52008PC0342

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 243/2008 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta’ l-awtoritajiet illegali tal-Gżira t'Anjouan fl-Unjoni tal-Komorri /* KUMM/2008/0342 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 4.6.2008

KUMM(2008) 342 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 243/2008 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta’ l-awtoritajiet illegali tal-Gżira t'Anjouan fl-Unjoni tal-Komorri

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Filwaqt li jikkunsidra s-sitwazzjoni tal-Gżira Komorrjana t'Anjouan, u filwaqt li jqis il-miżuri li ttieħdu mill-Kunsill għall-Paċi u s-Sigurtà ta' l-Unjoni Afrikana u tat-talba ta' appoġġ indirizzata lill-Unjoni Ewropea, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 243/2008 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta’ l-awtoritajiet illegali t'Anjouan u ta' ċerti persuni assoċjati li jostakolaw il-proċess ta' rikonċiljazzjoni u huma ta' theddida għall-paċi u s-sigurtà fil-Komorri, skond il-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK.

2. Wara l-intervenzjoni militari tal-25 ta’ Marzu 2008 u wara r-restawrazzjoni ta’ l-awtorità tal-Gvern ta’ l-Unjoni tal-Komorri fil-Gżira t’Anjouan, dawn il-miżuri restrittivi għandhom jiġu rrevokati. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Pożizzjoni Komuni 2008/XXX/PESK tipprevedi li tiġi revokata l-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK.

3. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni tipproponi li tħassar ir-Regolament (KE) Nru 243/2008.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 243/2008 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta’ l-awtoritajiet illegali tal-Gżira t'Anjouan fl-Unjoni tal-Komorri

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni [2008/XXX/PESK] tal-Kunsill ta’ […] li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' l-awtoritajiet illegali tal-Gżira t'Anjouan fl-Unjoni tal-Komorri[1],

wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2],

Billi:

4. Fuq talba tal-President tal-Kummissjoni ta’ l-Unjoni Afrikana, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK[3] li timponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward ta’ l-awtoritajiet illegali t’Anjouan u ta’ ċerti persuni assoċjati. Il-miżuri restrittivi previsti mill-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK jinkludu b’mod partikolari l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi tal-persuni kkonċernati, implimentata mill-Komunità permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 243/2008[4].

5. Wara l-intervenzjoni militari tal-25 ta’ Marzu 2008 u r-restawrazzjoni ta’ l-awtorità tal-Gvern ta’ l-Unjoni tal-Komorri fil-Gżira ta’ Anjouan, il-Pożizzjoni Komuni 2008/XXX/PESK tipprevedi r-revoka tal-miżuri restrittivi imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2008/187/PESK.

6. Ir-Regolament (KE) Nru 243/2008 huwa hawnhekk revokat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Ewwel Artikolu

Ir-Regolament (KE) Nru 243/2008 huwa hawnhekk revokat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan japplika mill- ... ta’ Mejju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L […] tal -[…] […]2008, p. […].

[2] ĠU L […] tal -[…] […]2008, p. […].

[3] ĠU L 59, ta’ l-4.3.2008, p. 32.

[4] ĠU L 75, tat-18.3.2008, p. 53.