52009PC0370

Proposta għal regolament tal-Kunsill li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta' ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores /* KUMM/2009/0370 finali - CNS 2009/0125 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 7.9.2009

KUMM(2009) 370 finali

2009/0125 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta' ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Kuntest tal-proposta

Raġunijiet għal u għanijiet tal-proposta

L-awtoritajiet ta' Madeira u l-Azores bl-appoġġ tal-Gvern Portugiż talbu d-dħul tas-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi sabiex isaħħu l-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi lokali u b'hekk jiżguraw xogħol aktar stabbli f'dawn il-gżejjer.

Kuntest ġenerali

Madeira u l-Azores qegħdin fir-reġjuni l-aktar 'il barra tal-Komunità, għalhekk miżuri speċjali huma previsti skont l-Artikolu 299 (2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, sabiex jintgħelbu l-iżvantaġġi ekonomiċi li jbatu minnhom dawn iż-żoni minħabba s-sitwazzjoni ġeografika.

Dispożizzjonjiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Dispożizzjonjiet simili ġew imdaħħla permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 704/2002 għall-Gżejjer Kanarji.

Konsistenza mal-politiki u l-għanijiet l-oħra tal-Unjoni

Mhux applikabbli.

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Il-membri tal-grupp ta' ħidma tal-esperti tal-Kummissjoni "Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji" ġie kkonsultat u ma qajjimx oġġezzjonjiet ekonomiċi kontra s-sospensjonjiet proposti.

Ġbir u użu ta’ pariri ta’ esperti

Ma kienx hemm ħtieġa ta' pariri esperti esterni.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Valutazzjoni tal-impatt individwali tal-miżura per se mhix possibbli minħabba l-fatt li s-sospensjoni tad-dmirijiet hija biss miżura waħda f'serje ta' miżuri promulgati għat-titjib tas-sitwazzjoni soċjali u ekonomika tal-gżejjer. Għal dan il-għan il-Kummissjoni tippubblika ta' sikwiet komunikazzjonjiet li jistabilixxu l-effetti ta' dawn il-miżuri għar-reġjuni l-aktar 'il barra differenti. L-aħħar komunikazzjoni kienet mibgħuta lill-Kunsill fis-17.10.2008 (COM/2008/0642 finali)

Elementi legali tal-proposta

Sinteżi tal-azzjoni proposta

Is-sospensjoni proposta tad-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni tippermetti lill-operaturi ekonomiċi lokali f'Madeira u l-Azores li jimpurtaw ċertu ammont ta' materja prima, partijiet, komponenti u prodotti lesti mingħajr dazju fuqhom. Sabiex jiġi evitat użu ħażin jew tibdil fil-flussi tan-negozju tradizzjonali ta' dawn l-oġġetti huwa previst illi dawn l-oġġetti li jibbenefikaw minn din is-sospensjoni ta' dazju huma suġġetti għall-kontrolli ta’ użu aħħari.

Għaldaqstant, il-prodotti lesti għandhom jiġu użati minn kumpaniji lokali fuq il-gżejjer għal perjodu ta' mill-inqas sentejn qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu liberament lil kumpaniji oħra li jinstabu f'parti oħra tat-territorju doganali tal-Komunità Ewropea.

Materja prima, partijiet u komponenti għandhom ikunu użati għal finijiet agrikoli, u trasformazzjoni u manutenzjoni industrijali fir-reġjuni awtonomi sabiex jibbenefikaw mis-sospensjoni tad-dazji.

Bażi legali

Artikolu 299 (2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hi konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Din it-tip ta' azzjoni hija regolarment użata bħala strument biex issaħħaħ il-kompetittività tal-operaturi ekonomiċi. L-impożizzjoni ta' kontrolli ta’ użu aħħari f'konformità mad-dispożizzjonjiet tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u d-dispożizzjonjiet li jimplimentawh hija proċedura stabbilita f'dan il-kuntest u ma toħloqx responsabilitajiet amministrattivi supplimentari sinifikattivi lill-awtoritajiet u lill-operaturi reġjonali u lokali.

Għażla ta' strumenti

Strumenti proposti: Regolament.

It-Trattat ma jippermettix mezzi oħrajn għall-implimentazzjoni ta' tali miżuri

Implikazzjonijiet ta' baġit

Il-proposta għandha implikazzjonjiet għall-baġit tal-Komunità. L-applikazzjoni tas-sospensjoni se twassal għal telf ta' dħul f'riżorsi proprji tal-Komunità.

2009/0125 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq importazzjonjiet ta' ċerti prodotti industrijali fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 299 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4],

Billi:

1. F'Awwissu u Diċembru 2007 l-awtoritajiet reġjonali ta' Madeira u l-Azores talbu bl-appoġġ tal-Gvern Portugiż sospensjoni awtonoma tad-dazji tat-tariffi doganali komuni għal numru ta' prodotti f'konformità mal-Artikolu 299 (2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea. Huma ġġustifikaw it-talbiet tagħhom li minħabba l-bogħod ta' dawk il-gżejjer l-operaturi ekonomiċi jbatu żvantaġġi kummerċjali kbar li għandhom effetti negattivi fuq it-tendenzi demografiċi, l-impjiegi u l-iżviluppi soċjali u ekonomiċi.

2. L-ekonomiji lokali ta' Madeira u l-Azores huma prinċipalment dipendenti fuq it-turiżmu nazzjonali u internazzjonali, riżorsa ekonomika kemmxejn volatili. Hija determinata minn fatturi li l-awtoritajiet lokali u l-Gvern Portugiż m'għandhom kważi l-ebda influwenza fuqhom. Bħala konsegwenza ta' dan, l-iżvilupp ekonomiku ta' Madeira u l-Azores huwa limitat ferm. F'dawn iċ-ċirkostanzi huwa neċessarju li jiġu sostnuti dawk is-setturi ekonomiċi li huma inqas dipendenti fuq l-industriji tat-turisti sabiex jikkumpensaw għall-flutwazzjonijiet tas-settur turistiku u b'hekk jistabilizzaw l-impjiegi lokali.

3. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1657/93 tal-24 ta' Ġunju 1993 temporanjament jissospendi d-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni dwar ċerti prodotti industrijali intiżi biex jekwipaġġaw iż-żoni ħielsa tal-Azores u ta' Madeira[5]) ma kellux l-effett mixtieq fl-aħħar snin qabel l-iskadenza tiegħu fil-31.12.2008. Dan hu dovut probabbilment għall-fatt li dawn is-sospensjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament ġew limitati għaż-żoni ħielsa tal-Azores u ta' Madeira u għalhekk ma ntużawx aktar fl-aħħar snin qabel l-iskadenza tagħhom. Huwa għalhekk xieraq li jiġu provduti sospensjonijiet ġodda li mhumiex limitati għall-industriji li jinsabu fiż-żoni ħielsa iżda li jkunu ta' benefiċċju lit-tipi kollha ta' operaturi ekonomiċi li jinsabu fit-territorju ta' dawk ir-reġjuni. L-ambitu tas-setturi kummerċjali li jibbenefikaw mis-sospensjonijiet għandhom għalhekk ikopru s-sajd, l-agrikultura, is-setturi industrijali u tas-servizzi.

4. Sabiex jiġi żgurat effett ekonomiku tas-sospensjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament huwa xieraq li tiġi estiża l-gamma ta' prodotti għal oġġetti lesti għal użu industrijali, għal materja prima u materjali oħra u għal partijiet u komponenti użati għal finijiet agrikoli, trasformazzjoni industrijali, manutenzjoni u servizzi oħra.

5. Sabiex tingħata perspettiva fit-tul lill-investituri u sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jilħqu l-livell ta' attivitajiet industrijali u kummerċjali li jistabilizza l-ambjent ekonomiku u soċjali fir-reġjuni kkonċernati, huwa xieraq li jiġu sospiżi d-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għal ċerti oġġetti għal perjodu ta' 10 snin li jibda mill-1 ta' Jannar 2010.

6. Sabiex jiġi żgurat li operaturi ekonomiċi li jinsabu fit-territorju ta' Madeira u tal-Azores biss jibbenefikaw minn dawn il-miżuri tat-tariffi, is-sospensjonjiet għandhom ikunu magħmula kundizzjonali fuq l-użu aħħari tal-prodotti f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità[6] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabilixxi dispożizzjonjiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/93 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità[7].

7. Sabiex jippermettu l-operazzjoni effiċjenti tas-sospensjoni l-awtoritajiet ta' Madeira u l-Azores għandhom jieħdu miżuri meħtieġa ta' implimentazzjoni u jinformaw lill-Kummissjoni minnufih.

8. Il-Kummissjoni għandha tkun permessa li tadotta, jekk meħtieġ, miżuri temporanji maħsuba sabiex jipprevjenu kwalunkwe moviment spekulattiv ta' devjazzjoni ta' kummerċ sakemm tiġi adottata soluzzjoni definittiva għal dak il-moviment mill-istituzzjonjiet tal-Komunità.

9. Emendi lin-Nomenklatura Magħquda ma jistgħux jagħtu lok għal tibdil fin-natura tas-sospensjoni tad-dmirijiet. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tagħmel l-emendi u l-adattazzjonjiet tekniċi neċessarji lil-lista tal-oġġetti li għalihom tapplika s-sospensjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2019 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonjiet fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores ta' oġġetti lesti għall-użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali elenkati fl-Anness I għandhom jiġu sospiżi kompletament.

Dawn l-oġġetti għandhom jiġu użati f'konformità mad-dispożizzjonjiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabilixxi d-dispożizzjonjiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/93 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità għal perjodu ta' mill-inqas 24 xahar wara jiġi rilaxxat liberament fiċ-ċirkolazzjoni mill-operaturi ekonomiċi li jinsabu fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores.

Artikolu 2

Mill-1 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Diċembru 2019 id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-importazzjonijiet fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores ta' materja prima, partijiet u komponenti elenkati fl-Anness II, u użati għal finijiet agrikoli, u għat-trasformazzjoni industrijali u manutenzjoni fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores, għandhom jiġu sospiżi kompletament.

Artikolu 3

L-awtoritajiet kompetenti ta' Madeira u l-Azores għandhom jieħdu dawk il-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-konformità mal-Artikoli 1 u 2.

Dawk l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dawn il-miżuri qabel l-1 ta' Lulju 2010.

Artikolu 4

Is-sospensjoni tad-dazji msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandha tkun suġġetta għall-użu aħħari f'konformità mal-Artikoli 21 u 82 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u għal kontrolli provduti fl-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament (KE) Nru 2454/93.

Artikolu 5

1. Meta l-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex temmen li s-sospensjonjiet imniżżlin f'dan ir-Regolament wasslu għal devjazzjoni tal-kummerċ ta' prodott speċifiku tista', f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 7(2), provviżorjament tħassar is-sospensjoni permezz ta' Regolament tal-Kummissjoni għal perjodu mhux itwal minn 12-il xahar. Id-dazji tal-importazzjoni li għalihom is-sospensjoni ġiet provviżorjament mħassra għandhom jiġu żgurati permezz ta' garanzija, u r-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni tal-prodotti kkonċernati fir-reġjuni awtonomi ta' Madeira u l-Azores għandha tkun kundizzjonali fuq il-forniment ta' tali garanzija.

2. Meta l-Kunsill jiddeċiedi dwar proposta mill-Kummissjoni fi żmien il-perjodu ta' 12-il xahar li fih dik is-sospensjoni għandha tiġi definittivament imħassra l-ammonti ta' dazji żgurati b'garanziji għandhom definittivament jiġu miġbura.

3. Jekk ma tiġix adottata l-ebda deċiżjoni definittiva fil-perjodu ta' 12-il xahar f'konformità mal-paragrafu 2, il-garanziji għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 6

Meta jkun meħtieġ il-Kummissjoni tista' f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2) tagħmel tali emendi u adattamenti tekniċi lill-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament li huma meħtieġa bħala konsegwenza mill-emendi tan-Nomenklatura Kombinata.

Artikolu 7

1. Il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4 (3) tad-Deċiżjoni għandha tiġi ffissata għal tlett xhur.

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat tal-Kodiċi Doganali.

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5 (6) tad-Deċiżjoni għandu jiġi ffissat għal tlett xhur.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u hu direttament applikabbli fl-Istati membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Oġġetti lesti għal użu agrikolu, kummerċjali jew industrijali

Kodiċi NM[8] | Kodiċi NM | Kodiċi NM | Kodiċi NM |

Linja ta' Baġit | Dħul[10] | Perjodu, jibda jj/xx/ssss | [Sena 2010 –2019] |

Artikolu 120 | Impatt fuq ir-riżorsi proprji | 01/01/2010 - 31/12/2019 | - 0.12/sena |

4. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Kontrolli fuq l-użu aħħari tal-prodotti kollha koperti minn dan ir-Regolament tal-Kunsill għandhom isiru f'konformità mal-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454 li jistabilixxi d-dispożizzjonjiet tal-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.

5. RIMARKI OĦRA

Sabiex jippermetti l-operaturi ekonomiċi biex jagħmlu deċiżjonjiet dwar investiment fit-tul is-sospensjonjiet proposti għandhom jibqgħu fis-seħħ għal 10 snin

Tissostitwixxi l-miżuri stabbiliti mir-Regoalment tal-Kunsill (KEE) Nru 1657/93 li skadiet fil-31.12.2008

Spiża stmata ta' din l-operazzjoni

Fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet reġjonali, l-impatt fuq it-telf ta' dħul li jirriżulta minn dan ir-Regolament jista' għalhekk ikun stmat li huwa ta' MEUR 0.16 (ammont gross, inkluż l-ispejjeż li jsiru għall-ġbir) x 0.75 = MEUR 0.12/sena għall-perjodu 01.01.2010 - 31.12.2019.

It-telf ta' dħul f'Riżorsi Proprji Tradizzjonali għandu jiġi kkumpensat mill-kontribuzzjonjiet bbażati fuq id-DGN tal-Istati Membri.

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU C , , p. .

[3] ĠU C , , p. .

[4] ĠU C , , p. .

[5] ĠU C 158, 30.6.1993, p. 1.

[6] ĠU L 302, 19/10/1992, p.1

[7] ĠU L 253, 11.10.1993, p.1

[8] Il-kodiċijiet tan-NM applikabbli fl-1 ta' Jannar 2009, adottati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta' Settembru 2008 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika u t-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 291, 31.10.2008, p. 1)

[9] Il-kodiċijiet tan-NM applikabbli fl-1 ta' Jannar 2009, adottati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta' Settembru 2008 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffi u n-nomenklatura statistika u t-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 291, 31.10.2008, p. 1)

[10] Fir-rigward ta' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali) l-ammonti indikati għandhom ikunu netti, i.e. ammonti grossi wara tnaqqis ta' 25% tal-ispejjeż tal-ġbir.