Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u ta' l-għalf, magħmulin minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE /* KUMM/2008/0560 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.9.2008 KUMM(2008) 560 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u ta' l-għalf, magħmulin minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003 dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettar ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċjabilità ta’ prodotti ta’ l-ikel u ta' l-għalf, magħmulin minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE Ir-Regolament Nru 1830/2003[1] (minn hawn ‘il quddiem ‘ir-Regolament’) ġie adottat fit-22 ta’ Settembru 2003 u, wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2004 li jistabbilixxi sistema għall-iżvilupp u l-assenjazzjoni ta’ identifikaturi uniċi għal organiżmi modifikati ġenetikament, ġie applikabbli bi sħiħ fis-16 ta’ April 2004. Fl-10 ta' Mejju 2006, u b'konformità ma' l-Artikolu 12 tar-Regolament, il-Kummissjoni resqet lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament. Madankollu, billil-infomazzjoni u l-esperjenza disponibbli kienet limitata biex isostnu l-kontribut ta' l-Istati Membri (2005), il-Kummissjoni fasslet ir-rapport attwali biex tagħti stampa aktar kompleta ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament. Tlieta' u għoxrin Stat Membru ressqu l-kontribut tagħhom, kif ukoll żewġ assoċjazzjonijiet industrijali (Anness). Partijiet interessati oħra ġew ikkonsulatati wkoll, iżda dawn ma ressqux l-kontribut tagħhom. L-informazzjoni mill-Istati Membri nġabret permezz ta' kwestjonarju b'għaxar partijiet:. l-interpretazzjoni tar-regoli ta' traċċjabilità, l-implimentazzjoni u l-effett tar-regoli ta' traċċjabilità, it-traċċjabilità ta' taħliet ta' organiżmi modifikati ġenetikament, l-interpretazzjoni tar-regoli ta' ttikkettar, l-implimentazzjoni u l-effett tar-regoli ta' ttikkettar, l-eċċezzjonijiet għat-traċċjabilità u r-rekwiżiti ta' ttikkettar taħt il-limiti fissi, identifikaturi uniċi, miżuri ta' ispezzjoni u kontroll, deċiżjoni dwar rekwiżiti ta' dokumentazzjoni taħt il-Protokoll ta' Cartagena u kwistjonijiet oħra. 1. IL-KUMMERċJALIZZAZZJONI TA' L-ORGANIżMI MODIFIKATI ġENETIKAMENT FL-UNJONI EWROPEA Ma ħarġet ebda strateġija ġdida wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-ewwel rapport. Filwaqt li l-industriji Ewropej tal-bejgħ bl-imnut tal-prodotti ta' l-ikel qegħdin joqogħdu lura milli jikkummerċjaliżżaw ikel u prodotti ta' l-ikel modifkat ġenetikament, il-biċċa l-kbira tal-prodotti modifikati ġenetikament fis-suq Ewropew huma destinati għall-għalf u joriġinaw minn komoditajiet importati, prinċipalment is-sojja u l-qamħirrun. Bosta Stati Membri rrapportaw li ebda organiżmu ħaj modifikati ġenetikament mhu importat għall-kultivazzjoni. Fl-2006 MON810 kien l-uniku Organiżmu Modifikat Ġenetikament ikkultivat f'sitt Stati Membri, b'żona totali ta madwar 60 000 ettari (prinċiplament fi Spanja, iżda wkoll fi Franza, fil-Ġermanja, fir-Repubblika Ċeka, fis-Slovakkja u fil-Portugall). Fl-2007 din iż-żona kibret għal xi 110 000 ettari. Fir-rigward tat-traċċjabilità u l-ittikkettar ta' l-organiżmi modifikati ġenetikament, bosta Stati Membri għadhom jirrapportaw esperjenza limitata jew l-ebda esperjenza u b'hekk ma ressqux informazzjoni ġdida. Il-Kummissjoni (Eurostat) qiegħda teżamina l-possibilità li tiġbor statistika uffiċjali dwar importazzjoniminn barra mill-UE u l-penetrazzjoni tas-suq tal-prodotti ta' l-għalf ibbażati fuq prodotti li huma Modifikati Ġenetikament. 2. L-INTERPRETAZZJONI, L-IMPLIMENTAZZJONI U L-EFFETT TAR-REGOLI TA' TRAċċJABILITÀ Minkejja li hemm xi tħassib dwar il-kumplessità tal-leġiżlazzjoni u r-rekwiżiti mtennija bejn ir-Regolament u ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003[2] , il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri rrapportaw li ma sabux problemi fl-interpretazzjoni tar-regoli ta' traċċjabilità. Huma nnutaw li s-sistema b'mod ġenerali qiegħda tagħmel progress. Bħala prattika kummerċjali standard, l-operaturi jitolbu d-dokumentazzjoni neċessarja lill-fortinuri tagħhom, u aktar negozji qegħdin jiddikkjaraw modifikazzjonijiet fil-prodotti modifikati ġenetikament fid-dokumenti li jakkumpanjawhom Madankollu, esperjenza sinifikanti tissuġġerixxi li din il-prattika tirreferi prinċipalment għall-industrija tal-prodotti ta' l-għalf[3]. Il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri sabu li l-effett tar-regoli ta' traċċjabilità dwar ittikkettar u l-għażla infurmata huwa wieħed pożittiv, għaliex ir-regoli jiffaċilitaw il-kontrolli uffiċjali, il-ġestjoni tar-riskju u t-tħaddim tas-sistema sħiħa. Huwa maħsub li l-effett fuq l-importazzjoni jiddependi fuq il-prodott u huwa importanti b'mod partikolari fejn esportaturi minn pajjiżi terzi jressqu ftit informażżjoni dwar il-preżenza ta' organiżmi modifikati ġenetikament. Madanakollu, wieħed għandu jinnota li r-regoli ta' traċċjabilità tar-Regolament ma jagħmlux distinzzjoni bejn prodotti ta' l-UE u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Għaldaqstant l-isfidi li jikkonċernaw id-disponibilità tad-dokumentazzjoni se jibqgħu l-istess għall-UE u l-operaturi ta' pajjiżi terzi[4] Ir-regoli ta' traċċjabilità għandhom influwenza pożittiva kumplessivament fuq l-opinjoni pubblika dwar is-sigurtà fl-ikel, u impatt favorevoli fuq is-suq ta' prodotti mhux modifikati ġenetikament minħabba l-perċezzjoni negattiva tal-prodotti modifikati ġenetikament li għandhom il-konsumaturi[5] Wieħed mill-Istati Membri rrapporta wkoll li dawn ir-regoli kellhom effett pożittiv fuq intrapriżi ż-żgħar ġrazzi għat-titjib fil-qafas tal-kontroll, li wassal għall-inqas ħsara ekonomika. Stat Membru ieħor irrapporta li l-intrapriżi ż-żgħar jevitaw li jixtru ingredjenti b'organiżmi modifikati ġenetikament minħabba l-piżijiet amministrattivi u finazjarji assoċjati mar-regoli ta' traċċjabilità ta' l-UE[6] Diversi problemi oħra ġew indikati. Wieħed mill-Istati Membri rrapporta li l-intrapriżi l-kbar biss għandhom sistemi li permezz tagħhom jitolbu għall-assikurazzjonijiet u ċertifikati, u sistemi ta' verifikazzjoni, bħal meta jistaqsu għal rapporti ta' analisi jew jieħdu kampjuni ( għalkemm ta' min jinnota li r-rapporti ta' analisi u/jew teħid ta' kampjuni m'humiex meħtieġa taħt ir-Regolament). Taħt l-Artikolu 4(1) tar-Regolament, l-operaturi huma responsabbli biss mit-transmissjoni bil-miktub ta' l-identifikatur uniku u ta' l-informazzjoni biex wieħed ikun jaf jekk il-prodott għandux fih jew jikkonsistix minn organiżmi modifikati ġenetikament. Stat Membru ieħor irrapporta li l-operaturi mhux dejjem ikunu jafu bl-obbligu li għandhom iżommu d-dokumentazzjoni xieraq għal ħames snin u fi ftit każi biss dan qiegħed isir. Xi Stati Membri semmew problemi prattiċi fl-applikazzjoni tar-regoli ta' traċċjabilità, bħal pereżempju meta l-oriġini ta' l-organiżmi modifikati ġenetikament ma jistax jiġi vverifikat jew meta l-prodotti m'humiex ittikkettati kif suppost fil-bidu tal-katina ta' produzzjoni. Hemm qbil ġenerali li l-industrija ta' l-ikel ta' l-UE qiegħda toqgħod lura milli tuża prodotti modifikati ġenetikament. F'xi Stati Membri, il-biċċa l-kbira ta' l-operaturi ta' l-ikel u ta' l-għalf kienu fil-bidu rrifjutaw li jużaw prodotti modifikati ġenetikament sabiex jevitaw ittikkettar obligatorju, li fil-fehma tagħhom kien se jwassal għall-spejjeż żejda. Madanakollu operaturi ta' prodotti ta' l-għalf iżjed tard laħqu kompromess fuq il-bażi li kważi s-sojja mitħun kollu kkummerċjaliżżat u importat fl-UE kien modifikat ġenetikament. Assoċjazzjoni barranija esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-fatt li l-proċessuri u l-bejjiegħa bl-imnut tal-prodotti ta' l-ikel ta' l-UE ma baqgħux jużaw iż-żejt tas-soya mill-Istati Uniti, minħabba li l-prodotti ta' l-ikel u ta' l-għalf ġejjin minnu kienu se jkunu ttikkettati bħala modifikati ġenetikament anke jekk l-ebda DNA mill-modifikazzjoni ma tidher fiż-żejt, u kkundannaw il-fatt li prodotti bħal dawn jinħtieġu l-ittekkettar. 3. L-INTERPRETAZZJONI, L-IMPLIMENTAZZJONI U L-EFFETT TAR-REGOLI TA' TRAċċJABILITÀ Il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri rraportaw li ma sabu l-ebda problemi bil-mod ta' kif ir-regoli ta' l-ittikkettar kienu qegħdin jiġu interpretati mill-uffiċjali. Xi ftit Stati Membri nnutaw nuqqas ta' klarifikazzjoni dwar id-differenzi preċiżi bejn l-iskop tar-Regolament u ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 għall-prodotti ta' l-ikel u ta' l-għalf modifikati ġenetikament. Stat Membru ieħor ma kienx ċert dwar l-ittikkettar ta' xi tipi ta' prodotti ta' l-ikel u ta' l-għalf magħmulin minn organiżmi modifikati ġenetikament li jintużaw biss għal skopijiet iindustrijali (pereżempju żejt li jintuża għat-tindif tat-taġnijiet) u dwar l-interpretazzjoni preċiża tat-termini "ikel u għalf magħmula minn organiżmi modifikati ġenetikament". Stat Membru ieħor irrapporta nuqqas ta' klarifikazzjoni fost rappreżentanti ta' l-industrija dwar il-bżonn ta' ttikkettar ta' prodotti partikolari (pereżempju prodotti ta' fermentazzjoni vis-a-vis żejt tas-sojja)[7] B'mod ġenerali l-Istati Membri huma tal-fehma li r-regoli ta' ttikkettar qegħdin jaħdmu mingħajr xkiel. Il-problemi li ġew identifikati jikkonċernaw żbalji fl-ittikkettar (perżempju tikketti li juru li prodott "jista' jkun" fih organiżmi modifikati ġenetikament), ittikkettar negattiv bi ksur ta' leġiżlazzjoni nazzjonali (perżempju "mhux modifikati ġenetikament" jew "ħieles minn modifkazzjoni ġenetika"), nuqqas ta' dokumentazzjoni li tindika il-preżenza ta' organiżmi modifikati ġenetikament f'prodotti mhux ippakkettati minn qabel, u nuqqas ta' ttikkettar minkejja li l-limitu ta' 0.9% ikun ġie maqbuż. Wieħed mill-Istati Membri ħass li l-għażla li għandhom l-operaturi li jindikaw jekk "Dan il-prodott fih organiżmi modifikati ġenetikament" jew "Dan il-prodott fih "(l-isem ta' l-organiżmu(i) modifikat ġenetikament" bil-miktub fuq tikketta (l-Artikolu 4(6) tar-Regolament) tista' twaqqaf ir-reċipjent finali milli jkun jaf il-prodott kemm preċiżament fih organiżmi modifikati ġenetikament. Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri rrapportaw li r-regoli ta' l-ittikkettar wasslu għal effetti fis-suq u fuq il-konsumaturi, bħal perżempju għażliet aktar infurmati, aktar prevenzjoni effiċjenti kontra prattiċi qarrieqa u żieda fid-domanda tal-konsumatur għall-ingredjenti mhux modifikati ġenetikament fil-prodotti ta' l-ikel. Madanakollu, u minħabba l-limitu ta' 0.9%, xi Stati Membri indikaw li għal organiżmi modifikati ġenetikament bħal l-għalf, in-nuqqas ta' disponibilità ta' informazzjoni dwar il-preżenza aċċidentali jew teknikament inevitabbli ta' rganiżmi modifikati ġenetikament li hija taħt 0.9% qiegħda tagħmilha impossibbli biex wieħed jixtri prodotti li huma totalment ħielsa minn organiżmi modifikati ġenetikament. 4. LIMITI FISSI TA' ITTIKKETTAR U L-PREżENZA AċċIDENTALI TA' ORGANIżMI MODIFIKATI ġENETIKAMENT Il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri indikaw li ma kienx hemm problemi partikolari bl-applikazzjoni kif suppost tal-limiti fissi (0.9%) għall-eżenzjoni mill-ittikkettar ta' prodotti ta' l-ikel u ta' l-għalf. Kampjuni aletorji u analisi fil-laboratorju huma l-prattika li normalment tintuża, u hawnhekk ġew innotati xi ftit każijiet ta' ksur (bħal ittikkettar mhux kif suppost). Normalment l-Istati Membri jiċċekkjaw iċ-ċertifikati mill-fornituri, l-iskedi bid-data teknika u l-preżervazzjoni ta' l-identità tal-prodott. Madanakollu xi Stati Membri ġibdu l-attenzjoni dwar il-bżonn li tiġi solvuta mill-ġdid il-kwistjoni fil-każ ta' avvenimenti fuq xulxin. Jeżistu diffikultajiet ta' prattika meta taħlita ta' qmuħ, dqiq jew xi prodott ipproċessat irid jiġi analizzat, għaliex dawn jistgħu jkollhom fihom ingredjenti differenti prodotti mill-istess materjal mhux maħdum, perżempju lamtu u dqiq mill-qamħirrun. Xi Stati Membri u partijiet interessati gibdu l-attenzjoni għall-bżonn ta' limiti fissi ta' ttikkettar fejn tidħol il-preżenza ta' organiżmi modifikati ġenetikament fiż-żerriegħa. Il-Kummissjoni preżentament qiegħda tagħmel evalwazzjoni ta' impatt biex teżamina l-kwistjoni. Waħda mill-assoċjazzjonijiet professjonali nnotat li l-limitu ta' 0.9% jikkonstitwixxi għażla arbitrarja u jrid jogħla għal livell aktar pragmatiku. Organizzazzjoni barranija hija tal-fehma li minħabba r-regoli ta' ttikkettar l-importaturi waqqfu jimportaw iż-żejt tas-sojja għall-użu fl-ikel, u minħabba f'hekk l-industriji kellhom jibdew jużaw iż-żejt konvenzjonali miż-żerriegħa tar-rapa minfloku, li huwa ogħla. Huma jinnottaw ukoll li l-ħtiġijiet ta' ttikkettar huma bbażati fuq l-oriġini iżjed milli s-sejba, jiġifieri fuq id-disponibilità taċ-ċertifikati neċessarji u mhux fuq il-possibilità li jinstabu organiżmi modifikati ġenetikament fil-prodotti. F'għajnejhom dan ipoġġi piż inġust fuq l-operaturi fis-settur tal-prodotti ta' l-ikel u ta' l-għalf li jridu jivverefikaw il-konformità tal-materjal irfinut[8] Diversi Stati Membri ressqu l-fehmiet tagħhom dwar kif wieħed għandu jinterpreta "preżenza aċċidentali". L-evalwazzjoni ta' jekk l-organiżmi modifikati ġenetikament humiex preżenti fil-prodotti ta' l-ikel u ta' l-ghalf b'mod aċċidentali jew kawża ta' negliġenza minn naħa ta' l-operaturi hija fuq bażi individwali, u jidher li l-Istati Membri jsegwu metodi differenti. Normalment l-operaturi jkollhom iressqu evidenza ta' l-intenzjoni tagħhom li jevitaw il-preżenza ta' modifikazzjonijiet ġenetiċi f'kull stadju tal-produzzjoni. Din l-evidenza tinkludi ċertifikati dwar ordnijiet u xiri ta' materjal mhux modifikat ġenetikament, l-użu ta' żoni separati għall-ħażna, u linji ta' produzzjoni li huma ħielsa mill-organiżmi modifikati ġenetikament. Xi Stati Membri jiċċekkjaw ukoll l-ordni tal-produzzjoni, il-proċeduri ta' tindif u l-miżuri neċessarji kollha biex wieħed jasal għall-konkluzjoni li kull prezenza hija tassew aċċidentali u teknikament inevitabbli. Numru żgħir ta' l-Istati Membri rrapportaw li, jekk il-materjal oriġinali fil-prodotti ta' l-ikel u ta' l-għalf huwa ttekkettat bhala modifikati ġenetikament, allura il-prodott finali għandu jiġi ttikkettat modifikati ġenetikament ukoll, anke jekk it-traċċi jaqgħu taħt il-0.9%, għaliex f'dak il-każ il-preżenza tagħhom ma tistax tiġi kkunsidrata bħala aċċidentali. 5. L-UżU TA' IDENTIFIKATURI UNIċI Il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri jikkunsidraw l-identifikaturi uniċi bħala għodda utili biex tidentifika u tagħti tikketta lill-prodotti modifikati ġenetikament u jirraportaw li ma sabux problemi serji fl-użu tagħhom. B'mod ġenerali huma rrapportaw esperjenza limitata iżda pożittiva fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 65/2004 u l-użu ta' l-identifikaturi uniċi. Wieħed mill-Istati Membri fejn il-qamħirrun modifikati ġenetikament huwa kkultivat irrapporta li l-identifikaturi uniċi huma inklużi fid-dokumentazzjoni trażmessa mill-fornituri taż-żerriegħa lill-bdiewa u lil dawk li jipproċessawha. Waħda mill-assoċjazzjoniet ta' l-industrija ħasset ukoll li l-ħtiġijiet għat-tranżazzjoni u l-ittikkettar tal-varjetajiet ta' l-organiżmi modifikati ġenetikament ġew implimentati bħala prattika kummerċjali standard fejn kien hemm talba għalihom, iżda li dawn il-ħtiġijiet wasslu għal żieda fl-obbigi amministrattivi eżistenti u fl-ispejjeż. Dawn l-indikaturi uniċi, bħal MON-04032-6, huma disponibbli fil-pront fuq il-websajt: http://ec.europa.eu/food/dyna/gm_register/index_en.cfm. Xi wħud mill-Istati Membri ġibdu l-attenzjoni lejn il-fatt li l-identifikaturi uniċi mhux dejjem huma inklużi fid-dokumentazzjoni li takkompanja l-prodotti – f'dak il-każ it-traċċjabilità m'hijiex affidabbli u l-operaturi tan-negozji jkollhom jinqalgħu biex jiġbru dawn il-kodiċi billi jsaqsu għall-iktar informazzjoni lll-fornituri. 6. L-INFURZAR TAR-REGOLAMENT MILL-ISTATI MEMBRI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAR-RAKKOMADAZZJONI 2004/787/KE Il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri rrapportaw li b'mod ġenerali l-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali jsiru mingħajr problemi serji. Madanakollu ta' min jinnota li xi wħud mill-prattiċi tagħhom huma sinifikament differenti minn xulxin. F'xi Stati Membri l-biċċa l-kbira tal-kontrolli huma dokumentarji, filwaqt li t-teħid ta' kampjuni u l-analisi tagħhom huma limitati minħabba l-ispejjeż involuti. Stati Membri oħra rrapportaw li l-uffiċjali tal-kontroll prinċipalment jiċċekkjaw jekk l-operaturi jwettqux kontrolli "interni" b'konformità mar-regolamenti. Diversi Stati Membri rrapportaw problemi marbuta mar-riżorsi limitati disponibbli, u t-tnaqqis fl-ispezzjoniet u l-kontrolli li jirriżulta minħabba f'hekk. F'diversi Stati Membri hemm bżonn aktar persunal fuq bażi staġunali, pereżempju meta jsir rendikont ta' installazzjoniet taż-żerriegħa. Stat Membru rrapporta nuqqas ta' riżorsi għall-ittestjar ta' l-ikel b'konformità mar-Rakkomandazzjoni 2004/787/EC, li jinħtieġ analisi separata tal-fajl bil-kampjuni inkrementali. Diversi Stati Membri għamlu referenza għall-benefiċċji tal-programmi ta' l-istħarriġ għall-ispetturi, bħal dawk ipprovduti mill-JRC u fi ħdan il-qafas ta' TAIEX, u għall-vantaġġi li jkollhom il-laboratorji tagħhom involuti fin-netwerk ta' l-ENGL. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali stabbilixxew sanzjonijiet fil-każ ta' ksur tal-legiżlazzjoni rispettiva tal-Komunità jew dik nazzjonali, li jinkludu twissijiet, it-tneħħija ta' prodotti mis-suq, prodotti li jintbgħatu lura lejn il-pajjiż li minnu oriġinaw, ittikkettar mill-ġdid, multi u tiħrik. L-ebda ksur serju u fit-tul ma ġie nnotat, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-ksur tal-liġi identifikat jikkonċerna nuqqas ta' ttekketar u proċeduri ta' tħaddim insuffiċenti għat-traċċjabilità tal-prodotti modifikati ġenetikament. Organizzazzjoni professjonali tinnota li xi penali marbutin ma' preżenza aċċidentali ta' avvenimenti awtoriżżati mill-UE ma kinux proporzjonali, u jinkludu l-qerda mandatarju u l-prosekuzzjonijiet kriminali. Diversi Stati Membri rrapportaw problemi ta' infurzar marbuta ma' prodotti ġejjin minn organiżmi modifikati ġenetikament li ma jkunx fihom materjal li fih organiżmi modifikati ġenetikament li jistgħu jinstabu jew jiġu identifikati, iżda xorta waħda jridu jiġu ttikkettati. L-isfida prinċipali f'dan il-qasam tinsab fil-fatt li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu biss kontrolli dokumentarji fuq miżuri ta' prevenzjoni, filwaqt li minħabba li fil-biċċa l-kbira tal-każi, id-DNA matistax tinstab, it-teħid ta' kampjuni m'huwiex neċessarjament għażla li wieħed jista' jieħu. Għalhekk xi drabi huma jiltaqgħu ma' problemi fejn l-esportaturi u l-awtoritajiet f'pajjiżi terzi m'humiex disposti jipprovdu lill-importaturi bl-informazzjoni neċessarja biex dawn ikunu konformi mal-legiżlazzjoni ta' ittikkettar. Minn naħa l-oħra ta' min jinnota li l-importaturi huma obbligati jitolbu għal din l-informazzjoni. Inkella jkunu qegħdin jiksru l-liġi tal-Komunità meta jimportaw prodotti li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet rispettivi. Organizzazzjoni ta' l-industrija tikkonsidra li l-obbligu li tingħata tikketta lil dawn il-prodotti toħloq żvantaġġ kompetitiv għall-industrija Ewropea. Assoċjazzjoni barranija ssostni li t-traċċjabilità mandatorja u l-ittikkettar taż-żejt tas-sojja irfinut hija miftuħa għal prattika qarrieqa, peress li ma tistax tiġi vverfikata permezz ta' testijiet xjentifiċi. Hekk kif għamlu f'rapport li sar qabel, l-Istati Membri indikaw li kien hemm problemi bl-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 2004/787/KE dwar it-teħid ta' kampjuni u s-sejba. Il-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri jikkunsidraw l-implimentazzjoni tagħha bħala spiża u li tieħu ħafna ħin, speċjalment fir-rigward ta' konsenji kbar bil-baħar. Huma jsosstnu li l-verifika u t-teħid ta' kampjuni ta' konsenji kbar bil-baħar skond il-linji ta' gwida tekniċi tar-Rakkomandazzjoni jpoġġi l-piż prinċipali fuq l-awtoritajiet tal-kontroll u r-riżultati m'humiex proporzjonali mal-ħin mitluf jew mal-piż finazjarju. Huma jirrapportaw li n-numru ta' kampjuni inkrementali meħtieġa huwa għoli wisq, speċjaliment f'konsenji bil-vapur ta' 'l fuq minn 500 tunnellata. Xi ftit mill-Istati Membri rrapportaw li jużaw metodi għat-teħid ta' kampjuni bbażati fuq id-Direttiva l-qadima dwar t-teħid ta' kampjuni 76/371/KEE, li tistabilixxi metodu kwatitattiv ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' prodotti ta' l-għalf. Stat Membru jirraporta wkoll li t-teħid ta' kampjuni ta' komoditajiet bl-ingrossa jsir skond il-prinċipji ġenerali u l-metodi mfissrin fl-ISO standard 13690 (1999). Dan l-Istat ukoll sosstna li mhuxpossibli tapplika r-Rakkomandazzjoni għall-ikel diġà ppakkjat jew għal ammonti żgħar ta' xi inġredjent. Kif indikat fl-ewwel rapport, għad hemm problemi dwar liema unitajiet ta' kejl għandhom ikunu użati għal kejl tal-modifiki ġenetiċi. Ir-Rakkomandazzjoni 2004/787/KE tagħti l-parir li “r-riżultati ta’ l-analiżi kwantitattivi għandhom jiġu espressi bħala l-perċentwal tal-kopji ta’ DNA modifikat ġenetikament imqabbel mal-kopji ta’ DNA speċifiċi għall-grupp tassonomiku fil-mira, ikkalkulat f’termini ta’ haploid genomes”. Madanakollu, xi Stati Membri jitolbu lill-laboratorji tagħhom biex jesprimu l-kejl tal-materjali modifikati ġenetikament awtorizzat f'perċentwal ta' piż minflok perċentwal ta' ġenomi aplojdi, għaliex fil-fehma tagħhom il-limitu fl-ittikkettar għandu jkun marbut mal-piż jew n-numru ta' granoli u mhux mal-kontenut tad-DNA. Wieħed mill-Istati Membri rrapporta li huma jużaw perċentwal ta' ġenomi aplojdi biss meta referenza għall-materjal bbażat fuq plażmid huwa disponibbli. Xi Stati Membri oħra nnutaw li l-metodu ta' validazzjoni skond l-ISO 17025, kif propost mir-Rakkomandazzjoni, jiddependi fuq l-awtorità nazzjonali li toħroġ l-akkreditazzjoni. Ir-rekwiżiti jvarjaw b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri. Ġie sosstnut li l-akkredizzjoni ta' l-ISO 17025 isservi iżjed ta' strument burokratiku, li jiggarantixxi traċċjabilità u dokumentazzjoni tajba ġewwa l-laboratorju, milli strument li jiggarantixxi l-armonizzazzjoni xjentifika. Ta' min jinnota li l-ISO 17025 hija sistema għall-assikurazzjoni tal-kwalità fil-laboratorji, u mhux metodu għall-analisi kwalitattiva u kwantitattiva għall-organiżmi modifikati ġenetikament. Jeżistu metodi CRL għall-organiżmi modifikati ġenetikament awtoriżżati kollha taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li jiġu mbagħad validitati fl-Istati Membri skond l-qafas tar-regoli tal-kontroll tal-kwalità stipulati fl-ISO 17025. Kif indikat fir-rapport ta' qabel, problema ulterjuri tikkonċerna d-diffikoltajiet fl-ispezzjoni ta' l-organiżmi modifikati ġenetikament mhux awtoriżżati jew f'każi fejn iżjed minn ġene wieħed ikun ġie modifikat mingħajr metodi ta' sejba validati u materjal ta' referenza ċċertifikat. 7. KONKLUżJONIJIET L-Istati Membri u l-partijiet interessati kisbu aktar esperjenza fl-implimentazzjoni tar-Regolament minn meta ġie ppublikat l-aħħar rapport. Dan hu veru b'mod partikolari fis-settur ta' l-għalf, u hija evidenti bil-kontribut tagħhom f'sensiela ta' kwistjonijiet prattiċi. Madanakollu, l-esperjenza ġenerali fis-settur tal-prodotti ta' l-ikel tibqa' modesta, prinċipalment minħabba n-numru limitat ta' organiżmi modifikati ġenetikament u prodotti ġejjin minnhom attwalment kummerċjalizzati fl-Unjoni Ewropea. Hekk kif diġà semmejna fl-aħħar rapport, l-Istati Membri indikaw li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament kienu interpretati u implimentati kif suppost. Huma jikkunsidraw id-dispożizzjonijiet bħala passi lejn għażla aktar infurmata, prevenzjoni iżjed effiċjenti kontra prattiċi qarrieqa u kontrolli uffiċjali mtejba. Iżda, diversi problemi li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta' prattiċi kummerċjali qegħdin joħolqu sfidi kbar fit-tfassil ta' politika relatata ma' organiżmi modifikati ġenetikament u l-infurzar tagħha fl-Unjoni Ewropea. Assoċjazzjonijiet industrijali u esportaturi minn pajjiżi terzi jibqgħu jsosstnu li r-Regolament qiegħed jintroduċi piżijiet amministrattivi eċċessivi. Fil-fehma tagħhom dan ir-Regolament qiegħed jostakola l-esportazzjoni ta' organiżmi modifikati ġenetikamet, u minħabba fih l-operaturi Ewropej ikollhom jużaw prodotti konvenzjonali għolja. Huma jikkunsidraw l-limiti ta' ttikkettar bħala għażla arbitrarja u jsosstnu li l-ittikkettar ta' prodotti magħmulin mill-organiżmi modifikati ġenetikament, fejn l-ebda materjal modifikat ġenetikament jista' jinstab, ipoġġi piż inġust fuq l-operaturi fis-settur tal-prodottti ta' l-ikel u ta' l-għalf għaliex dawn ikollhom jivverfikaw il-konformità ta' materjal irfinut. Kif diġà indikat fl-ewwel rapport, il-Kummissjoni tikkunsidra li diversi fatturi, bħat-talba mill-konsumatur għal prodotti mhux modifikati ġenetikament, prezzijiet ogħla fis-settur ta' l-għalf u approvazzjoni mhux sinkronata bejn il-pajjizi fir-rigward ta' l-organiżmi modifikati ġenetikament, kellhom impatt ferm iżjed kbir fuq il-kummerċ ta' l-organiżmi modifikati ġenetikament. Il-ħtieġa ta' ttikkettar hija mmirata biex l-operaturi u l-konsumaturi ikunu ħielsa fl-għażliet tagħhom u m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala ostakolu għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti modifikati ġenetikament li huma awtoriżżati. Il-Kummsijjoni se tkompli taħdem ma' l-Awtoritajiet Kompettenti ta' l-Istati Membri biex tiżgura l-implimentazzjoni approprjata tar-Regolament. Fl-istess ħin se tkompli teżamina flimkien mal-partijiet interessati l-aspetti kollha possibbli biex timplimenta u possibilment ittejjeb il-politika dwar it-traċċjabilità u l-ittikkettar ta' l-organiżmi modifikati ġenetiakment. Il-Kummissjoni (Eurostat) se tkompli bl-isforzi tagħha biex tiġbor statistika uffiċjali dwar prodotti modifikati ġenetikament, b'mod partikolari fuq il-volum ta' importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti minn pajjiżi mhux fl-UE, fuq il-penetrazzjoni tas-suq ta' l-għalf u l-art ikkoltivat b'organiżmi modifikati ġenetikament. ANNESS Institutions which contributed their input Ministry of Health, Family and Youth, Austria Federal Public Services Public Health, Food Chain and Environment, Belgium FAVV / AFSCA: Federal Agency for the Food Chain Safety, Belgium Department of Agriculture, Cyprus Ministry of the Environment, Czech Republic Danish Plant Directorate Ministry of Trade and Industry, Finland Ministry of Agriculture and Forestry, Finland Finnish Food Safety Authority Evira Customs Laboratory, Finland Ministry of the Environment, Finland Federal Office of consumer Protection and Food Safety, Germany Ministry of Rural Development and Food, Greece Ministry of Development, Hellenic Food Safety Authority, Greece Ministry of Economy and Finance, General Chemical State Laboratory, Greece Ministry for Environment and Water, Hungary Ministry for the Environment and Territory, Italy Food and Veterinary Service, Latvia Ministry of Agriculture, Latvia Ministry of Environment, Lithuania State Food and Veterinary Service, Lithuania Ministry of Health, Luxembourg Malta Environment and Planning Authority Malta Standards Authority Ministry of Housing, Spatial Planning and the Environment, Netherlands Ministry of the Environment, Department of Nature Conservation, Poland GPP, Cabinet of Political Planning, Portugal DGADR, General Directorate of Agriculture and Rural Development, Portugal National Sanitary Veterinary and Food Safety Authority, Romania State Veterinary and Food Administration, Slovakia Central Controling and Testing Institute for Agriculture, Slovakia Ministry of Agriculture, Forestry and Food, Slovenia Ministry of Health, Slovenia Ministry for the Environment and Spatial Planning, Slovenia Ministry of Environment, Spain National Food Administration, Sweden Department for Environment, Food and Rural Affairs, UK European Association fro Bio-industries (EuropaBio) American Soybean Association (ASA) [1] ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24. rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa ġie ppubblikat fil-25.10.2006, COM(2006)626 finali. [2] Ġu L 268, 18.10.2003, p.1 [3] Wieħed għandu jinnota li l-Istati Membri diġà kisbu esperjenza dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 dwar traċċjabilità. Il-Kummissjoni ppubblikat il-linja ta' gwida li jirreferu għar-rekwiżiti ta' traċċjabilità għal Organiżmi Modifikati Ġenetikament (http://ec.europa.eu/food/food/foodlaw/traceability/factsheet_trace_2007_en.pdf). [4] Barra minn hekk, ma hemm l-ebda bażi legali li jirrikjedi li pajjiżi terzi jew esportaturi għandhom jipprovdu informazzjoni taħt l-Artokilu 5 tar-Regolament. Madanakollu r-responsabilitajiet ta' l-importaturi huma mfissrin fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u minħabba f'hekk l-importaturi fl-Istati Membri huma, fl-aħħar mill-aħħar, responsabbli biex jiżguraw li l-importazzjonijiet huma skond ir-rekwiżiti ta' l-UE hekk kif jaslu, rigward leġiżlazzjoni ta' l-UE aktar speċifika, pereżempju dwar traċċjabilità u ttikkettar. [5] Il-Eurobarometer 64.3, l-Ewropej u l-Bioteknoliġija fl-2005: Mudelli u Tendenzi [6] Dwar dan il-punt wieħed għandu jinnota li l-operaturi għandhom jimplimentaw ir-regoli ta' traċċjabilità taħt l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, kemm jekk il-prodotti tagħhom fihom jew ma fihomx organiżmi modifikati ġenetikament. [7] Regolament ġdid dwar l-enżimi ta' l-ikel li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/471/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/199, id-Direttiva 2000/13/KE u d-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li jfissru b'mod ċar l-organiżmi modifikati ġenetikament għall-enżimi (http://ec.europa.eu/food/food/chemicalsafety/additives/prop_leg_en.htm). [8] Ta' min jinnota li fil-kuntest ta' dan ir-rapport, kull referenza għal "oriġini" għadha tiġi assoċjata mal-metodi ta' produzzjoni ta' l-ipproċessar u mhux ma' l-oriġini ġeografika, li m'hijiex importanti fejn tidħol it- traċċjabilità u l-ittikkettar ta' organiżmi modifikati ġenetikament.