52008PC0563

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità {SEG(2008) 2436} {SEG(2008) 2437} /* KUMM/2008/0563 finali - CNS 2008/0183 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.9.2008

KUMM(2008) 563 finali

2008/0183 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

{SEG(2008) 2436} {SEG(2008) 2437}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Kuntest tal-proposta

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-provvista ta' ikel minn stokkijiet tal-intervent għall-organizzazzjonijiet indikati għad-distribuzzjoni lil persuni li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità. Dak ir-Regolament ġie sussegwentement imħassar u integrat fir-Regolament li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS).

Għal aktar minn għoxrin sena il-ħażniet ta’ intervent disponibbli mill-Komunità taw prova tagħhom infushom bħala għejun affidabbli ta’ għajnuna alimentari għal dawk l-aktar fil-bżonn. Il-bżonn tad-distribuzzjoni tal-ikel żdied wara tkabbir wieħed wara l-ieħor li żied b’mod sostanzjali l-bżonnijiet tal-popolazzjoni tal-Komunità. Fl-2006 aktar minn 13-il miljun persuna bbenefikaw minn din l-iskema ta’ għajnuna. Aktar minn hekk, il-prezzijiet tal-ikel dejjem jiżdiedu qegħdin jaffetwaw ħażin is-sigurtà tal-ikel ta’ dawk l-aktar fil-bżonn kif ukoll qed iżidu l-prezzijiet għall-provvista ta’ għajnuna tal-ikel.

L-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) kif preskritti fl-Artikolu 33(1) tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq u l-assigurazzjoni li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Matul is-snin il-pjanijiet għad-distribuzzjoni tal-ikel implimentati taħt l-iskema għenu biex jintlaħqu ż-żewġ għanijiet u bit-tnaqqis tal-insigurtà tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, urew li huma għodda essenzjali li tikkontribwixxi biex tiggarantixxi d-disponnibiltà vasta tal-ikel fi ħdan l-Unjoni Ewropea filwaqt li tnaqqas il-ħażniet ta' intervent.

Fi snin riċenti, il-PAK inbidillu sostanzjalment l-orjentament tiegħu, b’ċaqliqa tal-enfażi mill-għan primarju taż-żieda fil-produttività lejn it-tijib tas-sostenibbilità tal-agrikoltura għaż-żmien fit-tul. F’dan il-kuntest, l-intervent bħala għodda regolatorja tneħħa kompletament għal xi prodotti bħaż-żejt taż-żebbuġa, iz-zokkor u l-qamħirrun, u għall-bqija, qiegħed jirritorna għar-rwol oriġinali tiegħu bħala xibka ta’ sigurtà. Bħala riżultat, id-dipendenza tal-programm Komunitarju fuq ix-xiri mis-suq għall-provvista tal-ikel żdied etsinifikament matul is-snin.

Fid-dikjarazzjoni tagħha tal-4 ta’ April 2006 dwar il-forniment lil karitajiet approvati sabiex jiġi implimentat il-programm Ewropew dwar l-għajnuna tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn, il-Parlament Ewropew wera it-tħassib tiegħu dwar il-futur tal-programm Ewropew għall-għajnuna tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn u, billi għaraf il-ħtieġa li jintlaħqu l-bżonnijiet tal-ikel tagħhom, sejjaħ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ipoġġu l-programm Ewropew għall-għajnuna tal-ikel fuq bażi permanenti.

Aktar riċenti, fit-22 ta’ Mejju 2008, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-prezzijiet dejjem jiżdiedu tal-ikel fl-UE u fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, fejn saħaq fuq in-natura fundamentali tad-dritt tal-ikel u l-bżonn li jitjib l-aċċess f’kwalunkwe waqt għall-persuni kollha biex ikollhom biżżejjed ikel għal ħajja attiva u b’saħħitha.

Il-Kummissjoni diġà rrikonoxxiet l-importanza ta’ din l-iskema fil-Kommunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Mejju 2008 dwar “Kif għandha tiġi ffaċjata l-isfida tal-għoli tal-prezzijiet tal-ikel – Direzzjoni għall-Azzjoni tal-UE”. Matul id-diskors fil-Parlament fit-18 ta’ Ġunju 2008, il-President tal-Kummissjoni Ewropea indika li l-Kummissjoni qiegħda tistenna żieda fil-baġit ta’ żewġ terzi għal din l-inizjattiva.

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt

Il-konsultazzjoni pubblika ta’ fuq l-internet dwar il-programm Komunitarju għad-distribuzzjoni tal-ikel ġibdet konkorrenza qawwija, b’risposti li jesprimu appoġġ għat-tkomplija tal-programm Komunitarju għad-distribuzzjoni tal-ikel. Saru suġġerimenti minn organizzazzjonijiet tal-karità involuti fid-distribuzzjoni fl-Istati Membri waqt żewġ laqgħat ta’ ħidma li saru fil-11 ta’ April u fil-15 ta’ Lulju 2008 u fil-qafas tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, l-awtoritajiet nazzjonali ppreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-programm.

Skont l-impenn li sar biex tittejjeb ir-regolamentazzjoni, il-Kummissjoni evalwat l-impatt ta' erba' għażliet possibbli: “Status quo”, fejn l-istokkijiet ta’ intervent jibqgħu l-uniku sors permanenti ta’ ikel; “Stokkijiet ta’ intervent kumplimentati mix-xiri tas-suq”, fejn il-programm jibbaża fuq l-irtirar mill-intervent meta l-ħażniet ikunu disponibbli, supplimentati mix-xiri tas-suq; “Xiri mis-suq biss”, fejn l-użu ta’ stokkijiet ta’ intervent ma jkunx aktar possibli; u “Waqfa mid-distribuzzjoni tal-ikel” fejn il-programm tad-distribuzzjoni tal-ikel jew jitwaqqaf gradwalment jew jitwaqqaf ħesrem. Il-valutazzjoni tal-impatt wera li t-tieni u tat-tielet għażla laħqu bl-aħjar mod l-għanjiet iddikjarati.

2. Elementi tal-proposta

F’dan il-kuntest il-Kummissjoni tipproponi reviżjoni tal-programm tad-distribuzzjoni tal-ikel skond il-punti li ġejjin:

- Żewġ sorsi ta’ forniment. L-ikel jista’ jew jiġi mill-istokkijiet ta’ intervent jew mis-suq. Tal-aħħar mhux se tibqa’ limitata għal sitwazzjonijiet ta’ indisponibbilità temporanja għall-istokkijiet ta’ intervent. Madankollu, il-prijorità għandha tingħata lill-użu ta’ stokkijiet ta’ intervent xieraq fejn dawn huma disponibbli.

- Varjetà wiesgħa ta’ ikel għat-tqassim. Sabiex jittejjeb il-bilanċ nutrizzjonali tal-ikel provdut mill-programm, il-prodotti distribwiti mhux se jibqgħu limitati għal dawk fejn l-intervent japplika. L-ikel għandu jintgħażel mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fuq il-bażi ta’ kriterji nutrizzjonali u distribwit f’koperazzjoni mas-sħab tas-soċjetà ċivili .

- Perspettiva għall-perjodu fit-tul. L-attivitajiet ta’ distribuzzjoni tal-ikel jirrekjedu ippjanar fuq tul ta’ żmien u preparazzjoni bir-reqqa mill-awtoritajiet nazzjonali u mis-sħab tas-soċjetà ċivili ikkonċernati. Sabiex titjieb l-effiċjenza tiegħu, il-pjan Komunitarju għad-distribuzzjoni tal-ikel għandu jiġi stabbilit għal tliet snin. L-ammonti ta’ għajnuna għat-tieni u t-tielet sena għandhom ikunu indikattivi biss u għandhom jiġu sussegwentement konfermati mill-awtorità baġitarja.

- Prijoritajiet aktar ċari. L-Istati Membri għandhom jibbażaw ir-rikjesti tagħhom ta’ għajnuna fuq programmi nazzjonali għad-distribuzzjoni tal-ikel, fejn jistabilixxu l-għanijietu l-prijoritajiet tagħhom għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn.

- Il-kofinanzjament. L-introduzzjoni tal-kofinanzjament jista’ jsaħħaħ d-dimensjoni ta’ koeżjoni tal-iskema, jiżgura ppjanar xieraq u jsaħħaħ is-sinerġiji. Sabiex ikun hemm introduzzjoni mingħajr skossi u użu dejjem ogħla tal-fondi Komunitarji disponibbli, ir-rati Komunitarji ta’ kofinanzjament għandhom ikunu 75% u 85% fl-Istati Membri ta’ Koeżjoni għall-pjan tal-2010/12. Sussegwentement, mill-pjan tal-2013/15, ir-rati tal-Komunità ta’ kofinanzjament għandhom ikunu 50% u 75% rispettivament.

- Tisħiħ tal-monitoraġġ u r-rappurtar. L-obbligazzjonijiet ta’ rappurtar fuq diversi livelli għandhom jiżdiedu u jinkludu rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2012.

3. implikazzjonijiet baġitarji

Ir-regoli proposti huma maħluqa biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet il-ġodda għall-iskema ta’ distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn fil-Komunità. L-iskema l-ġdida għandha tiġi ffinanzjata mill-Komunità; l-emenda tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 huwa neċessarju. Dawn ir-regoli minnhom infushom ma għandhom l-ebda impatt fuq il-baġit. L-impatt tal-baġit se jibda mal-programm ta’ distribuzzjoni tal-ikel tal-2010 u se jiġi determinat meta dan il-programm jiġi mfassal.

2008/0183 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[1],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 tal-10 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-forniment provvista ta' ikel minn stokkijiet ta' tal-intervent għall-organizzazzjonijiet magħżula indikati għad-distribuzzjoni lil l-persuni l-aktar li huma l-iżjed fil-bżonn fil-Komunità[2], sussegwentement imħassra u integrata fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007[3], ipprovda sors affidabbli ta’ ikel għad-distribuzzjoni lill-persuni l-aktar fil-bżonn tal-Komunità għal aktar minn għoxrin sena.

(2) L-għanijiet tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) preskritti fl-Artikolu 33(1) tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq kif ukoll l-assigurazzjoni li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Matul is-snin il-pjanijiet għad-distribuzzjoni tal-ikel implimentati taħt l-iskema għenu biex jintlaħqu sew iż-żewġ għanijiet u bit-tnaqqis tal-insigurtà tal-ikel għal persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità, urew li huma għodda essenzjali li tikkontribwixxi biex tiggarantixxi d-disponibbiltà vasta tal-ikel fi ħdan il-Komunità filwaqt li jitnaqqsu l-istokkijiet ta' intervent.

(3) Il-Parlament Ewropew, fid-dikjarazzjoni tiegħu tal-4 ta’ April 2006 dwar il-forniment lil karitajiet li jaħdmu biex jimplimentaw il-programm Ewropew għall-għajnuna tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn[4], irrimarka li l-programm Ewropew għall-għajnuna tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn wera s-siwi tiegħu u kien vitali għalmiljuni ta’ Ewropej. Barra minn hekk, esprima t-tħassib tiegħu dwar il-futur tal-programm Ewropew għall-għajnuna tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn u għaraf il-ħtieġa li jintlaħqu l-bżonnijiet tal-ikel tagħhom billi sejjaħ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fost oħrajn, biex ipoġġu l-programm Ewropew għall-għajnuna tal-ikel fuq bażi permanenti.

(4) It-tkabbiriet suċċessivi tal-Komunità żiedu n-numru potenzjali tal-benefiċjarji tal-iskemi ta’ għajnuna tal-ikel fil-Komunità. Fl-istess waqt iż-żidiet fil-prezzijiet tal-ikel affetwaw negattivament is-sigurtà tal-ikel tal-persuni l-aktar fil-bżonn u żiedu l-prezzijiet għall-provvista tal-għajnuna alimentari. Bħal riżultat, l-importanza tal-iskema oriġinalment stabbilita skont ir-Regolament (KEE) Nru 3730/87 kibret matul is-snin. Huwa għalhekk essenzjali li l-iskema titkompla fuq livell Komunitarju u tiġiadattata aktar għall-iżviluppi tas-swieq dejjem jinbidlu.

(5) L-iskema preżenti ta’ distribuzzjoni tal-ikel tiddependi mid-distribuzzjoni tal-prodotti mill-istokkijiet Komunitarji ta’ intervent, fuq bażi temporanja, tax-xiri mis-swieq. Madankollu, riformi waħda wara l-oħra tal-PAK u żviluppi favorevoli tal-prezzijiet tal-produttur irriżultaw fi tnaqqis progressiv tal-istokkijiet ta’ intervent, kif ukoll tal-medda ta’ prodotti disponibbli. Konsegwentament, ix-xiri mis-suq għandu wkoll ikunu sors permanenti ta’ provvista għall-iskema biex jiġu kkumplimentati l-istokkijiet ta’ intervent, fejn stokkijiet ta’ intervent xierqa ma jkunux disponibbli.

(6) L-iskema Komunitarja ma tikkostitwixix l-unika risposta għall-bżonnijiet dejjem jikbru għall-għajnuna tal-ikel fil-Komunità. Il-politiki nazzjonali implimentati mill-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili huma ugwalment neċessarji biex jipprovdu is-sigurtà tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn. Skema Komunitarja b’element koeżiv qawwi tista’, madankollu, isservi bħala mudell għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn, tgħin biex jinħolqu sinerġiji u tħeġġeġ inizjattivi pubbliċi u privati maħsuba biex iżidu s-sigurtà tal-ikel ta’ dawk l-aktar fil-bżonn. Aktar minn hekk, minħabba l-firxa ġeografika tal-istokkijiet ta’ intervent anqas disponibbli fl-Istati Membri, hija għandha tikkontribwixxi għall- aħjar użutagħhom. Għalhekk l-iskema tal-Komunità għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe politika nazzjonali tali.

(7) Sabiex wieħed jibbenefika b’mod sħiħ mid-dimensjoni kożsiva tal-iskema tal-Komunità u jissaħħu s-sinerġiji maħluqa, u sabiex jiġi żgurat l-ippjanar sew, għandha ssir provvista għall-Istati Membri biex jikkofinanzjaw il-programm tad-distribuzzjoni tal-ikel. Ir-rati massimi Komunitarji ta’ kofinanzjament għandhom jiġu provduti u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha tiġi miżjuda mal-lista ta’ miżuri eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF) kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005[5]. Rati ogħla ta’ kofinanzjament għandhom japplikaw fl-ewwel snin ta’ l-applikazzjoni tal-iskema riveduta sabiex jiġi żgurat teħid għoli ta’ fondi, l-introduzzjoni gradwali tal-kofinanzjar, u sabiex ikun hemm transizzjoni mingħajr skossi u jiġi evitat ir-riskju ta’ diskontinwità tal-iskema minħabba nuqqas possibli ta’ riżorsi.

(8) Ir-rata ta’ kontribuzzjoni mill-FAEG għandha tqis is-sitwazzjoni fl-Istati Membri eliġibbli għall-fondi mill-Fond ta’ Koeżjoni, kif imniżżel fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/596/KE[6], jew fid-deċiżjonijiet relevanti sussegwenti, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Komunità.

(9) L-esperjenza wriet li ċertu titjib fil-ġestjoni ta’ din l-iskema huwa mixtieq, partikolarment biex l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet magħżula jingħataw perspettva għaż-żmien aktar fit-tul permezz ta’ pjanijiet multi-annwali. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tistabilixxi pjanijiet fuq tliet snin għall-implimentazzjoni tal-iskema, ibbażata fuq ir-rikjesti mill-Istati Membri biex jiġu komunikati lill-Kummissjoni u informazzjoni oħra ikkunsidrata relevanti mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jibbażaw ir-rikjesti tagħhom f’termini ta’ prodotti tal-ikel biex jiġu distribwiti fi ħdan kwalunkwe pjan ta’ tliet snin fuq programmi nazzjonali għad-distribuzzjoni tal-ikel, fejn jistabilixxu l-għanijiet u l-prijoritajiet tagħhom għad-distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn. Il-Kummissjoni għandha tiddefenixxi metodoloġija oġġettiva għall-allokazzjoni disponibbli tal-fondi.

(10) Ir-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 1234/2007 għandhom għalhekk jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-punt (g) li ġej huwa miżjud:

"(g) il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għad-distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007”.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 hu emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 27 qed jitbiddel b'dan li ġej:

"Artikolu 27 Distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità

1. Il-prodotti fl-istokkijiet ta’ intervent għandhom jiġu disponibbli jew il-prodotti tal-ikel għandhom jinxtraw fuq is-suq sabiex il-prodotti tal-ikel jkunu jistgħu jiġu distribwiti għal dawk l-aktar fil-bżonn fil-Komunità permezz tal-organizzazzjonijiet mfassslin mill-Istati Membri.

Il-prodotti tal-ikel għandhom jinxtraw mis-suq biss meta l-istokkijiet ta’ intervent xierqa għall-iskema ta’ distribuzzjoni tal-ikel mhumiex disponibbli.

2. L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali għad-distribuzzjoni tal-ikel, li fihom ikollhom it-talbiet għall-ammonti ta’ prodotti tal-ikel biex jiġu distribwiti matul il-perjodu ta’ tliet snin u informazzjoni relevanti oħra.

3. L-iskema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi bbażata fuq pjanijiet ta’ tliet snin mfassla mill-Kummissjoni, skont talbiet notifikati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 2 u informazzjoni oħra kkunsidrata relevanti mill-Kummissjoni.Il-pjan ta’ tliet snin għandu jistabilixxi allokazzjonijiet finanzjarji annwali mill-Komunità għal kull Stat Membru u kontribuzzjonijiet finanzjarji minimi annwali tal-Istati Membri, determinati mill-Kummissjoni skont il-metodoloġija stabbilita fl-implimentazzjoni tar-regoli addottati skont l-Artikolu 43(g). L-allokazzjonijiet għat-tieni u t-tielet sena tal-programm għandhom ikunu indikattivi. L-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema għandhom jikkonfermaw kull sena t-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2. Wara dawn il-konfermi, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi kull sena sussegwenti fuq l-allokazzjonijiet definiti, fi ħdan il-limiti tal-appropjazzjonijiet disponibbli fil-baġit.Il-pjan ta’ tliet snin jista’ jiġi modifikat fid-dawl ta’ kwalunkwe żviluppi relevanti li jaffetwaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ distribuzzjoni tal-ikel.

4. L-organizzazzjonijiet maħluqa mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu impriżi kummerċjali.Il-prodotti tal-ikel imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw mingħajr ħlas lill-organizzazzjonijiet magħżula.Id-distribuzzjoni tal-prodotti tal-ikel lil dawk l-aktar fil-bżonn għandha tkun:

(a) bla ħlas, jew

(b) għal prezz li fl-ebda każ ikun akbar minn dak ġustifikat mill-ispejjeż imġarrba mill-organizzazzjonijiet maħluqa għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni, għajr għall-ispejjeż li jistgħu jiġu koperti taħt punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 6.

5. L-Istati Membri li jipparteċipaw fl-iskema għandhom:

(a) jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-iskema;

(b) iżommu lill-Kummissjoni infurmata sew dwar l-iżviluppi li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ distribuzzjoni tal-ikel.

6. L-ispejjeż eliġibbli skont l-iskema għandhom ikunu:

(a) il-valur għall-prodotti rilaxxati mill-istokkijiet ta’ intervent, fejn għandu jitqies il-prezz tal-intervent, aġġustat fejn meħtieġ permezz ta' koeffiċjenti biex iqisu d-differenzi fil-kwalità;

(b) l-ispejjeż tal-prodotti tal-ikel mixtrija fuq is-suq.

L-ispejjeż li ġejjin jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli skont l-Artikolu 43(g):

(a) l-ispejjeż ta’ trasport tal-prodotti tal-ikel kif imsemmi fil-paragrafu 1 tal-organizzazzjonijiet magħżula;

(b) l-ispejjeż tat-trasport tal-prodotti tal-ikel u tal-ispejjeż amministrattivi għall-organizzazzjonijiet magħżula direttament magħquda mal-implimentazzjoni tal-iskema.

7. Il-Komunità għandha tikkofinanzja l-ispejjeż eliġibbli skont l-iskema.Ir-rata Komunitarja ta’ kofinanzjament ma għandhiex taqbeż:

(a) għal pjan ta’ tliet snin li jibda mill-1 ta’ Jannar 2010, 75% tal-ispejjeż eliġibbli, jew 85% tal-ispejjeż eliġibbli fl-Istati Membri eliġibbli għal fondi mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-2013, kif imniżżel f’Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/596/KE*;

(b) għal pjanijiet sussegwenti ta’ tliet snin, 50% tal-ispejjeż eliġibbli, jew 75% tal-ispejjeż eliġibbli fl-Istati Membri eliġibbli għal fondi mill-Fond ta’ Koeżjoni f’sena partikolari, skont Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/596/KE u fid-deċiżjonijiet sussegwenti.

8. L-iskema tal-Komunità għandha mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe skema nazzjonali tikkonformi mal-liġi Komunitarja, fejn il-prodotti tal-ikel huma distribwiti lil dawk l-aktar fil-bżonn."

* ĠU L 243, 6.9.2006, p. 47."

(2) Fl-Artikolu 43, il-punti (g) u (h) huma sostitwiti b'dan li ġej:

"(g) l-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel għal persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità skont l-Artikolu 27, tinkludi regoli dwar it-tmexxija finanzjarja u baġitarja, trasferimenti ta’ prodotti ta’ intervent bejn l-Istati Membri u l-ispejjeż eliġibbli u dwar il-koeffiċjenti referuti f’punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 6 ta’ dak l-Artikolu;

(h) it-tfassil u l-modifikazzjoni ta’ pjanijiet ta’ tliet snin provduti mill-Artikolu 27(3), li jinkludu d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji definiti;”

(3) Fl-Artikolu 184 jiżdied il-punt (9) li ġej:

"(9) l-aktar tard sal-31 ta’ Dieċembru 2012 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità skont l-Artikolu 27, flimkien ma’ kwalunkwe proposta appropjata.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Għandu japplika għall-pjanijiet ta’ tliet snin li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2010 jew wara.

Għat-twettiq tal-pjan ta’ distribuzzjoni tal-2009, id-dispożizzjonijiet emendati skont l-Artikoli 1 u 2 kif kienu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussel, […]

Għall-Kunsill

Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT 05 02 04 01 | APPROPRJAZZJONIJIET 2008: Euro 307 miljun |

2. | TITLU: Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni u r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament Waħdieni tal-OKS) |

3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 37 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea |

4. | MIRI: Biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet il-ġodda għall-iskema ta’ distribuzzjoni tal-ikel għall-persuni l-aktar fil-bżonn |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA' 12-IL XAHAR (EUR miljun) | IS-SENA FINANZJARJA ATTWALI 2008 (EUR miljun) | IS-SENA FINANZJARJA SUSSEGWENTI 2009 (EUR miljun) |

5.0 | NEFQA - IMĦALLSA MILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | - | - | - |

5.1 | DĦUL - RIŻORSI TAL-KE STESS (DĦUL MILL-ĠBIR TAT-TAXXI / DAZJI DOGONALI) - NAZZJONALI | - | - | - |

2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

5.0.1 | NEFQA STMATA | (a) | - | - | - |

5.1.1 | DĦUL STMAT | - | - | - | - |

5.2 | METODU TA' KALKOLU: - |

6.0 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FINANZJAT MILL-APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RELEVANTI TAL-BAĠIT PREŻENTI? | IVA LE |

6.1 | JISTA' L-PROĠETT JIĠI FINANZJAT BI TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT PREŻENTI? | IVA LE |

6.2 | HEMM BŻONN TA' BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA LE |

6.3 | SE JKUN HEMM BŻONN LI JIDĦLU APPROPRJAZZJONIJIET FIL-BAĠITS TAL-ĠEJJIENI? | IVA LE |

OSSERVAZZJONIJIET: (a) L-għan tar-regoli proposti huwa biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet l-ġodda għall-iskema ta’ distribuzzjoni tal-ikel għal dawk l-aktar fil-bżonn fil-Komunità. L-iskema l-ġdida għandha tiġi kofinanzjata mill-Komunità, għalhekk it-tlestija tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. Dawn ir-regoli minnhom infushom ma għandhom l-ebda impatt fuq il-baġit. L-impatt fuq il-baġit se jibda mal-programm ta’ distribuzzjoni tal-ikel tal-2010 u se jiġi determinat meta dan il-programm jiġi mfassal. |

[1] XX

[2] ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1.

[3] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

[4] ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 170.

[5] ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

[6] ĠU L 243, 6.9.2006, p. 47.