Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi /* COM/2010/0473 final - COD 2010/0246 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 20.9.2010 KUMM(2010) 473 finali 2010/0246 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) SEG(2010) 1041 SEG(2010) 1040 MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Raġunijiet għall-proposta u għanijiet tagħha Ir-regolament propost jindirizza l-problema tal-użu ħażin ta’ ċerti kimiki, li huma disponibbli b’mod mifrux għall-pubbliku ġenerali fis-suq, bħala prekursuri għal splussivi home-made. Splussivi home-made, min-naħa l-oħra, huma l-għodda l-iktar ippreferuta mit-terroristi u kriminali oħra biex iwettqu l-attakki. L-għan ewlieni tal-miżuri proposti huwa li jnaqqsu dan ir-riskju billi jimpedixxu l-aċċess għal kimiki magħżula ta’ konċentrazzjoni għolja mill-membri tal-pubbliku ġenerali. | 120 | Kuntest ġenerali L-isplussivi home-made, fabbrikati minn ċerti prekursuri kimiċi faċilment disponibbli, huma l-għodda ppreferuta mill-awturi ta’ attakki terroristiċi, li l-UE, kif dokumentat fir-rapporti TE-SAT tal-Europol, mhix ħielsa minnhom. Attwalment, il-pubbliku ġenerali għandu aċċess relattivament faċli għal dawn il-kimiki anke meta jkunu f’konċentrazzjonijiet suffiċjenti sabiex jipproduċu apparat splussiv qawwi. L-iskala tal-problema hija amplifikata mill-fatt li s-suq tal-kimiki fl-UE huwa kbir u diversifikat, b’diversi utenti finali. Il-katina tal-provvista għall-prekursuri, u b’mod partikolari l-aħħar parti (bejgħ lill-utenti finali), ġeneralment mhix konxja biżżejjed tar-riskji imposti minn individwi involuti f’attivitajiet kriminali serji u terroriżmu sabiex jippruvaw jiksbu l-prekursuri. Xi atturi tal-katina tal-provvista, b’mod partikolari fit-tmiem tal-katina, biegħu l-prekursuri lil terroristi jew kriminali oħra fi kwantitajiet li kellhom iqajmu suspett. Filwaqt li jeżistu diversi miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi fuq livell internazzjonali, tal-UE u nazzjonali, dawn jew ma jiffokawx speċifikament fuq ir-riskji tas-sigurtà assoċjati ma’ ċerti kimiki jew inkella ma jkoprux l-UE kollha. Dan jimplika li l-prekursuri li jistgħu jkunu ristretti jew ikkontrollati f’pajjiż wieħed jistgħu jinkisbu faċilment f’pajjiż ieħor. Dan ma jikkawżax biss problema ta’ sigurtà iżda wkoll problema għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. | tal- | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006[1] (REACH) — dan ikopri kimiki mill-perspettiva tas-sigurtà iżda — b’eċċezzjoni waħda — ma jindirizzax it-tħassib tas-sigurtà relatata mal-prekursuri kimiċi tal-isplussivi. L-Anness XVII ta’ REACH[2] jinkludi projbizzjoni fuq il-bejgħ lill-pubbliku ġenerali tan-nitrat tal-ammonja (wieħed mill-prekursuri li jikkawża tħassib) li jinkludi 16 % jew iktar ta’ nitroġenu. Madankollu, dan l-istrument ma jipprovdix għal skemi tal-għoti tal-liċenzji jew rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, iżda jikkonċerna biss wieħed mill-prekursuri identifikati li hu ta’ riskju għoli fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar it-Titjib tas-Sigurtà tal-Isplussivi. Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE[3] — din tneħħi gradwalment il-bejgħ ta’ erbiċidi li fihom klorati, iżda tindirizza biss użu partikolari wieħed ta’ dawn il-kimiki, u grupp wieħed biss ta’ prekursuri kimiċi tal-isplussivi li jikkawżaw tħassib. | 140 | Konsistenza mal-bqija tal-politiki u l-għanijiet tal-Unjoni Il-proposta hija konformi mal-għanijiet politiċi stabbiliti fl-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea Kontra t-Terroriżmu[4], il-Pjan ta’ Azzjoni dwar it-Titjib tas-Sigurtà tal-Isplussivi[5] u l-Programm ta’ Stokkolma — Ewropa miftuħa u sigura għas-servizz u l-protezzjoni taċ-ċittadini.[6] | KONSULTAZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI U EVALWAZZJONI TAL-IMPATT | Konsultazzjoni mill-partijiet interessati | 211 | Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali ta’ dawk li jwieġbu Il-politika proposta tibni fuq ix-xogħol u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri (KPP). Dan il-Kumitat huwa Kumitat konsultattiv ad hoc magħmul minn esperti mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-UE u rappreżentanti tas-settur privat, u huwa ppresedut mill-Kummissjoni. Sal-lum iltaqa’ għaxar darbiet sabiex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar is-sustanzi koperti minn dan ir-Regolament u miżuri oħra mmirati lejn prekursuri tal-isplussivi. Fit-13 ta’ Frar 2009, il-KPP adotta r-rapport annwali tiegħu għall-2008 li kien jinkludi rakkomandazzjonijiet konkreti għat-titjib tas-sigurtà tal-prekursuri. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet servew bħala bażi għal studju tal-evalwazzjoni tal-impatt. Il-KPP kien involut mill-qrib fl-iżvilupp ta’ dan l-istudju — il-membri tiegħu (kemm mis-settur pubbliku kif ukoll minn dak privat) ġew ikkonsultati fuq bażi regolari. Barra minn hekk, ġew organizzati stħarriġ kummerċjali onlajn u żewġ workshops għall-partijiet interessati sabiex jivvalidaw l-evalwazzjoni tal-għażliet politiċi proposti fl-abbozz tal-istudju. Il-konsultazzjonijiet matul l-iżvilupp tal-istudju preparatorju wkoll inkludew konsultazzjoni ta’ xi SMEs li jkunu affettwati l-iktar minn miżuri possibbli fuq il-prekursuri, b’mod partikolari produtturi tal-hexamine. | 212 | Sommarju tat-tweġibiet u ta’ kif tqiesu Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni ma’ partijiet interessati esterni u interni rriżulta f’livell għoli ta’ kunsens dwar l-għażla politika ppreferuta u bilanċ prattiku u realistiku bejn it-tħassib dwar is-sigurtà minn naħa waħda, u t-tħassib dwar l-industrija, bejgħ bl-imnut u benesseri tal-konsumatur (‘consumer welfare’) min-naħa l-oħra. Tħassib min-naħa tal-industrija u l-SMEs l-iktar affettwati (b’mod partikolari produtturi ta’ pilloli tal-karburant tal-hexamine) ġew akkomodati fit-test finali tal-proposta. | Il-ġbir u l-użu ta’ kompetenzi | 221 | Dominji xjentifiċi/ta’ kompetenzi kkonċernati Il-proposta hija bbażata fil-parti l-kbira tagħha fuq riċerka u testijiet dwar is-sigurtà mwettqa minn diversi Stati Membri tal-UE. Il-kompetenzi fis-suq dwar il-kimiki u l-użu tal-prodotti kimiċi ġew pprovduti mir-rappreżentanti tal-industrija. | 222 | Metodoloġija ntużata Ir-riżultati tar-riċerka u t-testijiet dwar is-sigurtà ġew riflessi fl-iżvilupp ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea mill-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri, u ġew inklużi fl-evalwazzjoni tal-impatti u evalwazzjoni ta’ għażliet politiċi individwali matul l-istudju tal-evalwazzjoni tal-impatt imwettaq minn kuntrattur estern. | 223 | Organizzazzjonijiet/esperti ewlenin ikkonsultati Iċ-CEFIC, l-FECC, esperti mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, kif ukoll kumpaniji ta’ konsultazzjoni — GHK, Rand Europe, Comstratos. | 2249 | Sommarju tal-parir li ngħata u ntuża | 225 | Filwaqt li r-riskju tal-użu ħażin potenzjali ta’ ċerti prekursuri kimiċi sabiex jiġu prodotti splussivi home-made ma jistax jiġi totalment eskluż, jista’ jiġi mnaqqas b’mod konsiderevoli billi tiġi limitata d-disponibilità ta’ dawn il-kimiki li jaqbżu l-limiti tal-konċentrazzjoni lill-pubbliku ġenerali. Il-limiti proposti huma bbażati fuq ir-riżultati tar-riċerka u t-testijiet dwar is-sigurtà u fuq analiżi tal-użu tas-sustanzi kimiċi inkwistjoni mill-pubbliku ġenerali. | 226 | Mezzi użati sabiex il-parir tal-esperti jsir disponibbli pubblikament L-‘Istudju Preparatorju sabiex Jinforma Evalwazzjoni tal-Impatt dwar Restrizzjonijiet Potenzjali Leġiżlattivi u Mhux Leġiżlattivi fuq il-Prekursuri Kimiċi tal-Isplussivi’ ġie maqsum bejn il-membri tal-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri (u permezz tagħhom mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u partijiet interessati industrijali), u jista’ jinkiseb mill-Kummissjoni fuq talba. | 230 | Evalwazzjoni tal-impatt L-għażliet ikkunsidrati inkludew miżuri volontarji mis-settur privat (industrija u tal-bejgħ bl-imnut), azzjoni regolatorja mwettqa mill-Istati Membri individwalment, miżuri leġiżlattivi fuq il-livell tal-Unjoni Ewropea, u kombinazzjoni tagħhom. Il-miżuri volontarji skont is-settur tal-industrija u tal-bejgħ bl-imnut jinvolvu r-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, kampanji li jqajmu għarfien fost l-impjegati dwar ir-riskji tas-sigurtà relatati mal-kimiki li huma soġġetti għat-tħassib, u t-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-provvista kollha għal dawn il-kimiki. Sforzi mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea ma’ diversi assoċjazzjonijiet fuq il-livell Ewropew fl-2008 urew li, filwaqt li mixtieqa, dawn il-miżuri ma jistgħux fihom infushom jiksbu l-għan mixtieq ta’ sigurtà mtejba għax ma jistax jiġu żgurati infurzar u komunikazzjoni uniformi mal-partijiet interessati kollha madwar l-UE. Xi Stati Membri diġà adottaw miżuri volontarji jew leġiżlattivi sabiex inaqqsu d-disponibilità tal-prekursuri kimiċi tal-isplussivi, jew taħlita tat-tnejn li huma. Xi Stati Membri qed jikkunsidraw dawn il-miżuri iżda qed jistennew lill-UE biex tieħu l-ewwel inizjattiva. Din id-diversità turi li approċċ armonizzat fuq il-livell tal-UE huwa mixtieq sabiex jiġi impedut li livelli differenti ta’ regolamentazzjoni jirriżultaw f’nuqqasijiet fis-sigurtà f’suq intern bil-moviment ħieles ta’ prodotti u persuni. Diversi għażliet politiċi għal azzjoni leġiżlattiva fuq livell tal-UE għaddew minn evalwazzjoni tal-impatt u proċess ta’ konsultazzjoni fid-dettall. Filwaqt li m’għandha ebda impatti negattivi magħrufa fuq l-ambjent, l-għażla politika ppreferuta għandha impatti pożittivi fit-termini tas-sigurtà, iżda wkoll xi impatti negattivi ekonomiċi b’mod partikolari fis-settur tal-bejgħ bl-imnut u fuq l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri fit-termini tal-ispejjeż ta’ implimentazzjoni. Madankollu, dawn l-impatti ekonomiċi u l-impatti negattivi fuq il-konsumaturi huma relattivament minuri peress li l-konsum mhux professjonali tal-prekursuri jammonta biss għal madwar 1.5% tal-konsum totali tal-UE tal-kimiki kkonċernati, u s-sostituti huma disponibbli f’ħafna każijiet. Ix-xiri ta’ kimiki li jaqbżu l-limiti tal-konċentrazzjoni xorta jkun possibbli, però wara li tiġi ppreżentata liċenzja. L-organizzazzjonijiet tal-industrija u tal-bejgħ bl-imnut li jbigħu lill-pubbliku ġenerali għaldaqstant se jkunu l-iktar affettwati mill-ispejjeż tal-konformità, kif ukoll l-awtoritajiet governattivi responsabbli għall-iskema tal-għoti tal-liċenzji. | 231 | Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni tal-impatt imniżżla fil-Programm tax-Xogħol. Ir-rapport tal-evalwazzjoni tal-impatt huwa aċċessibbli f’ http://ec.europa.eu/governance/impact/ia_carried_out/cia_2010_en.htm#homaf. | ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju tal-azzjoni proposta L-għan ewlieni tal-azzjoni proposta huwa li jitnaqqas l-aċċess mill-pubbliku ġenerali għal kimiki ta’ riskju għoli fil-livelli tal-konċentrazzjoni li jagħmlu dawn il-kimiki adattati għall-użu ħażin faċli sabiex jiġu prodotti splussivi home-made. Dan se jkun imwettaq permezz tal-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ ċerti kimiki li jaqbżu l-livelli tal-konċentrazzjoni lil membri tal-pubbliku ġenerali. Il-bejgħ ta’ konċentrazzjonijiet ogħla jiġi awtorizzat biss lill-utenti li jistgħu jiddokumentaw ħtieġa leġittima sabiex jużaw il-kimika — dawn l-utenti jistgħu jiksbu liċenzja sabiex jixtru l-kimika. Il-bejgħ ta’ dawn il-kimiki u t-taħlitiet tagħhom kif ukoll il-bejgħ tal-prodotti li jinkludu kimiki soġġetti għal tħassib li għalihom ma jistgħux jiġu stabbiliti limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu soġġetti wkoll għar-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi. L-azzjoni leġiżlattiva proposta se tiġi akkompanjata minn miżuri volontarji mill-industrija u s-settur tal-bejgħ bl-imnut sabiex titjieb is-sigurtà u jitqajjem l-għarfien fil-katina tal-provvista kollha. | 310 | Bażi legali L-Artiklu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. | 320 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. | L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin. | 321 | Filwaqt li jeżistu diversi miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi fuq livell internazzjonali, tal-UE u nazzjonali, dawn jew ma jiffokawx b’mod speċifiku fuq ir-riskji tas-sigurtà assoċjati ma’ ċerti kimiki jew ma jkoprux l-UE kollha. Dan jimplika li l-prekursuri li jistgħu jiġu ristretti jew ikkontrollati f’pajjiż wieħed jistgħu jinkisbu faċilment f’pajjiż ieħor. Minbarra l-konsegwenzi tas-sigurtà, sitwazzjoni bħal din tista’ twasssal għal distorsjonijiet fis-suq li jimpedixxu kundizzjonijiet ekwi fl-UE f’dan il-qasam. | 323 | Kien hemm indikazzjonijiet li l-gruppi terroristiċi jikkunsidraw l-approċċi differenti fi Stati Membri differenti. L-iktar każijiet ċari kkonċernaw lill-ETA, li ħbiet kwantitajiet kbar ta’ prekursuri tal-isplussivi barra minn Spanja, b’mod partikolari fi Franza u l-Portugall. Fl-istess ħin, m’hemmx evidenza ċara sal-lum li t-terroristi biddlu l-attitudni tagħhom tax-xiri fuq il-bażi ta’ differenzi fir-regolamentazzjoni fi Stati Membri differenti. In-nuqqas ta’ dawn l-indikazzjonijiet jista’ jkun ukoll minħabba li attwalment dawn il-kimiki għadhom faċilment disponibbli f’ħafna mill-Istati Membri | Azzjoni mill-UE tikseb aħjar l-għanijiet tal-proposta għal din/dawn ir-raġuni(jiet). | 324 | Id-differenzi attwali fost is-sistemi applikati għal prekursuri kimiċi tal-isplussivi ma jkollhomx effett negattiv biss fuq is-sigurtà iżda jfixklu wkoll it-tħaddim tas-suq intern. Dawn jaffettwaw negattivament il-kummerċ transkonfinali u attivitajiet ekonomiċi oħra ta’ produtturi u partijiet interassati oħra fil-katina tal-provvista f’iktar minn pajjiż wieħed. Azzjoni fuq il-livell tal-UE tgħin sabiex jiġu eliminati dawk l-effetti negattivi. Attakki riċenti u attakki li fallew jew ġew impeduti wrew li t-terroriżmu qed imur lil hinn mill-Istati Membri li tradizzjonalment sofrew attakki terroristiċi (eż. Spanja, ir-Renju Unit, Franza) u qed jinfirex lejn pajjiżi oħra fl-UE. In-natura ta’ dawn l-inċidenti turi wkoll li t-terroristi jistgħu jippreparaw f’pajjiż sabiex jattakkaw pajjiż ieħor. L-UE tista’ tkun sigura biss daqs l-iktar ħolqa dgħajfa tagħha. Konsegwentement, attivitajiet fuq il-livell tal-UE u approċċ koordinat tal-UE huma meħtieġa, u għandhom ikunu ta’ ġid għall-partijiet interessati rilevanti kollha. L-Istati Membri, permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri (KPP), indikaw li jippreferu approċċ tal-UE fuq din il-kwistjoni sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi fl-UE. Dan l-approċċ huwa appoġġjat ukoll mill-assoċjazzjonijiet tal-UE li jirrappreżentaw l-industrija kimika, li ġiet ikkonsultata b’mod estensiv matul ix-xogħol tal-KPP u x-xogħol fuq l-evalwazzjoni tal-impatt. Xi Stati Membri indikaw li għadhom ma ħadux azzjoni għax qed jistennew inizjattiva tal-UE. | 325 | Dawn l-azzjonijiet se jirriżultaw f’ambjent iktar armonizzat ta’ sigurtà għal kimiki użati sabiex jiġu prodotti splussivi home-made. | 327 | L-ambitu tal-proposta huwa limitat għal lista qasira ta’ sustanzi kimiċi u t-taħlitiet tagħhom, u għall-bejgħ ta’ dawn lill-pubbliku ġenerali (jiġifieri mhux lil utenti professjonali jew operazzjonijiet bejn negozji). Barra minn hekk, għal xi sustanzi, id-disponibilità tagħhom lill-pubbliku ġenerali hija limitata biss jekk jaqbżu ċerti livelli ta’ konċentrazzjoni, u xorta jistgħu jinkisbu fuq preżentazzjoni ta’ liċenzja minn awtorità pubblika (li tiddokumenta l-użu leġittimu). Is-sustanzi u l-limiti tal-konċentrazzjoni huma stabbiliti b’mod ċar fl-Anness tar-Regolament. Is-sitwazzjoni attwali turi li r-regolamentazzjoni nazzjonali f’dan il-qasam qed twassal għal diversità pjuttost milli konverġenza, li huwa detrimentali għas-sigurtà. Din id-diversità regolatorja tippermetti x-xiri ta’ kimiki soġġetti għat-tħassib fi Stat Membru wieħed u t-trasport faċli tagħhom u l-użu ħażin potenzjali għall-produzzjoni ta’ splussivi home-made fi Stat Membru ieħor. | Il-proposta għalhekk tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin. | 331 | L-istrument leġiżlattiv propost għandu skop delimitat b’mod ċar. Dan iħalli ambitu wiesa’ sabiex l-Istati Membri jiżviluppaw skema tal-għoti ta’ liċenzji lill-konsumaturi konformi mal-istrutturi eżistenti tagħhom u jintroduċu pieni adattati. L-operaturi ekonomiċi kollha jkunu soġġetti għall-istess regoli. L-istrument jista’ jiġi aġġustat b’mod flessibbli skont l-evoluzzjoni tat-theddida u l-għarfien dwar is-sustanzi kimiċi (fit-termini ta’ eż. riżultati tar-riċerka) billi jiżdiedu jew jitneħħew sustanzi mill-Annessi permezz tal-proċedura tad-delega. Il-forma tar-Regolament ġiet magħżula sabiex timpedixxi l-bżonn għal miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni f’27 Stat Membru ma’ kull modifika potenzjali tal-Annessi. | 332 | Il-piż finanzjarju fuq l-Unjoni Ewropea u l-gvernijiet nazzjonali se jiġi minimizzat billi jintużaw strutturi eżistenti sabiex jimplimentaw ir-Regolament. Barra minn hekk, l-ambitu tar-Regolament huwa limitat għal ċerti prekursuri kimiċi li jikkawżaw l-akbar tħassib, li għal ħafna minnhom jeżistu alternattivi li jistgħu jissodisfaw il-ħtiġiet tal-konsumatur. Dan x’aktarx iżomm in-numru ta’ talbiet għal liċenzja fuq livell baxx. Sabiex jinkiseb bilanċ prattiku bejn it-tħassib dwar is-sigurtà u l-kapaċitajiet tal-industrija, is-settur tal-bejgħ bl-imnut u l-infurzar tal-liġi għar-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi, se tiġi żviluppata gwida flimkien mal-involviment ta’ dawn il-partijiet interessati kollha. L-effetti negattivi ekonomiċi fuq l-industrija u s-settur tal-bejgħ bl-imnut se jiġu minimizzati minħabba l-konsum ġeneralment baxx tal-kimiki ta’ tħassib li jaqbżu l-limiti tal-konċentrazzjoni (1.5 % tal-konsum totali tal-UE tal-kimiki kkonċernati), il-possibilità li jinxtraw dawn il-kimiki fuq preżentazzjoni ta’ liċenzja, u ż-żieda probabbli fl-użu tal-kimiki ta’ sostituzzjoni mill-pubbliku ġenerali. Sabiex jiġi evitat piż inizjali eċċessiv fuq l-awtoritajiet pubbliċi u l-katina tal-provvista għall-kimiki soġġetti għat-tħassib, ir-Regolament għandu jkollu fażi tranżizzjonali għall-implimentazzjoni. Dan huwa meħtieġ ukoll sabiex jippermetti lin-negozji u lill-konsumaturi biex ikomplu jużaw il-provvisti antiki tal-kimiki inkwistjoni tagħhom sabiex jimminimizzaw it-telf ekonomiku tagħhom, iżda wkoll biex jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex idaħħlu fis-seħħ l-iskema tal-għoti tal-liċenzji li tagħmel parti mill-għażla politika ppreferuta. Impatt fuq id-drittijiet fundamentali Din il-proposta ġiet soġġetta għal skrutinju fil-fond sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tagħha huma totalment kumpatibbli mad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali inkorporati b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u notevolment il-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà li wieħed ikollu negozju, id-dritt għall-proprjetà u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. Ir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi u l-iskema tal-għoti ta’ liċenzji previsti fir-Regolament jitolbu l-ipproċessar ta’ dejta personali. Dan jimplika interferenza serja fil-ħajja privata u fid-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Sabiex tkun legali, din l-interferenza għandha tikkonforma mal-kriterji meħtieġa mil-liġi tal-UE: dan jimplika li għandha tkun skont il-liġi, għandha tfittex li tikseb interess pubbliku leġittimu meħtieġ f’soċjetà demokratika; l-interferenza għandha barra minn hekk tkun meħtieġa sabiex jinkiseb dan l-għan u proporzjonali għall-għan mixtieq, jiġifieri l-għan ma jistax jinkiseb permezz ta’ miżuri inqas restrittivi. Il-proposta tirrikjedi espliċitament li l-ipproċessar ta’ dejta personali skont dan ir-Regolament għandu dejjem jitwettaq skont il-liġijiet tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE, fi kliem ieħor skont id-Direttiva 95/46/KE[7] u l-liġijiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data li jimplimentaw din id-Direttiva. Sa fejn huma kkonċernati d-dritt li wieħed ikollu negozju u d-dritt għall-proprjetà, il-proposta tikkostitwixxi risposta proporzjonali għall-għanijiet li tipprova tikseb, b’mod partikolari fid-dawl ta’ għażliet politiċi oħra li sarilhom skrutinju fl-Evalwazzjoni tal-Impatt, bħal, pereżempju, projbizzjoni totali fuq il-bejgħ tas-sustanzi lil membri tal-pubbliku ġenerali irrispettivament mil-livelli ta’ konċentrazzjoni. Għażliet politiċi potenzjalment inqas invażivi oħra kienu meqjusa li huma inqas effettivi. Ir-Regolament jiddefinixxi l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-iskemi tal-għoti ta’ liċenzji billi jelenka l-kimiki soġġetti għat-tħassib fl-Anness I u billi jiddikjara b’mod ċar il-konċentrazzjonijiet li meta jinqabżu jeħtieġ li jkun hemm liċenzja għax-xiri tal-kimika rispettiva. Ir-rappurtar tat-tranżazzjonijiet suspettużi japplika biss għall-kimiki elenkati fl-Annessi u se jkun ibbażat fuq evalwazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operaturi ekonomiċi. Il-proposta tipprevedi l-elaborazzjoni ta’ linji gwida konkreti u ċari sabiex jassistu lill-operaturi ekonomiċi fl-evalwazzjoni tan-natura suspettuża ta’ tranżazzjoni. Dawn il-linji gwida se jiżguraw li tiġi evitata interpretazzjoni wiesgħa wisq tal-kunċett sabiex jimminimizzaw it-trażmissjonijiet tad-dejta personali lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u jimpedixxu kwalunkwe prattiki arbitrarji jew diskriminatorji potenzjali. Fl-istess ħin, l-iskema tal-għoti ta’ liċenzji u l-obbligu tar-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi se jippermettu lill-operaturi ekonomiċi biex ikomplu jinnegozjaw il-prekursuri kollha, u b’hekk jillimitaw l-impatt fuq il-libertà li wieħed ikollu negozju. Id-dritt għall-proprjetà mhux se jiġi affettwat peress li n-negozji u l-membri tal-pubbliku ġenerali jibqgħu jkunu kapaċi jużaw il-beni tagħhom akkwistati legalment. Fl-aħħar nett, huma previsti perjodi tranżizzjonali raġonevolment twal sabiex jippermettu lill-membri tal-pubbliku ġenerali u lill-operaturi ekonomiċi jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda, b’hekk jillimitaw iktar l-impatt fuq id-dritt għall-proprjetà u l-libertà tal-intrapriża. | Għażla tal-istrumenti | 341 | Strumenti proposti: Regolament. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin. L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li huwa l-iktar bażi legali adattata skont l-ambitu tal-azzjoni, jippreżenta għażla bejn Regolament u Direttiva. Sabiex tinkiseb armonizzazzjoni massima għall-kimiki koperti mill-istrument legali, u wkoll, jekk applikabbli, konċentrazzjonijiet ta’ dawn il-kimiki, Regolament huwa iktar adattat. Approċċ armonizzat huwa mixtieq mhux biss mill-perspettiva tas-sigurtà iżda wkoll mill-perspettiva ta’ regoli unifikati għall-operaturi ekonomiċi. Barra minn hekk, il-forma ta’ Regolament se timpedixxi l-bżonn għal miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni kull darba li jsiru tibdiliet fil-lista tas-sustanzi kimiċi fl-Annessi (b’mod konformi mal-iżvilupp tat-theddida). | IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI | Il-proposta m’għandhiex implikazzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni Ewropea. | INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | Simulazzjoni, il-fażi ta’ prova u perjodu tranżizzjonali | 507 | Se jkun hemm perjodu tranżizzjonali għall-att propost. | Klawżola ta’ analiżi/reviżjoni/sunset | 531 | Il-proposta tinkludi klawżola ta’ analiżi. | 560 | Iż-Żona Ekonomika Ewropea L-att propost jikkonċerna suġġett taż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea. | 2010/0246 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi (Test b’rilevanza taż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[8], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[9], Wara li kkonsultaw lill-Kontrollatur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta[10] Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: 1. Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar it-Titjib tas-Sigurtà tal-Isplussivi, adottat mill-Kunsill fit-18 ta’ April 2008[11], stieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi Kumitat Permanenti għall-Prekursuri sabiex jikkunsidra l-miżuri u jipprepara rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw ir-regolamentazzjoni ta’ prekursuri tal-isplussivi disponibbli fis-suq, b’kunsiderazzjoni tal-effetti tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż tagħhom. 2. Il-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri, stabbilit mill-Kummissjoni fl-2008, identifika diversi prekursuri tal-isplussivi li huma suxxettibbli li jiġu użati sabiex jitwettqu attakki terroristiċi u rrakkomanda azzjoni adattata fuq il-livell tal-Unjoni. 3. Xi Stati Membri diġà adottaw liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward it-tqegħid fis-suq, it-tqegħid għad-disponibilità u l-pussess ta’ ċerti sustanzi u taħlitiet kimiċi li jistgħu jiġu użati bħala prekursuri tal-isplussivi. 4. Dawn il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, li huma diverġenti u probabbli li jikkawżaw ostakli għall-kummerċ fl-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu armonizzati sabiex jiggarantixxu l-moviment ħieles ta’ sustanzi u taħlitiet kimiċi fis-suq intern filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-pubbliku ġenerali. 5. Peress li kull modifika ta’ Direttiva u l-Annessi tagħha tkun teħtieġ miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni f’27 Stat Membru u l-operaturi ekonomiċi kollha jkunu soġġetti għall-istess regoli, huwa iktar xieraq li jintuża Regolament bħala l-istrument legali biex jirregola t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prekursuri tal-isplussivi. 6. L-affidabilità u l-potenzja ta’ splussivi home-made għandhom jitnaqqsu billi jiġu stabbiliti limiti tal-konċentrazzjoni ta' ċerti sustanzi. Il-membri tal-pubbliku ġenerali għandhom ikunu jistgħu jużaw biss dawk is-sustanzi bil–konċentrazzjonijiet li jaqbżu l-limiti speċifikati meta jkollhom liċenzja biex jagħmlu dan. Dawn is-sustanzi għandhom jiġu pprovduti biss lid-detenturi ta’ din il-liċenzja. 7. Peress li jkun sproporzjonat li jiġi pprojbit l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi f’attivitajiet professjonali, il-miżuri relatati mal-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dawn il-prekursuri tal-isplussivi għandhom japplikaw biss għall-pubbliku ġenerali. 8. Il-limiti tal-konċentrazzjoni fuq il-hexamine f’pilloli tal-karburant teknikament mhumiex fattibbli. Għandhom jiġu adottati miżuri sabiex jiffaċilitaw ir-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi fl-istadju tal-bejgħ bl-imnut għal pilloli tal-karburant tal-hexamine u prekursuri oħra li m’għandhomx alternattivi siguri u adattati. 9. Peress li n-negozju tal-prekursuri tal-isplussivi jista’ jwassal għall-manifattura illeċita ta’ tagħmir splussiv improvizzat, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 10. Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, dispożizzjonijiet eżistenti relatati man-nitrat tal-ammonja għandhom jiġu inklużi f’dan ir-Regolament u l-paragrafi 2 u 3 tal-entratura 58 għall-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)[12] għandhom jitħassru. 11. Dan ir-Regolament jirrekjedi l-ipproċessar ta’ dejta personali u d-distribuzzjoni ulterjuri tagħha lil terzi persuni f’każ ta’ tranżazzjonijiet suspettużi. Dan l-ipproċessar jimplika interferenza serja mad-drittijiet fundamenti għall-ħajja privata u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta[13] tirregola l-ipproċessar ta’ dejta personali mwettaq fil-qafas ta’ dan ir-Regolament. Skont dan għandu jiġi żgurat li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali ta’ individwi li d-data personali tagħhom hija pproċessata fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament hija protetta kif għandu jkun, b’mod partikolari l-ipproċessar ta’ data personali li l-għoti ta’ liċenzji u r-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet kkunsidrati suspettużi għandhom jinvolvu. 12. Peress li s-sustanzi kimiċi ntużati mit-terroristi u kriminali oħra sabiex jagħmlu splussivi home-made jistgħu jinbidlu malajr, għandu jkun possibbli li jiddaħħlu sustanzi oħra f’din is-sistema pprovduta minn dan ir-Regolament, xi kultant b’urġenza. 13. Għalhekk, il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-iskop tal-emendar tal-Annessi ta’ dan ir-Regolament. 14. Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-limitu fuq l-aċċess tal-pubbliku ġenerali għal kimiki li jistgħu jiġu użati sabiex isiru splussivi home-made, ma jistax jiġi miksub b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fuq livell tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. 15. Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment il-protezzjoni tad-dejta personali, il-libertà tal-intrapriża, id-dritt għall-proprjetà u l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-Istati Membri skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati li jikkonċernaw it-tqegħid għad-disponibilità fis-suq ta’ sustanzi jew taħlitiet li jistgħu jiġu użati ħażin għall-manifattura illeċita tal-isplussivi, sabiex jillimitaw id-disponibilità tagħhom għall-pubbliku ġenerali. Artikolu 2 Ambitu 1. Dan ir-Regolament japplika għas-sustanzi mniżżla fl-Annessi u t-taħlitiet li jinkludu dawn is-sustanzi. 2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal: (a) oġġetti kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[14]; (b) oġġetti pirotekniċi kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15], oġġetti pirotekniċi maħsuba għall-użu mhux kummerċjali, skont il-liġi nazzjonali, mill-forzi armati, mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jew mid-dipartiment tat-tifi tan-nar, tagħmir li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE[16], oġġetti pirotekniċi maħsuba għall-użu fl-industrija ajruspazjali u kabsijiet (‘percussion caps’) maħsuba għall-ġugarelli; (c) sustanzi mniżżla fl-Annessi u taħlitiet li fihom dawn is-sustanzi li huma użati mill-forzi armati jew l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: 16. it-‘tqegħid għad-disponibilità’ tfisser kwalunkwe provvista, kemm bi ħlas jew mingħajr ħlas; 17. ‘użu’ tfisser kwalunkwe pproċessar, formulazzjoni, ħażna, trattament, taħlit, produzzjoni ta’ oġġett jew kwalunkwe utilizzazzjoni oħra; 18. ‘membru tal-pubbliku ġenerali’ tfisser kwalunkwe persuna naturali li qed taġixxi għal finijiet li huma barra n-negozju, kummerċ jew professjoni tiegħu; 19. ‘tranżazzjoni suspettuża’ tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li tikkonċerna s-sustanzi mniżżla fl-Annessi, jew taħlitiet li fihom dawn is-sustanzi, meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli għas-suspett li s-sustanza jew taħlita hija intiża għall-produzzjoni ta’ splussivi home-made; 20. ‘sustanza mhux skedata’ tfisser kwalunkwe sustanza li, għalkemm mhux imniżżla fl-Annessi, hija identifikata bħala li ntużat għall-manifattura ta’ splussivi home-made; 21. ‘operatur ekonomiku’ tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali jew entità pubblika jew grupp ta’ dawn il-persuni u/jew entitajiet li tikkonsenja xogħlijiet, prodotti jew servizzi fis-suq; 22. ‘bidwi’ tfisser persuna naturali jew legali, jew grupp ta’ persuni naturali jew legali, hu x’inhu l-istejtus legali mogħti lil dan il-grupp u l-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-ażjenda tiegħu hija allokata fit-territorju tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u li jeżerċita attività agrikola; 23. ‘attività agrikola’ tfisser il-produzzjoni, trobbija jew tkabbir ta’ prodotti agrikoli inklużi l-ħsad, produzzjoni tal-ħalib, trobbija ta’ annimali u ż-żamma ta’ annimali għal skop ta’ biedja, jew iż-żamma tal-art f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba kif stabbilit taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003[17]. Artikolu 4 Importazzjoni, tqegħid għad-dispożizzjoni, pussess u użu 1. Is-sustanzi mniżżla fl-Anness I, jew taħlitiet li fihom dawk is-sustanzi, m’għandhomx isiru disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali, jew ikunu pposseduti jew użati minnhom, ħlief jekk il-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-forma li biha ssir disponibbli tkun iktar baxxa jew ekwivalenti għal-limitu stabbilit fl-Anness I. 2. Minkejja l-paragrafu 1, is-sustanzi mniżżla fl-Anness I, jew taħlitiet li jinkludu dawk is-sustanzi, jistgħu jsiru disponibbli għall-membri tal-pubbliku ġenerali, u jkunu pposeduti u użati minnhom, sakemm il-membru tal-pubbliku ġenerali jippreżenta liċenzja għall-kisba tas-sustanza, jew taħlita li tinkludi s-sustanza, maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. 3. Meta membru tal-pubbliku ġenerali jkollu l-intenzjoni li jimporta s-sustanzi mniżżla fl-Anness I, jew taħlitiet li fihom dawk is-sustanzi, fit-territorju Doganali tal-Unjoni Ewropea, u l-konċentrazzjoni tas-sustanza jew taħlita fil-forma li fiha hija importata hija ogħla mil-limitu stabbilit fl-Anness I, dik il-persuna għandha tippreżenta liċenzja kif imsemmi fil-paragrafu 2 fl-Uffiċċju doganali tad-dħul. F’każ ta’ dubji relatati mal-awtentiċità jew korrettezza tal-liċenzja maħruġa skont il-paragrafu 2 kif ukoll meta jkun meħtieġ parir ulterjuri, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkuntattjaw lill-awtoritajiet kompetenti magħżula mill-Istat Membru għall-ħruġ tal-liċenzji skont l-Artikolu 5. 4. Minkejja l-paragrafu 1, in-nitrat tal-ammonja u taħlitiet li fihom nitrat tal-ammonja jistgħu jitqiegħdu għad-disponibiltà tal-bdiewa u jkunu pposseduti mill-bdiewa, sabiex jintużaw bħala fertilizzanti f’attivitajiet agrikoli, f’konċentrazzjonijiet li jaqbżu l-limitu mniżżel fl-Anness I. 5. Operatur ekonomiku li jagħmel sustanza jew taħlita disponibbli għal membru liċenzjat tal-pubbliku ġenerali skont il-paragrafu 2 għandu jivverifika l-liċenzja u jżomm rekord tat-tranżazzjoni. 6. Operatur ekonomiku li għandu l-intenzjoni li jagħmel is-sustanzi mniżżla fl-Anness I, jew taħlitiet li fihom dawk is-sustanzi, disponibbli għall-pubbliku ġenerali, meta l-konċentrazzjoni tas-sustanza fil-forma li biha tkun imqiegħda għad-dispożizzjoni tkun ogħla mil-limitu stabbilit fl-Anness I, għandha tindika b’mod ċar fuq il-pakkett li x-xiri, pussess jew użu ta’ dik is-sustanza jew taħlita huwa suġġett għal liċenzja kif imsemmi fil-paragrafu 2. Artikolu 5 Liċenzji 1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli għall-għoti tal-liċenzja pprovduta fl-Artikolu 4 (2). Meta tqis jekk tagħtix liċenzja jew le, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-leġittimità tal-użu maħsub tas-sustanza. Il-liċenzja għandha tiġi rifjutata jekk ikun hemm raġunijiet raġonevoli għad-dubji dwar il-leġittimità tal-użu maħsub. 2. L-awtorità kompetenti tista’ jew tillimita l-validità tal-liċenzja għal perjodu li ma jaqbiżx tliet snin jew tista’ tobbliga lid-detentur tal-liċenzja biex juri, f’intervalli li ma jaqbżux tliet snin, li l-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat il-liċenzja għadhom qed ikunu ssodisfati. Il-liċenzja għandha ssemmi s-sustanzi kkonċernati. 3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-applikanti jħallsu miżata għall-applikazzjoni tagħhom għal liċenzja. Dawn il-miżati m’għandhomx jkunu iktar mill-ħlas għall-ipproċessar tal-applikazzjoni. 4. Il-liċenzja tista’ tiġi sospiża jew revokata mill-awtorità kompetenti kull meta jkun hemm bażi raġonevoli li wieħed ikollu għaliex jaħseb li l-kundizzjonijiet li fihom ingħatat il-liċenzja m’għadhomx qed jiġu ssodisfati. 5. L-appelli kontra kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità kompetenti, u kwistjonijiet li jikkonċernaw il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-liċenzji, għandhom jinstemgħu mill-entità adattata responsabbli skont il-liġi nazzjonali. 6. Il-liċenzji mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru għandhom ikunu validi fl-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni tista’ tfassal linji gwida, wara li tikkonsulta l-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri, dwar id-dettalji tekniċi tal-liċenzji sabiex tassisti r-rikonoxximent reċiproku tagħhom. Artikolu 6 Rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi u serq 1. Tranżazzjonijiet suspettużi bis-sustanzi mniżżla fl-Annessi, jew taħlitiet li fihom dawn is-sustanzi, għandhom jiġu rrappurtati immedjatament skont dan l-Artikolu. 2. Kull Stat Membru għandu jwaqqaf punt ta’ kuntatt nazzjonali b’numru tat-telefown u indirizz elettroniku identifikati b’mod ċar għar-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi. 3. L-operaturi ekonomiċi li għandhom raġuni biex jaħsbu li tranżazzjoni proposta li tinvolvi wieħed jew iktar minn wieħed mis-sustanzi mniżżla fl-Annessi, jew taħlitiet li fihom dawk is-sustanzi, hija tranżazzjoni suspettuża, għandhom jirrappurtaw dan mingħajr dewmien, inkluż jekk ikun possibbli l-identità tal-klijent, lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ġiet proposta t-tranżazzjoni. 4. L-operaturi ekonomiċi għandhom jirrappurtaw kwalunkwe tranżazzjonijiet suspettużi oħra rigward sustanza mhux skedata, u taħlitiet li jinkludu sustanzi bħal dawn. 5. L-operaturi ekonomiċi għandhom jirrappurtaw ukoll serq sinifikanti tas-sustanzi mniżżla fl-Annessi u taħlitiet li jinkludu dawk is-sustanzi lill-punt ta’ kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn seħħ is-serq. 6. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari rigward sustanzi mhux skedati, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Kumitat Permanenti għall-Prekursuri, tfassal u taġġorna linji gwida biex jassistu l-katina tal-provvista kimika. Il-linji gwida għandhom jipprovdu b’mod partikolari: (a) informazzjoni dwar kif tirrikonoxxi u tinnotifika tranżazzjonijiet suspettużi; (b) lista aġġornata regolarment ta’ sustanzi mhux skedati sabiex tippermetti lill-katina ta’ provvista tissorvelja fuq bażi volontarja l-kummerċ ta’ dawn is-sustanzi; (c) informazzjoni oħra li tista’ tiġi kkunsidrata bżonnjuża. 7. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-linji gwida pprovduti fil-paragrafu 6 u l-lista ta’ sustanzi mhux skedati qed ikunu distribwiti regolarment b’mod ikkunsidrat adattat mill-awtoritajiet kompetenti skont l-għanijiet tal-linji gwida. Artikolu 7 Protezzjoni tad-dejta Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ipproċessar tad-dejta personali mwettaq fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun skont id-Direttiva 95/46/KE[18]. B’mod partikolari, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ipproċessar tad-dejta personali meħtieġ għall-għoti tal-liċenzji skont l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament, u r-rappurtar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament, għandu jikkonforma mad-Direttiva 95/46/KE. Artikolu 8 Pieni Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżgura li jiġu implimentati. Il-pieni pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Artikolu 9 Emendar tal-Annessi Sabiex jiġu akkomodati l-iżviluppi fl-użu ħażin ta’ sustanzi kimiċi bħala prekursuri għall-isplussivi, jew fuq il-bażi ta’ riċerka u ttestjar, il-Kummissjoni tista’ tadotta emendi għall-Annessi permezz ta’ atti delegati skont l-Artikoli 10, 11 u 12. Meta raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jkunu jitolbu, b’mod partikolari meta jkun hemm tibdil f’daqqa fl-evalwazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-użu ħażin ta’ sustanzi kimiċi sabiex isiru splussivi home-made, għandu japplika l-Artikolu 13. Artikolu 10 Eżerċizzju tad-delega 1. Il-poteri għall-adottar tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat. 2. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 3. Il-poteri biex tadotta atti delegati huma kkonferiti fuq il-Kummissjoni suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11 u 12. Artikolu 11 Revoka tad-delega 1. Id-delega tal-poter imsemmi fl-Artikolu 9 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. 2. L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna sabiex tiddeċiedi jekk tirrevokax id-delega tal-poter għandha tipprova tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni f’ħin raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, filwaqt li tindika l-poteri ddelegati li jistgħu jkunu suġġetti għal revoka u raġunijiet possibbli għal revoka. 3. Id-deċiżjoni għal revoka għandha twassal fi tmiem id-delega tal-poteri speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din m’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ. Din għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 12 Oġġezzjonijiet għal atti delegati 1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att delegat f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill, dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar. 2. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att delegat, dan għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih. 3. L-att delegat jista’ jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel ma jiskadi dak il-perjodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu infurmaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet. 4. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal att delegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun qed toġġezzjoni għall-att delegat. Artikolu 13 Proċedura ta’ urġenza 1. Att delegat adottat skont il-proċedura ta’ urġenzja għandu jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien u japplika sakemm ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza. 2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu f’perjodu ta’ sitt ġimgħat mid-data tan-notifika joġġezzjonaw għall-att delegat. F’dan il-każ, l-att ma għandux jibqa’ iktar applikabbli. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet li għalihom tkun qed toġġezzjona għall-att delegat. Artikolu 14 Emendar tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) 1907/2006 Fl-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006[19], fil-partita 58 tat-tabella li tistipula d-denominazzjoni tas-sustanzi, gruppi ta’ sustanzi u taħlitiet u l-kundizzjonijiet ta’ restrizzjoni, fil-kolonna 2, il-paragrafi 2 u 3 jitħassru. Artikolu 15 Dispożizzjoni tranżizzjonali Il-pussess u l-użu minn membri tal-pubbliku ġenerali tas-sustanzi mniżżla fl-Anness I, jew taħlitiet ta’ dawk is-sustanzi, li jaqbżu l-limiti tal-konċentrazzjoni stabbiliti fl-Anness I, għandhom jibqgħu jiġu awtorizzati sa [ 36 xahar wara l-adozzjoni ] Artikolu 16 Reviżjoni Għandha ssir reviżjoni ta’ dan ir-Regolament [ 5 snin wara l-adozzjoni ]. Artikolu 17 Dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ [ 18-il xahar wara l-adozzjoni ]. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi […], Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [pic] | ANNESS 1 Sustanzi li m’għandhomx ikunu magħmula disponibbli għal membri tal-pubbliku ġenerali waħedhom, jew f'taħlitiet li jinkluduhom, minbarra jekk il-konċentrazzjoni hija ekwivalenti jew iktar baxxa mil-limiti stabbiliti hawn taħt Isem tas-sustanza u n-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN) | Ammont minimu preżenti | Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (CN) għal kompost separat definit b’mod kimiku li jissodisfa r-rekwiżiti tan-Nota 1 tal-Kapitolu 28 jew 29 tan-NM, rispettivament {ara r-Regolament (KE) Nru 948/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009, ĠU L 287 tal- 31.10.2009} | Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal taħlita jew preparazzjoni mingħajr kostitwenti (eż. merkurju, metalli prezzjużi jew metalli rari jew sustanzi radjoattivi) li jiddeterminaw il-klassifikazzjoni taħt kodiċi ieħor tan-NM {ara r-Regolament (KE) Nru 948/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009, ĠU L 287 tal- 31.10.2009} | Perossidu tal-idroġenu (CAS RN 7722-84-1) | 12% w/w | 2847 00 00 | 3824 90 97 | Nitrometanu (CAS RN 75-52-5) | 30 % w/w | 2904 20 00 | 3824 90 97 | Aċidu nitriku (CAS RN 7697-37-2) | 3 % w/w | 2808 00 00 | 3824 90 97 | Klorat tal-potassju (CAS RN 3811-04-9) | 40 % w/w | 2829 19 00 | 3824 90 97 | Perklorat tal-potassju (CAS RN 7778-74-7) | 40 % w/w | 2829 90 10 | 3824 90 97 | Klorat tas-sodju (CAS RN 7775-09-9) | 40 % w/w | 2829 11 00 | 3824 90 97 | Perklorat tas-sodju (CAS RN 7601-89-0) | 40 % w/w | 2829 90 10 | 3824 90 97 | Nitrat tal-ammonju (CAS RN 6484-52-2) | 16% bil-piż ta' nitroġenu meta mqabbel man-nitrat tal-ammonju | 3102 30 10 (f'soluzzjoni tal-ilma) 3102 30 90 (ieħor | 3824 90 97 | ANNESS II Sustanzi waħedhom jew f’taħlitiet li għandhom jiġu rrapurtati rigward tranżazzjonijiet suspettużi tagħhom Isem tas-sustanza u n-Numru tar-Reġistru tas-Servizz tat-Taqsiriet tas-Sustanzi Kimiċi (CAS RN) | Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (CN) għal kompost separat definit b’mod kimiku li jissodisfa r-rekwiżiti tan-Nota 1 tal-Kapitolu 28, in-Nota 1 tal-Kapitolu 29 jew in-Nota 1(b) tal-Kapitolu 31 tan-NM, rispettivament {ara r-Regolament (KE) Nru 948/2009 tat-30 ta’ Settembru 2009, ĠU L 287 tal- 31.10.2009} | Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda (NM) għal taħlitiet jew preparazzjonijiet mingħajr kostitwenti (eż. merkurju, metalli prezzjużi jew metalli rari jew sustanzi radjoattivi) li jiddetermina l-klassifikazzjoni taħt kodiċi ieħor tan-NM {ara r-Regolament (KE) Nru 948/2009 tat- 30 ta’ Settembru 2009, ĠU L 287 tal- 31.10.2009} | Hexamine (CAS RN 100-97-0) | 2921 29 00 | 3824 90 97 | Aċidu sulfuriku (CAS RN 7664-93-9) | 2807 00 10 | 3824 90 97 | Aċetun (CAS RN 67-64-1) | 2914 11 00 | 3824 90 97 | Nitrat tal-potassju (CAS RN 7757-79-1) | 2834 21 00 | 3824 90 97 | Nitrat tas-sodju (CAS RN 7631-99-4) | 3102 50 10 (naturali) 3102 50 90 (mhux naturali) | 3824 90 97 3824 90 97 | Nitrat tal-kalċju (CAS RN 10124-37-5) | 2834 29 80 | 3824 90 97 | Nitrat tal-ammonju tal-kalċju (CAS RN 15245-12-2) | 3102 60 00 | 3824 90 97 | [1] ĠU L 396, 30.12.2006, p.1. [2] Kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009; ĠU L 164, 26.6.2009, p. 7 [3] ĠU L 230, 19.8.1991, p.1 [4] 14469/3/05 REV 3 [5] 8109/08 [6] ĠU C 115, 4.5.2010, p.1 [7] ĠU L 281, 23.11.1995, pġ. 31 [8] ĠU C , , p. . [9] ĠU C , , p. . [10] Opinjoni ta’ …..ĠU C ….. [11] 8311/08 [12] ĠU L 396, 30.12.2006, p.1 [13] ĠU L 281, 23.11.1995, p.31 [14] ĠU L 396, 30.12.2006 [15] ĠU L 154, 14.06. 2007 [16] ĠU L 46, 17.2.1997 [17] ĠU L 270, 21.10.2003 [18] ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31 [19] ĠU L 396, 30.12.2006