52011PC0348

Proposta għal DIRETTIVA UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-XX Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) /* KUMM/2011/0348 finali - 2011/0152 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

· Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

L-għan ta’ din il-proposta hija l-emenda tad-Direttiva 2004/40/KE[1] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’April 2004 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi).

Fl-2006, il-komunità medika għarrfet lill-Kummissjoni dwar it-tħassib tagħha dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi sostniet li l-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni stabbiliti fiha jistgħu jillimitaw sa punt sproporzjonat l-użu u l-iżvilupp tal-immaġni b’reżonanza manjetika (MRI), li llum hija kkunsidrata bħala għodda importanti għad-dijanjosi u t-trattament ta’ ħafna mard.

Sussegwentement, setturi industrijali oħra esprimew ukoll it-tħassib tagħhom dwar l-impatt tad-Direttiva fuq l-attivitajiet tagħhom.

Bħala tweġiba għal dan it-tħassib, il-Kummissjoni ħadet numru ta’ miżuri. Għal raġunijiet ta’ trasparenza, hija kkuntattjat lill-Istati Membri u l-Parlament Ewropew sabiex tgħarrafhom bil-miżuri li hija ppjanat li tieħu. F’dan il-kuntest, hija staqsiet lill-Istati Membri sabiex jgħarrfuha bi kwalunkwe diffikultà assoċjata mal-implimentazzjoni tad-Direttiva. Hija nediet ukoll studju sabiex tevalwa l-impatt effettiv tad-Direttiva fuq il-proċeduri mediċi bl-użu tal-MRI. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju saru disponibbli kmieni fl-2008.

Sadanittant, sabiex:

- tkun tista' ssir analiżi sħiħa tal-istudji, inkluż dan imniedi mill-Kummissjoni, dwar l-impatt avvers potenzjali tal-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni stabbiliti mid-Direttiva fuq l-użu mediku tal-MRI.

- jiġu kkunsidrati r-riżultai tal-analiżi tar-rakkomandazzjonijiet ġodda tal-ICNIRP, u rakkomandazzjonijiet reċenti oħra bħall-kriterji tas-saħħa ambjentali tad-WHO għall-kampi elettromanjetiċi bbażati fuq l-istudji xjentifiċi l-iżjed reċenti li jikkonċernaw l-impatt tal-kampi elettromanjetiċi fuq is-saħħa tal-bniedem, ippubblikati sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE, u, finalment,

- issir analiżi fil-fond tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva u jiġu proposti emendi sabiex jiġu garantiti kemm livell għoli ta’ saħħa kif ukoll il-ħarsien tas-sigurtà għall-ħaddiema u l-kontinwazzjoni u l-iżvilupp tal-attivitajiet mediċi u industrijali bl-użu tal-kampi elettromanjetiċi,

l-iskadenza għat-traspożizzjoni tressqet mit-30 ta’April 2008 għat-30 ta’April 2012 bid-Direttiva 2008/46/KE[2] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’April 2008 li temenda d-Direttiva 2004/40/KE dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà dwar l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi).

Il-Kummissjoni Interna għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni Mhux Jonizzanti (ICNIRP) issa ffinalizzat l-analiżi tagħha tal-linji gwida dwar il-kampi manjetiċi statiċi u l-kampi li jvarjaw fil-ħin ta’ frekwenza baxxa li hija l-parti li fuqha hija bbażata din id-Direttiva. Inħarġu rakkomandazzjonijiet ġodda fl-2009 u l-2010, rispettivament. F’ħafna mill-każijiet, il-livelli ta’ referenza u r-restrizzjonijiet bażiċi jiġu stabbiliti f’livelli ogħla minn dawk tar-rakkomandazzjonijiet ta’ qabel.

· Kuntest ġenerali

Id-Direttiva 2004/40/KE hija t-18-il Direttiva skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri għat-tħeġġiġ tat-titjib fis-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Hija dwar l-effetti avversi fuq perjodu qasir fuq is-saħħa tal-ħaddiema esposti għal kampi elettromanjetiċi waqt xogħolhom.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma rekwiżiti minimi, fejn kull Stat Membru huwa ħieles li jadotta regoli iżjed stretti.

Id-Direttiva tistabbilixxi valuri limitu tal-espożizzjoni għall-kampi elettriċi, manjetiċi u elettromanjetiċi li jvarjaw fil-ħin fi frekwenzi ta’ bejn 0 u 300GHz [3]. L-ebda ħaddiem ma jista’ jiġi espost għal valuri li jaqbżu dawn il-limiti, li huma bbażati fuq l-impatt fuq is-saħħa u kunsiderazzjonijiet bijoloġiċi.

Id-Direttiva tistabbilixxi wkoll valuri tal-azzjoni u valuri tal-orjentazzjoni għal kampi li jvarjaw fil-ħin u dawk statiċi. Dawn il-valuri jistgħu jitkejlu b’mod dirett u jindikaw limitu massimu li f’każ li jinqabeż il-ħaddiema għandhom jieħdu azzjoni waħda jew iżjed minn dawk li huma pprovduti fid-Direttiva. Il-konformità ma’ dawn il-valuri tal-azzjoni tiggarantixxi konformità mal-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni rilevanti.

Il-limiti imposti mid-Direttiva ġew stabbiliti fuq il-bażi tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-ICNIRP fl-1998, l-organizzazzjoni rikonoxxuta internament bħala l-awtorità dwar l-evalwazzjoni tal-impatt fuq is-saħħa ta’ din it-tip ta’ radjazzjoni. L-ICNIRP taħdem mill-qrib mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħal WHO, ILO, IRPA, ISO, CENELEC, IEC, CIE, IEEE, eċċ.

Id-Direttiva hija bbażata fuq il-filosofija tal-prevenzjoni li diġà ġiet stabbilita f’termini iżjed ġenerali fid-Direttiva Qafas 89/391/KEE:

– il-ħarsien tal-ħaddiema kollha: irrispettivament mis-settur tal-attività tagħħom, fejn il-ħaddiema esposti għall-istess riskji jkollhom l-istess dritt għal protezzjoni;

– l-obbligu fuq min iħaddem li jiddetermina u jevalwa r-riskji;

– it-tneħħija jew, fejn dan ma jkunx possibbli, il-minimizzazzjoni tar-riskji identifikati;

– informazzjoni u taħriġ speċifiċi u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema kkonċernati;

– sorveljanza medika xierqa.

Id-Direttiva tapplika għas-setturi kollha tal-attività mingħajr eċċezzjoni u għandha tiġi trasposta fil-leġiżlazzjoni nazzjonali mhux iktar tard mit-30 ta’April 2012 jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni oħra.

Waqt id-diskussjonijiet ta’ qabel l-adozzjoni, il-każ speċifiku tal-immaġni b’reżonanza medika ġie diskuss fid-dettall kemm mill-Kunsill kif ukoll mill-Parlament Ewropew. Esperti nazzjonali minn istituzzjonijiet bħall-Bord Nazzjonali tal-Ħarsien mir-Radjazzjoni (NRPB, RU), l-Institut national de recherche et de sécurité (INRS, Franza), l-Istitut Finlandiż tas-Saħħa Okkupazzjonali (FIOH, Finlandja) u l-Bundesamt für Strahlenschutz (BfS, Ġermanja) ipprovdew appoġġ tekniku għan-negozjati fil-Kunsill. Il-President tal-Kunsill talab, f'ħafna okkażjonijiet, l-opinjoni tal-ICNIRP.

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza ta’ impatt mhux mixtieq, il-leġiżlaturi konġunti adottaw din id-Direttiva, b'ċertu emendi għall-valuri proposti fil-bidu mill-Kummissjoni, b’mod partikolari li ma jiġix stabbilit valur tal-limitu tal-espożizzjoni għall-kampi manjetiċi statiċi, komponent essenzjali tal-MRI, peress li dan il-valur kien qed jiġi emendat fid-dawl tas-sejbiet xjentifiċi l-iżjed reċenti, li dehru meta d-Direttiva kienet qiegħda tiġi adottata.

Din il-proposta żżomm numru ta’ prinċipji u dispożizzjonijiet importanti fid-Direttiva preżenti, bħal:

– il-kopertura tas-setturi kollha tal-attività,

– il-valuri tal-limitu tal-espożizzjoni u l-valuri tal-azzjoni għall-kampi elettromanjetiċi fil-firxa tal-frekwenza minn 100kHz sa 300 GHz,

– id-dispożizzjonijiet immirati sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas ir-riskju,

– l-informazzjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema,

– il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema,

– is-sanzjonijiet,

– is-sorveljanza medika.

L-iżjed tibdil importanti li ġie introdott mill-proposta, b’kunsiderazzjoni tas-sejbiet xjentifiċi l-iżjed reċenti f’dan il-qasam, huwa dan li ġej:

– definizzjonijiet iżjed ċari, b’mod partikolari għall-effetti avversi fuq is-saħħa (l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/40/KE),

– inklużjoni ta’ sistema riveduta għal valuri tal-limitu u ta’ referenza differenti mill-valuri tal-limitu u l-valuri tal-azzjoni attwali għall-firxa minn 0 sa 100 kHz (dan għandu jaffettwa l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2004/40/KE flimkien mal-anness tagħha),

– l-introduzzjoni ta’ indikaturi sabiex jiġu faċilitati l-kejl u l-kalkoli (l-Artikolu 3(3)) u tingħata gwida dwar il-kunsiderazzjoni tal-inċertezzi fil-kejl. Il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti stabbilita bid-Direttivi 1999/5/KE u 2006/95/KE tiżgura li l-pubbliku, inkluż il-ħaddiema ma jiġux esposti għal livelli lil hinn minn dawk stabbiliti bir-Rakkomandazzjonijiet 1999/519/KEE, bil-kundizzjoni li l-prodotti jintużaw kif ikun intiż. Billi l-livelli stabbiliti għall-pubbliku huma iżjed baxxi minn dawk stabbiliti għall-ħaddiema u jinkludu l-ħarsien kontra l-effetti fuq perjodu twil, il-konformità ma' dawn id-Direttivi tipprovdi ħarsien biżżejjed taħt din id-Direttiva f'dawn is-sitwazzjonijiet:

– l-introduzzjoni ta’ xi gwida sabiex jiġu garantiti evalwazzjonijiet tar-riskju semplifikati iżda iżjed effiċjenti (Artikolu 4) sabiex jiġi faċilitat ix-xogħol ta' evalwazzjoni u wkoll sabiex jiġi limitat il-piż fuq l-SMEs,

– l-introduzzjoni ta’ flessibbiltà limitata iżda xierqa billi jiġi propost qafas ikkontrollat għal derogi limitati għall-industrija,

– l-inklużjoni ta’ raġuni għas-sorveljanza medika (Artikolu 8),

– attenzjoni speċjali għall-każ speċifiku tal-applikazzjonijiet mediċi bl-użu tar-reżonanza manjetika u attivitajiet relatati, u

– dispożizzjoni għal miżuri kumplimentari li ma jorbtux bħal gwida prattika li ma torbotx.

· Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Ewropea

Din il-proposta hija konsistenti mal-għanijiet għal politiki oħra tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari dawk għat-titjib tal-qafas regolatorju sabiex jiġi żviluppat korp ta’ leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE ċar, li jinftiehem, aġġornat u ta’ użu faċli għall-utent, fl-interessi taċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi. Għandha tippermetti wkoll li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva attwali jiġu aġġornati fid-dawl tas-sejbiet xjentifiċi l-iktar reċenti dwar l-impatt tar-radjazzjoni elettromanjetika fuq is-saħħa, li kienu għadhom mhux disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE. Barra dan hija intiża sabiex tkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni relatata li tħares lill-utenti ta’ prodotti li jipproduċu EMF sal-punt li ma tkunx teħtieġ li l-EMFs minn prodotti bħal dawn ikollhom jiġu evalwati mill-ġdid taħt id-Direttiva iżda jkun jista’ jiġi preżunt li jkunu taħt il-livelli stabbiliti għall-pubbliku fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KEE.

2.           Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u evalwazzjoni tal-impatt

· Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

- Konsultzzjoni tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol. Il-Kumitat ġie mistieden sabiex jadotta opinjoni sal-aħħar ta’ Marzu 2011.

- Konsultazzjoni ta' esperti xjentifiċi f'dan il-qasam u l-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni Mhux Jonizzanti f'laqgħat bilaterali mal-Kummissjoni.

- Konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali skont l-Artikoli 154(2) u (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-ewwel konsultazzjoni (l-Artikolu 154(2) TFUE) saret bejn l-1 ta’ Lulju u l-10 ta’ Settembru 2009. It-tieni stadju tal-konsultazzjoni taħt l-Artikolu 154(3) sar bejn l-20 ta’ Mejju u l-5 ta’ Lulju 2010 u twettaq b’mod indipendenti mill-valutazzjoni tal-impatt.

Ir-riżultati jistgħu jitqassru kif ġej:

· B’mod ġenerali, kemm it-trejdjunjins kif ukoll dawk li jħaddmu jaqblu li hemm ħtieġa ġustifikata għal Direttiva ġdida sabiex tħares il-ħaddiema mir-riskji għas-saħħa kkawżati minn espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi. Madankollu, ċertu rappreżentanti ta’ dawk li jħaddmu (SMEs u ċertu organizzazzjonijiet nazzjonali) jindikaw il-preferneza tagħhom għal strumenti li ma jorbtux minflok Direttiva.

· Huwa komunement aċċettat li l-valuri tal-limitu fid-Direttiva attwali huma baxxi wisq u bbażati fuq suppożizzjonijiet konservattivi wisq; iżda waqt li dawk li jħaddmu huma favur li l-limiti ma jkunux daqshekk stretti, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema jridu li l-effetti għas-saħħa fuq perjodu twil jkunu koperti fid-Direttiva tal-ġejjieni.

· Dawk li jħaddmu fis-settur tal-industrija mhumiex favur l-eżenzjoni ta’ ċertu kategoriji ta’ ħaddiema mill-ambitu tad-Direttiva (minbarra l-fabbrikanti tat-tagħmir tal-MRI). Barra dan, il-permess għal derogi minn limiti tal-espożizzjoni f’fergħat speċifiċi (il-kura tas-saħħa) joħloq ċertu problemi għas-settur tal-industrija.

· L-imsieħba soċjali jikkonfermaw li l-ebda kategorija ta’ ħaddiema m’għandhom jiġu esklużi mill-benefiċċji tal-ebda strument legali ġdid, bil-kundizzjoni li l-istrument il-ġdid jagħti l-flessibbiltà meħtieġa sabiex l-attivitajiet ikunu jistgħu jitkomplew.

· Waqt li dawk li jħaddmu huma favur ħafna ta’ approċċ flessibbli li jippermetti wkoll eċċezzjonijiet, l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema jibżgħu li l-flessibbiltà tista’ tnaqqas il-ħarsien tal-ħaddiema minbarra jekk ikun hemm kontrolli stretti.

· L-adattament tal-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni definiti fid-Direttiva attwali huwa aċċettabbli kemm għall-organizzazzjonijiet ta’ dawk li jħaddmu kif ukoll għall-dawk tal-ħaddiema, flimkien mal-introduzzjoni ta’ approċċ ta’ tqassim f’żoni sabiex ikunu jistgħu jsiru evalwazzjonijiet tar-riskju f’sitwazzjonijiet inqas problematiċi. Jeżisti wkoll kunsens dwar l-importanza ta’ gwida tal-operat.

· Il-verifiki mediċi wara sitwazzjonijiet ta’ espożizzjoni żejda ‘l fuq mill-valuri tal-limiti jiġu aċċettati bħala approċċ standard mit-trejdjunjins. L-organizzazzjonijiet ta’ dawk li jħaddmu u l-professjoni medika esprimew dubji dwar jekk dan huwiex raġjonevoli għall-firxa tal-frekwenza baxxa, fejn jista’ jkun diffiċli li jiġu skoperti l-effetti.

· Id-derogi mill-valuri tal-limiti għas-settur mediku sabiex jiġi faċilitat it-trattament MRI jiġu kkunsidrati b’xettiċiżmu minn setturi oħra, waqt li t-trejdjunjins jirrikmandaw klawżola ta’ estinzjoni sabiex tiġi evitata l-erożjoni tal-leġiżlazzjoni protettiva.

· Ġbir u użu tal-kompetenzi

Il-Kummissjoni kkonsultat ma’ esperti xjentifiċi rikonoxxuti fuq livell internazzjonali dwar l-impatt tas-saħħa tar-radjazzjoni elettromanjetika. Il-Kummissjoni nediet ukoll l-istudju msemmi hawn fuq sabiex jiġu determinati l-livelli tal-espożizzjoni għall-persunal mediku u l-impatt tagħhom fuq il-proċeduri użati għall-MRI mediku.

· Evalwazzjoni tal-impatt

Mid-diskussjonijiet u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati, ħarġu l-opzjonijiet li ġejjin:

Opzjoni tal-politika A: ‘Ma għandu jsir xejn’

F’termini prattiċi, dan ifisser li d-Direttiva 2004/40/KE għandha tiġi trasposta sat-30 t’April 2012 fil-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri kollha.

Opzjoni tal-politika B: ‘Direttiva ġdida b’limiti tal-espożizzjoni riveduti’

Id-Direttiva 2004/40/KE tinbidel b’Direttiva ġdida b’valuri tal-limiti tal-espożizzjoni riveduti li huma ogħla minn dawk ta’ qabel, iżda huma konformi mal-evidenza xjentifika.

Opzjoni tal-politika C1: ‘Direttiva ġdida b’limiti tal-espożizzjoni riveduti u eżenzjonijiet parzjali’

Id-Direttiva 2004/40/KE tinbidel b'Direttiva ġdida b’valuri tal-limiti tal-espożizzjoni riveduti ogħla minn dawk ta’ qabel, iżda konformi mal-evidenza xjentifika (bħal fl-opzjoni B). Barra dan, qegħdin jiġu pprovduti eżenzjonijiet kondizzjonali għall-MRI, li madankollu għandhom jibqgħu soġġett għar-rekwiżiti ġenerali tal-ġestjoni tar-riskju tal-EMF u koperti bid-Direttiva l-ġdida.

Opzjoni tal-politika C2: ‘Direttiva ġdida b’limiti tal-espożizzjoni riveduti u eżenzjoni totali għall-MRI’

Id-Direttiva 2004/40/KE tinbidel b'Direttiva ġdida b’valuri tal-limiti tal-espożizzjoni riveduti ogħla minn dawk ta’ qabel, iżda konformi mal-evidenza xjentifika (bħal fl-opzjoni B). L-MRI mediċi jiġu eżentati kompletament mir-rekwiżiti tad-Direttiva EMF.

Opzjoni tal-politika D1: ‘Tibdil tad-Direttiva b'Rakkomandazzjoni'

Id-Direttiva 2004/40/KE tinbidel minn rakkomandazzjonijiet tal-espożizzjoni għal EMF okkupazzjonali li ma jorbtux, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet internazzjonali l-iżjed reċenti. Il-forma ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandha tkun simili għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-espożizzjoni għal EMF tal-pubbliku ġenerali (1999/519/KEE).

Opzjoni tal-politika D2: ‘Ftehimiet volontarji bejn l-imsieħba soċjali’

Id-Direttiva 2004/40/KE tiġi sostitwita bi ftehimiet volontarji fil-livell Ewropew jew dak settorjali bejn l-imsieħba soċjali skont l-Artikolu 154(4) TFUE.

Opzjoni tal-politika E: ‘L-ebda leġiżlazzjoni tal-UE’

Id-Direttiva 2004/40/KE tiġi revokata waqt li d-Direttiva 89/391/KEE (Direttiva Qafas) u d-dispożizzjonijiet regolatorji nazzjonali eżistenti dwar is-suġġett jibqgħu fis-seħħ. In-nuqqas ta’ regolamenti nazzjonali f’ċertu Stati Membri se jippermetti espożizzjonijiet għal EMF okkupazzjonali mingħajr regoli. Għal din l-opzjoni, jista’ jiġi preżunt li pereżempju dawk il-pajjiżi li diġà (parzjalment) implimentaw id-Direttiva tal-EMF ma jirrevokawx il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar l-EMF.

Dawn l-opzjonijiet ġew ikkunsidrati bħala rilevanti mill-partijiet interessati. L-opzjonijiet alternattivi li mhumiex analizzati fid-dettall jinkludu l-adozzjoni ta' approċċ iżjed settorjali, ir-restrizzjoni tal-leġiżlazzjoni għall-provvista ta' tagħmir sigur jew l-iffukar esklussiv fuq strumenti ta' politika 'rotob' bħal kampanji ta' informazzjoni u dokumenti ta' gwida.

Il-proposta attwali hija konformi mal-Opzjoni C1. L-Opzjoni C1 hija aċċettabbli wkoll għall-parti l-kbira tal-partijiet interessati. L-ispejjeż tal-konformità huma ogħla għall-opzjoni E iżda iżjed baxxi minn dawk għall-opzjoni A, u din se tkun is-sitwazzjoni mill-1 ta’ Mejju 2012 jekk id-Direttiva 2004/40/KE tibqa’ fis-seħħ.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Taqsira tal-miżuri proposti

Il-proposta temenda l-artikoli u l-annessi rilevanti tad-Direttiva 2004/40/KE sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija taħt il-punt 1. Minflok ma tagħmel lista twila ta’ emendi kumplessi għad-Direttiva 2004/40/KE, id-Direttiva preżenti tirrevoka u tibdel dik id-Direttiva sabiex jinkiseb test ċar, sempliċi u preċiż, li jkun trasparenti u jiftiehem malajr mill-pubbliku u l-operaturi ekonomiċi.

· Bażi legali

L-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

· Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà sal-punt fejn il-proposta tikkonċerna qasam – il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol – li ma jaqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, peress li d-dispożizzjonijiet tad-direttivi ma jistgħux jiġu emendati jew revokati f’livell nazzjonali.

L-ilħuq tal-għanijiet tal-proposta jistgħu jintlaħqu biss b’azzjoni tal-Unjoni, peress li din il-proposta temenda att tal-liġi tal-UE li fil-preżent huwa fis-seħħ, li ma jistax isir mill-Istati Membri nfushom.

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa rispettat minħabba l-fatt li l-proposta temenda l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

· Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni li ġejja.

L-għan tagħha huwa li tiggarantixxi l-ħarsien tal-ħaddiema esposti għal EMF waqt li tissimplifika l-piż fuq min iħaddem meta mqabbel mas-sitwazzjoni taħt id-Diretttiva 2004/40/KE.

· Għażla tal-istrumenti

Strument propost: direttiva.

L-ebda strument ieħor ma kien ikun adatt. L-għan huwa l-emenda ta’ direttiva u l-uniku mod sabiex isir dan huwa l-adozzjoni ta’ direttiva oħra.

4.           IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni minbarra għal-laqgħat tal-kumitati proposti. L-approprjazzjonijiet se jittieħdu mil-linji baġitarji eżistenti kif isir abitwalment għall-funzjonament tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (linja amministrattiva PROGRESS) u għall-istedina ta’ esperti (linja ġenerali).

5.           Informazzjoni addizzjonali

· Semplifikazzjoni

Il-proposta tikkontribwixxi għas-semplifikazzjoni tal-qafas leġiżlattiv billi tintroduċi proporzjonalità u flessibbiltà xierqa.

· Revoka tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-adozzjoni tal-proposta se timplika r-revoka tad-Direttiva 2004/40/KE.

· Żona Ekonomika Ewropea

L-abbozz tal-istrument jikkonċerna suġġett kopert bil-Ftehim taż-ŻEE u għalhekk għandu jiġi estiż sabiex ikopri ż-Żona Ekonomika Ewropea.

· Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta skont il-kapitolu jew l-artikolu

Din il-proposta temenda numru ta’ artikoli u annessi tad-Direttiva 2004/40/KE.

L-Artikolu 1 tal-proposta jibqa’ kważi l-istess meta mqabbel mad-Direttiva 2004/40/KE u jindirizza l-għan u l-ambitu tal-proposta. Sentenza ġdida fil-paragrafu 2 issemmi b’mod espliċitu l-eżistenza ta’ effetti diretti u indiretti minħabba l-espożizzjoni għal EMF. Iż-żewġ tipi ta’ effetti huma koperti bid-Direttiva.

L-Artikolu 2 jiddefinixxi l-‘kampi elettromanjetiċi’, il-‘valuri tal-limiti tal-espożizzjoni’ u l-‘valuri tal-azzjoni’, kif kien il-każ fid-Direttiva 2004/40/KE. L-artikolu l-ġdid jiddefinixxi wkoll il-‘valuri tal-orjentazzjoni’ introdotti fil-proposta u l-‘effetti avversi għas-saħħa’ u l-‘effetti avversi għas-sigurta’ għal finijiet ta’ kalkolu.

Artikolu 3

Dan l-artikolu jirreferi għall-valuri tal-limitu tal-espożizzjoni u l-valuri tal-azzjoni bħal fid-Direttiva 2004/40/KE. Madankollu, il-paragrafu 1 jistabbilixxi fil-qosor ir-rwoli tal-valuri ġodda tal-orjentazzjoni u l-azzjoni sabiex tintlaħaq il-proporzjonalità meħtieġa mill-partijiet interessati. Dan japplika għall-firxa tal-frekwenza 0 Hz sa 100 kHz. Minn 100 kHz sa 300GHz, il-livelli jibqgħu l-istess bħal fid-Direttiva 2004/40/KE, peress li l-ebda rakkomandazzjoni ma ġiet ippubblikata sa mill-1998.

Il-paragrafu 3 huwa simili għall-paragrafu korrispondenti tad-Direttiva 2004/40/KE iżda ġie adatt sabiex jiġi limitat il-kejl estensiv għall-każijiet fejn ikunu tassew meħtieġa. Fil-prattika dan jissemplifika t-twettiq tal-evalwazzjoni tar-riskju għall-maġġoranza kbira tal-postijiet tax-xogħol.

Il-paragrafu 4 huwa ġdid u jipprovdi eżenzjoni mil-limiti tal-espożizzjoni għas-settur tal-MRI medika u l-attivitajiet relatati, li se jibqgħu soġġetti għall-obbligi kollha.

Il-paragrafu 5 huwa ġdid u jipprovdi d-dritt għall-militar li juża sistema ta’ protezzjoni adatta għas-sitwazzjonijiet speċifiċi tax-xogħol tiegħu (pereżempju r-radars). It-talba saret minn NATO, li tuża sistema ta’ protezzjoni bbażata fuq rakkomandazzjonijiet proposti mill-IEE. Din is-sistema tista’ tiġi kkunsidrata ekwivalenti għas-sistema stabbilita f’din il-proposta.

Il-paragrafu 6 huwa ġdid u jipprovdi derogi temporanji taħt kundizzjonijiet ikkontrollati fejn il-limiti tal-espożizzjoni probabbilment se jinqabżu.

L-Artikolu 4 jikkonċerna d-‘determinazzjoni tar-riskji tal-espożizzjoni u l-evalwazzjoni’ bħal fid-Direttiva 2004/40/KE.

Il-paragrafi 1 sa 3 u 6 ma jinbidlux. Il-paragrafu 4 inbidel ftit sabiex jintlaħaq l-għan ta’ iżjed flessibbiltà u proporzjonalità.

Il-paragrafu 5 ma jinbidilx minbarra l-punt (c), fejn gruppi f’riskju partikolari jiġu definiti b’iżjed preċiżjoni. Minbarra dan, il-limitu f’(d)(ii) li jikkonċerna l-kampi manjetiċi statiċi għar-riskju ta’ projettili minn oġġetti ferromanjetiċi żdied minn 3 għal 30 mT, b’konformità mal-evidenza attwali aġġornata.

L-Artikolu 5 ‘Dispożizzjonijiet immirati sabiex jiġu evitati jew jitnaqqsu r-riskji’ sostanzjalment ma jinbidilx. Saru biss tibdiliet żgħar sabiex tiġi żgurata l-konsistenza.

L-Artikolu 6 dwar l-'Informazjoni u t-taħriġ tal-ħaddiema’ inbidel ftit biss sabiex tiġi żgurata l-konsistenza.

L-istess japplika għall-Artikolu 7 dwar il-‘Konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema’.

L-Artikolu 8 dwar is-‘Sorveljanza tas-saħħa’ ġie emendat sabiex tiġi introdotta distinzjoni bejn espożizzjoni fil-firxa tal-frekwenza baxxa (0 Hz sa 100 kHz) u l-espożizzjoni fil-firxa tal-frekwenza għolja. It-tibdil jikkunsidra l-fatt, ikkonfermat minn esperti mediċi, li l-effetti indotti minn kampi tal-frekwenza baxxa ma jistgħux jiġu osservati ladarba l-ħaddiem ikun ħalla ż-żona tal-espożizzjoni mhux mixtieqa. Għalhekk kwalunkwe ħsara għas-saħħa li tirriżulta minn espożizzjoni bħal din ma tistax tiġi determinata minn eżaminazzjoni medika.

L-Artikolu 9 dwar is-‘Sanzjonijiet’ jibqa’ identiku għall-istess artikolu fid-Direttiva 2004/40/KE. Dan l-artikolu ġie introdott mill-PE waqt id-diskussjonijiet ta’ qabel l-adozzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE.

Artikolu 10 ‘Emendi tekniċi’. Bi tqabbil mal-istess artikolu tad-Direttiva 2004/40/KE, ġie introdott tibdil sinifikanti. L-ewwel paragrafu, li fih referenza għall-proċedura leġiżlattiva stabbilita fl-Artikolu 153(2) rigward l-adozzjoni ta’ modifiki tal-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni, tħassar billi l-proposta nnifisha hija bbażata fuq l-Artikolu 153(2) tat-Trattat u mhuwiex meħtieġ li ssir referenza mill-ġdid għalih fit-termini tal-promulgazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jagħtux setgħa lill-Kummissjoni li tibdel il-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni. Għalhekk kwalunkwe tibdil bħal dan m’għandux jiġi introdott permezz ta’ atti delegati tal-Kummissjoni iżda b’emendi tad-Direttiva skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 153(2) TFUE. Madankollu, il-livelli ta’ referenza effettivi li jistgħu jitkejlu b’mod dirett, jiġifieri l-valuri tal-orjentazzjoni u l-azzjoni, huma kkunsidrati bħala emendi ta’ natura strettament teknika fil-proposta u għalhekk imsemmija taħt il-punt il-ġdid c) miżjud fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10. Dan se jiffaċilta tibdil xieraq u opportun jekk l-għarfien xjentifiku u l-metodi ta' mudelli raffinati jiġġustifikaw semplifikazzjonijiet jew adattamenti f'dan il-qasam. Fid-dawl tar-regoli ġodda tal-‘komitoloġija’ introdotti bit-Trattat ta’ Lisbona, l-emendi purament tekniċi tal-Annessi msemmija fl-Artikolu 10 huma miżuri ta’ ambitu ġenerali maħsuba sabiex jiġu emendati elementi mhux essenzjali tad-Direttiva. Għalhekk jaqgħu taħt l-‘atti delegati’ skont l-Artikolu 290 tal-TFUE, u l-proċedura stabbilita f’dak l-Artikolu (dwar id-delega tas-setgħat) għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ dawk l-emendi tekniċi. Konsegwentement, is-setgħa biex il-Kummissjoni tuża din il-proċedura hija inkluża f’dan l-Artikolu 10, flimkien mal-possibbiltà tal-użu ta' proċedura ta' urġenza msemmija fit-tieni sottoparagrafu ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 11 Il-proċedura antika tal-'komitoloġija’ msemmija fid-Direttiva 2004/40/KE inbidlet b’regoli ġodda dwar id-delega tas-setgħat introdotti bit-Trattat ta’ Lisbona. Konsegwentement, dan l-artikolu jistabbilixxi l-proċedura formali taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE li jikkonċerna l-eżerċizzju tas-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tadotta atti delegati maħsuba sabiex jemendaw id-Direttiva billi jsiru emendi purament tekniċi għall-Annessi tagħha.

L-Artikolu 12 ta’ qabel tad-Direttiva 2004/40/KE, ‘Rapporti’ tneħħa peress li ġie revokat bl-Artikolu 3(20) tad-Direttiva 2007/30/KE. Id-dispożizzjonijiet għar-rapporti ta' implimentazzjoni għad-Direttivi individwali kollha skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE issa jinsabu fl-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.

L-Artikolu 12 ‘Proċedura urġenti’ jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tal-proċedura ta’ urġenza taħt is-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati. Il-possibbiltà li l-proċedura ta’ urġenza tintuża hija aċcettata fil-qasam tal-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà skont il-Fehim Komuni dwar atti delegati interistituzzjonali. Din il-possibbiltà diġà kienet ipprovduta mid-Direttiva l-qadima dwar l-EMF 2004/40. Għandha tintuża biss f'każijiet eċċezzjonali, fejn raġunijiet imperativi ta' urġenza jirrikjedu dan, bħal riskji imminenti possibbli għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jinħolqu mill-espożizzjoni tagħhom għal kampi elettromanjetiċi.

L-Artikolu 13 huwa ġdid u jirreferi għall-ħtieġa li tiġi stabbilita gwida prattika sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tad-Direttiva. Din il-prattika digà hija segwita f’direttivi oħra, b’mod partikolari fid-Direttiva 2006/25/KE l-iżjed reċenti dwar l-aġenti fiżiċi (radjazzjoni ottika artifiċjali).

l-Artikoli 14, 15, 16 u 17 huma dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-rappuratġġ, it-traspożizzjoni, ir-revoka tad-Direttiva 2004/40/KE u d-dħul fis-seħħ.

L-Anness I jintroduċi numru ta’ kwantitajiet fiżiċi mhux inklużi fit-test ewlieni (Artikolu 2). Din l-opzjoni hija kkunsidrata preferibbli għal koerenza aħjar tat-test tal-proposta.

L-Anness II huwa parti importanti mill-proposta minħabba li jistabbilixxi l-elementi kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata iżjed flessibbiltà u proporzjonalità fil-firxa tal-frekwenza minn 0 Hz sa 100 kHz. Huwa jintroduċi fil-prattika s-sistema ta’ ‘tqassim f’żoni’ appoġġjata mill-parti l-kbira tal-partijiet interessati flimkien ma’ miżuri sabiex jiġu faċilitati proċeduri tal-evalwazzjoni tar-riskju kull meta jkun possibbli.

L-Anness III jkopri t-tarf għoli tal-medda tal-frekwenza. Billi ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjonijiet internazzjonali ġodda matul is-snin reċenti f’dan il-qasam, it-tibdil huwa limitat għal preżentazzjoni differenti u ċertu elementi sabiex jiġi faċilitat ix-xogħol ta’ min iħaddem.

L-Anness IV huwa speċifiku għar-reżonanza manjetika medika (MR). Huwa maħsub sabiex jiżgura l-applikazzjoni mingħajr tfixkil u armonizzata ta’ miżuri xierqa ta’ ħarsien kwalitattiv f’ambjent ikkontrollat.

L-Anness V jinkludi lista ta’ atti leġiżlattivi li jemendaw id-Direttiva 2004/40/KE (imsemmija fl-Artikolu 15) u tabella ta’ korrelazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/40/KE, kif emendat, u din il-proposta.

2011/0152 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-XX Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 153(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummmissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[5],

Huma u jaġixxu skont il-proċedura tal-leġiżlazzjoni ordinarja,

Billi:

(1)       Skont it-Trattat il-Kunsill jista’, permezz ta’ direttivi, jadotta rekwiżiti minimi għat-tħeġġiġ ta’ titjib, b’mod speċjali fl-ambjent tax-xogħol, sabiex jiggarantixxi livell aħjar ta’ ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Direttivi bħal dawn isiru sabiex jiġu evitati restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali imponenti b’mod li jżommu lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ impriżi ta’ daqs żgħir u medju.

(2)       L-Artikolu 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li kull ħaddiem għandu d-dritt li jaħdem f'kundizzjonijiet li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu.

(3)       Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’April 2004 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu mill-aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi)[6], ġie espress tħassib serju mill-partijiet interessati, b’mod partikolari mill-komunità medika, dwar l-impatt potenzjali tal-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva dwar l-użu ta’ proċeduri mediċi bbażati fuq immaġini mediċi. Ġie espress tħassib ukoll dwar l-impatt tad-Direttiva fuq ċertu attivitajiet individwali.

(4)       Il-Kummissjoni eżaminat b’attenzjoni l-argumenti mressqa mill-partijiet interessati u wara ħafna konsultazzjonijiet iddeċidiet li tikkunsidra mill-ġdid bir-reqqa ċertu dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/40/KE, fuq il-bażi ta’ informzzjoni xjentifika ġdida prodotta minn esperti rikonoxxuti fuq livell internazzjonali.

(5)       Id-Direttiva 2004/40/KE ġiet emendata bid-Direttiva 2008/46/KE tat-23 ta’April 2008[7], bl-effett li l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/40/KE ġiet posposta b’erba’ snin. Dan għandu jippermetti lill-Kummissjoni tippreżenta proposta ġdida, u lill-koleġiżlaturi jadottaw direttiva ġdida bbażata fuq evidenza iżjed reċenti u affidabbli.

(6)       Id-Direttiva 2004/40/KE għandha tiġi revokata u għandhom jiġu introdotti miżuri iżjed xierqa u proporzjonali għall-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji assoċjati mal-kampi elettromanjetiċi. Madankollu, ma tindirizzax l-effetti fuq perjodu twil, inklużi effetti kanċeroġeniċi possibbli tal-espożizzjoni għal kampi elettriċi, manjetiċi u elettromanjetiċi li jvarjaw fil-ħin, li għalihom attwalment ma hemm l-ebda evidenza xjentifika konklużiva li tistabbilixxi relazzjoni kawżali. Il-miżuri preżenti għandhom ikunu maħsuba mhux biss sabiex jiġu żgurati s-saħħa u s-sigurtà ta’ kull ħaddiem fuq bażi individwali, iżda wkoll għall-ħolqien ta’ bażi minima ta’ ħarsien għall-ħaddiema kollha tal-Unjoni, waqt li jitnaqqsu d-distorsjonijiet possibbli tal-kompetizzjoni.

(7)       Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi, u b’hekk tiġi pprovduta l-opzjoni lill-Istati Membri li jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet iżjed favorevoli għall-ħarsien tal-ħaddiema, b’mod partikolari l-iffissar ta’ valuri iżjed baxxi għall-valuri tal-orjentazzjoni u l-valuri tal-azzjoni jew il-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi. Madankollu, l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandhiex isservi bħala ġustifikazzjoni tal-ebda rigress rigward is-sitwazzjoni li diġà teżisti f’kull Stat Membru.

(8)       Sistema ta’ ħarsien kontra l-kampi elettromanjetiċi għandha tillimita ruħha għal definizzjoni, ħielsa minn dettall żejjed, tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu, il-prinċipji li jkollhom jiġu osservati u l-valuri fundamentali li jkollhom jiġu applikati, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw rekwiżiti minimi b’mod ekwivalenti.

(9)       Il-ħarsien tal-ħaddiema esposti għal kampi elettromanjetiċi jeħtieġ it-twettiq ta' evalwazzjoni tar-riskju effikaċi u effiċjenti. Madankollu, dan l-obbligu għandu jkun proporzjonali mas-sitwazzjoni li wieħed jiltaqa’ magħha fuq il-post tax-xogħol. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi definita sistema ta' ħarsien li tiggrada l-livell ta' riskju b'mod sempliċi u li jiftiehem. Konsegwentement, ir-referenza għal numru ta’ indikaturi u sitwazzjonijiet standard tista’ tassisti b’mod utli lil min iħaddem fl-ilħuq tal-obbligi tiegħu.

(10)     L-effetti mhux mixtieqa fuq il-ġisem tal-bniedem jiddependu fuq il-frekwenza tal-kamp elettromanjetiku jew ir-radjazzjoni li għaliha jkun espost, minn 0 Hz sa 100 kHz u 'l fuq minn 100 kHz, għalhekk jeħtieġ li żewġ sistemi differenti ta’ limitu tal-espożizzjoni jiġu kkunsidrati għall-ħarsien tal-ħaddiema esposti għall-kampi elettromanjetiċi.

(11)     Il-livelli tal-espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi jistgħu jitnaqqsu b’iżjed effikaċja billi jiġu inkorporati miżuri preventivi fid-disinn tal-istazzjonijiet tax-xogħol u bl-għażla ta’ taghmir, proċeduri u metodi tax-xogħol sabiex tingħata prijorità għat-tnaqqis tar-riskji fis-sors. Għalehekk id-dispożizzjonijiet relatati mat-tagħmir u l-metodi tax-xogħol jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ħaddiema involuti. Madankollu hemm ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-evalwazzjonijiet, fejn it-tagħmir tax-xogħol jilħaq ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-UE li tistabbilixxi livelli ta’ sigurtà iżjed severi minn dawk ipprovduti minn din id-Direttiva u b’mod speċjali bid-Direttivi 1999/5/KE u 2006/95/KE. Dan jippermetti evalwazzjoni semplifikata fi grupp kbir ta’ każijiet.

(12)     Dawk li jħaddmu għandhom jagħmlu aġġustamenti fid-dawl tal-progress tekniku u l-għarfien xjentifiku dwar ir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi, bl-għan li jittejbu s-sigurtà u s-saħħa għall-ħarsien tal-ħaddiema.

(13)     Billi din id-Direttiva hija Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri għat-tħeġġiġ ta' titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol[8], dik id-Direttiva għalhekk tapplika għall-espożizzjoni tal-ħaddiema għall-kampi elettromanjetiċi, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet iżjed stretti u/jew speċifiċi li jinsabu f’din id-Direttiva.

(14)     Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex tingħatalha s-setgħa li tagħmel emendi purament tekniċi tal-Annessi ta’ din id-Direttiva, b'konformità mal-adozzjoni ta' direttivi fil-qasam tal-armonizzazzjoni u l-istandardizzazjoni tekniċi u bħala riżultat tal-progress tekniku, it-tibdil fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej armonizzati l-iżjed rilevanti u s-sejbiet xjentifiċi ġodda li jikkonċernaw il-kampi elettromanjetiċi, kif ukoll sabiex taġġusta l-valuri tal-orjentazzjoni u l-azzjoni u l-listi relatati ta' attivitajiet, il-postijiet tax-xogħol u t-tipi ta' tagħmir. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet waqt ix-xogħol preparatorju, inkluż f’livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, opportuna u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(15)     F’każijiet eċċezzjonali, meta raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jirrikjedu dan, bħal riskji imminenti possibbli għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema li jinħolqu mill-espożizzjoni tagħhom għal kampi elettromanjetiċi, għandha tingħata l-possibbiltà li tiġi applikata l-proċedura ta' urġenza għall-atti delegati adottati mill-Kummissjoni.

(16)     Sistema li tinkludi l-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni, il-valuri tal-orjentazzjoni u l-valuri tal-azzjoni, kull fejn tkun applikabbli, għandha tiġi kkunsidrata bħala mezz li jiffaċilita l-forniment ta' protezzjoni ta' livell għoli kontra l-effetti avversi stabbiliti fuq is-saħħa li jistgħu jirriżultaw minn espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi. Iżda sistema bħal din tista’ tiġi f’konflitt ma’ kundizzjonijiet speċifiċi f’ċerti attivitajiet, bħal proċeduri mediċi li jużaw tekniki tar-reżonanza manjetika jew operazzjonijiet militari fejn tkun meħtieġa interoperabilità u fejn standards aċċettati fuq livell internazzjonali li jipprovdu protezzjoni ekwivalenti tal-ħaddiema soġġetti għal sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ espożizzjoni jkunu diġà stabbiliti. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu kkunsidrati dawn il-kundizzjonijet partikolari.

(17)     Sistema li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni rigward l-effetti avversi għas-saħħa li jistgħu jirriżultaw minn espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi għandha tikkunsidra b’mod xieraq gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema u tevita problemi ta’ interferenza jew effetti fuq il-funzjonament ta’ strumenti mediċi bħal protesijiet metalliċi, pacemakers u defibrillaturi kardijaċi, impjanti kokleari u impjanti oħra. Jistgħu jinħolqu problemi ta’ interferenza b’mod speċjali bil-pacemakers f’livelli taħt il-valuri tal-orjentazzjoni u l-azzjoni u għalhekk għandhom ikunu l-oġġett ta’ prekawzjonijiet xierqa u miżuri protettivi.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Suġġett u ambitu

1.         Din id-Direttiva, li hija l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema minn riskji għas-saħħa u s-sigurtà tagħhom li jinħolqu jew huwa probabbli li jinħolqu minn espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz) waqt xogħolhom.

2.         Din id-Direttiva hija relatata mar-riskji diretti għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minħabba effetti avversi magħrufa fuq perjodu qasir fil-ġisem tal-bniedem ikkawżati minn kampi elettriċi jew manjetiċi indotti, permezz tal-assorbiment ta’ enerġija u permezz ta’ kurrenti ta’ kuntatt. Tkopri wkoll effetti indiretti fuq is-saħħa u s-sigurtà.

3.         Din id-Direttiva ma tindirizzax effetti fuq perjodu twil.

4.         Din id-Direttiva ma tindirizzax ir-riskji li jirriżultaw minn kuntatt ma’ kundutturi li fihom il-kurrent.

5.         Id-Direttiva 89/391/KEE għandha tapplika bis-sħiħ għall-qasam kollu msemmi fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet iżjed stretti u/jew iżjed speċifiċi inklużi f’din id-Direttiva.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

1.         Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)        ‘kampi elettromanjetiċi’: kampi statiċi elettriċi, statiċi manjetiċi u elettriċi li jvarjaw fil-ħin, manjetiċi u elettromanjetiċi bi frekwenzi li jaslu sa 300 GHz;

(b)        ‘effetti avversi għas-saħħa’: effetti bijoloġiċi li għandhom effett ħażin fuq il-benesseri mentali, fiżiku u/jew ġenerali tal-ħaddiema esposti. F’din id-Direttiva, qegħdin jiġu kkunsidrati l-effetti fuq perjodu qasir biss.

(c)        “effetti avversi fuq is-sigurtà”: effetti li joħolqu disturb temporanju jew li jaffettwaw il-konjizzjoni jew funzjonijiet oħra tal-moħħ jew il-muskoli u għalhekk jistgħu jaffettwaw l-abbiltà ta' ħaddiem li jaħdem b'mod sigur;

(c)        ‘effett dirett’ effett fuq il-ġisem tal-bniedem ipprovokat direttament bil-preżenza ta’ kamp manjetiku jew elettriku qawwi, pereżempju l-istimolu ta’ muskoli, nervi jew organi sensitorji, it-tisħin tat-tessuti, sturdament jew uġigħ ta’ ras;

(d)        ‘effett indirett’: effett fuq oġġett, minħabba l-preżenza ta’ kamp elettriku jew manjetiku qawwi, li jista’ jsir il-kawża ta’ perikolu għas-sigurtà jew is-saħħa, pereżempju kurrenti ta’ kuntatt, projettili ferromanjetiċi jew interferenza ma’ strumenti mediċi li jistgħu jiddaħlu fil-ġisem.

(e)        ‘Valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni’: il-limiti fuq l-espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi li ġew stabbiliti fuq il-bażi ta’ effetti magħrufa fuq is-saħħa u kunsiderazzjonijiet bijoloġiċi. Il-konformità mal-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa tiżgura li l-ħaddiema esposti għal kampi elettromanjetiċi jkunu mħarsa kontra l-effetti magħrufa kollha fuq is-saħħa. Il-konformità mal-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti fuq is-sigurtà tiżgura li l-ħaddiema esposti għall-kampi elettromanjetiċi jiġu mħarsa kontra l-effetti avversi magħrufa kollha fuq is-saħħa u s-sigurtà.

(f)         ‘valur tal-orjentazzjoni’ u ‘valur tal-azzjoni’: parametri li jistgħu jitkejlu direttament – li jiddependu fuq il-frekwenza -, li d-daqs tagħhom jiġi stabbilit f'termini ta' saħħa tal-kamp elettriku (E), is-saħħa tal-kamp manjetiku (H), id-densità tal-fluss manjetiku (B) u d-densità tal-qawwa tal-enerġija (S), u li fihom miżura waħda jew iżjed minn waħda speċifikati f'din id-Direttiva għandom jittieħdu,

2.         Il-“valur tal-orjentazzjoni” imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 1 jikkorrispondi għal livell ta' kamp fejn ma għandu jiġi osservat l-ebda effett avvers fuq is-saħħa taħt kundizzjonijiet normali ta' ħidma u għal persuni li ma jkunux parti minn grupp f'riskju partikolari. Bħala konsegwenza, il-profondità tal-evalwazzjoni tar-riskju tista' titnaqqas għal minimu. Il-konformità mal-valur tal-orjentazzjoni tiggarantixxi konformità mal-valuri tal-limitu ta' espożizzjoni rilevanti għall-effetti fuq is-sigurtà u s-saħħa.

Il-“valur tal-azzjoni” imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafi 1 jikkorrispondi għall-kamp massimu li jista’ jitkejjel b’mod dirett li għalih il-konformità awtomatika mal-valur tal-limiti ta’ espożizzjoni hija garantita. Kwalunkwe livell ta’ espożizzjoni bejn il-“valur tal-orjentazzjoni” u l-“valur tal-azzjoni” jirrikjedi iżjed evalwazzjonijiet estensivi u miżuri preventivi. Il-konformità mal-valur tal-azzjoni tiggarantixxi konformità mal-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa.

Artikolu 3 Valuri tal-limitu ta’ espożizzjoni, valuri tal-orjentazzjoni u valuri tal-azzjoni

1.         Il-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni kif ukoll il-valuri tal-orjentazzjoni u l-azzjoni kemm għall-kampi elettriċi kif ukoll għal dawk manjetiċi fil-firxa ta’ frekwenza minn 0 sa 100 kHz għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.

Għal-livelli ta’ espożizzjoni ogħla mill-valur tal-azzjoni, verifiki xierqa għandhom juru li l-livell ta’ espożizzjoni ma jkunx qed jaqbeż il-valur rilevanti tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa. Għal-livelli ta’ espożizzjoni ogħla mill-valur tal-orjentazzjoni, verifiki xierqa għandhom juru li l-espożizzjoni ma tkunx qiegħda taqbeż il-valuri rilevanti tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti fuq is-sigurtà u s-saħħa jew billi jintwera li l-livell ta’ espożizzjoni huwa taħt il-valur tal-azzjoni. Fil-każ tal-aħħar, għandhom jiġu adottati miżuri preventivi u informazzjoni lill-ħaddiema.

2.         Il-valuri tal-limiti ta' espożizzjoni u l-valuri tal-azzjoni kemm għall-kampi elettriċi kif ukoll għal dawk manjetiċi fil-firxa ta' frekwenza minn 100 kHz sa 300 GHz għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness III.

Għall-espożizzjoni ta’ livelli ogħla mil-livell tal-azzjoni, verifiki xierqa għandhom juru li l-espożizzjoni mhijiex taqbeż il-valur tal-limiti ta' espożizzjoni rilevanti għall-effetti fuq is-saħħa.

3.         Għall-evalwazzjoni, il-kejl u/jew il-kalkolu tal-livelli ta’ espożizzjoni tal-ħaddiema għall-kampi elettromanjetiċi li probabbilment ikunu iżjed baxxi b’mod sinifikanti mill-valur tal-azzjoni, jistgħu jintużaw metodi sempliċi. Għall-każijiet l-oħra fejn il-livell ta’ espożizzjoni probabbilment ikun qrib jew ogħla mill-valur tal-azzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħtu gwida bbażata fuq standards Ewropej armonizzati disponibbli stabbiliti mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CENELEC) jew fuq standards jew linji gwida oħra bbażati fuq metodi xjentifiċi.

4.         Permezz ta’ deroga, il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-applikazzjonijiet mediċi li jużaw l-effett tar-reżonanza manjetika u l-attivitajiet relatati li ġejjin: ittestjar tas-sistema integrali qabel ir-rilaxx għall-attivitajiet tat-trasport marittimu, l-installazzjoni, it-tindif, il-manutenzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp. F’dawn il-każijiet partikolari, għandhom jiġu stabbiliti miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni. Għal dan il-għan il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-gruppi ta’ ħidma eżistenti u tipproċedi skont il-miżuri stabbiliti fl-Anness IV.

5.         Permezz ta’ deroga, il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx japplikaw għall-forzi armati fl-Istati Membri fejn sistema ta’ protezzjoni ekwivalenti u iżjed speċifika bħall-istandard STANAG 2345 tan-NATO tkun diġà twaqqfet u ġiet implimentata. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-eżistenza u l-implimentazzjoni effettiva ta’ sistemi ta' protezzjoni bħal dawn meta jkunu qegħdin jinnotifikaw it-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 14.

6.         Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5, il-ħaddiema ma jistgħux jiġu esposti għal valur ogħla mill-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti tas-saħħa. Għal sitwazzjonijiet speċifiċi fejn dawn il-valuri jistgħu jinqabżu b’mod temporanju, l-Istati Membri jistgħu jwaqqfu sistema li tawtorizza xogħol taħt kundizzjonijiet ikkontrollati u fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni komprensiva tar-riskji li tistabbilixxi l-livelli ta’ espożizzjoni effettivi u l-probabbiltà li jseħħu u li tqabbilhom mal-valuri tal-limiti ta' espożizzjoni definiti fl-Annessi II u III. Sitwazzjonijiet speċifiċi bħal dawn għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 17a tad-Direttiva 89/391/KEE.

KAPITOLU II

OBBLIGI TA’ MIN IĦADDEM

Artikolu 4 Determinazzjoni tal-espożizzjoni u evalwazzjoni tar-riskji

1.         Fit-twettiq tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 6(3) u 9(1) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jevalwa u, jekk ikun meħtieġ, ikejjel u/jew jikkalkula l-livelli tal-kampi elettromanjetiċi li għalihom ikunu esposti l-ħaddiema. L-evalwazzjoni, il-kejl u l-kalkoli jistgħu isiru bl-użu tal-gwida pprovduta fl-Annessi II u III. Għal każijiet speċifiċi mhux imsemmija f’dawn l-Annessi, min iħaddem jista’ juża standards Ewropej armonizzati stabbiliti minn CENELEC għal sitwazzjonijiet ta’ evalwazzjoni, kejl u kalkoli rilevanti. Min iħaddem għandu jkun intitolat ukoll għall-użu ta’ standards jew linji gwida bbażati fuq metodi xjentifiċi jekk dan ikun rikjest mill-Istat Membru kkonċernat. Meta jkun rilevanti, min iħaddem għandu jikkunsidra wkoll il-livelli ta’ emissjoni u dejta oħra relatata mas-sigurtà pprovduti mill-fabbrikanti tat-tagħmir skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

2.         Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tal-livelli tal-kampi elettromanjetiċi mwettqa skont il-paragrafu 1, jekk kwalunkwe wieħed mill-valuri tal-azzjoni msemmija fl-Annessi II u III jinqabeż, min iħaddem għandu jagħmel iktar evalwazzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, jikkalkula jekk il-valuri tal-limiti ta' espożizzjoni għall-effetti tas-saħħa jkunux qed jinqabżu.

3.         L-evalwazzjoni, il-kejl u/jew il-kalkoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx għalfejn isiru fil-postijiet tax-xogħol miftuħa għall-pubbliku bil-kundizzjoni li tkun diġà saret evalwazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE tat-12 ta’ Lulju 1999 dwar il-limitu tal-espożizzjoni tal-pubbilku ġenerali għall-kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz)[9], u r-restrizzjonijiet kif speċifikati fiha jiġu rispettati għall-ħaddiema u jiġu esklużi r-riskji għas-sigurtà. Fejn it-tagħmir, maħsub għall-pubbliku u li jikkonforma mal-leġiżlazzjoni dwar il-prodotti tal-UE u b’mod speċjali d-Direttivi 1999/5/KE u 2006/95/KE jkun qed jintuża kif maħsub dawn il-kundizzjonijiet ikunu qegħdin jintlaħqu.

4.         L-evalwazzjoni, il-kejl u/jew il-kalkoli msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ppjanati u mwettqa minn servizzi jew persuni kompetenti f’intervalli adatti, b’kunsiderazzjoni tal-gwida mogħtija fl-Annessi II u III u b’kunsiderazzjoni partikolari tal-Artikoli 7 u 11 tad-Direttiva 89/391/KKE li tikkonċerna s-servizzi jew il-persuni kompetenti meħtieġa u l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema. Id-dejta miksuba mill-evalwazzjoni, il-kejl u/jew il-kalkoli tal-livell ta’ espożizzjoni għandha tiġi ppreservata f’forma adatta sabiex tippermetti konsultazzjoni fi stadju iktar tard.

5.         Skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jagħti attenzjoni partikolari, meta jkun qed iwettaq l-evalwazzjoni tar-riskju, għal dan li ġej:

(a)        il-medda tal-frekwenza u l-livell, id-dewmien u t-tip ta’ espożizzjoni;

(b)        il-valuri tal-limiti ta' espożizzjoni u l-valuri tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 3 u l-Annessi II u III ta’ din id-Direttiva;

(c)        kwalunkwe effett li jikkonċerna s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f’riskju partikolari bħall-ħaddiema li jkunu ddikjaraw lil min iħaddem li huma jkollhom fuqhom Strument Mediku Attiv Impjantat fil-Ġisem u n-nisa li jkunu dikjaraw li jkunu tqal;

(d)        kwalunkwe effett indirett, bħal:

(i)       interferenza ma’ tagħmir u strumenti mediċi elettroniċi (inkluż pacemakers kardijaċi u strumenti oħra impjantati fil-ġisem kif imsemmi fil-punt (c));

(ii)      ir-riskju ta’ projettili minn oġġetti ferromanjetiċi f’kampi manjetiċi statiċi b’densità tal-fluss manjetiku ikbar minn 30 mT;

(iii)     l-inizjazzjoni ta' strumenti elettro-esplożivi (detonaturi);

(iv)     nirien u splużjonijiet li jirriżultaw mit-tqabbid ta' materjali li jieħdu n-nar permezz ta' xrar ikkawżat minn kampi indotti, kurrenti ta' kuntatt jew skariki ta’ xrar;

(e)        l-eżistenza ta’ tagħmir ta’ sostituzzjoni maħsub sabiex inaqqas il-livell ta’ espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi;

(f)         informazzjoni xierqa miksuba mis-sorveljanza tas-saħħa, inkluż informazzjoni ppubblikata;

(g)        sorsi multipli ta’ espożizzjoni;

(h)        espożizzjoni simultanja għall-kampi ta’ frekwenza multipla.

6.         Min iħaddem għandu jkun fil-pussess ta’ evalwazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 89/391/KEE u għandu jidentifika liema miżuri għandhom jittieħdu skont l-Artikoli 5 u 6 ta’ din id-Direttiva. L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tiġi rreġistrata fuq mezz adatt, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali. Tista’ tinkludi ġustifikazzjoni min-naħa ta’ min iħaddem li minħabba n-natura u l-limitu tar-riskji relatati mal-kampi elettromanjetiċi evalwazzjoni dettaljata oħra tar-riskji ma tkunx meħtieġa. L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari, b’mod parikolari jekk ikun hemm tibdil sinifikanti li minħabba fih tkun skadiet, jew meta r-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa juru li dan ma jkunx meħtieġ.

Artikolu 5 Dispożizzjonijiet immirati għall-evitar jew it-tnaqqis tar-riskji

1.         B’kunsiderazzjoni tal-progress tekniku u d-disponibbiltà ta’ miżuri għall-kontroll tal-produzzjoni tal-kampi elettromanjetiċi fis-sors, l-espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi għandha tiġi eliminata jew imnaqqsa għal livell minimu.

It-tnaqqis tar-riskji li jinħolqu minn espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni stabbiliti fid-Direttiva 89/391/KEE.

2.         Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4, ladarba l-valuri tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 3 u l-Annessi II u III jinqabżu, min iħaddem, ħlief jekk l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 4(2) turi li l-valuri tal-limiti ta' espożizzjoni ma jkunux qegħdin jinqabżu u li r-riskji tas-sigurtà jistgħu jiġu esklużi, għandu joħloq u jimplimenta pjan ta' azzjoni li jkun jinkludi miżuri tekniċi u/jew organizzattivi għall-prevenzjoni ta' espożizzjoni ogħla mill-valuri tal-limiti ta' espożizzjoni, b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari ta’:

(a)        metodi oħra ta’ ħidma li jimplikaw inqas espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi;

(b)        l-għażla ta’ tagħmir li jarmi inqas kampi elettromanjetiċi, b’kunsiderazzjoni tax-xoghol li għandu jsir;

(c)        miżuri tekniċi għat-tnaqqis tal-emissjoni ta’ kampi elettromanjetiċi, inkluż, fejn meħtieġ, l-użu ta’ apparati li jippermettu l-ibblokkjar, ilqugħ jew mekkaniżmi simili għall-ħarsien tas-saħħa;

(d)        programmi xierqa ta’ manutenzjoni għat-tagħmir tax-xogħol, il-postijiet tax-xogħol u s-sistemi tal-istazzjon tax-xogħol;

(e)        id-disinn u l-arranġament tal-postijiet tax-xogħol u l-istazzjonijiet tax-xogħol;

(f)         il-limitu tad-dewmien u l-intensità tal-espożizzjoni;

(g)        id-disponibbiltà ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali adegwat.

3.         Fuq il-bażi tal-evalwazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4, il-postijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema jistgħu jiġu esposti għal kampi elettromanjetiċi li jaqbżu l-valuri tal-orjentazzjoni jew l-azzjoni għandhom jiġu indikati permezz ta’ sinjali xierqa skont l-Annessi II u III u d-Direttiva tal-Kunsill 92/58/KEE tal-24 ta’ Ġunju 1992 dwar ir-rekwiżiti minimi għall-forniment ta’ sinjali tas-sigurtà u/jew is-saħħa (id-disa’ Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) [10]. Iż-żoni inkwistjoni għandhom jiġu identifikati u l-aċċess għalihom għandu jiġi limitat kif xieraq. Fejn l-aċċess għal dawn iż-żoni jiġi ristrett kif xieraq għal raġunijiet oħra s-sinjali u r-restrizzjonijiet għall-aċċess speċifiċi għall-kampi elettromanjetiċi mhumiex meħtieġa.

4.         Fi kwalunkwe eventwalità, il-ħaddiema m’għandhomx jiġu esposti għal valuri ogħla mill-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa ħlief jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet taħt l-Artikolu 3(6). Jekk, minkejja l-miżuri meħuda minn min iħaddem sabiex jikkonforma ma’ dan id-Direttiva, il-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa jinqabżu, min iħaddem għandu jieħu azzjoni immedjata sabiex inaqqas l-espożizzjoni sakemm jintlaħaq livell taħt il-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni. Min iħaddem għandu jidentifika r-raġunijiet għaliex il-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa jkunu nqabżu, u għandu jemenda l-miżuri ta’ protezzjoni u prevenzjoni skont il-każ sabiex ma jħallix li jinqabżu għal darb'oħra.

5.         Skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jadatta l-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu u l-Annessi II u III għar-rekwiżiti tal-ħaddiema f'riskju partikolari.

Artikolu 6 L-għotja ta’ informazzjoni u taħriġ lill-ħaddiema

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 10 u 12 tad-Direttiva 89/391/KEE, min iħaddem għandu jiżgura li l-ħaddiema li jkunu esposti għal riskji minn kampi elettromanjetiċi fuq il-post tax-xogħol u/jew ir-rappreżentanti tagħhom jirċievu kwalunkwe informazzjoni u taħriġ meħtieġa relatati mar-riżultat tal-evalwazzjoni tar-riskju pprovdut fl-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva, li jikkonċernaw b’mod partikolari:

(a)        il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b)        il-valuri u l-kunċetti tal-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni, il-valuri tal-orjentazzjoni u l-valuri tal-azzjoni, ir-riskji potenzjali assoċjati u l-miżuri preventivi meħuda;

(c)        ir-riżultati tal-evalwazzjoni, il-kejl u/jew il-kalkoli tal-livelli ta’ espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi mwettqa skont l-Artikolu 4(1) u (2) ta' din id-Direttiva;

(d)        kif għandhom jiġu skoperti l-effetti avversi għas-saħħa tal-espożizzjoni u kif għandhom jiġu rrapurtati;

(e)        iċ-ċirkostanzi li fihom il-ħaddiema huma intitolati għas-sorveljanza tas-saħħa;

(f)         prattiki tal-ħidma siguri sabiex jiġu minimizzati r-riskji minn espożizzjoni.

Artikolu 7 Konsultazzjoni u parteċipazzjoni tal-ħaddiema

Il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom isiru skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 89/391/KEE.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 8 Sorveljanza tas-saħħa

1.         Bl-għan li jsiru prevenzjoni u dijanjożi bikrija ta’ kwalunkwe effett avvers fuq is-saħħa minħabba espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi, għandha ssir sorveljanza tas-saħħa xierqa skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 89/391/KEE.

Għall-espożizzjonijiet fil-firxa tal-frekwenza li tasal sa 100 kHz, kwalunkwe effett fuq is-saħħa mhux mixtieq jew mhux mistenni rrapurtat mill-ħaddiema għandu jiġi trażmess lill-persuna inkarigata mis-sorveljanza medika li għandha tieħu l-azzjoni xierqa skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.

Għal espożizzjoni fil-firxa minn 100 kHz sa 300 GHz, u fi kwalunkwe eventwalità fejn tiġi skoperta espożizzjoni ogħla mill-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni, għandha ssir disponibbli eżaminazzjoni medika għall-ħaddiem(a) kkonċernat(i) skont il-liġi u l-prattika nazzjonali. Jekk tiġi skoperta ħsara għas-saħħa minn espożizzjoni, għandha ssir evalwazzjoni mill-ġdid tar-riskji min-naħa ta’ min iħaddem skont l-Artikolu 4.

2.         Min iħaddem għandu jieħu miżuri xierqa sabiex jiżgura li t-tabib u/jew l-awtorità medika responsabbli għas-sorveljanza tas-saħħa jkollhom aċċess għar-riżultati tal-evalwazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 4.

3.         Ir-riżultati tas-sorveljanza tas-saħħa għandhom jinżammu f’forma adatta sabiex tkun tista’ ssir konsultazzjoni f’data iktar tard, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità. Il-ħaddiema individwali, fuq talba tagħhom, għandu jkollhom aċċess għar-rekords personali dwar saħħithom.

Artikolu 9 Sanzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jipprovdu sanzjonijiet adegwati li għandhom jiġu applikati fl-eventwalità ta' ksur tal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont din id-Direttiva. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonali u dissważivi.

Artikolu 10 Emendi tekniċi tal-Annessi

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 11 sabiex tagħmel emendi tal-Annessi ta’ natura purament teknika sabiex:

(a) tikkunsidra l-adozzjoni ta’ Direttivi fil-qasam tal-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tekniċi rigward id-disinn, il-bini, il-manifattura jew il-kostruzzjoni ta’ tagħmir tax-xogħol jew postijiet tax-xogħol;

(b) tikkunsidra l-progress tekniku, it-tibdil fl-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet Ewropej armonizzati rilevanti, u sejbiet xjentifiċi ġodda li jikkonċernaw il-kampi elettromanjetiċi;

(c) tagħmel aġġustamenti tal-valuri tal-orjentazzjoni u l-azzjoni bil-kundizzjoni li tinżamm konformità mal-valuri eżistenti tal-limiti ta’ espożizzjoni, u tal-listi relatati ta’ attivitajiet, postijiet tax-xogħol u tipi ta’ tagħmir imsemmija fl-Annessi II u III.

Fejn, fil-każ ta' emendi purament tekniċi tal-Annessi msemmija fl-ewwel sottoparagrafu, raġunijiet imperativi ta' urġenza jirrikjedu dan, il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 12 għandha tapplika għall-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu.

Artikolu 11

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10 għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien mhux determinat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva preżenti]

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 10 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 10 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 12

Proċedura ta’ urġenza

1. L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta’ att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(5). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni li ssir oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13 Gwida prattika

Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod partikolari t-twettiq tal-evalwazzjoni tar-riskju, il-Kummissjoni għandha tfassal gwidi prattiċi għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 5 u l-Annessi II sa IV. Il-Kummissjoni għandha taħdem b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol.

Artikolu 14 Analiżi u rappurtaġġ

Ir-rapport li għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 17(a) tad-Direttiva 89/391/KEE għandu jirrapporta prinċipalment dwar l-effikaċja tad-Direttiva fit-tnaqqis tal-espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi u l-perċentwal tal-postijiet tax-xogħol li kienu jeħtieġu azzjoni korrettiva.

.Artikolu 14 Traspożizzjoni

1.         L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva mhux iktar tard minn [30 ta' April 2014]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif referenza bħal din għandha ssir.

2.         L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 15

Revoka

Id-Direttiva 2004/40/KE qiegħda tiġi revokata.

Artikolu 16 Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17 Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I KWANTITAJIET FIŻIĊI li jirrigwardaw L-ESPOŻIZZJONI GĦALL-KAMPI ELETTROMANJETIĊI

Il-kwantitajiet fiżiċi li ġejjin jintużaw sabiex jiddeskrivu l-espożizzjoni għal kampi elettromanjetiċi:

Kurrent ta’ kuntatt (IC) bejn persuna u oġgett jiġi espress f’ampers (A). Stat regolari ta’ kuntatt iseħħ meta persuna tkun f’kuntatt ma’ oġġett konduttiv f’kamp elettriku. Fil-proċess li waqtu jkun qed isir kuntatt bħal dan, jista’ jseħħ l-iskariku ta’ xrara ma’ kurrenti tranżitorji assoċjati.

Il-qawwa tal-kamp elettriku hija kwantità ta’ vettur (E) li tikkorrispondi għall-forza magħmula fuq partiċella ċċarġjata irrispettivament mill-moviment tagħha fl-ispazju. Tiġi espressa f’volts kull metru (V/m).

Is-saħħa tal-kamp manjetiku hija kwantità ta’ vettur (H) li, flimkien mad-densità tal-fluss manjetiku, tispeċifika kamp manjetiku fi kwalunkwe punt fl-ispazju. Tiġi espressa f’ampers kull metru (A/m).

Id-densità tal-fluss manjetiku hija kwantità ta’ vettur (B) li tirriżulta f’forza li taġixxi fuq ċarġis f’moviment, espressa f’teslas (T). Fl-ispazju liberu u fil-materjali bijoloġiċi, id-densità tal-fluss manjetiku u s-saħħa tal-kamp manjetiku jistgħu jiġu interskambjati bl-użu tal-ekwivalenza 1 A/m = 4π 10–7 T.

Id-densità tal-qawwa (S) hija l-kwantità xierqa użata għall-frekwenzi għolja ħafna, fejn il-fond tal-penetrazzjoni fil-ġisem huwa baxx. Hija l-qawwa radjanti li tinċidi b’mod perpendikulari mal-wiċċ, diviża bl-erja tal-wiċċ, u tiġi espressa f’watts kull metru kwadru (W/m2).

L-assorbiment speċifiku tal-enerġija (SA) hija l-enerġija assorbita kull unità ta’ massa ta’ tessut bijoloġiku, espressa f’joules kull kilogramm (J/kg). F’din id-Direttiva, tintuża sabiex jiġu stabbiliti limiti għall-effetti mhux termali minn radjazzjoni pulsata ta’ mikrofrekwenza.

Ir-rata speċifika tal-assorbiment tal-enerġija (SAR), meħuda f’medja tul il-ġisem kollu jew tul partijiet tal-ġisem, hija r-rata li biha l-enerġija tiġi assorbita għal kull unità ta’ massa tat-tessut tal-ġisem u tiġi espressa f’watts kull kilogramm (W/kg). SAR matul il-ġisem kollu hija kwantità li tiġi aċċettata b’mod ġenerali sabiex l-effetti termali avversi jiġu relatati mal-espożizzjoni għall-frekwenza tar-radju (RF). Minbarra l-medja SAR matul il-ġisem kollu, il-valuri lokali tas-SAR huma meħtieġa sabiex tiġi evalwata u limitata d-depożizzjoni ta’ enerġija eċċessiva f’partijiet żgħar tal-ġisem li tirriżulta minn kundizzjonijiet speċjali ta’ espożizzjoni. Eżempji ta’ kundizzjonijiet bħal dawn huma: individwu b’kuntatt mal-art espost għal RF fil-firxa baxxa tal-MHz u individwi esposti fil-kamp viċin ta’ antenna.

Minn dawn il-kwantitajiet, id-densità tal-fluss manjetiku, il-kurrent ta’ kuntatt, is-saħħa tal-kamp elettriku u manjetiku u d-densità tal-qawwa jistgħu jitkejlu direttament.

ANNESS II ESPOŻIZZJONI GĦAL KAMPI ELETTROMANJETIĊI FIL-FIRXA TAL-FREKWENZA MINN 0 HZ GĦAL 100 kHz

A. SISTEMA TAL-LIMITU TAL-ESPOŻIZZJONI

Il-prinċipji ewlenin wara s-sistema ta’ ħarsien adottata għall-firxa tal-frekwenzi li jaslu sa 100 kHz (100 elf ċiklu kull sekonda) huma dawn li ġejjin:

- il-kunsiderazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali l-iżjed reċenti ppubblikati mill-organizzazzjonijiet speċjalizzati rikonoxxuti madwar id-dinja kollha

- l-introduzzjoni ta’ semplifikazzjonijiet xierqa u ‘limitati għall–għan’ sabiex jiġi faċilitat il-fehim u l-implimentazzjoni ‘fil-kamp’ tas-sistema tal-protezzjoni.

- l-introduzzjoni fil-prattika ta’ ‘sistema ta’ tqassim f’żoni’ li fiha kull attività tista' tiġi kklassifikata, fejn il-post ta' attività f'żona determinata jkollu impatt dirett fuq il-limitu tal-evalwazzjoni tar-riskji li jkollha titwettaq minn min iħaddem u fuq il-miżuri preventivi rakkomandati.

- il-limitu tan-numru ta’ każijiet fejn il-konformità mal-limiti effettivi tal-espożizzjoni għandha tiġi żgurata peress li l-livell imkejjel tal-espożizzjoni jkun ogħla mil-limitu ta’ fuq tal-ogħla żona permessa (livell attiv).

B. LIVELLI TAL-ESPOŻIZZJONI U LIMITI TAL-ESPOŻIZZJONI

B’konformità mar-rakkomandazzjonijiet l-iżjed reċenti ittieħdu l-opzjonijiet li ġejjin:

- Il-valuri tal-Azzjoni u l-valuri tal-Orjentazzjoni jikkorrispondu għal valuri kkalkulati jew imkejla tal-kamp fuq il-post tax-xogħol fl-assenza tal-ħaddiem.

- Il-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa u l-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti fuq is-sigurtà jiġu espressi bħala kampi elettriċi fit-tessut nervuż fil-ġisem (f’V/m)

- Għal ħaddiem f’riskju partikolari, kif definit fl-Artikolu 4 (5c), għandha ssir evalwazzjoni individwali skont l-Anness II punt E.

Nota 1: fi kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-valur imkejjel ikun ogħla mill-valur tal-azzjoni, għandha ssir verifika bir-reqqa skont l-Artikolu 4(2).

Nota 2: għal kwalunkwe sitwazzjoni fejn l-għamla tas-sinjal tkun differenti biżżejjed minn sinusojd b’mod li taffettwa r-riżultat, allura għandhom jintużaw il-valuri massimi kif ġej. Għall-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni l-valur massimu għandu jitqabbel mal-valur massimu tal-kamp elettriku indott miksub billi jiġu mmultiplikati l-valuri tat-Tabella 2.1 b'1.41. Għal-livelli tal-kampi manjetiċi u elettriċi barra l-ġisem, il-valuri massimi tar-rata tat-tibdil tagħhom maż-żmien għandhom jitqabblu mal-valuri tat-Tabelli 2.2 jew 2.3 immultiplikati b’8.9f (li huwa √2 2πf).

Għas-sinjali pulsati kumplessi għandha ssir verifika bir-reqqa skont l-Artikolu 3(3).       

Tabella 2.1 Valuri tal-Limitu tal-Espożizzjoni (espressi f’valuri RMS)

Frekwenza (Hz) || Valur tal-Limitu tal-Espożizzjoni (V/m)

Għall-effetti fuq is-sigurtà || Għall-effetti fuq is-saħħa

1 - 10 || 0.5/f || 0.8

10 - 25 || 0.05 || 0.8

25 - 400 || 0.002 f || 0.8

400 - 3000 || 0.8 || 0.8

3000 - 100000 || 2.7 x 10-4 f || 2.7 x 10-4 f

‘f’ hija l-frekwenza espressa f’Hertz (HZ)

Il-valur tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-effetti fuq is-sigurtà jinkiseb mil-limitu massimu tal-effett għall-effetti fuq is-sistema nervuża ċentrali fir-ras (CNS).

Il-valur tal-limiti tal-espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa jinkiseb mil-limitu massimu tal-effett għall-effetti fuq is-sistema nervuża periferika (PNS) u jipprevjeni wkoll l-istimolu tal-fibri nervużi fis-sistema nervuża ċentrali.

Il-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-kampi manjetiċi statiċi jinsabu fit-Tabella 2.3.

Tabella 2.2 Valuri tal-azzjoni u l-orjentazzjoni għal espożizzjoni għal kamp elettriku

(Valuri RMS)

Frekwenza (Hz) || Valur tal-orjentazzjoni (V/m) || Valur tal-azzjoni (V/m) ||

1 – 25 || 20 x 103 || 20 x 103 ||

25 – 90 || 500 x 103/f || 20 x 103 ||

90 – 3000 || 500 x 103/f || 1800 x 103/f ||

3000 - 100000 || 170 || 600 ||

Nota 1: Il-valur tal-azzjoni għall-kampi elettriċi għall-firxa tal-frekwenza 1-90 Hz huwa limitat għal 20 kV/m sabiex jiġi limitat ir-riskju ta’ effetti indiretti li huma skariki ta’ xrar li jistgħu jseħħu meta ħaddiem jiġi f’kuntatt ma’ oġġett konduttiv f’potenzjal elettriku differenti. Fejn ir-riskju ta’ skariki ta’ xrar jiġi ġestit bl-użu ta’ mezzi tekniċi u t-taħriġ tal-ħaddiema, l-espożizzjoni 'l fuq mill-valuri tal-azzjoni tista' tiġi aċċettata bil-kundizzjoni li l-valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni ma jinqabżux, skont l-Artikolu 4(2).

Tabella 2.3 Valuri tal-orjentazzjoni u l-azzjoni għal espożizzjoni għal kamp manjetiku (RMS)

Frekwenza (Hz) || Valur tal-orjentazzjoni (µT) || Valur tal-azzjoni (µT)

||

0 || 2 x 106 || 8 x 106

>0 – 1 || (2-1.8 f) x 106 || (5.67 – 5f) x 106

1 – 8 || 2 105/f2 || 0.666 x 106/f

8 – 25 || 25000/f || 0.666 x 106/f

25 – 300 || 1000 || 0.666 x 106/f

300 - 3000 || 3 x 105/f || 0.666 x 106/f

3000 - 9000 || 100 || 222

9000 - 20000 || 100 || 2 x 106 / f

20000 – 100000 || 2 x 106 / f || 2 x 106 / f

Nota 1: Il-valuri għal 0Hz f’din it-tabella huma valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni. Ogħla minn 8T għandu japplika l-Artikolu 3(6).

Nota 2: Il-valur tal-azzjoni ogħla minn 9kHz u l-valur tal-orjentazzjoni ogħla minn 20 kHz jirriżultaw minn valuri tal-limiti ta’ espożizzjoni għall-medja SAR tul il-ġisem kollu definita fl-Anness III.

Barra l-valuri mogħtija fit-Tabelli 2.1, 2.2 u 2.3, il-kurrenti ta’ kuntatt fi stat regolari li jirriżultaw minn sitwazzjoni fejn ħaddiem ikun f’kuntatt ma’ oġgetti konduttivi għandhom jiġu limitati għal:

Minn 0 HZ sa 2.5 kHz: 1.0 mA;

Minn 2.5 kHz sa 100 kHz: 0.4 10-3f mA (frekwenza, f f’Hz).

C. KATEGORIJI TA’ TAGĦMIR TAX-XOGĦOL JEW ATTIVITAJIET

1) It-tagħmir jew l-attivitajiet li ġejjin jiġu, f'kundizzjonijiet normali, kkunsidrati li jesponu lill-ħaddiem taħt il-valur tal-orjentazzjoni.

· Attivitajiet li jużaw tagħmir li jikkonforma mad-Direttivi 1999/5/KE u 2006/95/KE meta jintużaw kif maħsub u prinċipalment:

· għodod tad-dar u dawk simili tal-elettriku (inkluż tagħmir mobbli ffittjat b’elementi tat-tisħin; ċarġers tal-batteriji; apparat tat-tisħin; vacuum cleaners għall-ħmieġ u l-ilma; kukers, fornijiet u elementi tat-tisjir għall-użu industrijali u kummerċjali; elementi tat-tisħin għall-imtieraħ mimlijin bl-ilma; fornijiet ta’ mikrofrekwenza għall-użu industrijali u kummerċjali)

· uffiċċji (inkluż it-tagħmir tal-kompjuter, in-netwerks tal-kejbil, it-tagħmir tal-komunikazzjoni bir-radju, minbarra l-apparat li jħassar it-tejps)

· l-operat tal-installazzjonijiet tal-elettriku:

· netwerk b’vultaġġ baxx < 1000 V

· komponenti ta’ vultaġġ baxx b’qawwa inqas minn 200 kVA

· postijiet tax-xogħol f’distanza minima ta’ 60 ċentimetru minn komponenti b’vultaġġ baxx b’qawwa li ma taqbiżx l-1000kVA

· transformers tal-enerġija elettrika konnessi ma’ netwerks ta’ vultaġġ baxx (<1000 V bejn il-fażijiet) b’qawwa li tasal sa 200 kVA

· postijiet tax-xogħol f’distanza minima ta’ 60 ċentimetru minn transformers tal-enerġija elettrika konnessi ma’ netwerks ta’ vultaġġ baxx (< 1000 V bejn il-fażijiet) b’qawwa li ma taqbiżx l-1000 kVA

· muturi tal-elettriku u pompi tal-elettriku, soġġetti għal

· fejn il-qawwa tkun inqas minn 200 kVA

· fejn il-post tax-xogħol ikun f’distanza ta’ mill-inqas 60 ċentimetru u l-qawwa ma taqbiżx l-1000 kVA

· individwazzjoni ta’ oġġetti u persuni

· RFID 1 Hz - 100 kHz

· apparat li jħassar it-tejps (jekk l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant ikunu disponibbli u jiġu segwiti).

· tisħin tal-induzzjoni

· sistemi awtomatizzati (jekk l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant ikunu disponibbli u jiġu segwiti)

· individwazzjoni tal-oġġetti u l-persuni

· EAS 0.01 - 20 kHz (manjetika)

· EAS 20 - 100 kHz (induttiva b’reżonanza))

· ditetturi tal-metall

· uċuħ tal-kukers tal-induzzjoni fl-industrija tal-lukandi u l-kejtering (it-tħejjija tal-ikel)

· għodod tal-elettriku li jaħdmu b’mutur u jinżammu fl-idejn

· għodod li jaħdmu b’mutur li jistgħu jinġarru (inkluż għodod tal-ġnien li jaħdmu bl-elettriku)

· strumenti tal-ittestjar (eskluż l-ittestjar manjetiku mhux distruttiv)

· l-installazzjoni u l-manutenzjoni

· għodod tal-elettriku li jinżammu fl-idejn (eskluż it-tagħmir tal-iwweldjar)

· produzzjoni u distribuzzjoni tal-elettriċità

· bus bars/linja ferrovjerja konduttriċi fis-sottostazzjonijiet

· kejbils ta’ fuq l-art ta’ vultaġġ għoli

· sottostazzjonijiet tal-elettriċità

· tagħmir ta’ kollegament

· iwweldjar

· sistemi awtomatizzati (jekk l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant ikunu disponibbli u jiġu segwiti)

· iwweldjar bl-ark - kejbil (jekk l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant ikunu disponibbli u jiġu segwiti)

· applikazzjonijiet mediċi

· ipotermja baxxa (jekk l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant ikunu disponibbli u jiġu segwiti)

· kontroll tal-uġigħ, stimolu tal-iżvilupp tal-għadam eċċ

· inkubaturi, fanali għall-fototerapija, sistemi tal-komunikazzjoni mingħajr fili eċċ

· ipotermja profonda (jekk l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant ikunu disponibbli u jiġu segwiti)

· elettrokirurġija (jekk l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant ikunu disponibbli u jiġu segwiti)

· sistemi tat-trasport u t-trazzjoni

· trasport ferrovjarju b’kurrent dirett bħala sors ta’ enerġija

· vetturi, bastimenti, inġenji tal-ajru

· muturi tal-elettriku (kbar)

· sistemi tat-trasport u t-trasport tal-merkanzija

· trasport ferrovjarju b’kurrent li jalterna bħala sors ta' enerġija (50 Hz)

· il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriċità

· proċessi elettrokimiċi (minbarra postijiet speċifiċi)

2) L-attivitajiet li ġejjin jistgħu jesponu lill-ħaddiem għal valuri ogħla mill-valur tal-orjentazzjoni iżda f’kundizzjonijiet normali jiġu kkunsidrati li jesponuhom taħt il-valur tal-azzjoni.

– siġillanti tal-plastik

– tisħin tal-induzzjoni

– tagħmir sabiex jgħaqqad l-injam

– stazzjonijiet tal-enerġija elettrika

– kolji mkessħa bl-arja f’batteriji ta’ kondensaturi (capacitor banks)

– sistemi tal-provvista ta' kurrent (bus bars)

– ċellula Halltal-elettroliżi (partijiet tagħha)

– fornijiet kbar

– iwweldjar bl-ark - kejbil

– użu ta’ – ‘manjetron miftuħ’

– ittestjar manjetiku mhux distruttiv

3) L-attivitajiet li ġejjin jistgħu jaqbżu l-valur tal-azzjoni u jirrikjedu evalwazzjoni speċjali sabiex jiġi żgurat li l-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa ma jinqabżux:

· skoperta u tiswija ta’ ħsarat mekkaniċi

· prossimità tar-rettifikaturi fil-proċessi elettrokimiċi

· tisħin tal-induzzjoni mhux awtomatizzat (fornijiet żgħar tat-taħlil)

· iwweldjar fuq il-post semiawtomatizzat u tal-induzzjoni

· attivitajiet ta’ riċerka

D. MIŻURI TA’ PREVENZJONI u kundizzjonijiet oħra

1) Għall-persuni f’riskju partikolari msemmija fl-Artikolu 4(5)(c), għandha ssir evalwazzjoni individwali skont il-punt E.

2) Żona ta’ espożizzjonijiet taħt il-valur tal-orjentazzjoni:

- Tqegħid ta’ sinjali skont kif xieraq

3) Żona ta’ espożizzjonijiet f’valuri ogħla mill-valuri tal-orjentazzjoni taħt il-valur tal-azzjoni

- Tqegħid ta’ sinjali skont kif xieraq

- Miżuri ta’ delimitazzjoni (pereżempju mmarkar fl-art, ċnut) sabiex l-aċċess jiġi limitat jew ikkontrollat, skont kif xieraq

- Għoti ta’ informazzjoni u taħriġ speċifiku lill-ħaddiema rilevanti

- Verifika tal-konformità mal-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni għall-effetti fuq is-sigurtà jew b’mod alternattiv proċeduri sabiex jiġi żgurat li l-effetti avversi fuq is-sigurtà jiġu ġestiti.

4) Espożizzjonijiet għal valuri ogħla mill-valur tal-azzjoni:           

- Tqegħid ta’ sinjali skont kif xieraq

- Miżuri ta’ delimitazzjoni (pereżempju mmarkar fl-art, ċnut) sabiex l-aċċess jiġi limitat jew ikkontrollat, skont kif xieraq

- Verifika tal-konformità mal-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa.

- Proċedura għall-ġestjoni tal-iskariki tax-xrar permezz ta’ mezzi tekniċi u t-taħriġ tal-ħaddiema. (Tapplika biss fejn l-espożizzjonijiet għall-kampi elettriċi jkunu f’din iż-żona.)           

- Miżuri xierqa ta’ delimitazzjoni u tal-aċċess

- Għotji ta’ informazzjoni u taħriġ speċifiku lill-ħaddiema

E. PERSUNI F’RISKJU PARTIKOLARI

Il-ħaddiema li jkunu ddikjaraw li jkollhom fuqhom Strument Mediku Attiv li Jiġi Impjantat fil-Ġisem (AIMD) u n-nisa li jkunu ddikjaraw li jkunu tqal huma kkunsidrati bħala persuni f’riskju partikolari, kif iddikjarat fl-Artikolu 4(5)(c).

Fejn ħaddiem ikun stqarr lil min iħaddmu li huwa jew hija jkollhom fuqhom AIMD min iħaddem għandu jagħmel evalwazzjoni sabiex jiddetermina liema restrizzjoni tkun meħtieġa fuq il-post fejn jaħdmu sabiex tiġi evitata l-interferenza mal-istrument impjantat tagħhom. CENELEC jipprovdi parir dwar kif dan jista’ jsir (ara EN 50527 l-partijiet assoċjati) Jista’ jiġi osservat li l-prinċipju wara l-gwida ta’ CENELEC huwa li ma jkunx hemm interferenza meta l-kampi jkunu taħt il-Livelli ta’ Referenza mogħtija mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE dwar il-limitu tal-espożizzjoni tal-pubbliku ġenerali għall-kampi elettromanjetiċi (0 Hz sa 300 GHz)[11].

Fejn ħaddiema tkun iddikjarat lil min iħaddimha li hija tkun tqila allura r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri għat-tħeġġiġ tat-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol tal-ħaddiema tqila u l-ħaddiema li reċentement ikunu welldu jew ikunu qegħdin ireddgħu[12] japplikaw. Min iħaddem għandu jippermetti lill-ħaddiema li tevita d-dħul f’żoni fejn l-espożizzjonijiet jaqbżu l-limiti tal-espożizzjoni għall-pubbliku ġenerali mogħtija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE, jew ir-reviżjonijiet sussegwenti tagħha.

ANNESS III ESPOŻIZZJONI GĦALL-KAMPI ELETTROMANJETIĊI FIL-FIRXA TAL-FREKWENZA MINN 100 kHz SA 300 GHz

A. SISTEMA TAL-LIMITU TAL-ESPOŻIZZJONI

Il-kwantitajiet fiżiċi li gejjin jintużaw sabiex jiġu speċifikati l-valuri tal-limiti ta' espożizzjoni għall-kampi elettromanjetiċi, skont il-frekwenza tal-kamp jew ir-radjazzjoni li għalihom il-ħaddiem ikun espost:

–          bejn 100 kHz u 10 MHz il-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni jiġu pprovduti kemm fuq SAR għall-prevenzjoni tal-istress mis-sħana kif ukoll fuq kampi elettriċi indotti għall-prevenzjoni tal-effetti fuq il-funzjonijiet tas-sisema nervuża ċentrali u periferika;

–          bejn 10 MHz u 10 GHz il-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni jiġu pprovduti fuq SAR għall-prevenzjoni ta’ stress minn sħana fuq il-ġisem kollu u tisħin lokalizzat eċċessiv tat-tessuti;

–          bejn 10 GHz u 300 GHz jiġi pprovdut valur tal-limiti tal-espożizzjoni fuq id-densità tal-enerġija elettrika għall-prevenzjoni tat-tisħin eċċessiv tat-tessuti fi jew ħdejn wiċċ il-ġisem;

-           fil-firxa tal-frekwenza ta’ dan l-anness, 100 kHz sa 300 GHz, il-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni għall-effetti fuq is-saħħa biss jeħtieġ li jiġu kkunsidrati u konsegwentement

B. LIVELLI TA’ ESPOŻIZZJONI U LIMITI TAL-ESPOŻIZZJONI

Tabella 3.1 Valuri tal-azzjoni u valuri tal-limiti tal-espożizzjoni għal espożizzjoni għal kamp elettriku ta’ frekwenza għolja (valuri RMS)

Frekwenza (Hz) || Valur tal-azzjoni (V/m) || Valur tal-Limitu tal-Espożizzjoni għal kamp elettriku indott (V/m) || Valur tal-Limitu tal-espożizzjoni għall-Ġisem Kollu SAR medju (fi W/kg) ‡ || Valur tal-Limitu tal-Espożizzjoni għar-Ras u s-sider SAR lokalizzat (fi W/kg)‡ || Valur tal-Limitu tal-Espożizzjoni għar-riġlejn u d-dirgħajn SAR lokalizzat (fi W/kg)‡ || Valur tal-Limitu tal-Espożizzjoni Densità tal-Qawwa S (fi W/m2)

105 – 106 (*) || 600 || 2.7 x 10-4 f* || 0.4 || 10 || 20 || -

106 – 107 (*) || 600 106/f || 2.7 x 10-4 f* || 0.4 || 10 || 20 || -

107 - – 4 108 || 60 || - || 0.4 || 10 || 20 || -

4 108 - 2 109 || 3 x 10-3 x f0.5 || - || 0.4 || 10 || 20 || -

2 109 - 1010 || 137 || - || 0.4 || 10 || 20 || -

1010 - 3 1011 || 137 || - || - || - || - || 50

 (*)f hija l-frekwenza espressa f’Hertz (Hz)

(‡) Ara l-ANNESS III punt F

Tabella 3.2 Valuri tal-azzjoni u valuri tal-limiti tal-espożizzjoni għal espożizzjoni għal kamp manjetiku ta’ frekwenza għolja (valur RMS)

Frekwenza (Hz) || Valur tal-azzjoni (µT) || Valur tal-Limitu tal-Espożizzjoni għall- kamp elettriku indott (V/m) || Valur tal-Limitu tal-Espożizzjoni għall- Ġisem Kollu: SAR medju (fi W/kg) ‡ || Valur tal-Limitu tal-Espożizzjoni għar- Ras u s-sider SAR Lokalizzat (fi W/kg)‡ || Valur tal-Limitu tal-Espożizzjoni għar-riġlejn u d-dirgħajn SAR Lokalizzat (fi W/kg)‡ || Valur tal-Limitu tal-Espożizzjoni: Densità tal- Qawwa S (in W/m2)

105 – 107 || 2 106/f || 2.7 x 10-4 f* || 0.4 || 10 || 20 || -

107 - 4 108 || 0.2 || - || 0.4 || 10 || 20 || -

4 108 - 2 109 || 10-5 x f0.5 || - || 0.4 || 10 || 20 || -

2 109 - 1010 || 0.45 || - || 0.4 || 10 || 20 || -

1010 - 3 1011 || 0.45 || - || - || - || - || 50

(‡) Ara l-Anness III punt F

Minbarra l-valuri mogħtija fit-Tabelli 3.1 u 3.2, il-kurrenti ta’ kuntatt li jirriżultaw minn sitwazzjoni fejn ħaddiem ikun f’kuntatt ma’ oġġetti tal-konduzzjoni għandhom ikunu limitati għal:

Minn 100 kHz sa 10 MHz: · 40 mA.

C. KATEGORIJI TA’ TAGĦMIR JEW ATTIVITAJIET TAX-XOGĦOL

1) L-attivitajiet li ġejjin huma, f’kundizzjonijiet normali, ikkunsidrati li jesponu lill-ħaddiema taħt il-valur tal-azzjoni.

· Il-postijiet tax-xogħol li fihom jintuża biss tagħmir li jikkonforma mad-Direttivi 1999/5/KE u 2006/95/KE kif maħsub u prinċipalment:

· trażmettituri (żgħar, fl-istazzjonijiet bażi GSM, < 1 W)

· Telefowns u telefowns ċellulari

· Sistemi tar-radars (verifiki fuq il-veloċità, radars tat-temp)

· RFID ogħla 100 kHz

· Tnixxif bil-majkrowejv

· Trażmettituri TETRA fl-arbli

· Trażmettituri TETRA fuq vetturi, b’qawwa massima ta’ 10 W

· Apparat għat-tħassir tat-tejps

· Stazzjonijiet bażi għat-telefonija mobbli (GSM, UMTS)

2) L-attivitajiet li ġejjin, f’kundizzjonijiet normali, jiġu kkunsidrati li jesponu lill-ħaddiem għal valuri ogħla mill-valur tal-azzjoni.

· Tagħmir li jkun qed jiġi nstallat jew miżmum (skoperta u tiswija ta’ ħsarat)

· Tisħin tal-induzzjoni mhux awtomatizzat f’din il-firxa tal-frekwenza

· Radjufrekwenza u tidwil b’mikrofrekwenza

· Ittestjar manjetiku mhux distruttiv

· Attivitajiet fiż-żona tal-esklużjoni għall-pubbliku madwar:

· Trażmettituri kbar tax-xandir

· Sistemi tar-radar (tan-navigazzjoni)

· Tagħmir ieħor li jipproduċi EMF

D. MIŻURI TA’ PREVENZJONI

1) Għall-persuni f’riskju partikolari, imsemmija fl-Artikolu 4.5(c), għandha ssir evalwazzjoni individwali skont l-Anness III punt E.

2) Żona ta’ espożizzjoni taħt il-valur tal-azzjoni:

- Tqegħid ta’ sinjali kif xieraq

- Għoti ta’ informazzjoni lill-ħaddiema

3) Espożizzjonijiet f’valuri ogħla mill-valur tal-azzjoni:    

- Verifika tal-konformità mal-valuri tal-limiti tal-espożizzjoni

- Miżuri xierqa ta’ delimitazzjoni u aċċess

- Għotja ta’ informazzjoni u taħriġ speċifiku lill-ħaddiema rilevanti

E. PERSUNI F’RISKJU PARTIKOLARI

Il-ħaddiema li jkunu ddikjaraw li jkollhom fuqhom (AIMD) u n-nisa li jkunu ddikjaraw li jkunu tqal huma kkunsidrati bħala persuni f’riskju partikolari, kif iddikjarat fl-Artikolu 4(5)(c).

Fejn ħaddiem ikun stqarr lil min iħaddmu li huwa jew hija jkollhom fuqhom AIMD min iħaddem għandu jagħmel evalwazzjoni sabiex jiddetermina liema restrizzjoni tkun meħtieġa fuq il-post fejn jaħdmu sabiex tiġi evitata l-interferenza mal-istrument impjantat tagħhom. CENELEC jipprovdi parir dwar kif dan jista’ jsir (EN 50527 l-partijiet assoċjati). Jista’ jiġi nnotat li l-prinċipju wara l-gwida ta’ CENELEC huwa li ma jkunx hemm interferenza meta l-kampi jkunu taħt il-Livelli ta’ Referenza mogħtija fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 1999/519/KE.

Fejn ħaddiema tkun iddikjarat lil min iħaddimha li hija tkun tqila allura japplikaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 92/85/KEE. Min iħaddem għandu jippermetti lill-ħaddiema li tevita d-dħul f’żoni fejn l-espożizzjonijiet jaqbżu l-limiti tal-espożizzjoni għall-pubbliku ġenerali mogħtija fir-Rakkomandazzjoni 1999/519/KE, jew ir-reviżjonijiet sussegwenti tagħha.

F.  KEJL

Il-frekwenza(i) li għaliha ħaddiem jista’ jiġi espost għandha tiġi determinata. Id-dejta tal-fabbrikant jew l-installatur għandha tintuża kull darba li tkun disponibbli. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi evalwat jekk il-kampi humiex sinusojdali jew pulsati. Barra dan:

- għandha ssir medja tal-valuri SAR kollha fuq perjodu ta’ sitt minuti;

- il-massa medja ta’ SAR lokalizzat huma kwalunkwe 10 grammi ta’ tessut kontigwu; is-SAR massimu li jinkiseb b’dan il-mod għandu jkun il-valur użat għall-kalkolu tal-espożizzjoni. Dawn l-10 grammi ta’ tessut huma maħsuba bħala massa ta’ tessut kontigwu bi proprjetajiet elettriċi kważi omoġenji. Meta tiġi speċifikata massa ta’ tessut kontigwu, jiġi rikonoxxut li dan il-kunċett jisa’ jintuża fid-dożimetrija komputazzjonali iżda jista’ jippreżenta diffikultajiet għall-kejl fiżiku dirett. Ġeometrija sempliċi bħal massa kubika ta’ tessut tista’ tintuża bil-kundizzjoni li l-kwantitajiet dożimetriċi kkalkulati jkollhom valuri konservattivi relatati mal-linji gwida tal-espożizzjoni;

- għall-espożizzjonijiet fil-firxa tal-frekwenza 0.3 sa 10 GHz u għall-espożizzjoni lokalizzata tar-ras sabiex jiġu limitati u evitati l-effetti uditorji maħluqa mill-espansjoni termoelastika, huwa rakkomandat valur limitu tal-espożizzjoni addizzjonali. Dan jiġifieri li l-SA m’għandux jaqbeż l-10 mJ/kg meħud bħala medja fuq 10 grammi ta’ tessut;

- id-densitajiet tal-qawwa għandhom jittieħdu bħala medja tul 20 cm2 ta’ żona esposta u kwalunkwe perjodu ta’ 68/f1,05-minuta (fejn f hija f’GHz) sabiex ikun hemm kumpens għall-fond ta’ penetrazzjoni li jiqsar progressivament waqt li l-frekwenza tiżdied. Id-densitajiet massimi tal-enerġija elettrika tal-ispazju meħuda bħala medja fuq 1 cm2 m’għandhomx jaqbżu l-20 darba l-valur ta’ 50 W/m2;

- rigward il-kampi elettromanjetiċi pulsati jew tranżitorji, jew b’mod ġenerali rigward l-espożizzjoni simultanja għal kampi ta’ frekwenza multipla, għandhom jiġu applikati metodi ta’ evalwazzjoni, kejl u/jew kalkoli kapaċi li janalizzaw il-karatteristiċi tal-forom tal-mewġ u n-natura tal-interazzjonijiet bijoloġiċi, b’kunsiderazzjoni tal-istandards Ewropej armonizzati żviluppati minn CENELEC.

ANNESS IV MIŻURI SPEĊIFIĊI GĦALL-ATTIVITAJIET LI JAQGĦU TAĦT L-ARTIKOLU 3(4)

Skont l-Artikolu 3(4), u sabiex tiġi garantita l-protezzjoni armonizzata u adegwata tal-ħaddiema u waqt li jiġu kkunsidrati kif xieraq il-miżuri prekawzjonali u protettivi, il-prinċipji li ġejjin għandhom jiġu segwiti u jitwettqu dawn ix-xogħlijiet.

1. Għanijiet

a) L-ewwel għan huwa l-iżvilupp, mal-partijiet ikkonċernati, ta’ metodoloġija konsistenti u prattika għall-ħarsien tal-ħaddiema esposti għal EMF waqt attivitajiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 3(4).

b) It-tieni għan huwa li jiġu inklużi, fil-metodoloġija żviluppata u l-għodod relatati, aspetti bħal:

– miżuri effettivi għall-għoti ta’ informazzjoni u mekkaniżmi dinamiċi ta’ konsultazzjoni

– miżuri effiċjenti ta’ taħriġ, anke għall-persunal estern li jkollu aċċess għaż-żona MR (kamra tal-installazzjoni tal-MR, kamra tal-kontroll, kwalunkwe kamra adjaċenti relatata)

– proċeduri tal-ħidma dokumentati (u mekkaniżmi ta’ reviżjoni)

– regoli stretti għall-aċċess għall-kmamar MR

– il-monitoraġġ tal-kwalità tal-implimentazzjoni

c) It-tielet għan huwa li l-organizzazzjonijiet rappreżentanti kollha jiġu involuti fit-tixrid tal-informazzjoni lill-membri tagħhom sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-prattiki tajba b'mod armonizzat fl-installazzjonijiet kollha tal-MR tal-Unjoni.

2. Xogħlijiet

Ix-xogħlijiet isiru sabiex:

· jinġabru l-prattiki tajba diġà stabbiliti fl-Istati Membri jew f’installazzjonijiet speċifiċi;

· jiġu eżaminati l-gwidi eżistenti u l-proċeduri tal-ħidma;

· jiġu identifikati u deskritti r-riskji (EMF, storbju, oġġetti li jtiru, likwidi krijoġeniċi)

· jiġu identifikati x-xenarji ta’ espożizzjoni massima

· jiġu definiti s-sitwazzjonijiet tipiċi tal-ħidma

· jiġu definiti regoli xierqa ta’ kondotta għal kull sitwazzjoni tipika ta’ ħidma;

· jitwaqqaf programm ta’ taħriġ standard u l-kontenut tiegħu

· jiġi stabbilit kwalunkwe mezz ieħor sabiex jintlaħqu l-għanijiet;

· għall-istabbilimenti tal-ġejjieni, jiġu prodotti rakkomandazzjonijiet għat-titjib tas-sigurtà (disinn tad-dipartiment, ġestjoni tal-aċċess għall-kamra tal-MR, disinn tal-kmamar, eċċ).

3. Dewmien tax-xogħol u r-rappurtaġġ

a) Ix-xogħol se jibda immedjatament wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u għandu jiġi finalizzat mhux iktar tard mid-data msemmija taħt l-Artikolu 14(1);

b) Il-Kummissjoni se tħejji rapport li jispjega r-riżultati milħuqa. Ir-rapport se jiġi trażmess lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew mhux iktar tard minn 9 xhur wara d-data msemmija taħt l-Artikolu 14(1).

ANNESS V

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 2004/40/KE || Din id-Direttiva

Artikolu 1(1) || Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2) || Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3) || Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4) || Artikolu 1(4) (mhux mibdul)

Artikolu 1(5) || Artikolu 1(5) (mhux mibdul)

Artikolu 2(a) || Artikolu 2(a)

- || Artikolu 2(b)

- || Artikolu 2(c)

- || Artikolu 2(d)

Artikolu 2(b) || Artikolu 2(e)

Artikolu 2(c) || Artikolu 2(f)

Artikolu 3(1) || Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2) || Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3) || Artikolu 3(3)

- || Artikolu 3(4)

- || Artikolu 3(5)

- || Artikolu 3(6)

Artikolu 4(1) || Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2) || Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3) || Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4) || Artikolu 4(4)

Artikolu 4(5)(a) || Artikolu 4(5)(a)

Artikolu 4(5)(b) || Artikolu 4(5)(b)

Artikolu 4(5)(c) || Article 4(5)(c)

Artikolu 4(5)(a)(i) || Artikolu 4(5)(a)(i)

Artikolu 4(5)(a)(ii) || Artikolu 4(5)(a)(ii)

Artikolu 4(5)(a)(iii) || Artikolu 4(5)(a)(iii) (mhux mibdul)

Artikolu 4(5)(a)(iv) || Artikolu 4(5)(a)(iv) (mhux mibdul)

Artikolu 4(5)(f) sa (h) || Artikolu 4(5)(f) sa (h) (mhux mibdul)

Artikolu 4(6) || Artikolu 4(6)

Artikolu 5(1) || Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2), kliem introduttiv || Artikolu 5(2), kliem introduttiv

Artikolu 5(2)(a) sa (g) || Artikolu 5(2)(a) sa (g) (mhux mibdul)

Artikolu 5(3) || Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4) || Artikolu 5(4)

Artikolu 6, kliem introduttiv || Artikolu 6, kliem introduttiv

Artikolu 6(a) || Artikolu 6(a) (mhux mibdul)

Artikolu 6(b) || Artikolu 6(b)

Artikolu 6(c) sa (f) || Artikolu 6(c) sa (f) (mhux mibdul)

Artikolu 7 || Artikolu 7 (mhux mibdul)

Artikolu 8(1) || Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2) || Artikolu 8(2) (mhux mibdul)

Artikolu 8(3) || Artikolu 8(3) (mhux mibdul)

Artikolu 9 (mhux mibdul) || Artikolu 9 (mhux mibdul)

Artikolu 10(1) || Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2), test introduttiv || Artikolu 10(2), test introduttiv

Artikolu 10(2)(a) || Artikolu 10(2)(a) mhux mibdul)

Artikolu 10(2)(b) || Artikolu 10(2)(b) (mhux mibdul)

- || Artikolu 10(2)(c)

Artikolu 10(2), l-aħħar sentenza || Artikolu 10(2), l-aħhar sentenza

Artikolu 11(1) || -

Artikolu 11(2) || Artikolu 11

Artikolu 11(3) || Artikolu 12

||

Artikolu 12 (Artikolu revokat bid-Direttiva 2007/30/KE) || -

- || Artikolu 13

Artikolu 13(1) || Artikolu 14(1)

Artikolu 13(2) || Artikolu 14(2) (mhux mibdul)

- || Artikolu 15

Artikolu 14 || Artikolu 16

Artikolu 15 || Artikolu 17

||

Anness || -

- || Anness 1

- || Anness 2

- || Anness 3

- || Anness 4

- || Anness 5

[1]               ĠU L 184, 24.5.2004, p. 23.

[2]               ĠU L 114, 26.4.2008, p. 88.

[3]               300 GHz: frekwenza ta’ 300 biljun hertz jew ċikli kull sekonda. Il-hertz (taqsira Hz) hija l-unità internazzjonali tal-frekwenza.

[4]               ĠU C […], […], p. […].

[5]               ĠU C […], […], p. […].

[6]               ĠU L 184, 24.5.2004, p. 1.

[7]               ĠU L 114, 26.04.2008, p. 88-89.

[8]               ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

[9]               ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.

[10]             ĠU L 245, 26.8.1992, p. 23.

[11]             ĠU L 199, 30.7.1999, p. 59.

[12]             ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1.