiti tal-pjan multiannwali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. L-element ċentrali tal-pjan huwa tnaqqis gradwali tal-mortalità mis-sajd għal livelli sostenibbli fit-tul li jiżgura l-irkupru tal-istokkijiet u li jrendi ħafna u b'mod stabbli. Minħabba li l-mortalità mis-sajd tal-istokkijiet tal-merluzz diġà tnaqqset għal-livelli indikati fil-pjan multiannwali, m'hemmx il-ħtieġa li jitnaqqas iktar l-isforz tas-sajd, jiġifieri l-jiem fuq il-baħar, u barra minn hekk, it-TAC tista' tiżdied. Għaż-żewġ stokkijiet tal-aringi (il-Baħar tal-Punent u l-Baħar Bothnian/il-Bajja Bothnian ), it-TAC proposta tikkorrispondi mal-mortalità mis-sajd tal-ogħla rendimenti sostenibbli (MSY – maximum sustainable yields) Għall-istokkijiet pelaġiċi l-oħrajn, it-TAC proposta tikkorrispondi għal tnaqqis fil-mortalità mis-sajd li jkollu rata intermedjarja bejn il-livell attwali u l-mortalità mis-sajd MSY, bl-eċċezzjoni tal-istokk ċentrali tal-aringi. F'dak il-każ partikolari, il-mortalità b'rata intermedjarja mis-sajd se tkun barra mil-livelli ta' prekawzjoni, u allura minflok, it-TAC proposta għandha rata intermedjarja bejn dik li tikkorrispondi għall-mortalità mis-sajd MSY u dik li tikkorrispondi għar-rata ta' prekawzjoni tal-mortalità mis-sajd. Fil-każ tal-barbun tat-tbajja', li huwa stokk fqir fid-dejta, it-TAC tikkorrispondi għal tnaqqis ta' 25 % fit-TAC meta mqabbla mal-2011. L-opinjoni tal-BSRAC dwar iktar tnaqqis ma tistax tiġi kkunsidrata għaliex b'konformità mal-approċċ deskritt fil-Komunikazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd, in-nuqqas tad-dejta ma jistax jintuża biex jiġġustifika l-kontinwazzjoni tal-livelli attwali tal-qabdiet u għandu japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni. Fir-rigward tal-istokkijiet tas-salamun, minħabba l-inċertezzi li rriżultaw mill-parir xjentifiku li nħareġ f'Mejju mill-ICES, il-Kunsill Reġjonali Konsultattiv tal-Baħar Baltiku organizza laqgħa magħhom f'Awwissu. Wara din il-laqgħa l-ICES ikkonferma mill-ġdid il-parir li kien ingħata qabel. 2011/0240 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Europea, Billi: 1. Skont l-Artikolu 43(3) tat-Trattat, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd. 2. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd[1] jirrikjedi li l-miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u l-insegwiment sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd ikunu stabbiliti b'kunsiderazzjoni tal-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport magħmul mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF). 3. Il-Kunsill għandu l-obbligu li jadotta l-miżuri dwar l-istabbiliment u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd permezz tas-sajd jew grupp ta' sajd, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu mqassma fost l-Istati Membri b'tali mod li f'kull Stat Membru tiġi żgurata stabbiltà relattiva ta' attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew sajd u b'kunsiderazzjoni għall-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002. 4. Il-qabdiet totali permissibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, billi jiġu kkunsidrati l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinijonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, b'mod partikolari fil-laqgħat mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura u l-Kunsilli Reġjonali Konsultattivi kkonċernati. 5. Għall-istokkijiet soġġetti għal pjanijiet multiannwali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stabbiliti f'dawn il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali [multiannwali] għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet[2]. 6. L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd stabbilit f’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd[3] u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 tiegħu dwar ir-rappurtar tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-dejta dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd rispettivament. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċijiet li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta tintbagħat dejta lill-Kummissjoni relatata mal-ħatt l-art tal-istokkijiet soġġetti għal dan ir-Regolament. 7. Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti[4], għandhom jiġu identifikati l-istokkijiet li huma soġġetti għall-miżuri varji msemmija fih. 8. Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li dan is-sajd jinfetaħ fl-1 ta' Jannar 2012, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Kapitolu I Il-Kamp ta' applikazzjoni u d-Definizzjonijiet Artikolu 1 Is-suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2012 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar Baltiku. Artikolu 2 Il-kamp ta' applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku. Artikolu 3 Id-definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound[5]; (b) "Baħar Baltiku" tfisser is-Subdiviżjonijiet tal-ICES 22-32; (c) “Bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni; (d) "qabda totali permissibli" (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena; (e) “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz; (f) "jum nieqes mill-port" tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta' 24 siegħa jew parti minnu li fih il-bastiment ikun nieqes mill-port. Kapitolu IIL-Opportunitajiet tas-Sajd Artikolu 4 It-TACs u l-allokazzjonijiet It-TACs, l-allokazzjonijiet ta' dawn it-TACs fost l-Istati Membri, u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness I. Artikolu 5 Id-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet 9. L-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stabbiliti f’dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal: (a) bidliet magħmula skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; (b) riallokazzjonjiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009; (c) qabdiet [il-ħatt l-art] addizzjonali permessi skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; (d) kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96; (e) tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 37, 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. 10. Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika għal stokkijiet soġġetti għal TAC ta’ prekawzjoni u l-Artikoli 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitika. Artikolu 6 Il-kundizzjonijiet għall-ħatt l-art tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali 11. Ħut minn stokkijiet li għalihom huma stabbiliti l-limiti tal-qbid, għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk: (a) il-qabdiet ikunu saru minn bastimenti ta' Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma ġietx eżawrita; jew (b) il-qabdiet jikkonsistu minn sehem ta' kwota tal-Unjoni li ma kinitx ġiet allokata permezz ta' kwota fost l-Istati Membri, u dik il-kwota tal-Unjoni ma ġietx eżawrita. Artikolu 7 Il-limiti tal-isforz tas-sajd 12. Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma stipulati fl-Anness II. 13. Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-Subdiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Subdiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 8(1)(b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament. 14. Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Subdiviżjoni. Kapitolu IIIId-dispożizzjonijiet finali Artikolu 8 It-trażmissjoni tad-dejta Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni relatata mal-iżbark [il-ħatt l-art] tal-kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Artikolu 9 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I TACS APPLIKABBLI SKONT L-ISPEĊIJIET U Ż-ŻONI GĦALL-BASTIMENTI TAL-UNJONI F'ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACS It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom b'mod funzjonali, fejn huwa xieraq. Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. F'kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetika li ġejja tal-ismijiet tal-ispeċijiet bil-Latin. It-tabella li ġejja ta' korrispondenzi ta' ismijiet bil-Latin u ismijiet komuni qed tingħata għall-finijiet ta' dan ir-Regolament: Isem xjentifiku | Kodiċi Alpha-3 | Isem komuni | Clupea harengus | HER | Aringa | Gadus morhua | COD | Merluzz | Pleuronectes platessa | PLE | Barbun tat-tbajja' | Salmo salar | SAL | Salamun tal-Atlantiku | Sprattus sprattus | SPR | Laċċa kaħla | Speċijiet: | Aringa | Żona: | Is-Subdiviżjonijiet 30-31 | Clupea harengus | HER/3D30.; HER/3D31. | Il-Finlandja | 86 905 | (1) | TAC Analitika | L-Isvezja | 19 095 | (2) | L-Unjoni | 106 000 | (3) | TAC | 106 000 | (3) | __________ | (1) Il-qabdiet f’SD 31 huma limitati għal 1 640 (2) Il-qabdiet f’SD 31 huma limitati għal 360 (3) Il-qabdiet f’SD 31 huma limitati għal 2 000 | Speċijiet: | Aringa | Żona: | Is-Subdiviżjonijiet 22-24 | Clupea harengus | HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24. | Id-Danimarka | 2 930 | TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. | Il-Ġermanja | 11 532 | Il-Finlandja | 1 | Il-Polonja | 2 719 | L-Isvezja | 3 718 | L-Unjoni | 20 900 | TAC | 20 900 | Speċijiet: | Aringa | Żona: | L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 | Clupea harengus | HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.; HER/3D29.; HER/3D32. | Id-Danimarka | 1 588 | TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. | Il-Ġermanja | 421 | L-Estonja | 8 109 | Il-Finlandja | 15 829 | Il-Latvja | 2 001 | Il-Litwanja | 2 107 | Il-Polonja | 17 983 | L-Isvezja | 24 140 | L-Unjoni | 72 178 | TAC | Mhux rilevanti | Speċijiet: | Aringa | Żona: | Is-Subdiviżjoni 28.1 | Clupea harengus | HER/03D.RG | L-Estonja | 13 336 | TAC Analitika | Il-Latvja | 15 542 | L-Unjoni | 28 878 | TAC | 28 878 | Speċijiet | Merluzz | Żona: | L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 25-32 | Gadus morhua | COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32. | Id-Danimarka | 15 587 | TAC Analitika | Il-Ġermanja | 6 200 | L-Estonja | 1 519 | Il-Finlandja | 1 193 | Il-Latvja | 5 795 | Il-Litwanja | 3 818 | Il-Polonja | 17 947 | L-Isvezja | 15 791 | L-Unjoni | 67 850 | TAC | Mhux rilevanti | Speċijiet: | Merluzz | Żona: | Is-Subdiviżjonijiet 22-24 | Gadus morhua | COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24. | Id-Danimarka | 9 298 | TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. | Il-Ġermanja | 4 546 | L-Estonja | 206 | Il-Finlandja | 183 | Il-Latvja | 769 | Il-Litwanja | 499 | Il-Polonja | 2 487 | L-Isvezja | 3 312 | L-Unjoni | 21 300 | TAC | 21 300 | Speċijiet: | Barbun tat-tbajja' | Żona: | L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32 | Pleuronectes platessa | PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32. | Id-Danimarka | 1 634 | TAC ta’ prekawzjoni L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. | Il-Ġermanja | 182 | Il-Polonja | 342 | L-Isvezja | 123 | L-Unjoni | 2 281 | TAC | 2 281 | Speċijiet: | Salamun tal-Atlantiku | Żona: | L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-31 | Salmo salar | SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31. | Id-Danimarka | 10 977 | (1) | TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. | Il-Ġermanja | 1 221 | (1) | L-Estonja | 1 116 | (1) | Il-Finlandja | 13 688 | (1) | Il-Latvja | 6 982 | (1) | Il-Litwanja | 821 | (1) | Il-Polonja | 3 330 | (1) | L-Isvezja | 14 839 | (1) | L-Unjoni | 52 974 | (1) | TAC | Mhux rilevanti | __________ | (1) Espress f’numru ta’ ħut individwali. | Speċijiet: | Salamun tal-Atlantiku | Żona: | L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjoni 32 | Salmo salar | SAL/3D32. | L-Estonja | 1 116 | (1) | TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. | Il-Finlandja | 9 768 | (1) | L-Unjoni | 10 884 | (1) | TAC | Mhux rilevanti | __________ | (1) Espress f’numru ta’ ħut individwali. | Speċijiet: | Laċċa kaħla | Żona: | L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32 | Sprattus sprattus | SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32. | Id-Danimarka | 21 022 | TAC Analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. | Il-Ġermanja | 13 318 | L-Estonja | 24 411 | Il-Finlandja | 11 004 | Il-Latvja | 29 483 | Il-Litwanja | 10 665 | Il-Polonja | 62 568 | L-Isvezja | 40 639 | L-Unjoni | 213 110 | TAC | Mhux rilevanti | ANNESS II IL-LIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD 15. Għall-attività tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sajd bix-xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew ikbar, bl-għeżula, bix-xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew ikbar, bil-konzijiet tal-qiegħ, bil-konzijiet ħlief konzijiet mitluqa, xolfa tal-idejn u rkaptu tat-trejjix għandu jkun permess għal għadd massimu ta’: (a) 163 jum nieqes mill-port fis-Subdiviżjonijiet 22-24 bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 sat-30 ta' April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, u (b) 160 jum nieqes mill-port fis-Subdiviżjonijiet 25-28 bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007. 16. L-għadd massimu ta’ jiem nieqes mill-port kull sena li fihom bastiment jista’ jkun preżenti fiż-żewġ żoni definiti fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu msemmi fil-punt 1, ma jistax ikun ogħla mill-għadd massimu ta’ jiem allokati għal waħda miż-żewġ żoni. [1] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. [2] ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1. [3] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1. [4] ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3. [5] ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.