52010PC0539




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 30.9.2010

KUMM(2010) 539 finali

2010/0267 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-proposta

- Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

Sabiex il-poteri ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009[1] jiġu allinjati mad-differenzjazzjoni bejn il-poteri ddelegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni introdotti permezz tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

- Kuntest ġenerali

L-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jiddistingwu bejn żewġ tipi differenti ta’ atti tal-Kummissjoni:

- L-Artikolu 290 tat-TFUE jippermetti lil-leġiżlatur jiddelega lill-Kummissjoni l-poter li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv. Atti legali adottati mill-Kummissjoni b’dan il-mod, fit-terminoloġija użata mit-Trattat, jissejħu “atti delegati” (l-Artikolu 290(3)).

- L-Artikolu 291 tat-TFUE jippermetti lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha ta’ liġi nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ atti tal-Unjoni legalment vinkolanti. Dawk l-atti jistgħu jagħtu poteri ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni fejn kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tagħhom huma meħtieġa. Atti legali adottati mill-Kummissjoni b’dan il-mod, fit-terminoloġija użata mit-Trattat, jissejħu “atti tal-implimentazzjoni” (l-Artikolu 291(4)).

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

L-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

- Konsistenza mal-politiki l-oħrajn u l-għanijiet tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

2. Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt

- Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

- Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Ma kienx hemm bżonn ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati jew ta’ għarfien espert estern minħabba li l-proposta li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 ikun allinjat mat-Trattat ta’ Lisbona hija kwistjoni interistituzzjonali li sejra tikkonċerna r-Regolamenti tal-Kunsill kollha. L-emendi bil-għan li jissimplifikaw għandu ambitu limitat u huma ta’ natura purament teknika.

- Valutazzjoni tal-impatt

Mhemmx bżonn ta’ valutazzjoni tal-impatt minħabba li l-proposta sabiex ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 jiġi allinjat mat-Trattat ta’ Lisbona hija kwistjoni interistituzzjonali li sejra tikkonċerna r-Regolamenti tal-Kunsill kollha. L-emendi bil-għan li jissimplifikaw għandu ambitu limitat u huma ta’ natura purament teknika.

3. Elementi legali tal-proposta

- Sommarju tal-azzjoni proposta

Li jiġu identifikati l-poteri ddelegati u ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u li tiġi stabbilita l-proċedura korrispondenti għall-adozzjoni ta’ dawn l-atti.

Addizzjonalment, ġew introdotti xi elementi ta’ simplifikazzjoni fil-qasam tal-kundizzjonalità huma introdotti. Barra minn hekk, huwa previst li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li ma jkollhomx bżonn id-dikjarazzjoni tal-erjas kollha agrikoli tal-impriża tagħhom għal bdiewa b’erja totali tal-impriża ta’ inqas minn ettaru.

- Bażi legali

L-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

- Prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-politika agrikola hija kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri. Dan ifisser li sakemm l-UE ma tgħaddix liġijiet fis-settur, l-Istati Membri jżommu l-kompetenza tagħhom. Rigward il-pagamenti diretti diġà jeżisti approċċ Komunitarju, u huwa ġġustifikat sabiex jissimplifika r-regoli attwali.

- Prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

- Għażla ta’ strumenti

Strument propost: Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Regolament għandu jiġi emendat minn Regolament.

4. Implikazzjonijiet baġitarji

Din il-miżura ma tinvolvix xi nefqa Komunitarja addizzjonali.

5. Informazzjoni addizzjonali

- Simplifikazzjoni

L-emendi li jikkonċernaw il-kundizzjonalità jirrappreżentaw simplifikazzjoni importanti u jikkontribwixxu sabiex itaffu l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri.

Wieħed jista’ jassumi li l-possibbiltà proposta lill-Istati Membri li jeżentaw lill-bdiewa li ma japplikawx għal pagamenti relatati mal-erja u jiddikjaraw biss żoni żgħar (ta’ inqas minn ettaru) mir-rekwiżit ta’ dikjarazzjoni tal-erja sejra tikkonċerna b’mod prinċipali l-produtturi tal-bhejjem mingħajr ebda art eliġibbli sabiex japplikaw għal pagamenti relatati mal-erja. Huwa diffiċli li jiġi previst l-għadd ta’ bdiewa li jistgħu jiġu affettwati, iżda wieħed jista’ jassumi li sejjer ikun limitat, meta jitqies id-diżakkoppjament kontinwu ta’ pagamenti tal-bhejjem u t-trasferiment għal pagamenti relatati mal-erja. L-emenda madankollu tirrappreżenta tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq ċerti Stati Membri.

2010/0267 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[2],

Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[4],

Billi:

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009[5] jagħti poteri lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

2. Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-poteri mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 lill-Kummissjoni jeħtieġu jkunu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li ma jkunux essenzjali. L-elementi li għalihom il-poter jista' jkun eżerċitat għandhom ikunu definiti, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun soġġetta dik id-delegazzjoni.

4. Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni uniformi tar-Regolament Nru 73/2009 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha jkollha l-poter li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. Salv meta hu espliċitament ipprovdut mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-...

5. Xi wħud mid-dispożizzjonijiet dwar skemi ta’ appoġġ dirett li ġew adottati sa issa mill-Kummissjoni skont il-poteri mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma kkunsidrati ta’ tali importanza li għandhom jiġu inkorporati f’dak ir-Regolament. Dawk l-elementi jikkonċernaw xi wħud mir-regoli dettaljati stipulati fir-Regolamenti tal-Kummissjoni Nru (UE) 1120/2009[6], Nru (UE) 1121/2009[7] u Nru (UE) 1122/2009[8].

6. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ssimplifikati, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità.

7. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza huwa xieraq li jiġu pprovduti definizzjonijiet għal “art għall-kultivazzjoni”, “uċuħ tar-raba’ permanenti”, “mergħa permanenti” u “mergħat”.

8. Minħabba li l-mergħa permanenti għandha effett ambjentali pożittiv, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex jinkoraġġixxu l-manutenzjoni tal-mergħa permanenti eżistenti biex tiġi evitata l-konverżjoni massiva f’art għall-kultivazzjoni. Sabiex tiżgura li l-Istati Membri jiddeterminaw il-proporzjon ta’ mergħa permanenti u art agrikola li għandha tinżamm b’mod koerenti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar id-determinazzjoni tad-dejta meħtieġa sabiex tistabbilixxi dan il-proporzjon.

9. Sabiex tiżgura implimentazzjoni effettiva tas-sistema konsultattiva għall-farms ipprovduta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, biex b’hekk tagħmel tali sistema kompletament operattiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

10. Sabiex jiżguraw li l-osservanza tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità tkun tista’ tiġi vverifikata, il-bdiewa huma meħtieġa jiddikjaraw l-erjas agrikoli kollha tal-impriża tagħhom. Dan japplika wkoll meta l-bdiewa ma japplikaw għal ebda pagament dirett ibbażat fuq l-erja u jkollhom biss żoni żgħar għad-dispożizzjoni tagħhom. F’dawk il-każijiet, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li ma jkollhomx bżonn id-dikjarazzjoni ta’ dawk l-erjas, sakemm l-erja totali tal-impriża kkonċernata ma taqbiżx ettaru wieħed u sakemm issir referenza għal dawk l-erjas fl-applikazzjoni għal għajnuna.

11. Implimentazzjoni effettiva tal-kundizzjonalità teħtieġ verifika tal-osservanza tal-obbligi fuq il-livell tal-bdiewa. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, sabiex tiżgura livell uniformi u għoli biżżejjed ta’ prestazzjoni ta’ dawn il-verifiki b’mod partikolari fir-rigward tal-għażla tal-farms, twettiq ta’ kontrolli u rappurtar. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla li jikkunsidra nuqqas ta’ konformità bħala minuri jew li ma japplikax tnaqqis jew esklużjoni fejn ammont ikkonċernat huwa ta’ inqas minn EUR 100, l-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha, fis-sena ta’ wara, tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejbiet tan-nuqqas ta’ konformità kkonċernat. Madankollu, bl-għan li tissimplifika u li ttaffi l-piż amministrattiv, wieħed għandu jikkunsidra li jissimplifika s-sistema ta' kontrolli ta' segwitu.

12. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Sabiex tiżgura livell uniformi u għoli biżżejjed ta’ osservanza tal-elementi differenti ta’ dik is-sistema fir-rigward tal-aspetti tekniċi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar karatteristiċi bażiċi, definizzjonijiet u rekwiżiti ta’ kwalità dwar is-sistema u l-elementi differenti tagħha.

13. Sabiex tiżgura amministrazzjoni koerenti u effiċjenti tal-applikazzjonijiet għal għajnuna l-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni pertinenti għall-applikazzjoni għal għajnuna u għall-applikazzjoni għal intitolamenti għal pagament. Dawk l-atti għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti biżżejjed żmien u l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex jippermettu l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà. Meta tkun iġġustifikata debitament, il-bidwi għandu jingħata ċerta flessibbiltà. Barraminnhekk, ir-regoli ta’ eliġibbiltà bħal perijodi ta’ żamma ta’ annimali ma għandhomx jostakolaw lill-bdiewa milli jittrasferixxu l-impriża kollha tagħhom wara li l-applikazzjoni tintbagħat imma matul dan il-perijodu. Il-kundizzjonijiet għal tali trasferimenti għandhom għalhekk jiġu ddefiniti.

14. Verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandha titwettaq bl-għan li tipproteġi l-Fondi tal-Unjoni. Sabiex tippermetti tali verifika tat-twettiq tal-obbligi marbutin mal-pagament mill-bdiewa kif ukoll sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi għall-bdiewa intitolati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri. Meta xieraq, dawk l-atti għandhom ukoll jistabbilixxu regoli għas-sitwazzjoni meta servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħrajn minbarra l-awtorità kompetenti jkunu inkarigati mill-amministrazzjoni tal-pagamenti.

15. L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi għal rekwiżiti minimi li għandhom jiġu osservati, iżda l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) mhix xierqa għall-bdiewa li għadhom qegħdin jirċievu pagamenti diretti taħt ċerti skemi akkoppjati iżda li ma għandhomx ettari. Dawk il-bdiewa huma fl-istess sitwazzjoni bħall-bdiewa detenturi ta’ intitolamenti speċjali u sabiex jiżguraw l-effettività sħiħa tal-iskemi akkoppjati inkwistjoni huma għandhom għalhekk jiġu ttrattati bl-istess mod għall-iskopijiet tal-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament. Ukoll, meta Stat Membru jkun għażel limitu massimu f'ettari kif previst fl-Artikolu 28(1)(b), il-bdiewa li jirċievu l-appoġġ speċifiku msemmi fit-Titlu III tal-Kapitolu V u li għandhom inqas ettari mil-limitu massimu magħżul mill-Istat Membru għandhom ikunu soġġetti għal-limitu massimu f'Euro magħżul mill-Istat Membru skont kif previst fl-Artikolu 28(1)(a).

16. Għandhom jiġu ffissati r-regoli dwar il-qies minimu għal kull impriża li għaliha jista’ jintalab l-istabbiliment ta’ intitolamenti għal pagament.

17. Sabiex tiżgura l-kontinwità tas-sistema ta’ pagamenti diretti f’każ ta’ ċirkostanzi straordinarji, il-Kummissjoni għandha tingħata l-permess li tadotta miżuri neċessarji u ġustifikati sabiex tegħleb tali eventwalitajiet.

18. Sabiex tiżgura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskema ta’ pagament uniku previst fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-użu ta’ erjas agrikoli għal attivitajiet mhux agrikoli għandu jiġi ddefinit.

19. Sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-organizzazzjoni interna tal-Istati Membri, huma għandhom jitħallew jamministraw ir-riżerva naturali fuq livell reġjonali. Għandhom jiġu stabbiliti regoli għal tali amministrazzjoni.

20. Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi mill-Istati Membri dwar ir-riverżjoni għar-riżerva nazzjonali tal-intitolamenti għal pagament mhux użati.

21. Ir-regoli rigward il-limitazzjoni fuq it-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament għandhom jiġu adattati sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni sitwazzjonijiet ta’ trasferiment partikolari.

22. Sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għal intitolamenti speċjali jkomplu jintlaħqu għandhom jiġu adottati regoli dwar il-kalkolu tal-unitajiet ta’ bhejjem.

23. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-allokazzjoni inizjali ta’ intitolamenti għal pagament fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri l-ġodda kif previst fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

24. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-kalkolu tal-unitajiet ta’ bhejjem għal intitolamenti speċjali kif previst fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

25. Sabiex tiżgura trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ li jikkonċernaw attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agriambjentali addizzjonali, erjas soġġetti għal ristrutturazzjoni u/jew miżuri ta’ assigurazzjoni għal programmi ta’ żvilupp, uċuħ tar-raba’, annimali u pjanti kif previst fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Fil-każ ta’ fondi reċiproċi għall-mard ta’ annimali u pjanti u l-inċidenti ambjentali, dawn ir-regoli għandhom b’mod partikolari jinkludu t-tul minimu u massimu tas-self kummerċjali eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja u l-obbligu tal-Istati Membri li jissottomettu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

26. Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskemi ta’ għajnuna previsti fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-funzjonament preċiż ta’ dawk is-sistemi.

27. Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw il-limitazzjonijiet għat-trasferiment ta’ drittijiet tal-primjum fil-każ tal-primjums fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż.

28. Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw l-għadd minimu ta’ annimali li għandhom jiġu ddikjarati fir-rigward tal-primjums speċjali u fir-rigward tal-primjum tal-baqar li jreddgħu.

29. Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw il-limiti għat-trasferiment tad-drittijiet tal-primjums ta’ baqar li jreddgħu.

30. Sabiex tiżgura amministrazzjoni tajba tal-għażliet magħmula mill-Istati Membri li jikkonċernaw il-pagamenti akkoppjati, il-Kummissjoni għandha tiffissa limiti li jikkorrispondu mal-iskema ta’ pagament uniku, il-miżuri akkoppjati fi ħdan l-appoġġ speċifiku, il-pagament separat taz-zokkor, il-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex, il-pagament separat tal-frott artab u l-fondi nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a).

31. L-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi l-possibbiltà fl-Istati Membri l-ġodda li tiġi kkumplimentata għajnuna diretta mħallsa lill-bidwi, soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Pagamenti diretti nazzjonali komplementari mħallsin mhux b’konformità mal-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna illegali.

32. L-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri huwa essenzjali għall-ġestjoni tajba tal-fondi. Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni l-Kummissjoni għandha tadotta regoli uniformi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni. Dawn għandhom b’mod partikolari jinkludu regoli dwar notifiki ta’ deċiżjonijiet mill-Istati Membri u dwar statistiki u rapporti li għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri.

33. Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa emendat kif ġej:

34. Fl-Artikolu 2, għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin :

“(i) ‘art għall-kultivazzjoni’ tfisser art ikkultivata għall-produzzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ jew miżmuma f’kundizzjoni agrikola jew ambjentali tajba skont l-Artikolu 6, irrispettivament minn jekk dik l-art hix taħt serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli jew le;

(j) ‘uċuħ tar-raba’ permanenti’ tfisser uċuħ tar-raba’ mhux tar-rotazzjoni minbarra mergħat permamenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew aktar u jagħtu ħsad ripetut, inklużi mixtliet, u msaġar ta’ rotazzjoni qasira;

(k) ‘mergħa permanenti’ tfisser art użata għat-tkabbir ta’ ħxejjex jew pjanti naturalment erbaċji (li jitilgħu waħidhom) jew permezz tal-kultivazzjoni (miżrugħa) u li ma ġietx inkluża fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew aktar, esklużi l-erjas mwarrba skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92*, erjas imwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999** u erjas imwarrba skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005; u għal dan il-għan, ‘ħxejjex jew pjanti erbaċji oħrajn’ tfisser il-pjanti erbaċji kollha tradizzjonalment misjuba f’mergħat naturali jew normalment inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għal mergħat jew imraġ fl-Istat Membru (użati għall-annimali li jirgħu jew le). L-Istati Membri jistgħu jinkludu wċuħ tar-raba’ li jinħadmu kif iddefinit mill-Kummissjoni;

(l) ‘mergħa’ tfisser art għall-kultivazzjoni użata għall-produzzjoni tal-ħaxix (miżrugħ jew naturali); mergħa għandha tinkludi mergħa permanenti.

* ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85.

** ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.”

35. Jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej:

"Artikolu 2a

Emenda tal-Anness I

Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġiżlazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, temenda l-Anness I.”

36. Fl-Artikolu 6, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. Sabiex tiżgura li jittieħdu miżuri sabiex l-art tinżamm taħt mergħa permanenti fuq il-livell tal-bdiewa, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dispożizzjonijiet inklużi obbligi individwali fuq il-livell tal-bdiewa li għandhom jiġu rrispettati fejn huwa stabbilit li l-proporzjon ta’ art taħt mergħa permanenti qiegħed jonqos."

4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-metodi għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ mergħa permanenti u art agrikola li għandha tinżamm."

37. Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tirrevedi l-limiti stabbiliti fl-Anness IV sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni il-:

(a) modifiki fl-ammonti totali massimi ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw;

(b) modifiki fis-sistema ta’ modulazzjoni volontarja pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 378/2007;

(c) bidliet strutturali fl-impriżi;

(d) trasferimenti lill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikolu 136 ta’ dan ir-Regolament.”

38. L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a) Fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

"L-ammonti li jikkorrispondu għal punt wieħed perċentwali għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati. L-ammonti li jikkorrispondu għat-tnaqqis b’4 punti perċentwali għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kkonċernati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin: "

(b) Fil-paragrafu 3, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

"Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġiżlazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, temenda l-Anness V."

(c) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4. L-ammont li jifdal li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) u l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Huma għandhom jintużaw skont l-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005."

39. Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"3. Kwalunkwe ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) u (2) għandu jiġi allokat lill-Istat Membru l-ġdid fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw skont l-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005."

40. Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II, għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 11a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1. Sabiex tiżgura implimentazzjoni armonizzata tal-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja l-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dettaljati fuq il-bażi ta’ kalkolu ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-bdiewa mill-Istati Membri minħabba l-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja kif previst fl-Artikolu 9, 10, 11.

2. Sabiex tiżgura l-allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi l-kriterji għall-allokazzjoni ta’ ammonti magħmula disponibbli bl-applikazzjoni ta’ modulazzjoni."

41. Fl-Artikolu 12, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5. Sabiex tiggarantixxi l-funzjonament tajjeb tas-sistema konsultattiva għall-farms, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, dispożizzjonijiet bil-għan li tali sistema ssir kompletament operattiva. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu relatati, fost l-oħrajn, mal-iskop tas-sistema konsultattiva għall-farms u l-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-bdiewa.

6. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli għall-implimentazzjoni uniformi tas-sistema konsultattiva għall-farms."

42. Fl-Artikolu 19(1), għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

"Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-qies minimu tal-ħbula tar-raba' li għalihom tista’ ssir applikazzjoni. Madankollu, il-qies minimu ma jistax jaqbeż 0,3 ett.

Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li bidwi li ma japplikax għal xi pagament dirett abbażi tal-erja mhuwiex obbligat jiddikjara l-ħbula tar-raba' kollha tiegħu fil-każ fejn l-erja totali ta’ dawk il-ħbula tar-raba' ma taqbiżx ettaru wieħed. Il-bidwi għandu madankollu jindika, fl-applikazzjoni tiegħu, li għandu ħbula tar-raba' u għandu, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, jindika l-post tal-ħbula tar-raba' kkonċernati."

43. Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tnaqqis jew esklużjoni pprovduta fl-Artikolu 23, fejn jinstab li bidwi ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-għoti tal-għajnuna kif ipprovdut f’dan ir-Regolament, il-pagament jew parti mill-pagament mogħti jew li għandu jingħata li għalih intlaħqu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandu jkun soġġett għal tnaqqis u esklużjonijiet."

44. Fl-Artikolu 22, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli għat-twettiq ta’ kontrolli u verifiki sabiex tivverifika l-konformità mal-obbligi msemmija fil-Kapitolu 1."

45. Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2. Minkejja l-paragrafu 1 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 27a(5), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis jew esklużjoni li tammonta għal EUR 100 jew inqas għal kull bidwi u għal kull sena kalendarja.

Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla pprovduta fl-ewwel subparagrafu, fis-sena ta’ wara l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità kkonċernati. Is-sejba u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta’ rimedju għandhom jiġu nnotifikati lill-bidwi."

46. L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1. Għall-kalkolu tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni s-severità, il-limitu, il-permanenza u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità misjubin kif ukoll il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4."

(b) Fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Sakemm il-bidwi ma jkunx ħa azzjoni immedjata ta’ rimedju sabiex itemm in-nuqqas ta’ konformità misjub, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa li jistgħu, fejn xieraq, jiġu limitati għal kontroll amministrattiv sabiex tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejba tan-nuqqas ta’ konformità kkonċernata. Is-sejba tan-nuqqas ta’ konformità minuri u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta’ rimedju għandhom jiġu nnotifikati lill-bidwi."

47. Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II, għandhom jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 27a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1. Sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-bdiewa intitolati u sabiex tiżgura li l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll pprovduti f’dan il-Kapitolu jkunu implimentati b’mod effiċjenti, koerenti u b’mod mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a) definizzjonijiet speċifiċi meħtieġa sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata tas-sistema integrata;

(b) dispożizzjonijiet meħtieġa għal definizzjoni armonizzata tal-bażi għall-kalkolu tal-għajnuna, inklużi regoli dwar kif jiġu ttrattati ċerti każijiet fejn żoni eliġibbli fihom karatteristiċi ta’ pajsaġġ jew siġar;

(c) regoli sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-bdiewa fil-każijiet ta’ force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-Artikolu 31;

(d) regoli sabiex jiżguraw bażi armonizzata għall-kalkolu ta’ tnaqqis minħabba kundizzjonalità bit-teħid f’kunsiderazzjoni wkoll tat-tnaqqis minħabba l-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja;

(e) regoli dwar kwalunkwe miżuri ulterjuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri għall-applikazzjoni tajba ta’ dan il-Kapitolu kif ukoll arranġamenti għal kwalunkwe assistenza reċiproka meħtieġa bejn l-Istati Membri.

2. Sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-bdiewa intitolati fir-rigward tal-applikazzjonijiet ta’ għajnuna pprovduti fl-Artikolu 19 u sabiex tippermetti l-verifika tat-twettiq tal-obbligi relatati magħhom mill-bdiewa, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi dan li ġej:

(a) regoli li jikkonċernaw il-qies minimu tal-ħbula tar-raba' li għandhom jiġu ddikjarati, sabiex inaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-bdiewa u l-awtoritajiet;

(b) deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71* sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-bdiewa fejn id-data finali għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet jew emendi hija btala pubblika, is-Sibt jew il-Ħadd;

(c) f’każ ta’ applikazzjoni għal pagament jew għal allokazzjoni ta’ intitolamenti li ssir tard, id-dewmien massimu u t-tnaqqis f’każ ta’ tali dewmien.

3. Sabiex tiżgura li l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà pprovduti fl-Artikolu 20 titwettaq b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dispożizzjonijiet, b’mod partikolari għall-avveniment li fih bidwi jipprevjeni t-twettiq ta’ kontroll.

4. Sabiex tiżgura li l-kalkolu u l-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet jitwettqu skont il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 21 u b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a) dispożizzjonijiet dwar tnaqqis jew esklużjonijiet relatati mal-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni fl-applikazzjoni bħal dikjarazzjonijiet eċċessivi ta’ erjas jew annimali jew b’nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ erjas kif ukoll dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw trattament armonizzat u proporzjonat ta’ irregolaritajiet intenzjonati, sitwazzjonijiet ta’ żbalji minuri, akkumulazzjoni ta’ tnaqqis u applikazzjoni simultanja ta’ tnaqqis differenti, kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iskop tal-miżuri implimentati taħt l-Artikolu 68;

(b) regoli li jipprovdu għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis f’ċerti każijiet, li jiżguraw il-proporzjonalità meta japplikaw tnaqqis.

5. Sabiex tiżgura li l-kundizzjonalità titwettaq b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli għall-kalkolu u l-applikazzjonijiet ta’ tnaqqis skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 23 u 24, inklużi regoli għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis f’ċerti każijiet.

Artikolu 27b

Regoli ta’ implimentazzjoni

Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi dan li ġej:

(a) il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema integrata sabiex tkun reġistrata l-identità ta’ kull bidwi li jissottometti applikazzjoni għal għajnuna provduta fl-Artikolu 15;

(b) il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għall-bażi ta’ dejta kompjuterizzata provduta fl-Artikolu 16;

(c) il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba' provduti fl-Artikolu 17;

(d) il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema ta' identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament provduti fl-Artikolu 18;

(e) regoli li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ għajnuna u l-applikazzjoni għal intitolamenti għal pagament provduti fl-Artikolu 19, inkluża d-data finali għal sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet, rekwiżiti għall-ammont minimu ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni, dispożizzjonijiet għal emendi jew l-irtirar ta’ applikazzjonijiet ta’ għajnuna, eżenzjoni mir-rekwiżiti għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal għajnuna u dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw proċeduri ssimplifikati jew jaġġustaw żbalji ovvji;

(f) regoli għat-twettiq ta’ kontrolli sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi, il-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal għajnuna. Fir-rigward tal-qanneb, dan għandu b’mod partikolari jinkludi regoli dettaljati rigward il-miżuri u metodi speċifiċi ta’ kontroll għad-determinazzjoni tal-livelli tat-tetraidrokannabinol u fir-rigward tal-qoton, sistema għall-kontroll tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;

(g) fir-rigward tal-qanneb, regoli rigward il-miżuri u metodi speċifiċi ta’ kontroll għad-determinazzjoni tal-livell tat-tetraidrokannabinol;

(h) fir-rigward tal-qoton, sistema għall-kontroll tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;

(i) regoli dwar l-irkupru ta’ ammonti ta’ għajnuna mħallsin indebitament u intitolamenti għal pagament allokati indebitament;

(j) definizzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-iskop tal-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu;

(k) dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ impriżi meta tiġi ttrasferita wkoll kwalunkwe obbligazzjoni li tikkonċerna l-eliġibbiltà għall-għajnuna inkwistjoni li għadha trid tiġi sodisfatta;

* ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.”

48. Fl-Artikolu 28(1), it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Bdiewa detenturi ta’ intitolamenti speċjali msemmija fl-Artikolu 44(1) jew bdiewa li jirċievu l-primjums għal nagħaġ u mogħoż imsemmija fis-Sezzjoni 10 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV jew il-pagament għaċ-ċanga u l-vitella msemmi fis-Sezzjoni 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV jew bdiewa li jirċievu appoġġ speċifiku msemmi fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III li għandhom inqas ettari mil-limitu magħżul minn Stat Membru meta jiġi applikat il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu."

49. Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:

(a) tipprovdi ħlasijiet bil-quddiem;

(b) tawtorizza lill-Istati Membri, skont is-sitwazzjoni baġitarja, jagħmlu ħlasijiet bil-quddiem qabel l-1 ta’ Diċembru fir-reġjuni fejn, minħabba kundizzjonijiet eċċezzjonali, il-bdiewa jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji severi:

(i) sa 50% tal-pagamenti;

jew

(ii) sa 80% tal-pagamenti fejn il-ħlasijiet bil-quddiem diġà ġew provduti;

Il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward il-pagament ta’ dawk il-ħlasijiet bil-quddiem."

50. Jiddaħħal l-Artikolu 31 a li ġej:

"Artikolu 31a

Regoli ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri li huma kemm neċessarji kif ukoll debitament ġustifikati sabiex, f’emerġenza, isolvu problemi prattiċi u speċifiċi; tali miżuri jistgħu jagħtu deroga minn ċerti partijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda sal-limitu, u għal tali perijodu, safejn huwa strettament neċessarju."

51. Fl-Artikolu 33, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"4. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jiffissa qies minimu għal kull impriża f’termini ta’ erja agrikola li għaliha jista' jkun li jintalab l-istabbiliment ta’ intitolamenti għal pagament. Madankollu, il-qies minimu ma għandux ikun ogħla mil-limiti stabbiliti taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1). Ma għandux jiġi stabbilit qies minimu għall-istabbiliment tal-intitolamenti speċjali msemmija fl-Artikoli 60 u 65.

5. Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġiżlazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, temenda l-Anness IX.

6. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward l-applikazzjoni għal appoġġ fis-sena tal-allokazzjoni ta’ intitolamenti fejn l-intitolamenti jistgħu ma jkunux għadhom definittivament stabbiliti u fejn l-allokazzjoni tkun affettwata minn ċirkostanzi speċifiċi, kif ukoll limitu għall-iskema ta’ pagament uniku msemmija f’dan it-Titolu."

52. Fl-Artikolu 34(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Fejn żona agrikola ta’ impriża tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, dik l-erja għandha tkun ikkunsidrata bħala li tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli, jekk l-attività agrikola tista’ tiġi eżerċitata mingħajr ma tkun ostakolata b’mod sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul u l-ħin tal-attività mhux agrikola. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni ta’ dan is-subparagrafu fit-territorju tagħhom."

53. Fl-Artikolu 36, għandu jitħassar it-tieni paragrafu.

54. Fl-Artikolu 38, it-tieni paragrafu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Fl-avveniment ta’ integrazzjoni differita, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li wċuħ tar-raba’ sekondarji jiġu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli matul perijodu massimu ta’ tliet xhur li jibda kull sena fil-15 ta’ Awwissu. Madankollu, fuq rikjesta tal-Istat Membru, din id-data tista’ tiġi mmodifikata permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni għar-reġjuni fejn iċ-ċereali huma normalment maħsuda aktar kmieni għal raġunijiet klimatiċi."

55. Fl-Artikolu 39, għandu jitħassar il-paragrafu 2.

56. Fl-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Fejn l-intitolamenti għal pagament huma allokati għall-produtturi tal-inbid, il-Kummissjoni għandha, billi tieħu f’kunsiderazzjoni l-aħħar dejta pprovduta lilha mill-Istati Membri skont l-Artikolu 103o u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-limiti nazzjonali fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament. Sal-1 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel l-adattament tal-limiti nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-medja reġjonali tal-valur tal-intitolamenti msemmija fil-punt B tal-Anness IX għal dan ir-Regolament."

57. L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

!L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali fuq livell reġjonali. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jallokaw, kompletament jew parzjalment, l-ammonti disponibbli fuq livell nazzjonali sal-livell reġjonali skont l-għan u l-kriterji mhux diskriminatorji u b’tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u jevitaw distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni.

L-ammonti allokati għal kull livell reġjonali jistgħu jiġu kkunsidrati disponibbli għal allokazzjoni fi ħdan ir-reġjun ikkonċernat biss, ħlief meta japplikaw il-paragrafu 4 jew, skont l-għażla tal-Istat Membru, il-paragrafu 2."

(b) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4. L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali għall-għan li jiġu allokati, skont il-kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u sabiex jevitaw distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni, intitolamenti għal pagament lill-bdiewa li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni speċjali."

(c) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"7. “Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-allokazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament f’każ li l-bidwi huwa intitolat li jirċievi intitolamenti permezz ta’ deċiżjoni definittiva tal-qorti jew permezz ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru."

58. Fl-Artikolu 42, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"Il-bdiewa jistgħu jċedu intitolamenti għal pagament lir-riżerva nazzjonali volontarja.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri fir-rigward tar-riverżjoni ta’ intitolamenti għal pagament mhux użati lir-riżerva nazzjonali."

59. L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-limitazzjoni għat-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament imsemmija fit-tielet subparagrafu ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ wirt attwali jew antiċipat tal-intitolamenti għal pagament mingħajr għadd ekwivalenti ta’ ettari eliġibbli."

(b) Il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"3. Fejn jinbiegħu l-intitolamenti, bl-art jew mingħajrha, l-Istati Membri jistgħu, billi jaġixxu b’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jiddeċiedu li parti mill-intitolamenti għal pagament mibjugħa jerġgħu lura għar-riżerva nazzjonali jew li l-valur ta’ unità tagħhom jitnaqqas fir-rigward tar-riżerva nazzjoanli, skont il-kriterji li għandhom jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

F’każ ta’ bejgħ tal-intitolamenti għal pagament, bl-art jew mingħajrha, għal bidwi li jibda l-attività agrikola tiegħu u f’każ ta’ wirt attwali jew antiċipat ta’ intitolamenti għal pagament, ma għandhiex tapplika żamma."

(c) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw it-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament, kif ukoll il-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Istati Membri f’tali każ u, għall-iskopijiet tal-Artikolu 62(3), regoli dwar il-kalkolu tal-perċentwali tal-intitolamenti għal pagament li l-bidwi uża u l-użu ta’ tali intitolamenti. Dawk ir-regoli jistgħu wkoll ikopru trasferimenti ta’ intitolamenti fejn l-Istati Membri jużaw l-għażla provduta fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 u ż-żamma tal-valur ta’ intitolamenti għal pagament fil-każ ta’ bejgħ tal-intitolament imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3."

60. Fl-Artikolu 44, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kalkolu ta’ LU (unitajiet ta' bhejjem) għall-iskopijiet ta’ intitolamenti speċjali u l-attivazzjoni ta’ intitolamenti speċjali."

61. Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 45a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1. Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi dan li ġej:

(a) regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku tal-bdiewa, inkluż fil-każ ta’ wirt jew wirt antiċipat, wirt taħt kiri, bidla fl-istatus jew denominazzjoni legali jew f’każ ta’ amalgamazzjoni jew diviżjoni tal-impriża;

(b) regoli dwar il-kalkolu tal-valur ta’ unità tal-intitolamenti għal pagament u għall-modifikazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament, b’mod partikolari fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ intitolamenti;

(c) definizzjonijiet speċifiċi, għall-iskopijiet tal-Artikolu 41(2) għal bdiewa li jibdew l-attività agrikola tagħhom;

(d) regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u l-għadd ta’ intitolamenti għal pagament jew żieda fil-valur ta’ intitolamenti riċevuti mir-riżerva nazzjonali;

(e) regoli dwar l-allokazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali lill-bdiewa li jiddikjaraw inqas ettari mill-għadd li jikkorrispondi għall-intitolamenti għal pagament li kienu ġew allokati skont l-Artikoli 43 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’każ li l-Istat Membru juża l-għażla provduta fl-Artikolu 41(3);

(f) regoli li jiddefinixxu s-sitwazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 41(4) u regoli dwar l-aċċess tal-bdiewa f’tali sitwazzjoni speċjali għal intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali.

2. Sabiex tiżgura l-ġestjoni tajba tal-intitolamenti għal pagament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, tadotta regoli dwar id-dikjarazzjoni u l-użu tal-intitolamenti għal pagament.

3. Sabiex tiċċara sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jseħħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a) regoli dwar id-definizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal ‘wirt’ u ‘wirt antiċipat’;

(b) regoli dwar il-kalkolu tal-valur u l-għadd jew żieda fl-intitolamenti b’relazzjoni mal-allokazzjoni ta’ intitolamenti taħt kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu, inkluża l-possibbiltà ta’ valur u għadd proviżorju ta’ intitolamenti għal pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mingħand il-bidwi, il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-valur u l-għadd proviżorju u definittiv tal-intitolamenti u d-dispożizzjonijiet għall-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew kiri jista’ jaffettwa l-allokazzjoni ta’ intitolamenti.

4. Sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni differita ta’ frott u ħxejjex fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jipprovdu għall-possibbiltà li jippermettu wċuħ tar-raba’ sekondarji li jiġu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli għall-Istati Membri li jkunu użaw waħda mill-għażliet kif stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(1);

5. Sabiex tistabbilixxi lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u tipprovdi għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 39."

62. Fl-Artikolu 51(2), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina limitu għal kull wieħed mill-pagamenti diretti msemmija fl-Artikoli 52, 53 u 54."

63. Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 54a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi kkonċernati, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu ta’ intitolamenti għal pagamenti u l-għażliet previsti f’dan il-Kapitolu."

64. Fl-Artikolu 57, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali għall-iskop ta’ allokazzjoni, skont il-kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u jiġu evitati distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni, intitolamenti għal pagament lil bdiewa li jinsabu f’sitwazzjoni speċjali."

65. Fl-Artikolu 59, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward kundizzjonijiet għall-identifikazzjoni tal-bdiewa eliġibbli, l-istabbiliment proviżorju tal-għadd ta’ ettari u l-verifika preliminari tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni."

66. Fl-Artikolu 60, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kalkolu tal-attività agrikola espressa f’LU msemmija fl-Artikolu 44(2)(a) u l-kontroll/verifika tal-attività agrikola minima fl-Istati Membri l-ġodda msemmija fl-Artikolu 44(2)(b)."

67. Fl-Artikolu 62(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-perċentwali tal-intitolamenti għal pagament użat mill-bidwi."

68. Fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III, għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 62a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

1. Sabiex ikollha ġestjoni effettiva tal-intitolamenti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-allokazzjoni inizjali tal-intitolamenti għal pagament fil-każ tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri l-ġodda li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.

2. Sabiex tadatta għas-sitwazzjoni li qiegħda tinbidel tas-settur agrikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar perijodu rappreżentattiv għall-iskop tal-Artikolu 57(3) u l-Artikolu 59(3).

3. Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-intitolamenti għal pagament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u l-għadd ta’ intitolamenti għal pagament jew żieda fil-valur tal-intitolamenti riċevuti mir-riżerva nazzjonali taħt dan il-Kapitolu u l-għażliet ipprovduti fih.

4. Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a) regoli dwar l-allokazzjoni tal-intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali lil bdiewa li jiddikjaraw inqas ettari mill-għadd li jikkorrispondi għall-intitolamenti għal pagament li kienu ġew allokati skont l-Artikoli 43 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’każ li l-Istat Membru li jkun applika l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja juża l-għażla provduta fl-Artikolu 57(5) ta’ dan ir-Regolament;

(b) regoli li jiddefinixxu sitwazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 57(2) u regoli dwar l-aċċess tal-bdiewa f’tali sitwazzjonijiet speċjali għall-intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali taħt dan il-Kapitolu."

69. Fl-Artikolu 67, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu 2009, li jintegraw l-għajnuna għaż-żrieragħ imsemmija fis-Sezzjoni 5 tat-Titolu IV u l-iskemi msemmija fil-punt 1 tal-Anness XI, bl-eċċezzjoni tal-primjum ta’ kwalità speċifika għall-qamħ durum, fl-iskema ta’ pagament uniku fl-2010 u l-2011. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, taġġusta l-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 40 billi żżid l-ammonti mill-Anness XII għall-iskema ta’ għajnuna kkonċernata."

70. Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III, għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 67a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

Sabiex tippermetti l-integrazzjoni ta’ pagamenti akkoppjati elenkati fl-Anness XI, u t-trasferiment mill-programmi ta’ appoġġ tal-inbid imsemmija fl-Anness IX fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għal pagamenti, dwar l-istabbiliment tal-ammont u dwar l-għadd jew iż-żieda tal-valur tal-intitolamenti li għandhom jiġu allokati."

71. L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2(a)(ii) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(ii) ġie approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141 c "

(b) Il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"7. Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u tevita l-finanzjament doppju taħt strumenti simili ta’ appoġġ oħrajn, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2(a)(ii) u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ imsemmi f’dan il-Kapitolu, regoli dwar il-konsistenza ma’ miżuri oħrajn tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ kif ukoll regoli dwar id-definizzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ individwali msemmija fil-paragrafu 1."

(c) Fil-paragrafu 8, għandu jitħassar it-tieni subparagrafu.

(d) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"9. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dan li ġej:

(a) regoli dwar il-kalkolu tal-valur ta’ kull intitolament għal pagament li jieħu bidwi li mhux proprjetarju ta’ kwalunkwe intitolament għal pagament u li jkun qiegħed japplika għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(c), inklużi regoli dwar il-kalkolu taż-żieda tal-ammont għal kull ettaru taħt l-iskema tal-pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 131(2);

(b) regoli dwar il-kalkolu tal-qerda tal-produzzjoni medja annwali ta’ bidwi skont l-Artikolu 70(2) għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu, inklużi regoli dwar l-obbligu għall-bdiewa li jinfurmaw lill-Istat Membru dwar il-polza tal-assigurazzjoni tagħhom;

(c) il-proċedura għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-miżuri meħuda skont il-paragrafu (1)(a)(v).

10. Skont id-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi għal dak l-appoġġ."

72. L-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Skont id-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 1 dwar l-ammont ta’ limitu nazzjonali li għandu jintuża, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi għal dak l-appoġġ."

(b) Fil-paragrafu 4, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu globali li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan il-paragrafu."

(c) Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(a) fl-Artikolu 68(1) bl-użu ta’ ammont li għandu jiġi kkalkulat skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni; u/jew"

(ii) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tiffissa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-ammont li jikkorrispondi għall-fondi msemmija fil-punt(a) tal-ewwel subparagrafu."

(d) Fil-paragrafu 7, ir-raba’ subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tirrevedi l-ammonti stabbiliti fuq il-bażi ta’ regoli stabbiliti mill-Kummissjoni permezz tal-istess tip ta’ att."

73. L-Artikolu 71 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"It-tul minimu u massimu tat-tislif kummerċjali eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja kif ukoll is-sors tiegħu għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti jistgħu jinkludu regoli dwar l-informazzjoni ta’ komunitajiet tal-biedja."

(b) Il-paragrafu 10 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"10. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Il-forma, kontenut, ħin u dati ta’ għeluq tar-rapport għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni."

74. Fl-Artikolu 76, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data għall-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti."

75. Fis-Sezzjoni 1 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Artikolu 76a

Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u l-amministazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din is-Sezzjoni."

76. Fl-Artikolu 77, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna lill-produtturi tal-lamtu tal-patata, inklużi regoli dwar l-eliġibbiltà, livell ta’ prezz minimu u pagament.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-pagament tal-għajnuna."

77. Fl-Artikolu 80, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-kontenut qares tal-lupini ħelwin."

78. Fl-Artikolu 81, il-paragrafi 2 u 3 huwa ssostitwiti b’dan li ġej:

"2. Fejn l-erja li għaliha jintalab il-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini taqbeż l-erja massima garantita, l-erja għal kull bidwi li għaliha jintalab il-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini għandha titnaqqas b’mod proporzjonali f’dik is-sena mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data għall-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti.

3. Fejn, skont l-Artikolu 67, Stat Membru jiddeċiedi li jintegra l-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini provdut f’din is-Sezzjoni fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tnaqqas l-erja massima garantita msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi proporzjon għall-ammont ta’ wċuħ tar-raba’ ta’ proteini li jikkorrispondi għal dak l-Istat Membru fl-Anness XII.

Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u l-ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a) regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi rigward iż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din is-Sezzjoni;

(b) regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għal uċuħ tar-raba’ ta’ proteini, inklużi regoli dwar id-definizzjoni ta’ lupini ħelwin u l-eliġibbiltà tat-taħlita ta’ ċereali u wċuħ tar-raba’ ta’ proteini."

79. Fl-Artikolu 84, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data tal-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti."

80. Fl-Artikolu 85, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"4. Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u sabiex tiżgura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u r-regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din is-Sezzjoni.

5. Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal ħbula tar-raba' miżrugħa mas-siġar tal-ġewż, regoli li jiddefinixxu l-qies minimu tal-plott u d-densità minima tas-siġar u r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna nazzjonali għal ġewż provduta fl-Artikoli 86 u 120."

81. L-Artikolu 87 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"L-ammont ta’ għajnuna għaż-żerriegħa ma għandux jaqbeż limitu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u li jikkorrispondu mal-komponent tal-għajnuna għaż-żerriegħa għall-ispeċi kkonċernata fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament, kif iffissat skont l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ("limitu massimu ta' għajnuna għaż-żrieragħ"). Madankollu, għall-Istati Membri l-ġodda, dan il-limitu massimu ta' għajnuna għaż-żrieragħ għandu jikkorrispondi mal-ammonti stabbiliti fl-Anness XIV għal dan ir-Regolament."

(b) Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"4. Sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tiddetermina l-varjetajiet ta’ qanneb ( Cannabis sativa L .) li għalihom għandha titħallas l-għajnuna għaż-żrieragħ provduta f’dan l-Artikolu."

(c) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5. Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi d-definizzjoni ta’ żerriegħa bażika u uffiċjalment ċertifikata.

6. Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-għajuna għaż-żrieragħ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-produzzjoni, l-eliġibbiltà territorjali u t-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ.

7. Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat għall-Fondi tal-Unjoni u sabiex tiżgura l-amministazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi rigward iż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din is-Sezzjoni.

8. Sabiex tistabbilixxi lista tal-varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġetti għall-użu ta’ żrieragħ ċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u li jipprovdu għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 87(4).

9. Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri neċessarji rigward l-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa minn stabbilimenti taż-żrieragħ jew dawk li jrabbu għall-kontroll tal-intitolamenti għall-għajnuna."

82. L-Artikolu 89 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet imsemmija fil-paragrafu 1 skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

(b) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli u kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ art u varjetajiet għall-iskopijiet tal-pagament speċifiku għal wiċċ tar-raba’ tal-qoton.

4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-proċedura tal-awtorizzazzjoni u l-komunikazzjonijiet għall-proċeduri relatati ma’ din l-awtorizzazzjoni."

83. Fl-Artikolu 90, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"5. Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ddelegati, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għal qoton, dwar ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u l-prattiki agronomiċi.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tipprovdi għal regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis provdut fil-paragrafu 4."

84. L-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"2. L-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-ħallieġa għandu japprova organizzazzjonijiet interprofessjonali li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3."

(b) Għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. Sabiex tippermetti l-applikazzjoni effiċjenti tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali u obbligi għall-produtturi. Barraminnhekk, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli għas-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tirrispettax dawk il-kriterji.”

85. Fl-Artikolu 97, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5. Sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta definizzjonijiet speċifiċi għall-iskopijiet ta’ din is-Sezzjoni.

6. Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-pagamenti tranżitorji ta’ frott u ħxejjex, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a) ir-rekwiżiti għal dan il-kuntratt għall-ipproċessar imsemmi fil-paragrafu 3;

(b) regoli dwar penali fil-każ li jinstab li proċessur jew ġabbar inizjali approvat jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fuq il-bażi tiegħu, jew fejn proċessur jew ġabbar inizjali approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti.

7. Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din is-Sezzjoni.

8. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-approvazzjoni u l-kontroll mill-Istati Membri tal-proċessuri u l-ġabbara inizjali u l-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-lista ta’ proċessuri u ġabbara inizjali approvati, l-ammont ta’ għajnuna indikattiv li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri u l-bażi tal-ammont ta’ għajnuna."

86. Fl-Artikolu 98, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"7. Sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta definizzjonijiet speċifiċi għall-iskopijiet ta’ din is-Sezzjoni.

8. Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-pagamenti tranżitorji għall-frott artab, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a) ir-rekwiżiti għal dan il-kuntratt għall-ipproċessar imsemmi fil-paragrafu 2;

(b) regoli dwar penali f’każ li jinstab li proċessur jew ġabbar inizjali approvat jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fuq il-bażi tiegħu, jew fejn proċessur jew ġabbar inizjali approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti;

(c) regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din is-Sezzjoni.

9. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-approvazzjoni u l-kontroll mill-Istati Membri tal-proċessuri u l-ġabbara inizjali u l-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-lista ta’ proċessuri u ġabbara inizjali approvati, l-ammont ta’ għajnuna indikattiv li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri u l-bażi tal-ammont ta’ għajnuna."

87. Fl-Artikolu 101(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Lista ta’ tali żoni għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-verifika u n-notifika ta’ żoni li jilħqu l-kriterji stabbiliti msemmija fl-ewwel subparagrafu."

88. L-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"1. Il-primjums għandhom jitħallsu lill-bdiewa li jirċievu fuq il-bażi tal-għadd ta’ nagħaġ u/jew mogħoż miżmuma fl-impriża tagħhom matul perijodu minimu li għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-applikazzjoni u d-dikjarazzjonijiet u dokumenti ulterjuri li għandhom jiġu sottomessi mill-bdiewa, kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-annimali sabiex jirċievu l-pagament u l-obbligu li jitfassal inventarju ta’ bdiewa li jqiegħdu fis-suq ħalib tan-nagħaġ jew prodotti mill-ħalib tan-nagħaġ."

(b) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. Sabiex tiżgura l-ġestjoni tajba tar-riżerva nazzjonali u sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a) regoli dwar l-użu, it-trasferiment u l-kiri temporanju tad-drittijiet għal pagament fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-laħam tal-mogħoż kif imsemmi fl-Artikolu 52;

(b) regoli dwar l-aċċess għall-pagamenti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż kif imsemmi fl-Artikolu 52 fil-każ li l-bdiewa ma jkunux proprjetarji tal-art li jaħdmu."

89. Fl-Artikolu 104, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-limiti individwali u t-tqarrib tad-drittijiet."

90. L-Artikolu 105 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Minbarra f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati, fejn bidwi jkun kiseb id-drittijiet tal-primjum mingħajr pagament mir-riżerva nazzjonali, hu ma għandux ikun awtorizzat jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu jew jikrihom temporanjament għal perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha jkun kiseb dawk id-drittijiet."

(b) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward notifiki dwar it-trasferiment u/jew il-kiri mill-bidwi lill-awtorità kompetenti, l-istabbiliment tal-limitu massimu individwali, in-notifika tal-bdiewa f’każ ta’ trasferimenti jew il-kiri temporanju tad-drittijiet tal-primjum jew it-trasferiment u l-kiri temporanju permezz tar-riżerva nazzjonali.

6. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-irtirar u l-allokazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet tal-primjum mhux użati stabbiliti taħt din is-Sezzjoni."

91. L-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jipprovdu li l-applikazzjonijiet għal għajnuna għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-primjum speċjali, ikunu għal għadd minimu ta’ annimali, sakemm dak l-għadd ma jaqbiżx tlieta."

(b) Fil-paragrafu 3, il-punt(a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"(a) kwalunwe annimal kopert minn applikazzjoni għandu jinżamm mill-bidwi għat-tismin għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni;"

(c) Fil-paragrafu 4, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-ammont tal-primjum li għandu jingħata f’każ li l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu turi għadd ta’ annimali eliġibbli li mhux numru sħiħ."

(d) Fil-paragrafu 5, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar in-notifika mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-miżuri meħudin skont l-ewwel subparagrafu."

(e) Fil-paragrafu 6, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri neċessarji li ġejjin rigward l-għoti tal-primjum fil-ħin tal-qatla, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kategoriji tal-età, l-applikazzjonijiet għal għajnuna u d-dokumenti li jakkumpanjawha, il-perijodu ta’ żamma meħtieġ f’tali każ u l-istabbiliment tal-piż tal-karkassa."

(f) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"9. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji dwar l-applikazzjonijiet, l-għoti tal-primjum għal annimali li ma kkwalifikawx minħabba l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali provdut fil-paragrafu 4, passaporti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u dokumenti nazzjonali amministrattivi kif imsemmi fil-punt(b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u b’notifika lill-Kummissjoni f’każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċu reġjuni differenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 109(a) ta’ dan ir-Regolament jew jimmodifikaw reġjuni eżistenti."

92. L-Artikolu 111 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jipprovdu li applikazzjonijiet għal għajnuna għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-primjum tal-baqar li jreddgħu, għandha tkun għal għadd minimu ta’ annimali, sakemm l-għadd ma jaqbiżx tlieta.

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-applikazzjonijiet għal għajnuna."

(b) Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i) Is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni subparagrafu:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dan li ġej:

(a) miżuri neċessarji dwar iż-żamma tal-perijodu ta’ 6 xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu u l-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-bidla jew ir-rinunzja tal-limitu kwantitattiv;

(b) regoli dwar id-data li għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni sabiex tiġi determinata l-kwota individwali ta’ ħalib disponibbli biex tikkwalifika għall-primjum tal-baqar li jreddgħu."

(ii) Għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tar-rendiment medju ta’ ħalib."

(c) Il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i) Is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri neċessarji dwar in-notifika tal-Kummissjoni dwar kundizzjonijiet addizzjonali għall-għotja."

(ii) Għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji fir-rigward ta’:

(a) in-notifika mill-Istati Membri dwar kundizzjonijiet addizzjonali għall-għoti tal-primjum addizzjonali nazzjonali għal baqar li jreddgħu, u

(b) id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tittieħed permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141 c dwar l-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-raba’ subparagrafu."

(d) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"7. Sabiex tiggarantixxi l-ġestjoni tajba tal-isekma u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

(a) regoli dwar l-eliġibbiltà tal-baqar li jappartjenu għal razza ta’ laħam għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1);

(b) regoli dwar l-użu, it-trasferiment u l-kiri temporanju tad-drittijiet għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1);

(c) regoli dwar l-aċċess għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1) fil-każ li l-bdiewa ma jkunux il-proprjetarji tal-art li jaħdmu;

(d) regoli dwar l-eliġibbiltà għall-primjum addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu kif provdut fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

8. Sabiex tiżgura li jiġu sodisfatti l-obbligi tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għad-drittijiet tal-primjum għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1) li għandhom jagħtu d-drittijiet parzjali."

93. L-Artikolu 112 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward id-determinazzjoni tal-limitu massimu individwali għal kull bidwi."

(b) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"6. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri neċessarji kollha rigward it-tqarrib tad-drittijiet parzjali."

94. L-Artikolu 113 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Minbarra f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, meta bidwi jkun kiseb drittijiet għall-primjum mingħajr pagament mir-riżerva nazzjonali huwa ma għandhux ikun awtorizzat jittrasferixxi u/jew jikri temporanjament id-drittijiet tiegħu matul it-tliet snin kalendarji li jiġu wara."

(b) Għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar:

(a) in-notifika mill-bidwi li jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-bidwi li jirċievi d-drittijiet għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tat-trasferimenti u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet għall-primjum,

(b) l-istabbiliment mill-Istat Membru u n-notifika lill-bidwi tal-limitu massimu individwali ġdid fil-każ ta’ trasferiment jew kiri temporanju tad-drittijiet tal-primjum,

(c) it-trasferiment u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet permezz tar-riżerva nazzjonali."

95. Fl-Artikolu 115, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"3. Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għall-iskema speċjali għall-għoġġiela msemmija fil-paragrafu 1 għall-bdiewa li l-merħla ta’ għoġġiela tagħhom hija maħsuba għat-tkattir mill-ġdid tal-merħliet tal-baqar.

4. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward:

(a) in-notifika tal-Kummissjoni mill-Istati Membri li użaw il-possibbiltà provduta fil-paragrafu 1, tad-dejta li tippermetti l-istabbiliment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu, tal-limitu massimu speċifiku determinat, il-modifikazzjoni ta’ dan il-limitu massimu u l-kriterji adottati sabiex jiġi żgurat li l-primjum jitħallas lill-bdiewa li l-merħla ta’ għoġġiela tagħhom hija maħsuba għall-istokkjar mill-ġdid tal-merħliet tal-baqar;

(b) id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1;

(c) l-ammont tal-primjum li għandu jingħata f’każ li l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmi fil-paragrafu 1 juri għadd ta’ annimali eliġibbli li mhux numru sħiħ;

(d) l-għadd minimu ta’ annimali li għandu jinżamm;

(e) it-tqarrib tal-għadd ta’ annimali f’każ li l-kalkolu tal-għadd massimu ta’ għoġġiela bħala perċentwali kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) jipproduċi riżultat li mhux numru sħiħ;"

96. L-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) L-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Bidwi li jżomm annimali tal-frat fl-impriża tiegħu jista’ jikkwalifika, fuq applikazzjoni, għal primjum ta’ qatla. Dan għandu jingħata fil-qatla ta’ annimali eliġibbli jew fl-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiż terz u fi ħdan il-limiti nazzjonali li għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni."

(ii) It-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"L-annimali elenkati fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu għandhom ikunu eliġibbli għall-primjum tal-qatla sakemm ikunu nżammu mill-bidwi għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni."

(b) Fil-paragrafu 3 l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-limiti massimi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1. Dawk il-limiti massimi għandhom jiġu stabbiliti għal kull Stat Membru u b’mod separat għaż-żewġ gruppi ta’ annimali kif speċifikat fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dak il-paragrafu. Kull limitu għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ annimali f’kull wieħed minn dawn iż-żewġ gruppi li, fl-1995, inqatlu fl-Istat Membru kkonċernat. L-għadd ta’ annimali esportati lejn pajjiżi terzi, skont dejta tal-Eurostat jew kwalunkwe informazzjoni statistika uffiċjali ppubblikata oħra għal dik is-sena aċċettata mill-Kummissjoni, għandha tiżdied ma’ kull limitu nazzjonali."

(c) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"5. Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-obbligu għal dikjarazzjoni ta’ parteċipazzjoni għall-aċċess tal-primjum ta’ qatla provdut f’dan l-Artikolu.

6. Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-primjum ta’ qatla provdut f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-eliġibbiltà tal-karkassi.

7. Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-ammont ta’ primjum għall-qatla provdut f’dan l-Artikolu li għandu juri għadd ta’ annimali eliġibbli li huwa inqas minn numru sħiħ.”

97. L-Artikolu 117 huwa emendat kif ġej:

(a) It-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"Madankollu, annimal għandu jitqies ukoll bħala eliġibbli għall-pagamenti meta l-informazzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tkun ġiet irrappurtata lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma tal-annimal kif determinat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni."

(b) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta r-regoli dwar:

- l-applikazzjonijiet għal primjums u d-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi mill-bdiewa, id-determinazzjoni ta’ perijodi taż-żamma u l-proċedura applikabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali.

- l-avveniment operattiv għad-determinazzjoni tas-sena li għaliha l-annimali huma allokati bl-għan li jiġi ddeterminat l-ammont ta’ primjum applikabbli u l-applikazzjoni tar-rata ta’ għajnuna u l-kalkolu tat-tnaqqis proporzjonali

- l-irtirar u l-allokazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet għal primjum mhux użati stabbiliti taħt din is-Sezzjoni."

- Fl-Artikolu 119(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar it-tul tal-esklużjoni."

98. Fl-Artikolu 124, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"9. Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija f’dan it-Titolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tiddetermina l-erjas agrikoli taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif previst fil-paragrafu 1, u l-qies minimu ta’ erja eliġibbli għal kull impriża li għalihom jistgħu jintalbu pagamenti fuq livell ogħla minn 0,3 ett, kif provdut fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2.

10. Sabiex tistabbilixxi lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u tipprovdi għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 39."

99. Fl-Artikolu 126, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4. Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi mal-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu."

100. Fl-Artikolu 127, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3. Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu."

101. L-Artikolu 128 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu massimu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq bażi annwali, jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa."

(b) Fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu massimu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq bażi annwali, jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa."

102. Fl-Artikolu 129, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4. Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu."

103. Fl-Artikolu 131(4), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

"L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni."

104. L-Artikolu 132 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, il-fażi introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

"L-Istat Membru l-ġdid għandu jkollu l-possibbiltà, soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141 c , li jikkumplimenta kwalunkwe pagamenti diretti."

(b) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"9. Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli għall-iskopijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 7 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dik l-għajnuna.

10. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji:

- għall-każijiet li fihom il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari jaqbżu l-livell massimu awtorizzat mill-Kummissjoni

- dwar il-kontrolli"

- Fl-Artikolu 139, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Madankollu, il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari provduti fl-Artikolu 132 li ma jitħallsux f’konformità mal-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna illegali mill-Istat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999.*

* ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1."

105. Fl-Artikolu 140, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar in-notifika lill-Kummissjoni mill-Istati Membri ta’ informazzjoni, dokumenti, statistiki u rapporti, kif ukoll id-dati ta’ għeluq u l-metodi ta’ notifika tagħhom."

106. Għandhom jitħassru l-Artikoli 141 u 142.

107. Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII, għandhom jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 141a

Poteri tal-Kummissjoni

Fejn jingħataw poteri lill-Kummissjoni, hija għandha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141b fil-każ ta’ atti ddelegati u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141c fil-każ ta’ atti ta’ implimentazzjoni, salv fejn huwa espliċitament provdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 141b

Atti ddelegati

1. Il-poteri li tadotta l-atti ddelegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indefinit.

Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

2. Id-delegazzjoni tal-poter imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delegazzjoni tal-poter għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika l-poteri ddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u raġunijiet possibbli għal revoka.

Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tal-poteri speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fid-Deċiżjoni stess. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu isibu oġġezzjoni għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahar.

Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun sab oġġezzjoni għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill isib oġġezzjoni għal att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li ssib oġġezzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.

Artikolu 141c

Atti ta’ implimentazzjoni - Kumitat

[Din il-parti għandha timtela wara li jiġi adottat ir-Regolament li jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-mekkaniżmi għall-kontroll previsti fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li bħalissa qiegħed jiġi diskuss quddiem il-PE u l-Kunsill.]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika minn [l-1 ta’ Jannar 2012.]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi […],

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | AGRI/I.1-D/440787_rev 1(MB/tm) 6.15.2010.1 |

DATA: 27/07/2010 |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: 05 03 Għajnuniet Diretti | APPROPRJAZZJONIJIET |

2. | TITLU: Propota għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |

3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) |

4. | GĦANIJIET: Sabiex il-poteri ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 jiġu allinjati mad-differenzjazzjoni bejn il-poteri ddelegati u ta’ implimentazzjoni li ġew introdotti permezz tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA' 12-IL XAHAR (f'miljuni ta' EUR) | SENA FINANZJARJA KURRENTI 2010 (f'miljuni ta' EUR) | SENA FINANZJARJA LI JMISS 2011 (f'miljuni ta' EUR) |

5.0 | NEFQA - DDEBITATA LILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | - | - | - |

5.1 | DĦUL - RIŻORSI TAL-KE STESS (IMPOSTI/TAXXI DOGANALI) - NAZZJONALI | - | - | - |

2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

5.0.1 | NEFQA STMATA | - | - | - | - |

5.1.1 | DĦUL STMAT | - | - | - | - |

5.2 | METODU TA' KALKOLU: - |

6.0 | IL-PROĠETT JISTA' JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET MDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT KURRENTI? | IVA LE |

6.1 | IL-PROĠETT JISTA' JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA' TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITLI TAL-BAĠIT KURRENTI? | IVA LE |

6.2 | HU NEĊESSARJU LI JKUN HEMM BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE |

6.3 | HEMM BŻONN LI L-APPROPRJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU FIL-BAĠITS FUTURI? | IVA LE |

OSSERVAZZJONIJIET: Il-mira tal-proposta hi li l-poteri tal-Kummissjoni li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 jiġu allinjati mad-differenzjazzjoni bejn il-poteri ddelegati u ta’ implimentazzjoni li ġew introdotti permezz tal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Dan ma jinvolvi l-ebda nefqa addizzjonali mill-baġit komunitarju. Din il-proposta tintroduċi wkoll simplifikazzjoni fil-qasam tal-kundizzjonalità billi tagħti l-possibbiltà lill-Istati Membri biex ma jitolbux lill-bdiewa d-dikjarazzjoni tal-ħbula kollha tar-raba' li l-impriża tagħhom ikollha erja totali ta' inqas minn ettaru. L-implikazzjonijiet finanzjarji ta' din il-proposta mhumiex kwantifikabbli. |

[1] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

[2] ĠU C […], […], p. […].

[3] ĠU C […], […], p. […].

[4] ĠU C […], […], p. […].

[5] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

[6] ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.

[7] ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.

[8] ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.