RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea Rapport Annwali 2009 /* KUMM/2011/0136 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 23.3.2011 KUMM(2011) 136 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni EwropeaRapport Annwali 2009 WERREJ 1. Daħla 3 2. Applikazzjonijiet pendenti mill-2008 u applikazzjonijiet ġodda li waslu fl-2009 3 3. Il-finanzjament 6 4. Għeluq 6 5. Konklużjonijiet 6 Anness 1: Applikazzjonijiet pendenti u ġodda tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea fl-2009 8 Anness 2: Ħarsa lejn l-applikazzjonijiet għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE mill-2002 lil hawn 9 DAħLA Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) twaqqaf fil-15 ta’ Novembru 2002. L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem – “Ir-Regolament tal-Fond ta' Solidarjetà”) jistipula li għandu jiġi ppreżentat rapport dwar l-attività tal-Fond matul is-sena ta' qabel lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport jippreżenta l-attivitajiet tal-Fond fl-2009 u jkopri, bħal fir-rapporti preċedenti, il-ġestjoni ta' applikazzjonijiet pendenti u ġodda u l-valutazzjoni tar-rapporti ta' implimentazzjoni bil-ħsieb li dawn jitħejjew biex jingħalqu. Mill-għadd ta’ numru ta’ applikazzjonijiet, l-2009 kienet waħda mill-aktar snin “kwieti” għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (FSUE). B’kollox, f’sena saru sitt applikazzjonijiet biss għall-għajnuna tal-FSUE waqt li f’xi snin preċedenti tressqu sa 19-il applikazzjoni. Erbgħa mill-applikazzjonijiet tal-2009 – relatati ma’ nirien fil-foresti fir-reġjun ta’ Attica fil-Greċja, maltempati f’Ċipru, għargħar fil-ġżira Griega ta’ Evia, u ma’ valangi ta’ tajn fi Sqallija – kienu mressqa fix-xhur ta’ Novembru u Diċembru u b'hekk il-valutazzjoni kellha titkompla matul l-2010. Dawn id-diżastri kienu relattivament żgħar u tqiesu li laħqux il-kriterji għall-attivazzjoni tal-Fond[1]. Madankollu, fil-kwantu ta’ ħsara kkawżata u għajnuna li tħallset, l-2009 kienet straordinarja. It-terremot ta’ L’Aquila fir-Reġjun Taljan ta' Abbruzzo kien l-akbar diżastru mill-ħolqien tal-Fond lil hawn u sussegwentament wassal għall-akbar għotja qatt mogħtija li tlaħħaq għal kważi nofs biljun Ewro. Il-maltempata Klaus fil-lbiċ ta’ Franza kien diżastru ieħor kbir bi ħsarat konsiderevolment ogħla mill-medja. APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI MILL-2008 U APPLIKAZZJONIJIET ġODDA LI WASLU FL-2009 Ċipru (nixfa) Fl-2008, Ċipru sofra minn nuqqas ta' xita li wassal għal effetti serji fuq il-kundizzjonijiet tal-ħajja, l-ekonomija u l-ambjent naturali. L-awtoritajiet Ċiprijotti ressqu applikazzjoni għall-għajnuna mill-FSUE fl-1 ta' Lulju 2008, li tlestiet b’tagħrif addizzjonali fis-16 ta' Ottubru 2008. Din kienet l-ewwel applikazzjoni għall-għajnuna mill-Fond ta’ Solidarjetà relatata ma' nixfa. Ir-Regolament tal-Fond ta’ Solidarjetà jistipula li għandha ssir applikazzjoni mhux aktar tard minn 10 ġimgħat wara l-ewwel ħsarat kkawżati mid-diżastru li f’każ li d-diżastru jseħħ bil-mod bħal pereżempju fin-nixfa, dan jaf joħloq diffikultà. Madankollu, fil-każ ta’ Ċipru, fid-dawl tal-perjodu ta' tliet snin ta' livelli aktar baxxi mis-soltu ta' xita, in-nuqqas ta' xita laħaq il-quċċata tiegħu fl-aħħar tal-istaġun tax-xita, f’April 2008. Il-Kummissjoni, għalhekk, ikkunsidrat li t-22 ta’ April 2008, setgħet tiġi aċċettata bħala d-data tal-bidu tad-diżastru prinċipali. Għaldaqstant, l-applikazzjoni mressqa lill-Kummissjoni fl-1 ta’ Lulju 2008 irrispettat l-limitu ta’ żmien stipulat fl-Artikolu 4(1). L-awtoritajiet Ċiprijotti stmaw li l-ħsara diretta totali li sofrew wara t-22 ta’ April 2008, huwa ta’ EUR 176,15-il miljun. Minħabba li dan l-ammont jaqbeż il-limitu massimu ta' EUR 84,673 miljun (jiġifieri 0,6 % tad-DNG) applikabbli għal Ċipru, in-nixfa kkwalifikat bħala "diżastru naturali maġġuri li affettwa t-territorju kollu tal-pajjiż". Fl-24 ta' Ottubru 2008 il-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza għajnuna finanzjarja ta' EUR 7,605 miljun. Wara l-proċedura tal-baġit fil-Kunsill u fil-Parlament u l-konklużjoni ta’ qbil għall-implimentazzjoni tal-għotja bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Ċiprijotti, l-għotja tħallset lil Ċipru fid-9 ta’ Ottubru 2009. Ir-Rumanija (għargħar) F’Lulju 2008 parti pjuttost estensiva mir-Rumanija ntlaqtet minn xita qawwija, li wasslet għal għargħar u valangi serji. L-awtoritajiet Rumeni applikaw għall-għajnuna mill-FSUE fl-1 ta' Ottubru 2008. Il-ħsara diretta totali kienet stmata EUR 471,42 miljun. Minħabba li dan l-ammont baqa' taħt il-limitu massimu ta' "diżastru maġġuri" għar-Rumanija (EUR 566,84 miljun, jiġifieri 0,6 % tad-DNG tar-Rumanija), iżda minkejja dan jirrappreżenta madwar 83 % tal-limitu massimu, l-applikazzjoni ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterju hekk imsejjaħ "diżastri reġjonali straordinarji". Ir-reġjun affettwat kien żona koerenti, li jinkludi ħames pajjiżi fil-parti tal-grigal tar-Rumanija, b'popolazzjoni ta' 3,046 miljun ruħ. Il-parti ewlenija tal-popolazzjoni fiż-żona ġiet affettwata, b'qerda parzjali jew totali ta’ djar privati u ta’ uċuħ tar-raba'. Tressqet xhieda biex turi r-riperkussjonijiet serji u fit-tul fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-istabbiltà ekonomika tar-reġjun milqut. Ġiet irrappurtata ħsara serja fl-infrastruttura bażika, fl-agrikoltura, fil-forestrija, fil-bhejjem tat-trobbija u fid-djar privati. Id-diżastru ħalla riperkussjonijiet fit-tul fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien fir-reġjun milqut, b’madwar 14 644 dar meqruda, indisponibilità fit-tul ta' infrastruttura bażika (ilma/enerġija), u infrastuttura ta’ trasport li ġarrbet ħsarat serji li qed iwasslu għall-iżolament komplet ta' madwar 100 muniċipalità. Fit-22 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-applikazzjoni tilħaq il-kriterji għal diżastri reġjonali straordinarji, u pproponiet li tagħti għajnuna li tammonta għal EUR 11 785 377. Wara t-tlestija tal-emendi korrispondenti fil-proċedura tal-baġit u l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni, din l-għotja tħallset lill-Awtoritajiet Rumeni fid-29 ta’ Ottubru 2009. Franza (il-maltempata Klaus) Fl-24 ta’ Jannar 2009 maltempata kbira ("Klaus") laqtet il-lbiċ ta’ Franza u kkawżat ħsarat kbar. L-awtoritajiet Franċiżi ressqu applikazzjoni lill-Fond ta’ Solidarjetà fit-2 ta’ April 2009, fil-perjodu skadenza ta’ 10 ġimgħat wara li ġew irrapportati l-ewwel ħsarat. Skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-maltempata kkawżat ħsarat kbar partikolarment fis-settur tal-foresterija, li laħqet għal aktar minn 60 % tal-istima totali tal-ħsara, u għan-negozji u d-djar privati (aktar minn 25 % tal-istima totali tal-ħsara). Il-maltempata kkawżat ukoll ħsara sinifikanti fl-infrastrutturi (trasport, elettriku, ilma u telekomunikazzjonijiet) kif ukoll fis-settur agrikolu, u kien hemm il-ħtieġa ta’ operazzjonijiet ta’ tindif estensiv. Tnax-il ruħ tilfu ħajjithom b’konsegwenza diretta ta’ din il-maltempata u aktar minn 400 sfaw feruti. Il-Kummissjoni stmat li l-ħsara diretta totali kkawżata mill-maltempata ammontaw għal EUR 3,805 biljun. Billi dan l-ammont jaqbeż il-limitu ta' EUR 3,398 biljun (jiġifieri EUR 3 biljun fil-prezzijiet tal-2002) applikabbli għal Franza għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà fl-2009, id-diżastru jikkwalifika bħala “diżastru naturali maġġuri” u għaldaqstant jaqa' fil-qasam prinċipali tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002. Madankollu, danni oħra mitluba fl-applikazzjoni ta’ Franza, bħat-telf fid-dħul u l-produzzjoni minħabba l-interruzzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi, u danni ipotetiċi bħall-valur stmat marbut mat-telf ta’ karbonju li tnaqqas (flimkien jammontaw għal EUR 1,220 biljun), ma ġewx ikkunsidrati bħala bażi meta ġiet ikkalkulata l-assisstenza, billi dawn ma kinux ikkunsidrati bħala ħsara diretta. Fid-29 ta' Mejju 2009 il-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza għajnuna finanzjarja ta' EUR 109,377,165. Il-proċedura tal-baġit korrispondenti li temenda tlestiet fil-15 ta’ Settembru 2009. Wara l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni ma’ Franza, il-Kummissjoni ħallset l-għotja fil-25 ta’ Novembru 2009. L-Italja (It-Terremot ta’ Abruzzo) F’April 2009 terremot kbir affettwa r-reġjun Taljan ta’ Abruzzo li sewa l-ħajja ta’ 300 ruħ u kkawża ħsarat kbar ħafna. L-awtoritajiet Taljani applikaw għal assistenza finanzjarja relatata mat-terremot, fil-perjodu ta’ skadenza ta’ 10 ġimgħat għat-tressiq tal-applikazzjoni lill-Fond ta’ Solidarjetà. It-terremot ikkawża ħsarat kbar fl-infrastruttura bażika, fi djar privati, bini pubbliku, negozji u f’wirt kulturali importanti tar-reġjun, u wassal għal ħsara serja għall-popolazzjoni. Iż-żoni milqutin minn dan l-avveniment jinkludu l-Provinċja kollha ta’ L’Aquila, il-parti l-kbira tar-Reġjun ta’ Abruzzo u xi żoni tal-madwar. Il-kapitali reġjonali L’Aquila, kienet l-aktar milquta, u fost l-agħar iċ-ċentru storiku. Minn popolazzjoni totali ta’ madwar 300 000 ruħ li ġew affettwati mid-diżastru, ġew irrappurtati 300 vittma u 1 500 feruti. Eluf tilfu djarhom u/jew in-negozji privati tagħhom, u madwar 30 000 ruħ tpoġġew f’tined għal perjodi twal. Tpoġġew 32 000 oħra f’lukandi u fi djar privati fuq il-kosta Adriatika u madwar 20 000 ġew irrappurtati li marru f’akkomodazzjoni privata barra mir-reġjun. Proporzjon kbir tal-bini li kien eżaminat wara t-terremot instab li kien perikoluż. Id-diżastru affettwa serjament ukoll is-sitwazzjoni soċjo-ekonomika tar-reġjun kollu bl-attività ekonomika tonqos drastikament jekk mhux tieqaf. L-istess japplika għall-attivitajiet tal-Università lokali b’27 000 student li ukoll tagħmel parti importanti mill-fattur ekonomiku tar-reġjun. L-awtoritajiet Taljani stmaw il-ħsara diretta totali għal aktar minn EUR 10,212 biljun. Dan l-ammont jirrappreżenta 0,67 % tad-DNG tal-Italja u aktar minn tliet darbiet il-limitu normali applikabbli għall-Italja għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà ta' EUR 3,4 biljun (jiġifieri EUR 3 biljun fi prezzijiet tal-2002). L-analiżi tas-servizzi tal-Kummissjoni urew li l-metodi użati mill-Italja għall-istima ta’ kategoriji differenti ta’ ħsara kienu dettaljati u tajbin u li r-riżultati kienu plawsibbli. L-istima ta’ ħsara diretta totali tidher li hija xi ftit konservattiva. It-terremot għalhekk ikkwalifika bħala diżastru naturali maġġuri u waqa’ fil-qasam prinċipali tal-applikazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE. L-applikazzjoni ġiet imħaffa biex tkun tista’ tingħata l-għajnuna lill-awtoritajiet Taljani malajr kemm jista’ jkun. F’deċiżjoni li saret fit-8 ta’ Ġunju 2009, il-Kummissjoni pproponiet lill-awtorità tal-baġit il-mobilizzazzjoni tal-assistenza finanzjarja ta’ EUR 493 771 159. Il-proċedura tal-baġit li temenda tlestiet fl-20 ta’ Ottubru 2009 u fi ftit żmien wara saret il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni fil-11 ta’ Novembru 2009. Il-ħlas tal-għotja sar fit-30 ta’ Novembru 2009. IL-FINANZJAMENT Fl-2009, ingħatat għotja mill-FSUE għal każ li l-applikazzjoni tiegħu kienet milqugħa fil-ħarifa tal-2008 (nixfa f’Ċipru) L-Abbozz Preliminari ta' Baġit Emendatorju Nru 10/2008[2] korrispondenti kien approvat mill-Awtorità tal-Baġit fit-18 ta’ Diċembru 2008. Għall-applikazzjonijiet milqugħa fl-2009, il-Fond kien immobilizzat fi tliet każijiet. L-Abbozz Preliminarju tal-Baġit Emendat Nru 1/2009[3] ikopri l-effetti tal-għargħar li affettwaw lir-Rumanija u kien approvat mill-Awtorità tal-Baġit fil-11 ta’ Marzu 2009. L-Abbozz Preliminarju tal-Baġit Emendat Nru 7/2009[4] ikopri l-effetti tal-maltempata Klaus fi Franza u kien approvat mill-Awtorità tal-Baġit fil-15 ta’ Settembru 2009. L-Abbozz Preliminarju tal-Baġit Emendat Nru 9/2009[5] ikopri l-effetti tat-terremot ta’ L’Aquila fl-Italja u kien approvat mill-Awtorità tal-Baġit fl-20 ta’ Ottubru 2009. Il-ħlasijiet setgħu jsiru wara l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tal-għotja u wara li ġew ffirmati l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni. Benefiċjarju | Id-Diżastru | Kategorija | Ammont ta’ għajnuna (EUR) | Ċipru | Nixfa | Diżastru Naturali Maġġuri | 7 605 445 | Ir-Rumanija | Għargħar | Diżastru Reġjonali Straordinarju | 11 785 377 | Franza | Il-maltempata Klaus | Diżastru Naturali Maġġuri | 109 377 165 | l-Italja | It-terremot ta’ Abruzzo | Diżastru Naturali Maġġuri | 493 771 159 | Total | 622 539 145 | GħELUQ L-Artikolu 8(2) tar-Regolament tal-Fond ta’ Solidarjetà jistipula li mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-iskadenza tal-perjodu ta' sena mid-data tal-ħlas tal-għotja, l-Istat benefiċjarju għandu jippreżenta rapport dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-għotja (minn hawn 'il quddiem: “rapport ta’ implimentazzjoni”) bi stqarrija li tiġġustifika n-nefqa (minn hawn 'il quddiem: “stqarrija ta’ validità”). Fi tmiem din il-proċedura, il-Kummissjoni għandha tagħlaq l-għajnuna mill-Fond. Matul l-2009, ingħalqu żewġ fajls tal-Fond ta’ Solidarjetà. Dwar l-għeluq tal-assistenza fil-każ relatat mal-maltempata fl-Estonja fl-2005, li għalih ingħatat għajnuna finanzjarja ta’ EUR 1 289 765, ir-rapport ta’ implimentazzjoni wasal fis-27 ta’ Settembru 2007. Wara valutazzjoni bir-reqqa mis-servizzi tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni kellha titlob aktar tagħrif mill-awtoritajiet Estonjani. Ir-risposta mill-awtoritajiet Estonjani waslet fid-19 ta’ Jannar 2009 u ddikjarat infiq mhux eliġibbli li jammonta għal EUR 4 430. Il-Kummissjoni tat bidu għal proċedura ta' rkupru u l-ammont ta’ EUR 4 430 ġie rkuprat mingħand l-awtoritajiet Estonjani fl-1 ta’ Ġunju 2009. B’riżultat ta’ dan il-fajl ingħalaq. Fil-każ tal-maltempata fil-Litwanja fl-2005, ingħatat għajnuna finanzjarja li tammonta għal EUR 378 910 lil-Litwanja u r-rapport ta' implimentazzjoni bil-lingwa Litwana wasal fl-10 ta' Ottubru 2007. Wara traduzzjoni u verifika mis-servizzi tal-Kummissjoni, intalab aktar tagħrif mingħand l-awtoritajiet Litwani. L-istqarrija tal-awtoritajiet Litwani wriet li r-rekwiżiti tal-għeluq meħtieġa ntlaħqu kollha. Il-Kummissjoni għalqet il-fajl fil-11 ta’ Ġunju 2009. Fl-2009, il-Kummissjoni rċeviet rapporti ta’ implimentazzjoni finali għal għotjiet magħmula fl-2007 mill-Greċja (relatat mal-għargħar ta’ Evros fl-2006), l-Ungerija (relatat mal-għargħar fl-2006), il-Ġermanja (relatat mal-maltempata Kyrill fl-2007) u Franza (relat mal-maltempata Gamède fl-2007). Fl-aħħar tal-perjodu kopert minn dan ir-rapport annwali kienet għadha għaddejja l-valutazzjoni ta' dawn ir-rapporti ta' implimentazzjoni. KONKLUżJONIJIET Fl-2009 il-Fond ta’ Solidarjetà għal darba oħra wera l-effettivita tiegħu b’reazzjoni għal diżastri maġġuri, jiġifieri biex jagħti assistenza finanzjarja sostanzjali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Madankollu, kundizzjoni waħda hija li l-applikazzjonijiet ikunu ppreparati sewwa mill-Istat applikant biex il-Kummissjoni ma jkollhiex għalfejn titlob għal kjarifika jew tagħrif addizzjonali. B'dak il-ħsieb, is-servizzi tal-Kummissjoni stabbilixxew prattika li tidher li hija effiċjenti ħafna fejn qed joffru li jirrevedu informalment l-abbozz tal-applikazzjoni flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali qabel ma din titressaq uffiċjalment. Pajjiżi li jixtiequ japplikaw għall-għajnuna tal-Fond ta’ Solidarjetà huma mħeġġa jagħmlu użu minn din l-opportunità. Fil-każ tal-akbar diżastru li għalih il-Fond ta’ Solidarjetà qatt intalab għall-għajnuna, l-għotja setgħet titħallas relattivament malajr fi ftit aktar minn ħames xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni – minkejja r-rikostituzzjoni tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet ta’ Ġunju. Is-sena 2009 uriet ukoll id-diffikultajiet fl-attivazzjoni tal-FSUE f’każijiet ta’ diżastri li jseħħu bil-mod. Ir-rekwiżit biex l-applikazzjonijiet jitressqu fi żmien 10 ġimgħat mill-ewwel ħsarat ikkawżati mid-diżastru jwassal għal diffikultajiet oġġettivi f’każ ta’ diżastri bħan-nixfa li biex tagħmel data preċiża tal-bidu tad-diżastru huwa virtwalment impossibbli. Waqt li fil-każ tal-applikazzjoni minn Ċipru setgħet tinstab soluzzjoni operattiva, ikun aħjar li fir-Regolament tal-Fond ta’ Solidarjetà tkun inkluża dispożizzjoni għal dan it-tip ta’ diżastru biex l-“interpretazzjoni” tar-Regolament issir superfluwa. Il-Kummissjoni se tindirizza din il-kwistjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-futur tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE ppjanata li tkun preżentata fil-bidu tat-tieni semestru tal-2011. Anness 1: APPLIKAZZJONIJIET PENDENTI U ġODDA TAL-FOND TA’ SOLIDARJETÀ TAL-UNJONI EWROPEA FL-2009 Il-pajjiż applikant | Ċipru | Ir-Rumanija | Franza | l-Italja | L-isem u n-natura tad-diżastru | Nixfa | Għargħar | Il-maltempata Klaus | It-terremot ta’ Abruzzo | Id-data tal-ewwel ħsara | 22/04/2008 | 24/07/2008 | 24/01/2009 | 06/04/2009 | Id-data tal-applikazzjoni* | 01/07/2008 | 01/10/2008 | 02/04/2009 | 08/06/2009 | It-tagħrif sħiħ disponibbli dwar | 01/07/2008 | 01/10/2008 | 02/04/2009 | 08/06/2009 | Il-limitu massimu ta' diżastru maġġuri (EUR m) | 84,673 | 566,845 | 3 398,6 | 3 398,6 | Ħsara diretta totali (EUR m) | 176,15 | 471,41 | 3 805,47 | 10 212,04 | Kategorija | maġġuri | reġjonali | maġġuri | maġġuri | Il-ħsara/il-limitu massimu | 208,03 % | 83,16 % | 111,97 % | 300,48 % | L-ispiża ta' attivitajiet eliġibbli ta' emerġenza (EUR m) | 59,45 | 390,81 | 462,91 | 2 004,14 | L-ispiża eliġibbli/ ħsara totali | 33,74 % | 82,9 % | 12,16 % | 19,63 % | L-għajnuna/l-ispiża eliġibbli | 12,79 % | 3,01 % | 23,63 % | 24,64 % | Rata tal-għajnuna (% tal-ħsara totali) | 4,31 % | 2,49 % | 2,87 % | 4,84 % | Id-data tad-deċiżjoni tal-għotja | 30/03/2009 | 20/07/2009 | 27/10/2009 | 11/11/2009 | Id-data tal-ftehim ta’ Implimentazzjoni | 10/06/2009 | 03/09/2009 | 13/11/2009 | 11/11/2009 | L-għajnuna mogħtija (EUR) | 7 605 445 | 11 785 377 | 109 377 165 | 493 771 159 | Anness 2: ĦARSA LEJN L-APPLIKAZZJONIJIET GħALL-FOND TA' SOLIDARJETÀ TAL-UE MILL-2002 LIL HAWN 2 | CZ | Għargħar | 2 300 | maġġuri | 129 | 3 | FR | Għargħar (Le Gard) | 835 | reġjonali | 21 | 4 | DE | Għargħar | 9 100 | maġġuri | 444 | L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2002 | 728 | 2 0 0 3 | 1 | ES | Tixrid ta’ żejt fil-baħar (Prestige) | 436 | reġjonali | 8,626 | 2 | IT | Terremot (Molise/Apulia) | 1 558 | reġjonali | 30,826 | 3 | IT | Eruzzjoni vulkanika (Etna) | 894 | reġjonali | 16,798 | 4 | IT | Għargħar (It-Tramuntana tal-Italja) | (1 900) | (maġġuri) | Miċħuda | 5 | GR | Temp xitwi kiefer | (mhux ċara) | (maġġuri ?) | Miċħuda | 6 | PT | Nirien fil-foresti | 1 228 | maġġuri | 48,539 | 7 | FR | Nirien fil-foresti (in-Nofsinhar ta' Franza) | 531 | (reġjonali) | Miċħuda | 8 | ES | Nirien fil-foresti (fruntiera mal-Portugall) | 53 | pajjiż ġar | 1,331 | 9 | MT | Għargħar | 30 | maġġuri | 0,961 | 10 | IT | Għargħar (Friuli Venezia-Giulia) | (525) | (reġjonali) | Miċħuda | L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2003 | 107.081 | 2 0 0 4 | 1 | FR | Għargħar (id-delta tar-Rhone) | 785 | reġjonali | 19,625 | 2 | ES | Għargħar (Malaga) | (73) | (reġjonali) | Miċħuda | 3-9 | ES | Nirien fil-foresti (7 applikazzjonijiet) | (480) | (reġjonali) | is-seba’ kollha rrifjutati | 10 | SK | Għargħar | (29) | (reġjonali) | Miċħuda | 11 | SI | Terremot | (13) | (reġjonali) | revokata | L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2004 | 19,625 | 2 0 0 5 | 1 | SK | Maltempata (Tatras) | 203 | maġġuri | 5.668 | 2 | IT | Għargħar (Sardenja) | (223, sopravalutat) | (reġjonali) | Miċħuda | 3 | EE | Maltempata | 48 | maġġuri | 1,29 | 4 | LV | Maltempata | 193 | maġġuri | 9,487 | 5 | SE | Il-Maltempata "Gudrun" | 2 297 | maġġuri | 81,725 | 6 | LT | Maltempata | 15 | pajjiż ġar | 0,379 | 7 | GR | L-għargħar ta' Evros | (112) | (reġjonali) | Miċħuda | 8 | RO | Għargħar tar-rebbiegħa | 489 | maġġuri | 18,798 | 9 | BG | Għargħar tar-rebbiegħa | 222 | maġġuri | 9,722 | 10 | BG | Għargħar tas-sajf | 237 | maġġuri | 10,632 | 11 | RO | Għargħar tas-sajf | 1 050 | maġġuri | 52,4 | 12 | AT | Għargħar (Tyrol/Vorarlberg) | 592 | reġjonali | 14,799 | L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2005 | 204,905 | 2 0 0 6 | 1 | UK | Splużjoni fid-depożitu taż-żejt ta’ Buncefield | (700) | (reġjonali) | revokata | 2 | GR | L-għargħar ta' Evros | 372 | reġjonali | 9,306 | 3 | HU | Għargħar | 519 | maġġuri | 15,064 | 4 | ES | Nirien fil-foresti ta' Galicia | (91) | (reġjonali) | Miċħuda | L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2006 | 24,370 | 2 0 0 7 | 1 | DE | Il-maltempata "Kyrill" | 4750 | maġġuri | 166,9 | 2 | FR | La Réunion, Iċ-ċiklun "Gamede" | 211 | reġjonali | 5,29 | 3 | ES | L-għargħar ta' El Hierro | (18) | (reġjonali) | Miċħuda | 4 | ES | L-għargħar ta' La Mancha | (66) | (reġjonali) | Miċħuda | 5 | UK | Għargħar | 4 612 | maġġuri | 162,387 | 6 | CY | Nirien fil-foresti | (38) | (reġjonali) | Miċħuda | 7 | ES | Nirien fil-foresti fil-Gżejjer Kanarji | (144) | (reġjonali) | Miċħuda | 8-16 | IT | 9 applikazzjonijiet għal nirien fil-foresti f'9 reġjuni | - | (reġjonali) | mhux ammissibbli, data ta’ skadenza maqbuża | 17 | FR | Il-maltempata Dean/Martinique | 509 | reġjonali | 12,78 | 18 | GR | Nirien fil-foresti | 2 118 | maġġuri | 89,769 | 19 | SI | Għargħar | 233 | maġġuri | 8,254 | L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2007 | 445,380 | 2 0 0 8 | 1 | CY | Nixfa | 165,4 | maġġuri | 7,605 | 2 | RO | Għargħar | 471,4 | reġjonali | 11,785 | L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2008 | 19,390 | 2 0 0 9 | 1 | FR | Il-maltempata Klaus | 3 805,5 | maġġuri | 109,377 | 2 | IT | It-terremot ta’ Abruzzo | 10 212,0 | maġġuri | 493,771 | 3 | GR | Nirien fil-foresti 09 | (152,8) | (reġjonali) | Miċħuda | 4 | CY | Maltempati 09 | (2,6) | (reġjonali) | Miċħuda | 5 | GR | L-għargħar ta’ Evia | (83,2) | (reġjonali) | Miċħuda | 6 | IT | Il-valanga ta’ tajn f’Messina | (598,9) | (reġjonali) | Miċħuda | L-għajnuna totali għall-applikazzjonijiet fl-2009 | 603,148 | Total sħiħ ta’ għajnuna approvata mill-2002 lil hawn | EUR 2 151,899 miljun | [1] Dettalji dwar il-valutazzjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet se jingħataw fir-rapport annwali għall-2010. [2] COM(2008) 731; Il-Baġit ta' Emenda 11/2008 adottat fit-18 ta' Diċembru 2008, ĠU L 27 30/1/2009. [3] COM(2009) 22; Il-Baġit ta' Emenda 1/2009 adottat fil-11 ta' Marzu 2009, ĠU L 99 17/04/2009. [4] SEC(2009) 827; Il-Baġit ta' Emenda 7/2009 adottat fit-15 ta' Settembru 2009, ĠU L 293 10/11/2009. [5] COM(2009) 448; Il-Baġit ta' Emenda 9/2009 adottat fl-20 ta' Ottubru 2009, ĠU L 326 11/12/2009.