Rapport mill-Kummissjoni - Rapport Annwali dwar l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku tal-Unjoni Ewropea fl-2007 [SEG(2008) 2380] /* KUMM/2008/0519 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 18.8.2008 KUMM(2008) 519 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Rapport Annwali dwar l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku tal-Unjoni Ewropea fl-2007 [SEG(2008) 2380] RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Rapport Annwali dwar l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku tal-Unjoni Ewropea fl-2007 (Test bir-rilevanza ŻEE) 1. INTRODUZZJONI Dan ir-Rapport Annwali jkopri l-iżviluppi u l-attivitajiet matul l-2007. Tħejja skont l-Artikolu 173 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea[1], Mar-rapport hemm anness Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, li jipprovdi rapportar u statistika aktar dettaljati. Il-kapitli prinċipali jittrattaw l-attivitajiet u r-riżultati miksuba fl-2007 u l-iżviluppi tal-attivitajiet ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku (RTD) fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. 2. ŻVILUPPI TAL-POLITKA: Iż-ŻONA EWROPEA TAR-RIċERKA (ERA) Ir-riċerka, u fuq bażi wiesgħa, it-trijangolu tal-għarfien (riċerka, edukazzjoni u innovazzjoni) jikkostitwixxu l-ġebla tax-xewka tal-Istrateġija ta' Liżbona li ngħatat nifs ġdid. Il-politika Ewropea tar-riċerka laħqet il-miri kollha għall-2007 wara l-ispinta l-ġdida li ngħatat fl-iżvilupp tal-ERA , u l-ewwel sena ta' implimentazzjoni ta' suċċess tas-7 Programmi Kwadri (FP7 KE u Euratom). It-tqarrib lejn eċċelenza fir-riċerka, it-tqawwija tal-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema Ewropea tar-riċeka, iż-żieda fil-ftuħ u l-attrazzjoni tal-ERA, kif ukoll l-iżvilupp ta’ sħubija strateġika mal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni internazzjonali tax-xjenza u t-teknoloġija (S&T) kif ukoll relazzjoni eqreb ta' riċerka mal-pajjiżi ġirien, jirrappreżentaw l-għanijiet tal-politika tal-UE dwar ir-riċerka fiż-żmien mezzan u fit-tul. Fl-2007, l-inizjattiva politika prinċipali tal-Kummissjoni fil-qasam tar-riċerka kienet l-adozzjoni tal- Green Paper "Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka" : Perspettivi Ġodda" [2]. Nediet dibattitu wiesa' istituzzjonali u pubbliku fuq il-livell ta' UE u fuq livell usa' dwar azzjonijiet possibbli li jħaffu il-ħolqien ta' Żona Ewropea tar-Riċerka[3] miftuħa, kompetittiva u attraenti. Il-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-Presidenza Portugiża tal-UE f'Ottubru 2007 f'Liżbona organizzaw avveniment ewlieni għall-partijiet interessati, sabiex jiddibattu d-dimensjonijiet varji tal-ERA. Il-konsultazzjoni u d-dibattitu pubbliku taw appoġġ qawwi għall-iżvilupp tal-inizjattivi tal-politika għad-dimensjonijiet kollha tal-ERA, kif enfasizzati fil-Green Paper. Ir-riżultati kienu kollha kkunsidrati fid-disinn u t-tħejjija tal-ħames inizjattivi importanti tal-ERA li kienu ppjanati fl-2008. 1) sħubija Ewropea għar-riċerkaturi; 2) qafas li jgħin lill-Istati Membri jidentifaw u jiżviluppaw programmi konġunti tar-riċerka fuq bażi volontarja u "ġeometrija varjabbli"; 3) qafas ġuridiku xieraq li jiffaċilita l-bini u l-operat tal-infrastrutturi pan-Ewropej tar-riċerka; 4) qafas strateġiku Ewropew għall-kooperazzjoni internazzjoanli tax-xjenza u t-teknoloġija (S&T); u 5) rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u "kodiċi ta' prattika" dwar it-tmexxija tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR) fl-istituzzjonijiet pubbliċi tar-riċerka. L-importanza tal-ERA tista' tidher ukoll mill-evidenza tal-pożizzjoni Ewropea fir-riċerka mogħtija fil-pubblikazzjoni taċ-Ċifri Ewlenin tal-S&T tal-UE għall-2007[4]. Dawn id-dejta jenfasizzaw il-ħtieġa ta' sforzi iktar qawwija sabiex jirkupra l-istaġnar kollu tan-nefqa tar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) (1.84% tal-PGD fl-2005 u fl-2006) u sabiex jagħmlu progress lejn il-"mira ta' Barċellona" li jintlaħaq it-3% tal-infiq tal-PGD fuq ir-riċerka sal-2010. Is-sostenibbiltà tar-riżorsi umani xjentifiċi tibqa' suġġett ewlieni, speċjalment minħabba li l-ħaddiema li jaħdmu fir-riċerka f'bosta Stati Membri kulma jmur dejjem qed iżidu fl-età. Fl-2006, fl-UE-27, madwar 35% tal-ħaddiema tal-S&T bi kwalifiki għoljin kienu fil-grupp ta' età ta' bejn il-45 u l-64 sena mqabbel mal-31% tal-grupp ta' età ta' bejn il-25 u l-34 sena. Fattur ieħor li jispikka fix-xena dinjija huwa l-kapaċità tal-Amerka li tattira riċerkaturi ta’ ħila minn madwar id-dinja. Fl-2004, 25% tal-400 000 ħaddiem barrani fix-xjenza u l-inġinerija fl-Amerka ġew mill-UE. Fl-2007, saret ħidma fuq azzjonijiet skont l-istrateġija tal-UE għaċ-ċaqliq u l-iżvilupp tal-karriera tar-riċerkaturi. Dawn inkludew l-iżvilupp ulterjuri tal-inizjattiva ERA-Link sabiex jingħaqdu komunitajiet ta' riċerkaturi Ewropej barra mill-Ewropa (oriġinalment fl-Amerka fl-2006 u estiżi għall-Ġappun fl-2007), kif ukoll l-iffirmar volontarju tal-Karta Ewropea u Kodiċi ta' Kondotta għar-reklutaġġ ta' riċerkaturi bi kważi 700 organizzazzjoni tar-riċerka. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni u l-Istati Membri daħlu għat-tħejjija ta' sħubija mġedda u msaħħa għal taħriġ aħjar, karriera mtejba u iktar ċaqliq għar-riċerkaturi. Priorità oħra hija l-ksib tal-eċċellenza fir-riċerka, kemm jekk iffinanzjata mill-privat kif ukoll mill-pubbliku, peress li hi ta' importanza kruċjali għall-kompettività tal-Ewropa. F'dan il-kuntest, f'April 2007, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar "It-titjib fit-trasferiment tal-għarfien bejn l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-industrija madwar l-Ewropa"[5]. Din il-Komunikazzjoni u l-linji gwida li hemm magħha joffru gwida tax-xogħol lill-istituzzjonijiet pubbliċi tar-riċerka sabiex itejbu t-tmexxija u l-isfruttar tal-proprjetà intellettwali, speċjalment fil-kuntest ta' kollaborazzjoni mal-industrija. Il-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2007 laqa' l-inizjattiva għal Karta Ewropea għall-użu tal-proprjetà intellettwali mill-istituzzjonijiet pubbliċi tar-riċerka u l-universitajiet (Karta PI) għat-tijib fit-trasferiment tal-għarfien bejn ir-riċerka u l-industrija[6]. 3. ATTIVITAJIET TA' RIċERKA U ŻVILUPP TEKNOLOġIKU TAL-UE 3.1. Kisbiet tal-politika Sabiex tavvanza l-kostruzzjoni tal-ERA, titnaqqas il-frammentazzjoni tal-attivitajiet tar-riċerka fl-UE u titħeġġeġ l-innovazzjoni, ħafna inizjattivi li huma għaddejjin kienu stabbiliti fil-kuntest tal-ERA u fil-qafas speċifiku tal-FP7. Il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar “ Reġjuni Ewropej Kompetittivi permezz tar-Riċerka u l-Innovazzjoni” [7], sabiex teżamina l-ambitu ta' sinerġiji bejn l-iffinanzjar tal-UE u s-sorsi tar-riċerka u l-innovazzjoni u l-ostakli li għandhom ħabta jinqalgħu fl-ilħiq ta’ dawn is-sinerġiji. Inkoraġġiet il-koordinazzjoni mtejba mill-Istati Membri u r-reġjuni fit-tħejjija u l-użu tal-fondi u t-tqassim ta' informazzjoni iktar dettaljati dwar l-iffinanzjar disponibbli u s-sinerġiji, partikularment permezz tat-tħejjija tal-Gwida Prattika dwar l-iffinanzjar. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll Komunikazzjoni dwar l-akkwist prekummerċjali[8] sabiex tippromwovi l-akkwist pubbliku fir-riċerka u l-innovazzjoni, tqajjem kuxjenza tal-possibiltà li takkwista l-R&D b'tali mod li tkun konsistenti mar-regoli tal-akkwist u li ma tikkostitwix f'għajnuna mill-istat. Tnieda Forum Ewropew dwar il-Filantropija u l-Iffinanzjar tar-Riċerka bħala pjattaforma li tiskopri l-modi kumplementarji tal-iffinanzjar tar-riċerka u biex taqsam l-esperjenza fis-settur tal-iffinanzjar filantropiku tar-riċerka[9]. Il-kontribut lill-ERA jista' jingħata importanza wkoll fis-settur speċifiku tal-enerġija mill-fużjoni. F'din it-taqsima, ir- Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali (ITER)[10] huwa inizjattiva ewlenija tal-politika tal-RTD. Stadju ta’ importanza ewlenija ntlaħaq f'Ottubru 2007 meta daħal fis-seħħ il-Ftehim ITER, wara r-ratifika mis-seba' partijiet kollha (il-Euratom, iċ-Ċina, l-Amerka, l-Indja, il-Ġappun, il-Korea u r-Russja). Il-Euratom kellu rwol maġġuri fit-twaqqif tal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER, billi ta appoġġ finanzjarju, organizzattiv u tal-persunal. L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, magħrufa bħala Fużjoni għall-Enerġija, twaqqfet fl-2007 ukoll. Sitwata f'Barċellona, se tmexxi l-kontribuzzjonit tal-UE lill-ITER. Bħala parti mill-FP7, il- Kunsill Ewropew tar-Riċerka (l-ERC) twaqqaf fit-2 ta' Frar 2007 permezz ta' Deċiżjoni tal-Kunsill (2007/134/KE)[11]. L-ERC huwa wieħed mill-iktar novitajiet importanti tal-FP7 minħabba li jagħti appoġġ lix-xjenza ta' livell dinji minn xjenzati individwali u timijiet u se jkun l-ewwel aġenzija pan-Ewropea ta' ffinanzjar għar-riċerka fundamentali fl-oqsma kollha tal-għarfien, mill-umanistika u x-xjenzi soċjali, għax-xjenzi tal-ħajja u x-xjenzi fiżiċi u tal-inġinerija. Waħda mill-inizjattivi l-oħra li tagħmel parti mir-riċerka wiesgħa tal-istrateġija politika hija l- koordinazzjoni tal-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija (ETPs). Erbgħa u tletin minn dawn għadhom ġejjin. L-ETPs żiedu l-isforzi sabiex jimplimentaw l-Aġendi tar-Riċerka Strateġika billi jagħmlu użu minn sorsi differenti ta' ffinanzjar, inklużi s-sorsi nazzjonali. Il-Kummissjoni organizzat żewġ seminars għall-mexxejja tal-ETP, li ppermettew lir–rappreżentanti tal-industrija jibdlu l-aqwa prattiki u jirċievu informazzjoni aġġornata dwar l-inizjattivi tal-politika tal-UE li huma rilevanti f'xogħolhom. L- Inizjattivi Konġunti tat-Teknoloġija (il-JTIs) huma innovazzjonijiet maġġuri oħra inklużi fl-FP7. Jipprovdu sħubijiet ġodda bejn organizzazzjonijiet involuti fir-riċerka li huma ffinanzjati mill-privat u mill-pubbliku. L-FP7 identifika l-ewwel sett ta' sitt setturi tar-riċerka għall-JTIs. Il-Kunsill adotta erbgħa mill-proposti leġiżlattivi fl-20 ta' Diċembru 2007, wara li kkonsulta mal-Parlament Ewropew. Dawn huma "Il-Mediċina Innovattiva", l-"ARTEMIS" (dwar sistemi ta’ intelliġenza inkorporati), "Is-Sema Nadif" u l-"ENIAC" (jew komponenti nanoelettroniċi)[12]. Fl-2007, il-Kummissjoni ressqet ukoll il-proposta għall-JTI taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, li l-adozzjoni tagħha mistennija sseħħ fl-2008. Filwaqt li l-JTIs huma min-natura tagħhom sħubijiet pubbliċi-privati li jieħdu tul ta' żmien fir-riċerka industrijali, l-hekk imsejħa inizjattivi tal-Artikolu 169 huma ddisinjati sabiex isaħħu l-integrazzjoni tal-programmi nazzjonali tar-riċerka. Erba' inizjattivi kienu identifikati fl-2007 fl-FP7, u tnejn minn dawn, l-"AAL" (dwar l-għajxien assistit mill-madwar) u l-EUROSTARs (għall-SMEs li jagħmlu r-riċerka), x’aktarx li jkunu kodeċiżi mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew sas-Sajf 2008. Il- Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju (l-RSFF) hija inizjattiva interessanti oħra tal-FP7. Tirrappreżenta faċilità ġdida li hi żviluppata mill-KE u l-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) flimkien sabiex tipprovdi self għal riċerka b'riskju kbir, żvilupp teknoloġiku, dimostrazzjonijiet u attivitajiet ta' innovazzjoni. L-RSFF kienet imnedija fil-5 ta' Ġunju 2007, u l-ewwel kuntratt kien iffirmat fl-10 ta' Lulju 2007. Barra minn hekk, fl-FP7 il- kooperazzjoni internazzjonali kienet miftuħa beraħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi fil-Programmi Speċifiċi differenti billi tinkludi kemm immirar ġeografiku u kemm tematiku. Organizzazzjonijiet minn iktar minn 130 pajjiż terz ipparteċipaw fis-sejħiet għall-proposti tal-2007. Barra dan, l-iffirmar tal-istrumenti ta' assoċjazzjoni mal-Iżvizzera, l-Iżrael, l-Istati taż-ŻEE/l-EFTA (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norverġja), it-Turkija, is-Serbja, il-Kroazja, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Albanija waqt il-perjodu ta' rappurtaġġ wera tkabbir impressjonanti tal-ERA, fejn ir-riċerkaturi minn 37 stat qegħdin igawdu l-istess drittijiet u obbligi fil-parteċipazzjoni tagħhom fil-proġetti tar-riċerka FP7. Lil hinn minn dan, it-tiġdid tal-ftehim ta' kooperazzjoni tal-S&T mal-Indja u t-tnedija tan-negozjati dwar il-ftehim ta' kooperazzjoni tal-S&T ma' New Zealand huma sinjali ċari tal-ħsieb tal-KE li jiftaħ iktar ir-riċerka tiegħu għad-dinja. Kisba importanti fuq livell Ewropew kien il-ftehim politiku li ntlaħaq fit-23 ta' Novembru 2007 dwar l-istabbiliment tal- Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-EIT)[13], li l-għan tiegħu hu li jtejjeb l-integrazzjoni tal-partijiet kollha tat-trijangolu tal-għarfien dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Fetaħ it-triq għat-tmiem tal-proċedura tal-adozzjoni u għal iktar progress fir-rigward tal-għażla tas-sede, tan-nominazzjoni tal-Bord Governattiv, il-kundizzjonijiet tal-iffinanzjar u d-definizzjoni tat-temi li għandhom ikunu koperti fl-ewwel Komunitajiet ta' Għarfien u Innovazzjoni (KICs). Fl-aħħar, u bl-iktar mod sinifikanti, ir-riċerka issa ankrata sew fl-Istrateġija usa’ ta' Liżbona. Fir-Rapport Strateġiku tagħha ta' Diċembru 2007, il-Kummissjoni kkonkludiet li għandhom jiġu identifikati sforzi sabiex tintlaħaq il-mira ta' 3% investiment u din hija xi ħaġa li għandha ssir fil-Programmi Nazzjonali ta' Riforma. 3.2. Implimentazzjoni tal-Programmi Kwadru Is- 7 Programm Kwadru , b'baġit totali ta' iktar minn € 50 biljun (FP7 tal-Euratom € 2.7 biljun għal 5 snin), jikkostitwixxi għodda ewlenija li tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-Ewropa f'dak li għandhom x'jaqsmu l-impjiegi, l-kompetittività u l-iżvilupp sostenibbli, sabiex jinqdew il-ħtiġijiet tar-riċerka tal-politiki tal-Komunità, u tinżamm pożizzjoni ta’ tmexxija fl-ekonomija globali tal-għarfien. L-FP7 jirrappreżenta żieda sostanzjali meta mqabbel mal-Programm ta' Qafas ta' qabel (63% fi prezzijiet tal-2007), għalhekk jirrifletti l-prijorità għolja tar-riċerka fuq livell Ewropew. L-2007 kienet l-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-FP7. Iktar minn 23 000 proposta ntlaqgħu b'risposta għal 54 sejħa, b'għadd kbir ta' parteċipanti (110 101). Wara l-proċedura tal-għażla, 2 854 minn dawn il-proposti ġew aċċettati għall-iffinanzjar (bl-invoviment ta’ xi 19 541 parteċipant). L-għaxar Temi identifikati fil- programm Kooperazzjoni jirriflettu l-oqsma importanti ta' għarfien u teknoloġija li fihom l-eċċellenza fir-riċerka hija partikolarment importanti sabiex ittejjeb il-kapaċità tal-Ewropa li tindirizza l-isfidi soċjali, ekonomiċi, tal-kura tas-saħħa, ambjentali u industrijali tal-ġejjieni. B'kollox, 8 030 proposta tressqu fl-2007 u iktar minn 1 000 ġew aċċettati għall–iffinanzjar. Fil- Programm Ideat , l-ewwel sena tal-operat formali tal-ERC kienet ikkaratterizzata mill-ħolqien ta' strutturi amministrattivi u organizzazzjonali kif ukoll l-organizzazzjoni tal-ewwel sejħa ta' proposti, l-"iStarting Grants", iddisinjati sabiex jappoġġaw lir-riċerkaturi fl-istadju bikri tal-karrieri tagħhom. Għal din l-ewwel sejħa tressqu 9 617-il proposta, li juru l-interess kbir ta' din l-inizjattiva ġdida. Kważi 300 minnhom kienu aċċettati għall-iffinanzjar. Il-programm Nies jappoġġa firxa wiesgħa ta' azzjonijiet sabiex irawmu taħriġ u netwerking fost ir-riċerkaturi, l-iżvilupp tal-karrieri, it-tagħlim tul il-ħajja u s-sħubija bejn l-industrija u l-akkademja. Fl-2007, tressqu 4 195 proposta u iktar minn 1 000 kienu aċċettati. L-għan tal -programm Kapaċitajiet hu li jiżviluppa l-aħjar riżorsi u kundizzjonijiet possibbli għal komunità Ewropea tar-riċerka. B'kollox, tressqu 1 753 proposta għal attivitajiet differenti tal-programm, u bejn wieħed u ieħor 300 kienu aċċettati. Fir-rigward tal- Euratom FP7 , tressqu 57 proposta dwar il-fużjoni nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni u 15 minnhom kienu aċċettati għall-iffinanzjar. Finalment, min-naħa tal- implimentazzjoni tal-FP6 , għalkemm l-FP6 kien konkluż fi tmiem l-2006, 975 kuntratt kienu ffirmati tul l-2007. 4. ŻVILUPPI FL-ISTATI MEMBRI U L-APPLIKAZZJONI TAL-METODU MIFTUħ TA' KOORDINAZZJONI 4.1. Il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinament b’appoġġ għall-ksib tal-tiri ta' Barċellona Fil-qasam tal-R&D, il-Metodu Miftuħ ta' Koordinament (l-OMC) kien stabbilit wara l-pjan ta' azzjoni tat-3%[14]. Wara r-riżultati pożittivi tal-ewwel żewġ ċikli OMC (2003-2006), il-CREST nieda t-tielet ċiklu f'Ottubru 2006. Gruppi ta' Ħidma CREST twaqqfu fuq il-koordinazzjoni tal-Programm ta' Qafas u l-Fondi Strutturali, l-internalizzazzjoni tal-R&D, it-taħlit ta’ politiki u s-servizzi fl-R&D. Il-laqgħa tal-CREST tas-6 ta' Lulju 2007 fuq il-livell tad-Diretturi Ġenerali kienet attività ewlenija fit-tielet ċiklu OMC. Kienet iddedikata għal diskussjoni dwar il-progress lejn il-mira ta' 3% u l-azzjonijiet ta' prijorità għall-iżvilupp tal-ERA. Ir-raba' ċiklu segwa f'Diċembru 2007 b'ħarsa lejn l-universtiajiet, iċ-ċentri ta' kompetenza mmexxija mill-industrija, l-internalizzazzjoni tal-R&D u l-kontinwazzjoni tal-eżerċizzju ta' reviżjoni bejn il-pari tat-taħlit ta’ politiki (li sar mill-Awstrija u l-Bulgarija). Jikkumplementa x-xogħol tal-Gruppi ta' Ħidma tal-CREST, il-CREST jagħmel eżerċizzju kull sena ta' tagħlim reċiproku bbażat fuq il-Programmi ta' Riforma Nazzjonali fil-kuntest tal-istrateġija ta' Liżbona riveduta. L-eżerċizzju tal-2007 ffoka fuq il-progress fuq il-miri nazzjonali pubbliċi u privati tal-investiment tal-R&D, l-ostakli kontra r-riforma tat-taqsima tar-riċerka pubblika u l-istrateġiji u l-isfidi fil-ftuħ tas-sistemi nazzjonali tar-riċerka lejn l-ERA. L-iskema OMC-NET kienet żviluppata sabiex tappoġġa t-tagħlim reċiproku u l-attivitajiet ta' koordinazzjoni politika li jsiru minn aktar gruppi limitati tal-Istati Membri u/jew tar-reġjuni tagħom dwar il-kwistjonijiet politiċi fl-interess speċifiku tagħhom. Tnediet sejħa ġdida f'Settembru 2007. 4.2. Xejriet fl-investiment pubbliku u privat tar-riċerka Intensità fl-R&D Fl-2006, bħal fl-2005, in-Nefqa Grossa tal-UE27 dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp (GERI) ammontat għal 1.84% tal-PGD. Mill-2000 ‘l hawn, l-intensità fl-R&D tal-UE27 baqgħet tvarja b'differenza żgħira ta' deċimal wieħed.: minn 1.79% fl-1996-98 għal 1.88% fl-2002. L-istaġnar tal-intensità fl-R&D fil-livell tal-UE27 jaħbi stampa iktar dinamika u kunstrastata fuq il-livell tal-Istati Membri. L-Istati Membri b'R&D inqas intensiva (l-Istati Membru ġodda, il-Greċja, il-Portugall, l-Italja, Spanja u l-Irlanda) ġeneralment urew żidiet sinifikanti fl-intensitajiet fl-R&D rispettivi tagħhom (dawn iż-żidiet huma konsiderevoli f'uħud minnhom, speċjalment wara l-2003), bl-eċċezzjonijiet partikulari tal-Polonja, il-Bulgarija, is-Slovakkja, u l-Greċja li ilhom jaqgħu iktar lura b'mod inkwetanti. Filwaqt li żidiet sostanzjali fl-intensità fl-R&D huma iktar faċli biex jinkisbu meta tibda mill-valuri baxxi ħafna tipiċi tal-Istati Membri ġodda, jew mill-valuri relattivament baxxi kif dehru fl-Irlanda u Spanja, juru li l-intensità fl-R&D tista' tiżdied, saħansitra taħt kundizzjonijiet tat-tkabbir tal-PGD qawwi. Fost l-Istati Membri b’R&D iktar intensiva, l-Awstrija biss u ftit anqas id-Danimarka, irnexxielhom jagħmlu progress. L-intensità fl-R&D fl-Iżvezja u l-Finlandja hija diġà iktar minn 3% imma tibqa' inqas mill-mira li ffissaw huma stess ta' 4%. Iż-żidiet tal-intensità fl-R&D b’hekk huma osservati kważi esklussivament fi Stati Membri li għandhom inqas intensità. Minħaba f'hekk, fl-UE27, il-progress lejn livelli ogħla ta' intensità fl-R&D huwa aktarx fenomenu ta’ lħiq mal-oħrajn. It-Tabellla 4.2 turi l-progress li sar minn kull Stat Membru fil-perjodu ta' bejn l-2000 u l-2006 (griż) kontra l-progress li għad irid isir sabiex jintlaħaq il-mira tiegħu (blu). [pic] Sors: DĠ Riċerka | Dejta: Il-Eurostat, l-Istati Membri | Noti: (*) IT, PT, UK : 2005, AT, FI : 2007 | (*) IT, PT, UK : 2000, AT, FI : 2000-2007; EL, SE : 2001-2006; HU, MT : 2004-2006. | (*) IT, PT, UK : 2005-2010; UK : 2005-2013; FR : 2006-2012; EL : 2006-2015; AT : 2007-2010; FI 2007-2011. | (3) UE-27 ma tinkludix -BG. | (4) IE : Il-mira tal-intensità fl-R&D għall-2010 kienet stmata mid-DĠ Riċerka. | (5) BG ma ffissax mira tal-inensità fl-R&D. | Il-fatt li l-Istati Membri li huma inqas intensivi fl-R&D iridu jlaħħqu, flimkien mal-progress fl-Awstrija u d-Danimarka, ma jagħmlux impatt kbir fuq l-intensità f'daqqa fl-R&D tal-UE27 meta wieħed iqis is-sehem limitat tal-PGD tagħhom fil-PGD totali tal-UE27. B’kuntrast, blokk ta' Stati Membri qodma, li jinkludi Franza, l-Ingilterra, il-Ġermanja u l-Italja li flimkien jirrappreżentaw sehem konsiderevoli tal-PGD tal-UE, għadu ma kienx kapaċi jżid l-intensitajiet tiegħu fl-R&D[15]. B’konsegwenza ta' dan, il-progress lejn il-mira ta' 3% tal-UE27 għadha sal-lum limitata. Għandu jkun innutat li, saħansitra f'każ li l-Istati Membri kollha jilħqu l-miri rispettivi tagħhom fl-2010, l-intensità fl-R&D tal-UE27 fl-2010 għandha tkun 2.51%, taħt il-mira ta' 3% iffissata fuq livell Ewropew. Fi kliem ieħor, it-tiri ffissati mill-Istati Membri mhumiex biżżejjed biex tintlaħaq il-mira kollha tal-UE ta' 3% fl-2010. Sorsi ta' ffinanzjar Fl-2005[16], l-iffinanzjar tal-GERD mill-gvern irrappreżenta 0.63% tal-PGD, mill-intrapriża tan-negozju 1% tal-PGD, minn barra 0.16% tal-PGD u minn sorsi nazzjonali oħra (sorsi privati li ma jħallux profitt u sorsi ta' edukazzjoni ogħla) 0.04% tal-PGD. Id-dejta statistika miġbura ma tagħtix tqassim analitiku pubbliku/privat tas-sors "minn barra l-pajjiż" tal-fondi tal-R&D, b'hekk il-proporzjon tas-sorsi tal-fondi pubbliċi/privati ma jistgħux ikunu mmonitorjati b'mod preċiż. Mill-2000 il-maġġoranza tal-Istati Membri (17-il SM) żiedu l-intensità tal-appoġġ dirett min-naħa tal-gvern tagħhom fl-R&D (l-iffinanzjar tal-R&D mill-gvern bħala perċentwal tal-PGD). Dan juri l-impenn tagħhom favur livelli ogħla ta' intensità fl-R&D. Din iż-żieda hija partikularment qawwija f'ħafna mill-Istati Membri li qegħdin jilħqu din l-intensità. Imma l-progress fl-iffinanzjar dirett min-naħa tal-gvern fl-R&D għandu jkun innutat ukoll fl-Istati Membri b'livelli ta' intensità fl-R&D intermedji u staġnati (Franza, il-Belġju, l-Ingilterra u l-Olanda), speċjalment fi Franza. Madankollu, dan il-progress huwa ftit ikkumpensat iżżejjed b'intensità mnaqqsa ta' ffinanzjar min-negozji fl-R&D f'dawn il-pajjiżi. L-intensità tal-appoġġ mill-impriżi għall-R&D (iffinanazjar tal-R&D minn impriżi bħala perċentwal tal-PGD) żdiedet kważi fl-Istati Membri kollha fejn din l-intensità kienet baxxa jew baxxa wisq (l-Estonja, il-Latvja, Ċipru, il-Portugall, l-Ungerija, Repubblika Ċeka, Spanja, is-Slovenja, il-Litwanja, il-Bulgarija). Fil-pajjiżi b'livelli għolja ta' appoġġ tan-negozju għar-R&D, bħall-Iżvezja, il-Finlandja, il-Ġermanja u d-Danimarka, l-intensità tal-appoġġ tal-intrapriża tan-negozju fl-R&D niżlet (l-Iżvezja) jew inkella staġnat. L-unika eċċezzjoni hija l-Awstrija. L-istess ġara fil-pajjiżi b'livelli medji ta' appoġġ għall-R&D mill-impriżi (l-Ingilterra, l-Olanda, il-Belġju, il-Lussemburgu, u Franza). Dawn l-Istati Membri kollha mhumiex kapaċi jżidu l-intensitajiet ta' ffinanzjar fl-R&D tan-negozji rispettivi tagħhom. L-intensifikazzjoni tal-finanzjament tan-negozju tal-R&D fl-UE hija fuq kollox fenomenu li qiegħed jintlaħaq . Investimenti mill-Fondi Strutturali huma inklużi fl-istatistika relevanti tal-Eurostat, u huwa importanti li wieħed jinnota l-kontribuzzjoni tal-politika ta' koeżjoni għall-intensità fl-investiment tal-R&D fl-Istati Membri ġodda. Il-kontribuzzjoni medja mill-Fondi Strutturali għall-perjodu ta' bejn l-2004 u l-2006 kienet ta' €157.4 miljun, li wassal għal investiment nazzjonali medju annwali ta' €69.6 miljun. Fil-perjodu ta' bejn l-2007 u l-2013, dawn l-investimenti fl-għaxar Stati Membri ġodda huma mistennija jiżdiedu għal medja ta' €2.9 biljun kull sena li jinkludu r-Rumanija u l-Bulgarija). 4.3. Xejriet fil-politiki tar-riċerka Fl-2007, politiki nazzjonali għall-R&D baqgħu jevolvu f'taħlit kumpless tal-politiki. Bl-iskop li jiġu indirizzati muturi importanti tat-tkabbir ekonomiku, l-Istati Membri kienu qegħdin jibnu taħlit ta’ politiki billi jiżviluppaw strateġiji ġodda li jeliminaw ministeri differenti jew billi jibdlu l-istrutturi istituzzjonali użati għall-politika tal-R&D, bħalma huma l-amalgamazzjonijiet bejn il-ministeri li jiddiljaw mar-riċerka, l-edukazzjoni, l-impjieg, il-kummerċ u l-industrija. Riformi fil-politiki tal-R&D ġew iddisinjati kważi esklussivament mill-perspettiva nazzjonali. Madankollu, peress li s-sistemi ta' R&D, dejjem qegħdin isiru iżjed interkonnessi, hu importanti li l-politiċi jikkunsidraw b'mod espliċitu l-perspettiva Ewropea fil-politiki nazzjonali sabiex ikabbru il-benefiċċji mis-sinerġiji u r-riperkussjonijiet. Dawn għandhom iżidu l-effikaċja tas-sistemi nazzjonali u, fil-kuntest tal-inizjattiva tal-ERA, ikunu ta' kontribut sinifikanti lejn l-iżvilupp tas-sistema tal-UE kollha kemm hi sabiex tkun attriċi kompetittiva fix-xena dinjija. Ir-Rapport Strateġiku tal-Kummissjoni tal-2007 għamel enfasi speċjali dwar id-dimensjoni Ewropea tal-attivitajiet tar-riċerka li jsiru fuq livell nazzjonali. L-Istati Membri huma mistennija jirrapportaw fil-Programmi Nazzjonali tar-Riforma dwar kif l-istrateġiji tagħhom għandhom jikkontribwixxu għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka. L-Istati Membri jkomplu jagħtu attenzjoni speċjali sabiex iżidu l-kwalità tar-riċerka pubblika. F'dan il-kuntest, l-istrutturar istituzzjonali tal-entitajiet li jagħmlu r-riċerka huwa proċess dejjem sejjer f'ħafna Stati Membri, li huma ġeneralment immexxija mill-ħtieġa li tiġi assigurata li r-riċerka pubblika li ssir fil-pajjiżi rispettivi tista' tilħaq l-ogħla standards fuq skala dinjija. Sabiex tħeġġeġ l-investimenti privati fl-R&D, l-inċentivi tat-taxxa għall-R&D tan-negozju jkomplu jkunu strument maġġur għall-gvernijiet. Fuq dawn l-aħħar snin, l-inċentivi fiskali tnedew minn numru kbir ta' pajjiżi tal-UE, filwaqt li oħrajn saħħew l-iskemi li diġà jeżistu. L-Istati Membri li bħalissa ma għandhomx dawn l-iskemi, bħall-Ġermanja, il-Finlandja u l-Iżvezja, għandhom interess li qiegħed dejjem jikber sabiex jużawhom u jħeġġu l-R&D fl-SME's u jrawmu kooperazzjoni bejn ir-riċerka pubblika u l-industrija. Hemm inċenetivi fiskali tal-R&D għall-ispejjeż tal-ħidma soċjali fi Franza, il-Belġju, l-Olanda u Spanja. Fl-istess kuntest, ir-rwol dejjem jiżdied tal-politika ta' koeżjoni fil-iffinanzjar tal-R&D jista' jkun innutat b'mod ċar speċjalment f'xi Stati Membri ġodda. L-użu effikaċi tal-Fondi Strutturali allokati għar-riċerka u l-innovazzjoni huwa opportunità importanti għal bosta pajjiżi li għad għandhom livell baxx ta' ffinanzjar. 5. PROSPETTI GħALL-ĠEJJIENI Il-kisbiet kollha wittew it-triq għall-2008, it-tieni sena ta' implimentazzjoni tal-FP7 u sena ta' żviluppi ġodda ewlenin għall-ERA. Il-Green Paper tal-ERA tat lok għall-ippjanar tal-ħames inizjattivi tal-ERA, li qed jinġiebu ‘l quddiem tul l-2008. Barra dan, għandu jitniedi "l-proċess ta' Ljubljana" taħt il-Presidenza Slovena tal-UE. Il-ħsieb warajh hu li joħloq viżjoni konġunta tal-ERA fuq tul ta' żmien, żviluppata fi sħubija mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, b'appoġġ wiesa' mill-partijiet interesati u ċ-ċittadini. 6. SORSI TA' IKTAR INFORMAZZJONI Iktar dettalji huma inklużi fid-Dokumenti ta' Ħidma tal-Kummissjoni li jiġu flimkien ma' dan ir-Rapport. Għal aktar informazzjoni, dawn li ġejjin huma disponibbli għall-pubbliku: - Rapporti Annwali ta' Monitoraġġ għall-Programm Kwadru u għall-Programmi Speċifiċi, li jipprovdu sommarju konċiż, indipendenti tal-progress u tal-kwalità tal-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-programmi. - Rapporti ta' Evalwazzjoni fuq medda ta' ħames snin li jeżaminaw l-implimentazzjoni u l-kisbiet tal-attivitajiet Komunitarji tar-riċerka tul il-ħames snin ta' qabel. - Rapporti taċ-Ċifri Ewlenin ippubblikati kull sena, li jipprovdu sett ta' indikaturi sabiex tiġi evalwata l-qagħda tal-Ewropea fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni. - Statistika dwar ix-Xjenza u t-Teknoloġija fl-Ewropa (Eurostat): statistika dwar il-baġits, l-infiq, u l-persunal tal-R&D u l-brevetti fl-Istati Membri, analizzati skont ir-reġjun. - Studji u analiżijiet ppubblikati f'rabta mal-programmi Komunitarji tal-RTD u li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi għall-oqsma tal-RTD li dawn ikopru. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn id-dokumenti jistgħu jinkisbu jew jiġu ordnati mis-siti tal-Internet tal-Kummissjoni: - Il-Portal għall-Unjoni Ewropea, is-sit EUROPA: http://europa.eu/index_en.htm - Is-sit tal-CORDIS li fih tagħrif komprensiv dwar il-Programm Kwadru tal-RTD: http://cordis.europa.eu - Is-sit tal-CORDIS fih informazzjoni dwar il-ħarsien tal-ERA. http://cordis.europa.eu/erawatch/ - ’Is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għar-Riċerka: http://ec.europa.eu/dgs/research/index_en.html - ’Is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Soċjetà tal-Informazzjoni: http://ec.europa.eu/dgs/information_society/index_en.htm - ’Is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Intrapriża : http://ec.europa.eu/enterprise/index_en.htm - ’Is-sit tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Enerġija u t-Trasport: http://ec.europa.eu/dgs/energy_transport/index_en.html - Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC): http://www.jrc.ec.europa.eu - Is-sit tal-Eurostat: http://epp.eurostat.ec.europa.eu [1] “Fil-bidu ta' kull sena l-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jinkludi tagħrif dwar l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku u t-tixrid tar-riżultati tul is-sena ta' qabel, u l-programm ta' ħidma għas-sena kurrenti.” [2] COM(2007)161 04.04.2007. [3] http://ec.europa.eu/research/era/index_en.html [4] http://ec.europa.eu/invest-in-research/pdf/download_en/keyfigures_071030_web.pdf [5] COM(2007)182 04.04.2007. [6] http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/ec/94932.pdfCOM(2007)182 04.04.2007. [7] COM(2007)474, 16.08.2007. [8] COM(2007) 799, 14.12.2007 [9] http://ec.europa.eu/invest-in-research/policy/philanthropy_en.htm [10] COM(2006) 458, 14.08.2006 [11] ĠU L57 24.02.2007 [12] ĠU L30 04.02.2008 [13] ĠU L97 09.04.2008 [14] COM(2003) 226, 04.06.2003 [15] Il-11-il Stat Membru bi kwalità għolja jew għolja ħafna fit-tkabbir tal-intensità fl-R&D għal 16% biss tal-PGD fl-UE27, filwaqt li 16-il Stat Membru bi tkabbir tal-intensità limitat u negattiv fl-R&D jirrappreżentaw 84% tal-PGD fl-UE27. [16] L-aħħar sena li għaliha t-tqassim analitiku mis-sorsi ta' ffinanzjar huwa disponibbli.