52010PC0376




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 14.7.2010

KUMM(2010)376 finali

2010/0206 (APP)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL- KUNSILL (UE) Nru .../...

dwar l-estensjoni tal-ambitu tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru xx/yy dwar it-trasportazzjoni transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

L-għan tal-proposta attwali huwa l-estensjoni tal-ambitu tal- Proposta għal Regolament dwar it-trasportazzjoni tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro lejn it-territorju ta' Stat Membru li dalwaqt jintroduċi l-euro, billi normalment ikun hemm bżonn miżjud għal trasportazzjoni tal-euro fi flus kontanti qabel il-bidla.

L-estensjoni tar-Regolament għandha tkun awtomatika u għandu jkollha effett mid-data li fiha l-Kunsill jiddeċiedi li jneħħi d-deroga ta' Stat Membru mill-parteċipazzjoni tiegħu fl-euro.

Il-proposta prinċipali hija bbażata fuq l-Artikolu 133 fejn id-drittijiet tal-vot fil-Kunsill huma limitati għall-Istati Membri li diġà adottaw l-euro. Peress li din il-proposta tikkonċerna lill–Istati Membri li għadhom ma adottawx l-euro, hija bbażata fuq l-Artikolu 352. Dan huwa xieraq billi huwa meħtieġ li tittieħed azzjoni mill-Unjoni għall-iffaċilitar ta' tranżizzjoni bla xkiel għall-euro.

2010/0206 (APP)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL- KUNSILL (UE) Nru .../...

dwar l-estensjoni tal-ambitu tar-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru xx/yy dwar it-trasportazzjoni transkonfinali professjonali tal-euro fi flus kontanti bit-triq bejn Stati Membri taż-żona euro

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[1],

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[2],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

1. Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru xx/yy[3] japplika għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri li adottaw l-euro bħala l-munita unika tagħhom.

2. Hemm bżonn ta' trasportazzjoni tal-euro fi flus kontanti qabel il-bidla għall-euro peress li l-karti tal-euro meħtieġa għall-bidla ġeneralment jiġu trasportati minn skorti eżistenti fiż-żona euro u peress li l-muniti tal-euro ħafna drabi jiġu ffabbrikati għalkollox jew parzjalment f'pajjiżi barranin.

3. Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament xx/yy japplika għall-Istati Membri li qed jippreparaw biex jadottaw l-euro mid-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jneħħi d-deroga tagħhom milli jipparteċipaw fl-euro.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) xx/yy għandu japplika għat-territorju ta' Stat Membru li għadu ma adottax l-euro mid-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill meħuda skont l-Artikolu 140(2) tat-Trattat li jirrevoka d-deroga tiegħu milli jipparteċipa fl-euro.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President […]

[1] ĠU …, p. …

[2] ĠU …, p. …

[3] ĠU …, p. …