/* KUMM/2010/0657 finali */ KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI Dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta' dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 10.11.2010 KUMM(2010) 657 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI Dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta' dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI Dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ta' dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri 1. Introduzzjoni Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief,[1] kull sena l-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jittrasmettu lill-Kummissjoni ċerta dejta dwar il-karozzi ġodda tal-passiġġieri. Dik id-dejta se tkun il-bażi biex tiġi ddeterminata l-mira ta' emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 għall-manifatturi ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u se sservi wkoll għall-valutazzjoni ta' jekk il-manifatturi jikkonformawx ma' dawk il-miri jew le. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tad-dejta li se tiġi trasmessa mill-Istati Membri, huwa meħtieġ li safejn jista' jkun, jiġu armonizzati r-regoli dwar il-ġbir u r-rappurtar ta' dik id-dejta. Din il-Komunikazzjoni, flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni C(2010)7652 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, se tiffaċilita l-ġbir, it-tressiq u l-valutazzjoni tad-dejta billi tindika l-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u billi tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar id-dejta li għandha tiġi pprovduta u l-format li għandu jintuża. Se tingħata iktar gwida fuq bażi ad hoc. 2. Dejta 2.1 Sorsi ta' dejta Is-sorsi ewlenin ta' dejta li se jintużaw mill-Istati Membri biex jiġbru d-dejta huma ċ-ċertifikati ta' konformità jew, meta dak is-sors ma jintużax għall-iskop ta' reġistrazzjoni ta' vettura, id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tipi. Minħabba li d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tipi jista' jkollha firxiet ta' valuri, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li d-dejta rrappurtata mid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tipi tkun konformi mad-dejta li tirriżulta miċ-ċertifikat tal-konformità. Għandu jiġi nnutat li ċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni pprovdut fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi[2] ma jistax jissostitwixxi ċ-ċertifikat tal-konformità għall-iskop ta' reġistrazzjoni ta' vettura. Iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni jinħareġ biss wara li l-vettura tkun ġiet irreġistrata. 2.2 Lista tal-manifatturi Id-dejta għandha tiġi mmonitorjata u rreġistrati fir-rigward ta' manifattur. Bħala riżultat, huwa importanti li l-manifattur ikun identifikat b'mod ċar[3] u jiġi ddistingwit mill-għamla[4]. Madankollu, huwa ċar li hekk kif l-awtoritajiet kompetenti jirreġistraw l-isem tal-manifattur skont id-denominazzjoni nazzjonali fiċ-ċertifikat tal-konformità jew fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tipi, tinħoloq varjetà kemm tal-ismijiet kif ukoll tal-ortografija. Sabiex tiġi armonizzata l-identifikazzjoni tal-manifatturi rilevanti, se tiġi stabbilita lista komuni ta' ismijiet ta' manifatturi u kodiċi rispettivi tad-IMD (Identifikazzjoni tal-Manifattur Dinji) u l-Istati Membri għandhom jużaw dik il-lista bħala bażi għar-reġistrazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament C(2010)7652. Minħabba li r-Regolament (KE) Nru 443/2009 japplika għall-manifatturi kemm fl-UE kif ukoll barra, ma għandha tiġi aċċettata l-ebda varjazzjoni skont il-lokazzjoni tal-manifattur. Madankollu, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament C(2010)7652, għandha ssir eċċezzjoni meta d-dejta għal vettura individwali tkun imsejsa fuq approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' serje żgħira jew fuq approvazzjoni tat-tip individwali. F'dawk il-każijiet, l-Istati Membru ma għandhomx jużaw l-ismijiet tal-manifatturi imma d-denominazzjonijiet msemmija f'dak l-Artikolu. L-identifikazzjoni konsistenti tal-manifatturi hija importanti wkoll għall-konsorzju (l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009), li jippermetti lill-manifatturi jilħqu l-mira komuni ta' emissjonijiet speċifiċi. Minħabba li l-konsorzju jista' jvarja matul iż-żmien, id-dejta għandha tinġabar għall-manifatturi kollha li qed jipparteċipaw fil-konsorzju. L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-konsorzju se jiġu kkalkulati għall-UE kollha. 2.3 Rekwiżiti tad-dejta L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrappurtaw id-dejta kollha skont l-Anness II għar-Regolament 443/2009. F'każ li fis-sors użat bħala bażi għar-reġistrazzjoni jkun hemm xi dejta rilevanti nieqsa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu lill-manifatturi jlestu l-ġabra tad-dejta. L-awtoritajiet kompetenti huma responsabbli biex jiżguraw li d-dejta rilevanti tkun preżenti fil-ħin tar-reġistrazzjoni. Fil-każ ta' vetturi soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta' serje żgħira jew approvazzjoni tat-tip individwali, huwa meħtieġ biss l-għadd ta' reġistrazzjonijiet; l-informazzjoni li jibqa' tista' titressaq fuq bażi volontarja. 2.4 Rappurtar dwar ir-reġistrazzjoni ta' vettura li tieħu żewġ fjuwils u vettura ta' fjuwil flessibbli L-introduzzjoni tas-suq tal-vetturi li jieħdu żewġ fjuwils, u l-vetturi ta' fjuwil flessibbli li kapaċi jaħdmu bi fjuwils alternattivi, bħall-E85, il-biodiżil jew l-idroġenu sostenibbli flimkien mal-petrol u d-diżil, għandha tiġi mmonitorjata mill-qrib. Ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 bħalissa ma jinkludix il-monitoraġġ tal-fjuwils alternattivi kollha użati f'dawn il-vetturi, inter alia minħabba l-emissjonijiet tas-CO2 li għadhom mhux qed jitkejlu. Fil-każ tal-fjuwil tal-etanol (E85) użat fil-vetturi li jieħdu żewġ fjuwils, l-emissjonijiet tas-CO2 jitkejlu, madankollu, huwa ċar li l-metodoloġija stabbilita fl-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament biex jiġi kkunsidrat il-valur tas-CO2 ta' dak il-fjuwil, jeħtieġ li tittejjeb sabiex tirrifletti verament l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta' dawn il-vetturi. Għalhekk, għandha titfassal metodoloġija ġdida li permezz tagħha tkun tista' tingħata konsiderazzjoni ġusta għall-iffrankar tas-CO2 mill-vetturi li jieħdu żewġ fjuwils u mill-vetturi ta' fjuwil flessibbli li kapaċi jaħdmu bi fjuwils alternattivi, bħall-E85, il-biodiżil jew l-idroġenu sostenibbli. Bħala parti mir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 mbassra għal Jannar 2013, il-Kummissjoni se tipprepara din il-metodoloġija biex tikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi veri tas-CO2 ta' vetturi ta' fjuwil flessibbli u vetturi li jieħdu żewġ fjuwils. Minħabba li ma nistgħux inkunu nafu minn qabel liema fjuwil se jintuża attwalment mill-vetturi li jieħdu żewġ fjuwils u mill-vetturi ta' fjuwil flessibbli, il-metodoloġija se jkollha tikkunsidra kemm id-disponibbiltà kif ukoll il-karatteristiċi tal-fjuwils differenti mibjugħa fl-Istati Membri. Id-dejta dwar il-bejgħ tal-fjuwil se tiġi pprovduta permezz tar-rappurtar skont id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-fjuwils tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE[5]. Sakemm tiġi introdotta l-metodoloġija, id-Direttiva 98/70/KE għandha tiġi adattata biex tippermetti lill-Istati Membri jirrappurtaw id-dejta tal-bejgħ għal fjuwils alternattivi differenti, inkluża, bħala prijorità, dejta armonizzata u preċiża dwar il-bejgħ tal-E85 li tilħaq il-kriterji ta' sostenibbiltà stabbiliti fid-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE[6], u d-Direttiva 98/70/KE. 3. TRAżMISSJONI TAD-DEJTA Sabiex tkun żgurata komunikazzjoni fil-ħin u effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-manufatturi u l-Kummissjoni, huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet kompetenti, innominati skont l-Artikolu 8(7) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u responsabbli għat-trażmissjoni tad-dejta, jaħtru mill-inqas żewġ uffiċjali bħala punti ta' kuntatt u jinfurmaw lill-Kummissjoni b'isimhom u d-dettalji ta' kuntatt. L-uffiċjali għandhom jabbonaw mal-Bank Ċentrali tad-Dejta[7]. Biex it-tressiq ikun ikkunsidrat validu għall-iskop tal-ilħiq tal-obbligi tar-rappurtar skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta d-dejta tkun ġiet uplowdjata fl-għodda tal-Bank Ċentrali tad-Dejta billi jibagħtu posta elettronika lill-kaxxa postali funzjonali EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu b'kopja lill-kaxxa postali funzjonali CO2-monitoring@eea.europa.eu. Id-dejta tinżamm f'bażi tad-dejta li se tkun immexxija għall-Kummissjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. Il-bażi tad-dejta għandha tkun aċċessibbli għall-pubblika permezz tal-internet. Sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà fil-ħin tad-dejta għall-manifatturi, l-Istati Membri jistgħu jittrasmettu s-sett sħiħ tad-dejta relatata mal-ewwel erba' xhur ta' kull sena kalendarja hekk kif dik id-dejta tkun disponibbli f'forma provviżorja. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jridu jivvalidaw u jibagħtu sett komplut tad-dejta sat-28 ta' Frar ta' kull sena kalendarja. Meta d-dejta provviżorja titressaq qabel l-iskadenza obbligatorja, il-Kummissjoni għandha tfittex li tikkalkula b'mod provviżorju, u tagħmel disponibbli għall-manifatturi konċernati, l-għadd ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri rreġistrati u l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom tas-CO2 fl-Istati Membri. Għandu jiġi nnutat li l-Kummissjoni ma tikkonfermax dawn il-kalkoli qabel id-data stabbilita fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009. 3.1 Format Id-dejta għandha tiġi trażmessa bl-użu ta' żewġ fajls .xml separati, wieħed għad-dejta tal-monitoraġġ u ieħor għas-sett sħiħ tad-dejta kif speċifikat fl-Anness II għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 443/2009. Iktar speċifikazzjonijiet tal-fajls .xml se jiġu pprovduti fil-linji gwida li se jiġu ppubblikati fuq l-internet. 3.2 Verifika L-ikkodifikar tad-dejta u tal-.xml jista' jiġi vverifikat indipendentament minn kull Stat Membru. Madankollu, il-preżentazzjoni fil-forma ta' fajl testwali se titpoġġa fuq il-websajt tas-CIRCA[8] u għandha tintuża għall-assikurazzjoni tal-kwalità qabel ma tintbagħat id-dejta għas-sena rispettiva ta' rappurtar. 4. Kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji Sabiex jiġu kkunsidrati l-perċentwali li jiddaħħlu gradwalment stabbiliti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, għall-kalkoli tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għall-manufatturi, inklużi l-manufatturi msemmija fl-Artikou 11(1) u l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, huwa meħtieġ li l-vetturi jingħażlu skont l-emissjonijiet speċifiċi tagħhom tas-CO2. Dawk il-vetturi bl-iktar emissjonijiet baxxi sal-perċentwali rilevanti stabbilit fl-Artikolu 4 biss, se jingħażlu fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji. L-emissjonijiet speċifiċi għandhom, fejn ikun applikabbli, ikunu emissjonijiet mnaqqsa bil-perċentwali stabbilit fl-Artikolu 6 u l-iffrankar ekoinnovattiv approvat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 u r-regoli dettaljati li għandhom jiġu adottati. Meta jkunu qed jiġu kkalkulati l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2, għandhom jiġu kkunsidrati l-vetturi li jaqgħu fi ħdan il-kategorija speċifikata fl-Artikolu 5. B'mod iktar preċiż, meta jiġu ddeterminati l-emissjonijiet speċifiċi għall-iskop tal-ikkalkular tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għall-manifatturi, il-Kummissjoni se tapplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 fl-ordni li ġejja: Għażla ta' vetturi għall-kalkolu (a) Artikolu 6: għas-snin kalendarji sa u inkluż l-2015, applika t-tnaqqis tas-CO2 għall-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri li kapaċi jaħdmu bil-fjuwil E85 jekk Stat Membru jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009; (b) Artikolu 12, flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3): naqqas l-iffrankar ekoinnovattiv iċċertifikat skont ir-regoli dettaljati li se jiġu adottati mill-Kummissjoni mill-emissjonijiet speċifiċi; (c) Artikolu 4: għas-snin kalendarji sa u inkluż l-2014, irranġa r-reġistrazzjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri skont l-emissjonijiet tagħhom tas-CO2 li jirriżultaw mill-punt (a) u (b) u fil-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 inkludi vetturi bl-inqas ċifri sal-perċentwali indikat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 biss; Il-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO 2 (d) Artikolu 5: għas-snin kalendarji sa u inkluż l-2015 u għal dawk il-karozzi li għandhom emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 inqas minn 50 g/km, immultiplika l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 f'dawk il-karozzi bil-fattur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009; (e) Artikolu 5: għas-snin kalendarji sa u inkluż l-2015 u għal dawk il-karozzi li għandhom emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 inqas minn 50 g/km, immultiplika l-iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn teknoloġiji innovattivi f'dawk il-karozzi bil-fattur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009; (f) Artikolu 12, flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(3): iddetermina l-iffrankar ekoinnovattiv billi tikkalkula l-iffrakar medju tas-CO2 għal manifattur abbażi tal-iffrankar speċifikat fiċ-ċertifikat tal-konformità għall-karozzi tal-passiġġieri magħżula kollha attribwiti għal dak il-manifattur b'kunsiderazzjoni tal-punt (e). Il-vetturi li ma għandhom l-ebda teknoloġija innovattiva se jiġu kkunsidrati li għandhom iffrankar ta' CO2 ta' 0 g/km. Jekk l-iffrankar tal-ekoinnovazzjoni jaqbeż il-valur imsemmi fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, għandu japplika l-valur stabbilit fl-Artikolu 12(1); (g) Ikkalkula l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 billi tikkunsidra l-punt (d) u naqqas il-valur determinat skont il-punt (f). Pereżempju, manifattur fis-sitwazzjoni li ġejja: Għadd ta’ reġistrazzjonijiet | Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 | Iffrankar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn teknoloġiji innovattivi | Miltiplikatur tas-super kreditu fl-2012 | 2 | 45 | 2 | 3.5 | 10 | 51 | 4 | 1 | 53 | 131 | 0 | 1 | 10 | 160 | 10 | 1 | 28 | 200 | 20 | 1 | Mhu se jkun hemm l-ebda ffrankar ekoinnovattiv fl- 2012 ta' (2*2*3.5 + 10*4) / (2*3.5 + 10 + 53) = 0.7714 2013 ta' (2*2*3.5 + 10*4 + 10*10) / (2*3.5 + 10 + 53 + 10) = 1.925 Filwaqt li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 se jkunu fl- 2012 ta' [(2*45*3.5 + 10*51 + 53*131) / 70] - 0.7714 = 110.2 2013 ta' [(2*45*3.5 + 10*51 + 53*131 + 10*160) / 80) - 1.925 = 115.175 4.4 Kalkolu tal-massa medja Meta tiġi kkalkulata l-massa medja għall-iskop tad-determinazzjoni tal-mira tal-emissjonijiet speċifiċi bl-użu tal-formula fl-Anness I għall-manufatturi, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-karozzi kollha tal-passiġġieri mingħajr ma tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 tar-Regolamemt (KE) 443/2009. 5. Konsorzju Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-manifatturi jistgħu jiffurmaw konsorzju. Hemm żewġ tipi ta' konsorzji speċifikati fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 7. L-Artikolu 7(5) jirreferi għal konsorzji miftuħa li huma ffurmati minn kwalunkwe manifattur jew fi grupp jew barra minn grupp ta' intrapriżi konnessi. Dawn il-konsorzji huma miftuħa għal kwalunkwe manifattur li jixtieq jidħol fil-konsorzju jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(5). Il-konsorzji li huma ffurmati minn manifatturi li jappartjenu għal grupp ta' intrapriżi konnessi jistgħu jissejħu konsorzji magħluqa u jaqgħu taħt l-Artikolu 7(6). Il-manifatturi li jappartjenu għal grupp ta' intrapriżi konnessi se jkollhom jilħqu miri separati, sakemm ma jkunux jappartjenu għal konsorzju magħluq. Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament C(2010)7652, il-manifatturi għandhom juru li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiffurmaw konsorzju magħluq u għandhom iressqu dik l-informazzjoni billi jużaw il-kaxxa postali funzjonali EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu. Il-Kummissjoni se tikkunsidra s-sena li fiha ġie nnotifikat il-konsorzju bħala l-ewwel sena li fiha huwa applikabbli l-arranġament tal-konsorzju. L-aħħar sena li fiha huwa applikabbli l-arranġament tal-konsorzju tkun is-sena ta' qabel is-sena li fiha jiġi nnotifikat it-tmiem tal-arranġament tal-konsorzju. [pic][pic][pic] [1] ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1. [2] ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57 [3] Entrata 0.5 fil-KtK u l-Artikolu 3(c) tar-Regolament 443/2009/KE: "manifattur tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli lejn l-awtorità ta' approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE taħt id-Direttiva 2007/46/KE u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni." [4] Entrata 0.1 fil-KtK tal-Anness I għad-Direttiva 2007/46/KE “għamla (trade name tal-manifattur)”. L-Artikolu 2(6) tad-Deċiżjoni 1753/2000/KE "għamla tfisser l-isem kummerċjali tal-fabbrikant u hija dik li tidher fuq iċ-ċertifikat tal-konformità u d-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip." [5] ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58. [6] ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16. [7] http://cdr.eionet.europa.eu/ [8]